Proċedura : 2009/2111(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0088/2010

Testi mressqa :

A7-0088/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 188kWORD 107k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.472v02-00 A7-0088/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0182/2009 – 2009/2111(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0182/2009 – 2009/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0088/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0182/2009 – 2009/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0088/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0182/2009 – 2009/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0088/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta' April 2009 il-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2007(13), u fir-riżoluzzjoni li hemm mad-deċiżjoni ta' kwittanza, inter alia:

- jiddeplora li fl-2007, bħal fl-2006, il-Qorti tal-Awdituri sabet nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ; b'mod partikulari, il-Qorti tal-Awdituri sabet għal darba oħra każ fejn il-kriterji ta' selezzjoni ma kinux definiti b'mod konformi mal-avviż tal-post vakanti;

- huwa mħasseb li fi tliet proċeduri ta' akkwist il-Qorti tal-Awdituri sabet anomaliji bħal:

a)       proċedura għall-evalwazzjoni finanzjarja ta' kuntratt li ma kinitx speċifikata b'mod ċar fid-dokumenti tat-tfigħ tal-offerti,

b)       kriterji tal-għażla li m’għamlux possibbli li ssir evalwazzjoni xierqa tal-kapaċità finanzjarja tal-kandidati;

1.   Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 kienu legali u regolari;

Rendiment

2. Jinnota li fl-2007 saret evalwazzjoni ex post tal-programm ta’ ħidma 2001-2004 sabiex jiġi determinat l-impatt tal-Fondazzjoni, il-valur miżjud u l-effikaċja tagħha; jifraħ lill-Fondazzjoni dwar il-fatt li, waqt din l-evalwazzjoni, wriet li l-operazzjonijiet ippjanati ġew finalizzati b’mod effikaċi; jinnota, barra minn hekk, li informazzjoni riċenti inkluża fl-evalwazzjoni tal-Aġenziji u ordnata mill-Kummissjoni fl-2009, wriet li anki fl-2008 l-Fondazzjoni ffinalizzat b’mod effikaċi l-operazzjonijiet ippjanati tagħha;

3. Jifraħ lill-Fondazzjoni għat-tnedija ta’ eżerċizzju ieħor ta' evalwazzjoni ex post tal-programm ta' ħidma tagħha 2005-2008; jitlob għaldaqstant lill-Fondazzjoni biex iżżommu infurmat bir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni sabiex ikun jista' jiddetermina aħjar l-impatt tagħha, il-valur miżjud tagħha u l-effikaċja matul dan il-perjodu speċifiku;

4. Jitlob, barra minn hekk, lill-Fondazzjoni biex, fit-tabella li għandha tibgħat bħala Anness mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta tqabbil bejn dak li wettqet matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dak li wettqet waqt is-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Fondazzjoni minn sena għall-oħra;

Approprjazzjonijiet operattivi trasferiti

5. Josserva li, skont il-Qorti tal-Awdituri, l-ammont trasferit jirrappreżenta aktar minn 55% tal-approprjazzjonijiet (EUR 4 900 000) għas-sena finanzjarja 2008; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-Fondazzjoni li ssostni li hemm nuqqasijiet iżda li huma iżgħar (10%) minn dawk indikati mill-Qorti tal-Awdituri, b’tali mod li diġà kien previst fil-programmazzjoni annwali tal-Fondazzjoni li jiġi trasferit ammont ta’ 45% tat-Titolu 3, min-naħa minħabba t-tul tal-kuntratti ta' studju u, min-naħa l-oħra, minħabba l-iskeda tal-ħlasijiet tal-Fondazzjoni; jenfasizza, madankollu, li din is-sitwazzjoni tindika nuqqasijiet li jeffetwaw l-ippjanar u l-ipprogrammar tal-attivitajiet operattivi tal-Fondazzjoni u tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità; jitlob għaldaqstant lill-Fondazzjoni biex tadotta miżuri biex tevita din is-sitwazzjoni fil-ġejjieni u biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwarhom;

Trasferimenti baġitarji mingħajr dokumenti ġustifikattivi

6. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri nnotat li xi trasferimenti tal-baġit ma kinux ġustifikati kif meħtieġ, peress li l-ebda estimi tal-ħtiġijiet ma kienu ġew pprovduti u l-Bord Eżekuttiv ma kienx informat bihom; jifraħ lill-Fondazzjoni, madankollu, li issa rrimedjat għal dan in-nuqqas;

Proċeduri tal-akkwisti

7. Jitlob lill-Fondazzjoni biex tiżgura li ttejjeb is-segwitu tal-kuntratti tagħha u l-ipprogrammar tal-proċeduri tal-akkwist tagħha, billi tniedi s-sejħiet għall-offerti ġodda ferm qabel mal-kuntratti korrispondenti jaslu għal tmiem; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri semmiet li, f’żewġ każijiet, il-Fondazzjoni estendiet b’mod irregolari kuntratt lil hinn mit-tul massimu awtorizzat u li, f'każ ieħor, ma ġġustifikatx l-użu ta' proċedura negozjata;

Riżorsi umani

8.   Jitlob lill-maniġment tal-Fondazzjoni biex jieħu passi sabiex, fil-qafas tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u fir-rispett tal-obbligi ta' eżekuzzjoni tal-baġit, jantiċipa aħjar it-tluq ta' membri ewlenin tal-persunal;

9.   Jitlob lill-Fondazzjoni biex fir-rapport tal-attività tagħha turi l-għadd tal-persunal b'mod trasparenti, inklużi l-impjegati kuntrattwali (87 membru tal-persunal);

10. Jifraħ lill-Fondazzjoni li fl-2008 introduċiet proċeduri ta’ reklutaġġ konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Qorti tal-Awdituri fl-aħħar sentejn; josserva, b’mod partikolari, li l-Qorti tal-Awdituri ma sabitx aktar nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ (pereżempju fil-kriterji ta’ selezzjoni) li ma kinux jiggarantixxu t-trasparenza u n-natura mhux diskriminatorja ta’ dawn il-proċeduri;

Verifika interna

11. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni għas-sena 2008, li kienu inkonsistenti u mhux adegwati meta mqabbla mal-kontijiet tal-2007 u minħabba f’hekk ġew soġġetti għal korrezzjonijiet importanti matul il-verifika; jinnota li din is-sitwazzjoni tista’ tiġi spjegata mill-fatt li l-Fondazzjoni kellha timpjega aġent temporanju għal perjodu qasir sabiex jingħalqu l-kontijiet tal-2008 u li, barra minn hekk, it-tranżizzjoni minn uffiċjal tal-kontabilità għall-ieħor ma kinitx adegwata; jistieden għalhekk lill-Fondazzjoni biex tevita li tirrepeti ruħha sitwazzjoni simili fil-futur;

12. Jirrikonoxxi li 26 rakkomandazzjoni minn 54 magħmula mis-Servizz tal-Verifika Interna ġew implimentati matul l-2006; jinnota li, fost it-28 li għadhom iridu jiġu implimentati, 8 huma meqjusa “importanti ħafna”; iħeġġeġ, b’mod partikolari, lill-Fondazzjoni biex tapplika l-istandards ta' kontroll intern li fadal (i.e. delegazzjoni għal protagonisti finanzjarji), issegwi l-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kontroll intern oħra, (i.e. koorodinazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kontroll intern u konformità tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku mar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu), u l-introduzzjoni ta’ ppjanar effikaċi u sistema ta’ monitoraġġ (pereżempju bit-tnehid ta’ sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni, it-tqegħid fis-seħħ ta’ metodoloġija bbażata fuq l-attività u strumenti tal-IT għall-monitoraġġ);

oo   o

13. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0182/2009 - 2009/2111(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Ingeborg Gräßle

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1    Jirreferi għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-għeluq tal-kontijiet fi tmiem is-sena b'bilanċ ta' EUR 21 miljun jikkorrispondi għas-sitwazzjoni reali tal-Fondazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2008, u li l-proċeduri u l-flussi tal-kontanti għal din is-sena finanzjarja huma konformi mar-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni; jinnota l-bidla tal-uffiċjali tal-kontabilitàsta u l-problemi individwati mill-Qorti tal-Awdituri;

2.   Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 kien skont il-liġi u regolari;

3.   Jitlob lid-direzzjoni tal-Fondazzjoni biex tieħu prekawzjonijiet sabiex, fil-qafas tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, tantiċipa aħjar it-tluq ta' kollaboraturi f’pożizzjonijiet ewlenin, fir-rispett tal-obbligi ta' eżekuzzjoni tal-baġit;

4.   Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li EUR 4,9 miljun tal-infiq operattiv (aktar minn 55% tal-finanzjament) ġew trasferiti mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti(15); jinnota li r-riżervi ta’ flus kontanti u ekwivalenti għall-kontanti rduppjaw għal EUR 6,3 miljun mill-2006; jitlob li jitqiesu bir-reqqa l-modi kif jiġi żgurat li l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fondazzjoni fir-rigward ta' kuntratti pluriennali jistgħu jintlaħqu b'mod konsistenti mal-pjanifikazzjoni u l-previżjonijiet tal-baġit aġġustati biex jirriflettu l-ħtiġijiet annwali reali;

5.   Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rieda tal-Fondazzjoni li, fil-proċeduri tal-akkwist, tikkoreġi n-nuqqasijiet innutati s-sena ta' qabel; jitlob għal impenn akbar u monitoraġġ aħjar tal-istrutturi u l-proċessi meħtieġa biex il-proċeduri tal-akkwist jkunu konformi mar-regoli stabbiliti;

6.   Jitlob lill-Fondazzjoni biex fir-rapport annwali tagħha turi l-għadd tal-persunal b'mod trasparenti, inklużi l-impjegati kuntrattwali (87 membru tal-persunal).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

13

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Marielle Gallo, Joe Higgins, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Birgit Sippel

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 142.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(3)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 142.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(7)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 142.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 190.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

(15)

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni (ĠU C 304, 15.12.2009).

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali