Proċedura : 2009/2187(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0094/2010

Testi mressqa :

A7-0094/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 160kWORD 85k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.555v02-00 A7-0094/2010

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u tal-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 ta' 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 198/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni(3), b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0094/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 198/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni(7), b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0000/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 198/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni(11), b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp għall-Enerġija mill-Fużjoni, adottat mid-deċiżjoni tal-kunsill amministrattiv tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2007 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju ITER”),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0000/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem “il-Qorti”) stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi l-Impriża Konġunta tinsab fil-fażi tagħha ta’ tnedija u għadha m’applikatx bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistema tagħha ta’ informazzjoni finanzjarja matul is-sena finanzjarja 2008,

C.  billi skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju ITER, din għandu jkollha servizz ta’ verifika interna li għandu josserva l-istandards internazzjonali f’dan il-qasam,

D.  billi r-Regolament Finanzjarju ITER huwa bbażat fuq ir-regolament finanzjarju qafas, li ġie modifikat dan l-aħħar biex jiġi konformi mal-bidliet li saru għar-Regolament Finanzjarju ġenerali,

E.  billi fit-28 ta’ Frar 2008, id-Direttur tal-Impriża Konġunta ressaq talba għal opinjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-Regolament Finanzjarju ITER,

F.  billi l-Qorti tal-Awdituri esprimiet l-opinjoni tagħha Nru 4/2008 dwar dan ir-Regolament f’Ottubru 2008,

It-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat fil-kont eċċess ta’ 57 600 000 EUR, li jirrappreżentaw 38% tal-149 700 000 EUR tal-ispejjeż dovuti; jenfasizza, b’mod partikolari, li parti minn dan l-eċċess (jiġifieri 32 200 000 EUR) ġiet trasferita għall-2009; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-Impriża Konġunta li, ġustament, tispjega li n-nuqqas ta’ użu ta’ dawn il-fondi kien inerenti għall-ewwel sena ta’ awtonomija finanzjarja tal-Impriża Konġunta meta mqabbla mal-Kummissjoni, kif ukoll għad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali ITER u tat-totalità tal-programm “fużjoni” ta’ Euratom;

Irregolaritajiet fl-impenji

2.  Jiżvela li f’sitt każijiet eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri, l-Impriża Konġunta wettqet l-impenji baġitarji wara l-impenji ġuridiċi korrispondenti; jitlob, bħala konsegwenza, lill-Impriża Konġunta biex tirrispetta r-Regolament Finanzjarju anki f’dan is-settur;

Ir-Regolament Finanzjarju ITER

3.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li r-Regolament Finanzjarju ITER hu essenzjalment ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju qafas u tar-Regolament Finanzjarju ġenerali; jinnota, madankollu, li għadd ta' punti speċifiċi jeħtieġu xi modifiki, partikolarment fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipji baġitarji, ir-rwol tas-servizz ta' verifika interna tal-Kummissjoni, il-ħlas tard tal-miżati ta' sħubija, il-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ sussidji u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali previsti fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ITER;

Ir-rapport annwali dwar l-attività

4.  Jirrakkomanda b’mod espliċitu lill-Impriża Konġunta biex tosserva l-iskadenzi miftiehma mal-Qorti tal-Awdituri għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar l-attività tagħha;

Sistemi ta’ kontroll intern

5.  Jirrakkomanda b’mod espliċitu lill-Impriża Konġunta biex tibda xogħlijiet supplimentari fir-rigward tad-dokumentazzjoni tal-proċessi u l-attivitajiet informatiċi, kif ukoll l-eżami tar-riskji marbuta mal-informatika;

6.  Jinnota li l-awditur intern tal-Impriża Konġunta beda l-kariga tiegħu fl-1 ta’ Lulju 2009; jilqa’ b’sodisfazzjon madankollu li l-ITER issa ħejjiet pjan ta’ azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern u li stabilixxiet grupp ta’ ħidma biex jikkoordina u jikkontrolla l-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ITER ħatret persuna responsabbli għall-protezzjoni tad-data u li ġew adottati miżuri biex ikompli l-iżvilupp ta’ programm ta' kontinwità tal-attivitajiet u tal-irkupru tad-data;

7.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ddikjarat li qed isir eżami tal-proċessi operattivi sottostanti kollha;

8.  Jinnota li fl-2008 l-Impriża Konġunta rrappurtat dħul mill-interessi ta' EUR 216 304.89; jikkonkludi mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax li l-Impriża Konġunta għandha livell tar-riżervi ta’ flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta' flus kontanti tal-Impriża Konġunta kien ta' EUR 58 980 569.87; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm biex tiġi implimentata ġestjoni tar-riżervi ta’ flus kontanti orjentata lejn il-ħtiġijiet fl-Impriża Konġunta, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti tal-Impriża Konġunta jinżammu permanentement baxxi kemm jista' jkun.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 310, 18.12.2009, p. 1.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(3)

ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 310, 18.12.2009, p. 1.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(7)

ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 310, 18.12.2009, p. 1.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali