Proċedura : 2009/2069(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0095/2010

Testi mressqa :

A7-0095/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.46
CRE 05/05/2010 - 13.46
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


ABBOZZ TA’ RAPPORT     
PDF 362kWORD 395k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.619v02-00 A7-0095/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament

(C7-0173/2009 – 2009/2069(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

ERRATA/ADDENDA
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament

(C7-0173/2009 – 2009/2069(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 - C7-0173/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - sena finanzjarja 2008, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għall-2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE, l-Artikoli 314(10) u 318 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, skont liema artikolu kull istituzzjoni tal-UE għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2008 - Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII u IX - u dwar l-abbozz tal-estimi preliminari tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2008(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0095/2010),

A. billi "ċ-ċittadini għandhom dritt ikun jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom u kif qed tintuża s-setgħa fdata lill-korpi politiċi"(9),

B.  billi l-prinċipju ta' 'kontrolli u bilanċi' hu importanti ħafna f'istituzzjonijiet ikkaratterizzati minn ġestjoni finanzjarja diċentralizzata u billi l-prinċipju jrid jiġi żgurat permezz ta' responsabilità ċentrali żviluppata biżżejjed għall-adegwatezza sistemika tal-qafas ta' kontroll intern u tal-istruttura ta' governanza,

C. billi waħda mill-kundizzjonijiet għal responsabilizzazzjoni effiċjenti u ġenwina - l-obbligu li wieħed jispjega kif intużaw il-fondi pubbliċi - hi li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess għal informazzjoni relevanti u oġġettiva,

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

(C7-0173/2009 – 2009/2069(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(10),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 - C7-0173/2009)(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - sena finanzjarja 2008, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew(12),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għall-2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(13),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(14),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE, l-Artikoli 314(10) u 318 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15) (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (16),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, skont liema artikolu kull istituzzjoni tal-UE għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2008 - Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII u IX - u dwar l-abbozz tal-estimi preliminari tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2008(17),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0095/2010),

A. billi "ċ-ċittadini għandhom dritt ikun jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom u kif qed tintuża s-setgħa fdata lill-korpi politiċi"(18),

B.  billi l-prinċipju ta' 'kontrolli u bilanċi' hu importanti ħafna f'istituzzjonijiet ikkaratterizzati minn ġestjoni finanzjarja diċentralizzata u billi l-prinċipju jrid jiġi żgurat permezz ta' responsabilità ċentrali żviluppata biżżejjed għall-adegwatezza sistemika tal-qafas ta' kontroll intern u tal-istruttura ta' governanza,

C. billi waħda mill-kundizzjonijiet għal responsabilizzazzjoni effiċjenti u ġenwina - l-obbligu li wieħed jispjega kif intużaw il-fondi pubbliċi - hi li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess għal informazzjoni relevanti u oġġettiva,

D. billi, f’konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet waslu u ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-Baġit u s-Segretarju Ġenerali,

Il-Ġestjoni tar-riskji u l-governanza korporattiva fil-Parlament

1.  Jinnota l-kunċett ġenerali ta' 'governanza korporattiva' bħala sett ta' proċessi, drawwiet, politiki u regoli li jaffettwaw il-mod ta' kif kumpanija jew istituzzjoni tiġi diretta, amministratta u kontrollata, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiżdied l-output;

2.  Ifakkar li nħareġ abbozz ta’ rapport dwar il-kontroll Parlamentari tal-implimentazzjoni tal-baġit mid-dipartiment ta’ politika għall-affarijiet baġitarji fit-12 ta’ Marzu 2009 u jirrakkomanda li jiġi adottat sett tal-aqwa prattiki mill-Parlament;

3.  Jenfasizza li l-elementi ewlenin tal-governanza korporattiva tajba jinkludu t-trasparenza u l-aċċessibilità, ir-responsabilità u l-obbligu ta’ rendikont tal-persuni fdati bil-governanza korporattiva f’organizzazzjoni;

4.  Jiddefinixxi l-obbligu ta' rendikont bħala r-rikonixximent u t-teħid tar-responsabilità għall-azzjonijiet, id-deċiżjonijiet u l-politiki kif ukoll l-obbligu li wieħed jirrapporta, jispjega u jkun jista' jirrispondi għall-konsegwenzi li jirriżultaw;

5.  Jinnota li l-Parlament hu organizzazzjoni kumplessa fejn il-linja bejn deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi mhux dejjem tkun ċara minħabba li l-istruttura ta’ governanza tiegħu fiha ħafna livelli;

6.  Jemmen li sistemi aktar sofistikati ta’ kontroll intern u ta’ ġestjoni tar-riskji se jtejbu l-obbligu ta’ rendikont u jipproteġu t-tmexxija politika u l-maniġers amminstrattivi minn riskji finanzjarji u mhux finanzjarji;

7.  Jistieden lis-servizzi kompetenti, għaldaqstant, biex jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jinfurzaw l-istandards minimi ta’ kontroll intern biex jinkorporaw il-lezzjonijiet li tgħallmu u biex jibqgħu konformi mal-iżviluppi fil-ġestjoni tar-riskji u l-governanza korporattiva; ifakkar li d-dipartimenti li jawtorizzaw għandhom obbligu li jirrispettaw l-istandards meta jiżviluppaw is-sistemi tagħhom ta’ kontroll intern u l-miżuri ta’ implimentazzjoni; jistieden lis-servizzi kompetenti biex jitolbu l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit qabel ma l-istandards minimi ta' kontroll intern riveduti jintbagħtu lill-Bureau biex dan jirrevedihom u japprovahom;

8.  Jinnota l-objettivi tas-Segretarju Ġenerali għall-2008-2009 kif ġej:

- preparazzjoni għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona,

- preparazzjoni għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 biex it-tendenza ta' parteċipazzjoni baxxa titreġġa' lura,

- żieda fis-servizzi għall-Membri, u

- riforma u konsolidazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament;

9.  Ifakkar li r-riżorsi finanzjarji tal-Parlament joriġinaw mit-taxxi taċ-ċittadini u li kwalunkwe istituzzjoni li tuża l-fondi pubbliċi għandha l-obbligu li tispjega kif ġew użati dawk il-fondi u li tagħti informazzjoni komprensiva, oġġettiva u relevanti dwar sa liema punt il-fondi intużaw għall-iskopijiet maħsuba u skont il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba (ekonomija, effiċjenza, effikaċja) u ta’ trasparenza;

10. Ifakkar li l-għoti kollu huwa soġġett għall-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali, b’mod partikolari, l-Artikolu 109(1) u l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 169 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (ir-Regoli Implimentattivi); jenfasizza li dan japplika għall-benefiċjarji kollha tal-fondi tal-Unjoni, inkluż il-persunal tal-Parlament u l-qraba tagħhom li qed jirċievu sussidji għall-ħarġiet privati (bħall-iskijjar u ħarġiet oħra); jitlob lill-amministrazzjoni biex issegwi l-eżami ta’ tali ħlasijiet;

Riskji għar-reputazzjoni

11. Jenfasizza li xi riskji għar-reputazzjoni huma ħafna aktar perikolużi minn riskji finanzjarji u jistieden lis-Segretarju Ġenerali, flimkien mal-uffiċjali li jawtorizzaw biex jevalwaw bis-sħiħ il-profil tar-riskju tal-Parlament;

12. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-kariga ta’ maniġer tar-riskji fl-24 ta’ Frar 2010 u jitlob lill-maniġer tar-riskji li għadu kif ġie inkarigat biex jinforma l-kumitati kompetenti mill-aktar fis possibbli dwar il-kunċett għall-approċċ u l-istrateġija tar-riskji li se jiġu adottati fil-futur;

13. Jinnota li r-rwol u l-funzjoni ta’ maniġer speċifiku tar-riskju għandhom ikunu li jassisti lill-Uffiċjali li Jawtorizzaw fil-ġestjoni tar-riskji permezz ta’ pariri u koordinazzjoni;

14. Jenfasizza li l-indipendenza, ir-rwol u l-funzjoni tal-maniġer tar-riskju huma importanti; jinnota u jaqbel li l-maniġer tar-riskju se jkun marbut direttament mal-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali;

15. Jenfasizza li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona żied is-setgħat tal-Parlament u l-ammont ta’ xogħol tal-Membri tiegħu u l-persunal awżiljarju tagħhom; huwa tal-opinjoni li kundizzjonijiet tax-xogħol fil-postijiet kollha tax-xogħol għandhom jirriflettu b’mod adegwat iż-żieda fil-ħtieġa għax-xogħol u l-materjal; jistieden lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jippreżenta pjanijiet biex jiġi pprovdut post adegwat għall-uffiċċji b’mod partikolari fl-uffiċċji tiegħu ta’ Strasburgu, fejn il-kmamar għall-iġjene personali fl-uffiċċju għandhom jitneħħew u għandu jinħoloq uffiċċju fejn jintlaqgħu l-viżitaturi;

16. F’dak ir-rigward, ifakkar is-sejbiet tiegħu dwar ix-xogħlijiet tar-rijabilitazzjoni mill-asbestos, u jitlob lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jirraporta dwar ir-riżultati operattivi u finanzjarji u l-possibilità ta’ ħtiġijiet futuri għal miżuri konsegwenzjali ta’ rimedju;

17. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħlasijiet tar-rinnovazzjonijiet ta’ Strasburgu li għamel il-Parlament u huwa tal-opinjoni li dawk il-ħlasijiet m’għandhomx isiru mit-taxxi taċ-ċittadini iżda mill-Kunsill Lokali ta’ Strassburgu;

18. Jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit jirċievi kwestjonarju dwar il-bini u t-tweġibiet għal dan fl-istess ħin bħall-Kumitat tiegħu għall-Baġits;

19. Jenfasizza li hemm ftit wisq valur miżjud ta’ Parl-TV minħabba n-numru żgħir ta’ spettaturi tiegħu; huwa tal-opinjoni li l-iffinanzjar ta’ Parl-TV u l-proġett kollu għandhom jiġu riveduti;

Il-proċess ta’ kwittanza

20. Jenfasizza li l-valur miżjud tal-proċedura parlamentari u pubblika li twassal għall-kwittanza li l-Parlament jagħti lilu nnifsu hi l-possibilità addizzjonali li jsir, fil-pubbliku, skrutinju kritiku tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u għaldaqstant ikun faċilitat il-mod ta’ kif iċ-ċittadini tal-Unjoni jifhmu l-istruttura partikolari, l-istruttura ta’ governanza u l-metodi ta’ ħidma tal-Parlament;

21. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ aktar tnaqqis tar-riskju fil-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament fejn anke n-nuqqasijiet mhux materjali jistgħu jirriżultaw fi ħsara konsiderevoli għar-reputazzjoni tal-Parlament billi tonqos l-importanza tal-kisbiet tal-politiki tal-Parlament u jfakkar lill-Membri u lill-persunal tal-Parlament dwar ir-responsabilità personali tagħhom fil-ġestjoni finanzjarja xierqa tal-Parlament;

22. Jenfasizza li l-iskrutinju kritiku hu meħtieġ biex jiżgura li l-parteċipanti finanzjarji tal-Parlament ikollhom obbligu sħiħ li jagħtu rendikont, għax it-trasparenza totali u kompluta biss toffri liċ-ċittadini tal-Unjoni ħarsa fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament u l-mod ta’ kif dan juża l-flus taċ-ċittadini;

L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu

23. Jenfasizza li l-Parlament, bħala istituzzjoni, għandu interess fundamentali fit-trasparenza totali rigward il-ġestjoni finanzjarja tiegħu; għaldaqstant jistenna li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu jikkonforma b’mod sħiħ mar-rwol speċifiku u importanti parlamentati tiegħu billi jenfasizza b’mod ċar fejn jista’ jsir titjib, bħalma jagħmel ma’ istituzzjonijiet oħra;

24. Jifhem sew li analiżi oġġettiva, professjonali u komprensiva ta’ strutturi u proċeduri kumplessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet u ta’ ġestjoni hi sfida u tieħu aktar ħin u jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu jkun mgħammar aħjar biex iwettaq il-kompiti tiegħu li huma dejjem akbar billi tissaħħaħ b’mod sostanzjali l-organigramma tas-segretarjat ta’ dan il-Kumitat;

25. Jenfasizza li t-test tal-Artikolu 317 tat-Trattat FUE (introdott permezz tat-Trattat ta' Lisbona) jippreżenta ħidmiet diffiċli għall-attivitajiet ta' kontroll tal-Parlament;

26. Jenfasizza li t-tisħiħ tas-segretarjati tal-kumitati ma jistax isir fuq il-bażi ta’ parametri purament kwantitattivi u jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jinkludi parametri kwalitattivi u li huma definiti sew ukoll;

27. Jenfasizza barra minn hekk li l-attivitajiet parlamentari tradizzjonali bħall-iskrutinju kritiku tal-użu tal-fondi pubbliċi jridu jkunu parti integrali mix-xogħol ewlieni tal-Parlament fil-livelli kollha;

Titjib tal-proċessi amministrattivi

28. Jinnota t-tradizzjoni li skontha l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jitlob lill-amministrazzjoni tipprovi informazzjoni dwar diversi temi fir-rapporti tiegħu ta' kwittanza; jirrakkomanda li dawn ir-rapporti jintbagħtu direttament lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u li jiġu ppubblikati - għall-informazzjoni tal-membri tal-Kumitat kif ukoll taċ-ċittadini tal-Unjoni - fuq il-paġna elettronika ewlenija ta’ dak il-Kumitat malli l-President tiegħu jirċevihom;

Preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Parlament Ewropew

29. Jinnota ċ-ċifri li fuq il-bażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2008, jiġifieri:

(a) Approprjazzjonijiet disponibbli

approprjazzjonijiet għall-2008:

1 452 517 167

trasferimenti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2007:

43 800 036

trasferimenti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2007:

225 239 332

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għall-2008:

47 551 735

trasferimenti li jikkorrispondu għad-dħul assenjat mill-2007:

38 325 182

Total:

1 807 433 452

(b) Użu ta’ approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2008

impenji:

1 723 369 531

ħlasijiet li saru:

1 488 856 868

ħlasijiet pendenti u approprjazzjonijiet mhux impenjati li ġejjin minn dħul assenjat:

 

232 944 667

approprjazzjonijiet trasferiti b'mod awtomatiku inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

 

232 944 667

approprjazzjonijiet trasferiti mhux b'mod awtomatiku

8 315 729

approprjazzjonijiet kanċellati:

70 722 045

(c) Dħul Baġitarju

li wasal fl-2008:

151 054 374

(d) Il-karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2008

1 782 229 891

30. Jinnota li l-ħlasijiet totali rigward il-krediti tal-2008, inklużi t-trasferimenti awtomatiċi u mhux awtomatiċi ta' dawk il-krediti għall-2009, jikkorrispondu għal 94% tal-approprjazzjonijiet totali għall-2008;

31. Jinnota li l-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2008 kien ta' EUR 129 150 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, li minnhom il-baġit tal-Parlament kien ta' EUR 1 453 miljun; barra minn hekk jinnota li din il-figura tirrappreżenta ftit aktar minn 1% tal-baġit tal-Unjoni u tammonta għal 19,48% tal-EUR 7 284 miljun allokati għall-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha kemm huma;

Riċevibbli bi skadenza qasira

32. Jinnota li l-gvern Belġjan ta lura EUR 85 896 389 lill-Parlament fil-bidu tal-2010; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex meta jkun il-waqt jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar kif se jintużaw dawn il-flus;

L-Akkwist pubbliku

33. Jinnota li s-Servizz ta’ Verifika Interna wettaq verifika komprensiva tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-proċess tal-akkwist pubbliku fil-Parlament fl-2004 u fl-2005 u li r-rapport finali adottat fil-31 ta’ Marzu 2006 jinkludi 144 miżura speċifika għall-implimentazzjoni għall-perjodu sal-31 ta’ Marzu 2008;

34. Jilqa' l-fatt li s-Servizz ta' Verifika Interna fl-2008 beda sensiela ġdida ta' verifiki biex jerġa' jivvaluta l-livell ta' kisba tal-144 miżura speċifika u jinnota li dawn il-verifiki ġodda kien għadhom għaddejjin fl-aħħar tal-2009;

35. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li bħala l-punt ta’ interazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat, l-akkwist pubbliku hu qasam ta’ riskju kbir li jeħtieġ li jingħata attenzjoni kontinwa mill-qrib;

36. Ifakkar li f’kull stadju tal-proċess tal-akkwist - il-valutazzjoni inizjali tal-ħtiġijiet, it-tħejjija ta’ sejħa għall-offerti, it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u l-ispeċifikazzjonijiet, il-kuntatti ma’ appaltaturi, il-ftuħ tal-offerti, l-evalwazzjoni tas-sejħiet għall-offerti, it-teħid tad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni, il-konklużjoni tal-kuntratti - jeżistu riskji sinifikanti għall-kisba tal-għanijiet imsemmija hawn fuq bħala riżultat ta’ ambjent legali kumpless u ħtiġijiet fattwali;

Riforma tar-Regolament Finanzjarju

37. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu sehem attiv fir-reviżjoni li jmiss fuq tliet snin tar-Regolament Finanzjarju billi jingħata parir amministrattiv dwar l-oqsma li jeħtieġu riforma;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

38. Jinnota li s-servizzi ċentrali, fuq il-bażi ta' tagħrif provdut mid-dipartimenti li jawtorizzaw, jistabbilixxu r-rapport annwali(19) lill-awtorità baġitarja fuq kuntratti mogħtija fl-2008 u t-tqassim kif ġej tal-kuntratti kollha mogħtija fl-2008 u fl-2007:

 

 

Tip ta' kuntratt

 

2008

 

2007

 

Għadd

 

Persentaġġ

 

Għadd

 

Persentaġġ

 

Servizzi

Provvisti

Xogħlijiet

Bini

 

240

59

44

15

 

67%

17%

12%

4%

 

161

48

28

12

 

65%

19%

11%

5%

 

Total

 

358

 

100%

 

249

 

100%

 

Tip ta' kuntratt

 

2008

 

2007

 

Valur (f'EUR)

 

Persentaġġ

 

Valur (f'EUR)

 

Persentaġġ

Servizzi

Provvisti

Xogħlijiet

Bini

 

454 672 969

22 868 680

81 247 056

123 429 315

 

67%

3%

12%

18%

 

218 201 103

42 443 126

16 449 758

54 387 707

 

66%

13%

5%

16%

 

Total

 

682 218 020

 

100%

 

331 481 694

 

100%

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2008, paġna 4)

39.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2008 u fl-2007 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej:

 

 

 

Tip ta’ proċedura

 

2008

 

2007

 

Għadd

 

Persentaġġ

 

Għadd

 

Persentaġġ

 

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

 

126

14

218

 

35%

4%

61%

 

85

10

154

 

34%

4%

62%

Total

 

 

358

 

100%

 

249

 

100%

 

 

 

Tip ta’ proċedura

 

2008

 

2007

 

Valur (f'EUR)

 

Persentaġġ

 

Valur (f'EUR)

 

Persentaġġ

 

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

 

345 415 316

139 782 362

197 020 342

 

51%

20%

29%

 

162 124 519

59 593 905

109 763 270

 

49%

18%

33%

Total

 

 

682 218 020

 

100%

 

331 481 694

 

100%

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2008, paġna 6)

40. Jinnota li minn total ta' 358 kuntratt li ngħataw fl-2008, 140 kuntratt, b'valur ta' EUR 485,2 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew restritti, filwaqt li 218, b'valur ta' EUR 197 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri nnegozjati;

Proċeduri negozjati eċċezzjonali

41. Jinnota b'mod partikulari ż-żieda kbira fl-2008 tal-għadd ta' proċeduri nnegozjati eċċezzjonali kif muri fit-tqassim li ġej:

 

 

2008

 

2007

 

 

 

 

 

 

Għadd

% tal-kuntratti

Għadd

% tal-kuntratti

 

 

totali

 

totali

 

 

tad-DĠ

 

tad-DĠ

DĠ PRES (ħlief DIT)

8

44,44%

6

37,50%

DĠ IPOL

0

0,00%

0

0,00%

DĠ EXPO

3

75,00%

1

20,00%

DĠ COMM (ħlief id-Dir. Librerija)

16

16,00%

9

13,64%

DĠ PERS

0

0,00%

1

9,09%

DĠ INLO (ħlief id-Dir. Interpretazzjoni)

35

34,31%

19

21,84%

DĠ INTE (qabel kien id-Dir. Interpretazzjoni) InterpretazzjoninĠ Dir.)

9

56,25%

3

33,33%

DĠ TRAD (ħlief id-Dir. Pubblikazzjonijiet) Dir.)

0

0,00%

1

25,00%

DĠ ITEC (qabel kienu d-Dir. Pubblikazzjon-

9

56,25%

2

33,33%

ijiet u d-Dir. IT)

0

0,00%

0

0,00%

DĠ FINS

0

0,00%

0

0,00%

Servizz Legali

 

 

 

 

Parlament, total

80

22,35%

42

16,87%

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2008, p. 9)

42. Jinnota li l-proporzjon tal-proċeduri nnegozjati eċċezzjonali żdied fl-għadd kif ukoll fil-proporzjon fil-każ ta' sitt uffiċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw;

Artikolu 54 tar-Regoli Implimentattivi(20)

43. Ifakkar li l-Artikolu 54 tar-Regoli Implimentattivi jgħid: "Jekk il-proporzjon ta' proċeduri nnegozjati meta jitkejjel mal-għadd ta' kuntratti mogħtija mill-istess [test mhux uffiċjali] uffiċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza jiżdied sew milli kien fi snin oħra, jew jekk dak il-proporzjon ikun ogħla mill-medja għal dik l-istituzzjoni, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jirrapporta lill-istituzzjoni u jistabbilixxi miżuri biex ireġġa' dik it-tendenza lura";

44. Hu tal-fehma li ż-żieda reġistrata bejn l-2007 u l-2008 b’mod ċar tobbliga lill-uffiċjali li jawtorizzaw li jieħdu miżuri biex ‘ireġġgħu din it-tendenza lura’; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jirraporta lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-miżuri li ttieħdu qabel l-1 ta’ Settembru 2010;

45. Jistieden lill-uffiċjali li jawtorizzaw biex jippreżentaw lill-awtorità ta' kwittanza - għas-sena finanzjarja 2009 u aktar 'il quddiem - aktar informazzjoni li tippermetti superviżjoni aktar bir-reqqa tal-użu mill-Parlament ta' proċeduri nnegozjati eċċezzjonali (Artikoli 126 u 127 tar-Regoli Implimentattivi) billi jinkludu, fir-Rapport ta' Attività Annwali tagħhom, anness li jipprovdi informazzjoni ċara dwar:

-    għalfejn kien jeħtieġ, l-ewwel nett, li jiġi konkluż kuntratt skont l-Artikoli 126 jew 127 tar-Regoli Implimentattivi,

-    għalfejn l-uffiċjal li jawtorizza sab li kuntratt speċifiku jaqa' taħt waħda mill-kategoriji stabbiliti ("l-offerti li saru ma kinux tajbin ", "raġunijiet tekniċi jew artistiċi", "urġenza", eċċ) fl-Artikolu 126(1) u fl-Artikolu 127(1),

-    l-għadd ta' kandidati li saru negozjati magħhom, u

-    il-kriterji għalfejn l-offerta kienet aċċettabbli;

46. Barra minn hekk, jistieden lill-Unità Finanzjarja Ċentrali biex tikkonsolida l-informazzjoni li għandha tingħata fl-anness il-ġdid tar-"Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew";

Rappreżentazzjonijiet tal-Maniġment fil-Parlament

47. Ifakkar li l-Artikolu 8(9) sa (11) tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit tal-Parlament Ewropew jipprovdi li s-Segretarju Ġenerali għandu, bħala l-Uffiċjal Prinċipali bid-Delegazzjoni li Jawtorizza, jagħmel dikjarazzjoni dwar jekk il-baġit tal-Parlament ikunx ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda u dwar jekk il-qafas ta' kontroll eżistenti jipprovdix il-garanziji meħtieġa ta' legalità u ta' regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;

48. Ifakkar ukoll li d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Uffiċjal Prinċipali bid-Delegazzjoni li Jawtorizza hi bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet maħruġa mid-Diretturi Ġenerali fil-kapaċità tagħhom ta' Uffiċjali bid-Delegazzjoni li Jawtorizzaw;

49. Jinnota li s-Segretarju Ġenerali preċedenti, fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-4 ta' Marzu 2009(21)

-    innota li l-ebda uffiċjal li jawtorizza ma semma kwalifiki formali fid-dikjarazzjoni tiegħu, u

-    iċċertifika li għandu assigurazzjoni raġjonevoli li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta' kontroll applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u tar-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;

50. Jinnota wkoll li l-Uffiċjal bid-Delegazzjoni li Jawtorizza Ewlieni qal ukoll li d-dikjarazzjoni "hi bbażata fuq il-ġudizzju tiegħu, fuq ir-rapport ta' verifika interna li rċevejt, fuq il-monitoraġġ u l-appoġġ ċentrali tal-attivitajiet ta' ġestjoni finanzjarja mwettqa f'ismi jew fuq talba tiegħi, u fuq kull informazzjoni oħra disponibbli";

Artikolu 60(4) u 9(7) tar-Regolament Finanzjarju(22)

51. Jinnota li l-Artikolu 60(4) tar-Regolament Finanzjarju jitlob lil kull Uffiċjal bid-Delegazzjoni li Jawtorizza biex "iqiegħed (...) l-amministrazzjoni nterna u l-proċeduri ta’ kontroll l-aktar adatti għat-twettieq tad-doveri tiegħu/tagħha,(...)" u li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju jitlob lill-istess persuna responsabbli fil-ġestjoni finanzjarja biex jirrapporta dwar "l-effiċjenza u l-effettività" tas-sistemi li jkun stabilixxa;

Mhux ir-Rapporti ta' Attività Annwali kollha kienu konformi mar-Regolament Finanzjarju

52. Jinnota wkoll li xi Diretturi Ġenerali biss “indikaw ir-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet tagħhom jew irrapportaw dwar il-mod ta’ kif jaħdmu s-sistemi tagħhom ta’ kontroll intern” (risposta għall-Mistoqsija 4.2.1) filwaqt li r-Regolament Finanzjarju fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 60(7) jgħid b’mod ċar li l-Uffiċjali li Jawtorizzaw, fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom, għandhom jirrapportaw dwar “l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern”;

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar huma laxki wisq?

53. Jinnota li n-nuqqas kien “bla dubju dovut għall-fatt li l-istruzzjonijiet għat-tfassil tar-rapporti ta’ attività annwali tal-2008 ppermettew ħafna lok ta’ manuvrar għall-Uffiċjali li Jawtorizzaw fil-mod ta’ kif kellhom jirrapportaw, partikolarment dwar is-sistemi tagħhom ta’ kontroll intern2 (tweġiba għall-Mistoqsija Nru 4.2.); madankollu jinnota b’sodisfazzjon li l-istruzzjonijiet għar-rapporti tal-2009 f’dan ir-rigward huma aktar stretti u jistenna li d-Diretturi Ġenerali kollha jaġixxu skonthom;

54. Ifakkar li l-għan ta’ sistema ta’ kontroll intern hu li tiżgura n-nefqa korretta f’konformità mar-regolamenti finanzjarji;

55. Jenfasizza li fi kwalunkwe sistema ta' ġestjoni finanzjarja jrid ikun hemm l-iċċekkjar u l-bilanċi xierqa meta jiġi awtorizzat xi nfiq;

56. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, għaldaqstant, sabiex jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza malajr kemm jista’ jkun u f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 dwar il-miżuri preċiżi - u l-iskadenza għall-implimentazzjoni - li ħa jew li se jieħu biex isaħħaħ is-sistema ta’ kontrolli interni u b’mod partikolari rigward:

-    il-garanzija li r-rapporti ta’ attività li jikkonformaw bis-sħiħ mal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju mill-Uffiċjali li Jawtorizzaw kollha;

-    il-kisba ta’ rapporti ta’ attività annwali aktar ċari, iqsar, aktar preċiżi, aktar relevanti u aktar professjonali bl-għan li jipprovdu lill-awtorità ta’ kwittanza b’informazzjoni relevanti dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi mill-Parlament, l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex is-Segretarju Ġenerali jagħmel dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni effikaċi;

-    it-twettiq ta’ kontrolli interni għall-kuntratti negozjati u restritti li jmorru lura għall-2008; l-intensifikazzjoni ta' kontrolli interni ta' dan it-tip,

-    il-pubblikazzjoni ta’ lista annwali kompleta tal-kumpaniji kollha li ngħataw kuntratti negozjati u restritti mill-2008;

Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2008

Fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għas-salarji

57. Jinnota li l-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Persunal fir-rigward tal-fattur ta' multiplikazzjoni bħal fis-snin preċedenti filwaqt li jistennew id-deċiżjoni finali tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet dwar din il-kwistjoni ippreżentati lilha mill-persunal tagħhom;

Rimborż tal-ispejjeż ta' akkomodazzjoni magħmula waqt il-missjonijiet

58. Jinnota li, sa mis-sena finanzjarja 2004, il-Qorti tal-Awdituri stiednet lill-Parlament biex jiżgura li l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni magħmula waqt il-missjonijiet jiġu rimborżati f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal; jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mid-DĠ Persunal biex jissimplifika u jirrazzjonalizza l-ġestjoni tal-missjonijiet;

59. Jinnota t-tweġiba tal-amministrazzjoni u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li "bażi baġitarja" ma tistax tintuża biex taqleb il-qafas regolatorju; iqis li din il-kwistjoni għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolamenti tal-Persunal;

60. Jistenna li dawk li b'mod ewlieni jieħdu d-deċiżjonijiet f'dan il-qasam – il-Bureau, is-Segretarju Ġenerali u d-Direttur Ġenerali għall-Persunal – jieħdu, malajr kemm jista' jkun wara li tkun ittieħdet deċiżjoni, il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli interni u l-proċeduri tal-Parlament rigward il-missjonijiet ikunu konformi b'mod sħiħ u konsistenti mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u r-Regolamenti tal-Persunal;

Konċessjonijiet ta' għajnuna għall-Membri

61. Jinnota u jifraħ lill-servizzi għall-ammont konsiderevoli ta' xogħol imwettaq fl-eżerċizzju ta' regolarizzazzjoni għall-ispejjeż ta' għajnuna parlamentari mħallsa matul is-snin 2004 sal- 2008;

62. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, lid-Direttur Ġenerali għall-Persunal u lid-Direttur Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku biex jaraw sa liema punt ikunu jistgħu jintużaw it-teknoloġiji ġodda tal-konferenzi bil-vidjow bħala mod ta’ kif jitnaqqsu l-ispejjeż tal-missjonijiet; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-użu ta’ softwer b’Sors Miftuħ bħala mod sigur u li ma jiswiex ħafna flus ta’ kif isiru l-konferenzi bil-vidjow;

63. Jinnota wkoll li s-sistema l-ġdida li bdiet fl-14 ta' Lulju 2009 hi mistennija tiżgura konformità xierqa mal-regoli u mal-prinċipji relevanti u tipprovdi l-aqwa garanzija ta' trasparenza, legalità u tmexxija finanzjarja tajba tal-konċessjonijiet ta' għajnuna parlamentari;

Il-Membri bħala persuni pubbliċi

64. Jappoġġja d-dritt ta' dawk li jħallsu t-taxxi li jagħmlu skrutinju tal-użu li l-Membri, bħala persuni pubbliċi, jagħmlu mill-kontribuzzjoni tagħhom, u jistieden lill-Membri biex jagħtu attenzjoni partikulari lill-interess pubbliku fl-użu tagħhom tal-fondi pubbliċi Ewropej;

65. Jistieden - wara li kkunsidra r-riskji konsiderevoli għar-reputazzjoni f'dan il-qasam tal-politika pubblika - kemm lill-Awditur Intern kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri biex issegwi mill-qrib il-funzjonament u l-effiċjenza tal-qafas il-ġdid u biex jindikaw kwalunkwe nuqqasijiet u/jew possibbiltajiet għal titjib fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-ħlasijiet lill-Membri, inkluża n-nefqa għall-għajnuna;

Skemi ta' pensjonijiet addizzjonali għall-Membri

66. Ifakkar fir-rimarki tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapporti Annwali tagħha tal-2006 u l-2007 dwar il-bżonn li jiġu stabbiliti regoli ċari li jiddefinixxu l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Parlament u tal-membri tal-fond fil-każ ta' defiċit; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jibgħat proposta sal-31 ta’ Diċembru 2010 biex isolvi dan, filwaqt li jirrispetta d-deċiżjoni meħuda mill-Plenarja li l-ebda flus addizzjonali mit-taxxi mhuwa se jintuża biex ikopri d-defiċit;

67. Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-fond kellu defiċit attwarju ta’ EUR 121 844 000 u li, fl-istess data, il-fond evalwa l-benefiċċji li għad iridu jitħallsu lill-membri tal-fond bħala EUR 276 984 000 (Rapport Annwali 2008 tal-Qorti tal-Awdituri, Anness 11.2);

68. Jinnota li l-passivi tal-Parlament huma riflessi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-31 ta' Diċembru 2008;

69. Jinnota r-rapport tal-awditur indipendenti li jgħid li “il-provvediment għall-pensjonijiet u obbligi simili ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ qligħ ta’ 6.5% fis-sena fuq l-investiment”, u din iċ-ċifra mhix realistika;

70. Jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza sħiħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-entitijiet ta’ governanza tiegħu, jiġifieri l-President, il-Bureau, il-Kwesturi u l-Konferenza tal-Presidenti;

71. Jistieden lill-Bureau jqis il-possibilità li jagħmel l-informazzjoni mogħtija lill-Kumitat għall-Baġits dwar id-deċiżjonijiet li għandhom konsegwenzi baġitarji kbar aktar faċilment aċċessibbli għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sabiex ikun jista’ jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni dwar l-awtorità tal-kwittanza u tal-Ewropej li jħallsu t-taxxi;

72. Huwa tal-fehma li l-Bureau bħala l-korp kompetenti fi ħdan il-Parlament għad-deċiżjonijiet finanzjarji u amministrattivi li jaffettwaw il-Membri u t-tħaddim tal-istituzzjoni, għandu responsabbiltà partikolari li jrawwem l-obbligu ta’ rendikont demokratiku;

73. Hu tal-fehma li l-emendar tal-proposti baġitarji li jkopri biss is-sena baġitarja attwali mhux biżżejjed bħala għodda tal-ġestjoni u jistieden lill-Bureau biex jippreżenta stima ta' ħames snin tal-konsegwenzi mistennija ta' deċiżjonijiet finanzjarji kbar;

74. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li kwistjonijiet relatati mal-obbligu ta’ rendikont fil-politika pubblika u l-ġestjoni tar-riskji għar-reputazzjoni ta’ istituzzjonijiet pubbliċi huma kwistjonijiet li ma jistgħux u ma għandhomx jiġu ridotti għal konsiderazzjonijiet legali;

Ir-Rapporti tal-Awditur Intern tal-Parlament

75. Jinnota li l-Servizz ta' Verifika Interna kien, sa mill-ħolqien tiegħu, parti mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi, li jirrappreżenta madwar 30% tal-baġit tal-Parlament, u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Servizz ta' Verifika Interna, mill-1 ta' Settembru 2009, wara deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, ġie marbut direttament mas-Segretarju Ġenerali minħabba li kemm l-effikaċja tal-attività ta' verifika interna u kemm il-perċezzjoni tar-rwol indipendenti u oġġettiv tiegħu mid-dipartimenti verifikati se titjieb permezz ta' din il-mossa;

76. Jenfasizza li l-pożizzjoni preċedenti tiegħu fi ħdan l-organizzazzjoni ma żammitx lis-Servizz ta’ Verifika Interna milli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont il-ħtiġiet professjonali u regolatorji; jilqa’ l-pożizzjoni l-ġdida tiegħu u jistenna li din se ttejjeb il-fluss ta’ informazzjoni essenzjali dwar kwistjonijiet ta’ riskju mingħand is-Segretarju Ġenerali u b’hekk tiffaċilita r-rwol tal-Awditur Intern li jagħti pariri lill-Parlament dwar kif tittratta r-riskji;

Verifika tal-Qafas ta' Kontroll Intern

77. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Servizz ta' Verifika Interna ta prijorità lill-monitoraġġ u l-għoti ta' pariri dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi deċentralizzati ġodda ta' kontroll intern introdotti mir-Regolament Finanzjarju, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1 2003;

78. Jinnota wkoll li r-reviżjoni oriġinali tal-Qafas ta' Kontroll Intern fl-2003 u l-2004 rriżultat f'14-il rapport tal-verifika li jkopru d-dipartimenti kollha u s-servizzi ċentrali u fihom 452 azzjonijiet miftiehma;

79. Jinnota li l-ewwel sensiela ta' verifiki ta' segwitu fl-2005 u l-2006 uriet li l-maniġment kien implimenta 225 mill-452 azzjoni oriġinali u li l-227 azzjoni mhux kompleta kienu jinkludu 20 meqjusa bħala "kritiċi" għax jindirizzaw oqsma esposti ħafna għar-riskju u ħolqu l-ħtieġa ta' azzjoni korrettiva urġenti mis-servizzi konċernati;

L-azzjonijiet miftuħa li għad fadal

80. Jinnota wkoll li wara t-tieni sensiela ta' verifiki ta' segwitu fl-2007 u l-2008, ir-riżultat fl-aħħar tal-2008 wera li mill-452 azzjoni oriġinali, 88 kien għadhom miftuħa, u li dawk l-azzjonijiet kienu mqassma bejn id-Direttorati Ġenerali kif ġej:

DĠ PRES:                                     5

DĠ TRAD:                                    1

DĠ ITEC:                                     22 + erba' azzjonijiet kritiċi mhux kompluti

DĠ INTE:                                      5

DĠ INLO                                    10

DĠ COMM:                                  6

DĠ PERS                                      9

DĠ FINS                                    12

Seg Ġen                         18 (Azzjonijiet Ċentrali)

81. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib fit-tmexxija u s-sistemi ta’ kontroll intern tad-Direttorati Ġenerali iżda jqajjem mistoqsijiet dwar l-għadd ta’ azzjonijiet mhux kompluti li juru rata ta’ tlestija globali ta’ 80.53% biss fuq perjodu ta’ żmien relattivament twil li kellu jkun biżżejjed għas-servizzi responsabbli biex jieħdu azzjoni korrettiva;

82. Huwa konxju bis-sħiħ li xi dipartimenti ġew trasferiti għal Direttorati Ġenerali oħra fil-perjodu li qed jiġi kkonsidrat; ifakkar li "l-istituzzjoni għandha tassigura li azzjoni tittieħed dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar" skont l-Artikolu 86 (3) tar-Regolament Finanzjarju, u jħoss li mhux sodisfaċenti li r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika maħruġa fl-2003 u l-2004 għadhom ma ġewx implimentati fl-2008;

83. Jenfasizza li t-88 azzjoni mhux kompluti jindikaw il-persistenza ta' riskji residwi f'ċerti oqsma speċifiċi u jirrakkomanda bil-qawwa li jittieħdu malajr il-miżuri xierqa biex ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet pendenti malajr kemm jista' jkun; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jinforma lill-kumitat kompetenti bil-progress li jkun sar;

84. Huwa tal-opinjoni li għandha ssir reviżjoni tal-uffiċċju ta’ verifika interna tal-Parlament bl-għan li jissaħħaħ dak is-servizz u b’hekk ikompli jitjieb l-iskrutinju finanzjarju, u għandhom jiġu provduti l-istrumenti kollha li jiżguraw li l-kompiti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jiġu sodisfati;

85. Jitlob li sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2010, il-Parlament jirċievi spjegazzjoni sħiħa u tweġibiet eżatti għalfejn iċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid għadu mhux miftuħ;

Il-premjijiet tal-Parlament Ewropew

86. Iqis li l-Premju LUX mhux xieraq u ma jqisx li l-baġit tal-Parlament għandu jintuża għall-kompetizzjonijiet tal-films; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhomx jitqiesu adattati biex jivvalutaw u jagħtu l-premjijiet kulturali;

Gruppi politiċi (punt 4000 tal-baġit )

87. Jinnota li fl-2008 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4000 tal-baġit intużaw kif ġej:

 

 

 

 

 

 

 

 

(f'EUR)

Total disponibbli fil-baġit 2008

81.625.415

Membri Non-Affiljati

1.485.287

Ammonti disponibbli għall-gruppi

80.140.128

Grupp

Approprjazzjonijiet allokati mill-baġit tal-Parlament

Allokazzjoni mill-ġdid (*)

Allokazzjoni Supplimentari 2008 (**)

Riżorsi proprji tal-gruppi u approprjazzjonijiet trasferiti

Nefqa fl-2008

Rata ta' utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli

Limitu massimu tat-trasferimenti(***)

Ammonti trasferiti għas-sena 2009

PPE

19.457.497

-19.262

2.256.382

9.768.471

24.057.411

76,46%

11.985.131

7.405.677

PSE

14.417.268

45.992

1.685.892

7.254.341

16.555.599

70,74%

8.894.526

6.847.894

ALDE

6.685.814

-35.299

768.650

3.008.933

7.409.623

71,05%

4.111.557

3.018.475

VERTS/ALE

2.765.269

45.912

330.540

1.070.615

3.191.911

75,78%

1.713.175

1.020.425

GUE/NGL

2.809.780

-2.357

325.919

971.528

2.627.939

64,02%

1.730.809

1.476.931

UEN

2.764.733

-26.557

315.066

968.265

2.770.796

68,90%

1.697.433

1.250.711

IND/DEM

1.621.041

-51.389

176.408

760.676

1.924.007

76,75%

986.929

582.729

NI

1.226.937

 

141.143

117.207

1.019.401

68,63%

754.612

392.949

Total

51.748.339

-42.960

6.000.000

23.920.036

59.556.687

72,96%

31.874.170

21.995.791

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(*) Minħabba modifiki fil-kompożizzjoni tal-Gruppi u tal-Membri Mhux Affiljati

 

 

 

 

(**) Deċiżjoni tal-Bureau tat-3 ta' Diċembru 2008

 

 

 

 

 

 

(***) Skont l-Artikolu 2.1.6 tar-Regoli dwar dwar l-użu tal-approprijazzjonijiet mill-punt baġitarju 4000 u d-deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta' Diċembru 2008; allokazzjoni supplimentari li għandha tintuża sat-30 ta' Marzu 2009

Approprjazzjonijiet addizzjonali

88. Ifakkar li fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Novembru 2008, il-Bureau ddeċieda li jdaħħal approprjazzjonijiet addizzjonali li jammontaw għal EUR 6 miljun fil-punt tal-baġit 4000 biex jiffinanzja kampanja ta' informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej 2009 (D (2009) 28076 tal-15 ta' Ġunju 2009);

89. Jinnota li fit-15 ta' Diċembru 2008 l-Bureau ddeċieda:

– "li l-limitu ta' 50% previst fl-Artikoli 2.1.6 u 2.9.2 tar-Regoli dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet mill-punt baġitarju 4000 ma kienx japplika għall-approprjazzjonijiet addizzjonali ta' EUR 6 miljun li kien iddeċieda jalloka mill-ġdid fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Novembru 2008 u li, bħala konsegwenza, dan l-ammont supplimentari seta' jiġi trasferit kollu kemm hu għall-2009,

– madankollu, li l-gruppi jridu jużaw dawn l-approprjazzjonijiet supplimentari qabel l-aħħar ta' Marzu 2009 u li dawk l-ammonti li ma jintużawx kellhom jitħallsu lura lill-baġit tal-Parlament; u li, għaldaqstant,

– l-użu ta' dawn l-approprjazzjonijiet addizzjonali għandu jiġu kkunsidrat f'konnessjoni mal-għeluq tal-kontijiet għall-ewwel nofs tal-2009, peress li s-snin tal-elezzjoni jinqasmu f'żewġ perjodi ta' sitt xhur" (D (2009) 28076 tal-15 ta' Ġunju 2009);

90. Ifakkar li l-President fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Ġunju 2009 "innota bi tħassib it-tnaqqis globali fil-parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet għal 43.2%, li (...) kienet kwistjoni li fuqha l-Bureau li jmiss kien se jkollu jirrifletti bir-reqqa" (PE 426.193/BUR);

Għeluq tal-kontijiet - mingħajr dibattitu?

91. Jinnota li skont l-Artikolu 2.7.3 tar-Regoli dwar l-użu ta' approprjazzjonijiet mill-punt tal-baġit 40001, il-President ippreżenta r-rapporti vverifikati ppreżentati mill-gruppi politiċi dwar l-użu ta' approprjazzjonijiet lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fit-8 ta' Lulju 2009 (ittra 311812);

92. Jirrimarka li s-Segretarju Ġenerali fin-nota tiegħu lill-membri tal-Bureau tal-15 ta' Ġunju 2009 (D(2009)28076) stqarr li "(fir-) rapporti kollha l-awdituri ċċertifikaw mingħajr riżervi li l-kontijiet mogħtija kienu konformi mar-regoli";

93. Jinnota li fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2009 (Minuti tal-laqgħa tas-16 ta’ Ġunju 2009, PE 426.193/BUR):

-       meta kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-gruppi politiċi 2008, il-Bureau nnota u approva d-dokumenti ppreżentati mill-gruppi,

-       meta kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Grupp ITS, il-Bureau approva l-konklużjonijiet li jinsabu fin-nota tas-Segretarju Ġenerali dwar il-kwistjoni,

-       il-Bureau ta istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jistabbilixxi l-klejm definittiv kontra Membru u biex iwettaq kull regolarizzazzjoni meħtieġa;

94. Ifakkar li skont l-Artikolu 2.2.3 tar-Regoli dwar l-użu ta' approprjazzjonijiet mill-punt baġitarju 4000, kull grupp jeħtieġ ikollu sistema ta' kontroll intern;

Partiti politiċi Ewropej

95. Jinnota li fl-2008 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4020 tal-baġit intużaw kif ġej:

 

 

 

 

(EUR)

Eżekuzzjoni tal-baġit tal-2008 skont il-ftehim

Partit

Riżorsi Proprji

Sussidji totali mill-PE

Dħul totali

Sussidji bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85%)

PPE

1.169.574,08

3.354.754,00

4.524.328,08

79%

PSE

859.853,00

3.027.647,00

3.887.500,00

82%

ELDR

420.721,36

1.115.665,00

1.536.386,36

83%

EFGP

272.909,63

641.534,00

914.443,63

70%

GE

176.454,75

536.539,11

712.993,86

76%

PDE

78.746,17

407.693,22

486.439,39

83%

AEN

36.619,20

206.376,01

242.995,21

85%

ADIE

80.187,00

303.051,35

383.238,35

85%

EFA

65.390,25

226.600,00

291.990,25

83%

EUD

50.094,08

153.821,06

203.915,14

85%

Total

3.210.549,52

9.973.680,75

13.184.230,27

80%

96. Jinnota li l-Bureau, mingħajr dibattitu, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2009, approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi ta' sebgħa mill-10 partiti politiċi Ewropej (Minuti tal-laqgħa tal-17 ta' Ġunju 2009, PE 426.231/BUR);

97. Jinnota wkoll li s-Segretarju Ġenerali fin-nota tiegħu lill-membri tal-Bureau - (D (2009) 30444 tal-15 ta' Ġunju 2009) - ta t-tagħrif li ġej:

"8. B'mod ġenerali, ir-rapporti tal-attività tal-partiti jikkorrispondu għall-programmi ta' attività ppreżentati mill-partiti meta saret l-applikazzjoni għall-għotja. Il-partiti għamlu bidliet fir-rigward tal-programmi oriġinali, partikolarment rigward is-suġġetti, id-dati u l-postijiet tal-laqgħat jew konferenzi. Madankollu, dawn il-bidliet ma jaffettwawx is-sustanza tal-programmi ta' attività u għandhom jiġu aċċettati sabiex joffru l-flessibilità meħtieġa lill-partiti biex jirrispondu għal ambjent politiku li jinbidel matul is-sena. Il-partiti wkoll għamlu bidliet fil-baġits proviżorji tagħhom permezz ta' trasferimenti

...

10. Jinnota li fir-rapporti kollha, l-awdituri ċċertifikaw bla riżervi li l-kontijiet ippreżentati kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji ewlenin tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 u li ppreżentaw stampa vera u fidila li tirrifletti s-sitwazzjoni tal-partiti politiċi fi tmiem is-sena finanzjarja 2008";

98. Jinnota li l-Bureau fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2009, approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-attivitjiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi tat-tliet partiti politiċi Ewropej li r-rapporti tagħhom ma kinux disponibbli fil-laqgħa tal-Bureau tas-17 ta’ Ġunju 2009, jiġifieri l-ADIE (l-Alleanza ta’ Demokratiċi Indipendenti fl-Ewropa), l-AEN (Alleanza għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet) u l-EUD (EUDemocrats) (Minuti tal-laqgħa tal-14 ta’ Settembru 2009, PE 426.393/BUR);

99. Jinnota wkoll li l-Bureau stabbilixxa li l-uffiċjal li jawtorizza ġie mitlub jirkupra bilanċ ta’ EUR 90,604,58 mingħand it-tliet partiti konċernati (ADIE, AEN u EUD), b’qies tal-ammont finali tal-għotjiet li għandhom jingħataw lil dawk il-partiti;

100.Jinnota t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali għall-paragrafu 96 fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar is-segwitu għas-sejbiet fir-rapport tal-Awditur Intern dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew(23) u r-referenza għal tliet azzjonijiet li ġew "abbandunati";

101.Ifakkar li, bħalma hu previst fi premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003(24), "Huwa meħtieġ li jkunu assigurati trasparenza massima u kontroll finanzjarju tal-partiti politiċi f'livell Ewropew li huma finanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea";

102.Jenfasizza li "trasparenza massima" ma tistax tintlaħaq mingħajr (i) implimentazzjoni preċiża, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ struttura mudell għad-deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-programm u għar-rapporti ta’ attività finali u (ii) għadd biżżejjed ta’ kontrolli ex-post fuq il-post ta’ dawk l-għotjiet mill-uffiċjal li jawtorizza;

103.Ma jistax jifhem kif il-Bureau jista’ jikkonforma mar-responsabilità tiegħu skont ir-Regola 209 (2) ([li] “jiddeċiedi jekk jissospendix jew inaqqasx l-iffinanzjar, u jekk jirkuprax ammonti li jkunu tħallsu bi żball”) u r-Regola 209 (3) ([li] “japprova r-rapport aħħari tal-attività tal-partit politiku benefiċjarju u d-dikjarazzjoni finanzjarja aħħarija”) tar-Regoli ta’ Proċedura mingħajr ma jintroduċi l-istrutturi ta’ mudell imsemmija hawn fuq li huma kruċjali għall-kisba ta’ proċess trasparenti ta’ evalwazzjoni u ta’ ħlas;

Fondazzjonijiet politiċi Ewropej

104.Jinnota li fl-2008 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4030 tal-baġit intużaw kif ġej:

Punt tal-baġit 4030 - eżekuzzjoni fis-sena finanzjarja 2008 (f'EUR)

Fondazzjoni

Taqsira

Riżorsi Proprji

Għotja Finali

Dħul Totali

Sussidji bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85%)

Ċentru għall-Istudji Ewropej

CEE

262.293

1.344.892

1.607.184

84%

Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej

FEPS

221.835

1.208.436

1.430.271

85%

Forum Liberali Ewropew

ELF

39.315

172.187

211.502

81%

Istitut Aħdar Ewropew

GEI

48.442

270.836

319.278

85%

Inbiddlu l-Ewropa

TE

23.800

147.090

170.890

85%

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

18.079

101.108

119.188

85%

Osservatorju Ewropew tal-Politiki tal-Unjoni

EUROPA

61.901

232.900

294.801

84%

Ċentru Maurits Coppieters

CMC

21.881

106.608

128.489

83%

Fondazzjoni Politika Ewropea għad-Demokrazija

FPED

16.635

120.501

137.136

85%

Fondazzjoni għad-Demokrazija tal-UE*

FEUD

 

 

 

 

Total

 

714.181

3.704.558

4.418.739

84%

 

 

 

 

 

 

*: ir-rapport finali għadu ma ġiex approvat

 

 

 

 

 

105.Jinnota li l-Bureau fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2009 approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ sitta mill-għaxar fondazzjonijiet u stabbilixxa li l-uffiċjal li jawtorizza kellu jirkupra l-bilanċ pożittiv ta’ EUR 85 437 44 mingħand l-Istitut tad-Demokratiċi Ewropej u jħallas bilanċ ta’ EUR 482 544 35 lill-ħames fondazzjonijiet l-oħra (Minuti tal-laqgħa tas-17 ta’ Ġunju 2009, PE 426.231/BUR);

106.Jinnota wkoll li s-Segretarju Ġenerali fin-nota tiegħu lill-membri tal-Bureau - (D(2009) 31289 tal-15 ta' Ġunju 2009) - ta t-tagħrif li ġej:

"9. F'Marzu 2008, ftit qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-parti l-kbira tal-fondazzjonijiet, fil-laqgħa ta' informazzjoni mad-dipartimenti responsabbli fis-Segretarjat, qalu li ma setgħux jissottomettu programm ta' ħidma dettaljat, pereżempju bil-post, data u suġġett ta' konferenza jew is-suġġett eżatt ta' studju. Konsegwentement, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat jekk l-attivitajiet imwettqa jikkorrispondux għall-programmi ta' ħidma ppreżentati mal-applikazzjoni għall-għotja. F'każijiet fejn l-applikazzjoni kienet pjuttost dettaljata, ġie nnutat bosta drabi li kienu saru bidliet kbar, pereżempju li diversi avvenimenti ma kinux saru jew li s-suġġetti tal-istudji kienu ġew mibdula.

10. Peress li din hija l-ewwel sena finanzjarja għall-finanzjament, ftit wara l-ħolqien tal-fondazzjonijiet benefiċjarji, huwa propost li r-rapporti finali jiġu aċċettati. Madankollu, donnu li jkun utli li l-Bureau jitlob lill-President ifakkar lill-fondazzjonijiet, fl-ittra tiegħu dwar l-għeluq tas-sena finanzjarja 2008, li fil-ġejjieni l-ipprogrammar tax-xogħol irid jitjieb u li kwalunkwe tibdil matul is-sena għandu jkun iġġustifikat fir-rapporti finali.

...

12. Fir-rapporti kollha, l-awdituri ċċertifikaw bla riżervi li l-kontijiet ippreżentati kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 u li ppreżentaw stampa vera u fidila tas-sitwazzjoni tal-fondazzjonijiet politiċi fi tmiem is-sena finanzjarja 2008 (...)";;

107.Jinnota li l-Bureau fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2009 approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ tlieta mill-erba’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej li ma kinux setgħu jibagħtu r-rapporti tagħhom għal kunsiderazzjoni fil-laqgħa tal-17 ta’ Ġunju 2009 (il-Forum Liberali Ewropew - Inbiddlu l-Ewropa - TE u l-Alleanza tad-Demokratiċi Indipendenti fl-Ewropa - FPED) (Minuti tal-laqgħa tal-14 ta’ Settembru 2009 u n-nota lill-membri tal-Bureau D(2009) 40444 tad-9 ta’ Settembru 2009);

108.Jinnota wkoll li l-Bureau jistabbilixxi wkoll li l-uffiċjal li jawtorizza jeħtieġ jirkupra l-bilanċ favorevoli ta’ EUR 15 144,39 mil-ELF u EUR 32 178,58 mill-FPED u jħallas bilanċ ta’ EUR 21 965,56 lit-TE u ddiferixxa d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tas-sena finanzjarja tal-FEUD għal laqgħa oħra, aktar ’il quddiem;

109.Jappoġġa bis-sħiħ il-ħolqien ta' partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-attivitajiet tagħhom; jemmen li t-trasparenza totali rigward il-ġestjoni finanzjarja tal-partiti u tal-fondazzjonijiet u l-kisba tar-riżultati ppjanati hija importanti ħafna għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

110.Huwa tal-fehma li l-informazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-kwittanza ma turix b'mod konvinċenti li l-ġestjoni u s-sistemi ta' kontrolli interni joperaw b'mod effettiv u li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mressqa mill-partijiet u mill-fondazzjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex jikkonformaw mal-aspettattivi ġustifikati taċ-ċittadini u ta' dawk li jħallsu t-taxxi dwar it-trasparenza; jistenna li l-uffiċjali li jawtorizzaw jistabbilixxu programm ta' kontrolli ex-post li huwa prekundizzjoni ewlenija għall-kisba ta' assigurazzjoni;

111.Jilqa' l-fatt li s-Servizz ta' Verifika Interna beda segwitu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-2007 u li dan ir-rapport ġdid se jinkludi wkoll eżami tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

Implimentazzjoni tal-istatuti għall-Membri u għall-assistenti

112.Jinnota li l-Bureau permezz ta' deċiżjoni tal-14 ta' Settembru 2009 stabbilixxa grupp ta' evalwazzjoni temporanju dwar l-implimentazzjoni tal-istatuti għall-Membri u l-assistenti, ippresedut mis-Sra Dagmar Roth-Behrendt, Viċi President, biex tqis soluzzjonijiet għall-problemi prattiċi li tqajmu;

113.Jilqa' din l-inizjattiva u jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jsiru xi aġġustamenti għall-proċeduri amministrattivi u għar-regoli attwali filwaqt li jitqiesu r-riskji possibbli għar-reputazzjoni u għall-finanzi u mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali bla bżonn;

114.Jistenna li s-Segretarju Ġenerali jkun identifika r-riskji assoċjati mal-iskemi ġodda u l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u l-kontroll meħtieġa biex dawn ir-riskji jinżammu limitati;

Postijiet vakanti

115.Jistenna li s-Segretarju Ġenerali jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jillimita l-postijiet vakanti għal perjodu minimu strett ta' mhux aktar minn tliet xhur u b'hekk jingħata kontribut sinifikanti biex jitjiebu s-servizzi lill-Membri billi jippermettu lill-persunal iwettaq xogħol tal-kwalità mistennija;

116.Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jiżgura li l-avviżi ta' postijiet vakanti rigward il-karigi ta' Kap tal-Unità u karigi ogħla jkunu miftuħa għal uffiċjali mill-istituzzjonijiet oħra tal-UE;

Politika tal-bini

117.Itenni t-talba tiegħu biex il-Parlament jadotta strateġija għal medda twila ta’ żmien għall-proprjetà u l-bini; jerġa’ jenfasizza t-talbiet tiegħu fil-paragrafu 30 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data; isostni b’mod partikolari li kwalunkwe strateġija bħal din tal-proprjetajiet u tal-bini għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-ispejjeż li qed jogħlew għall-manutenzjoni tal-bini u n-neċessità fil-medda medja ta’ żmien li jiġu rinnovati; jiġbed l-attenzjoni li l-istrateġija tal-proprjetà u tal-bini għandha tiżgura s-sostenibilità tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti maħluqa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, u jistenna li jinżamm infurmat dwar ir-riżultati;

118.Fir-rigward tal-uffiċċji tal-informazzjoni, huwa jappella lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex jilħqu ftehim dwar politika tal-bini għall-medda medja u twila ta’ żmien, li tippjana ħafna bil-quddiem u b’mod partikolari tistabbilixxi b’mod ċar il-proċeduri għax-xiri tal-proprjetà, l-irwol tal-istituzzjonijiet rispettivi u l-perjodi ta’ ħlas lura; jenfasizza li l-ħtieġa għal tali ftehim hija ħafna akbar minħabba li l-Parlament u l-Kummissjoni attwalment jippreferu forom differenti ta’ ffinanzjar għall-uffiċċji tal-informazzjoni;

Skema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

119.Jinnota b'sodisfazzjon li l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni tat ċertifikat ISO – ISO 14001:2004 – lill-Parlament għal sistemi ta' ġestjoni ambjentali għat-tliet postijiet ta' ħidma ewlenin tiegħu;

120.Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament:

- hu l-ewwel istituzzjoni tal-UE li rċeviet dan iċ-ċertifikat għall-attivitajiet kollha tekniċi u amministrattivi tagħha,

- naqqas il-konsum tiegħu ta' gass u fjuwil bi kważi 25% tul l-aħħar tliet snin,

- iddeċieda li juża 100% elettriku aħdar fit-tliet postijiet ta' ħidma ewlenin tiegħu, li għamlitha possibbli li l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju (CO2) jonqsu bi 17%, u

- jirriċikla, joħloq kompost u jerġa' juża aktar minn 50% tal-iskart kollu tiegħu;

121.Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu miżuri bl-għan li jinħoloq - fil-livelli kollha - aktar fehim għall-ħtieġa li tiġi evitata l-ħela bla bżonn b’mod ġenerali u b’mod partikolari fir-rigward tan-numru ta’ dossiers tal-karti prodotti - imma mhux użati - għal diversi laqgħat, speċjalment fid-dawl tal-ammont enormi ta’ sforzi fil-qasam tal-ekonomija u tal-finanzi ddedikati għall-iżvilupp tal-infrastruttura diġitali; għalhekk, jissuġġerixxi li l-użu tat-tagħmir diġitali eżistenti tal-Parlament jitjieb;

122. Jistenna, bħala regola ġenerali, li l-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet jagħtu prijorità għolja lill-ħtiġiet ambjentali fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw, inter alia, il-bini (inkluż l-iżolament, il-ġeotermika, il-bijofjuwils u l-panewijiet fotovoltajċi), it-trasport u l-provvisti tal-uffiċċju;

123.Jirrakkomanda li l-Parlament - bħalma hija l-prattika f'xi Stati Membri - jipparteċipa fir-rimborż tal-ispejjeż tal-persunal għat-trasport pubbliku użat bejn id-dar tagħhom u l-post tax-xogħol għal dawk li jaċċettaw li jitilfu l-aċċess tagħhom għall-garaxxijiet tal-Parlament minħabba li sistema bħal din tnaqqas l-għadd ta' karozzi li jsuqu lejn Brussell kull filgħodu kif ukoll l-emissjonijiet korrispondenti ta' dijossidu tal-karbonju;

124.Jappoġġja bis-sħiħ il-prinċipju tal-multilingwiżmu u jinnota d-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta' Ottubru 2007(25) biex terġa' ddaħħal it-traduzzjoni kompluta tar-Rapport Verbatim tal-Proċedimenti fil-lingwi uffiċjali u l-ispiża addizzjonali ta' EUR 14 840 000; jitlob li jsiru analiżi ta' modi ta' identifikazzjoni tal-użu magħmul mill-verżjonijiet lingwistiċi differenti tar-Rapport Verbatim tal-Proċedimenti;

125.Huwa tal-fehma li t-tim tal-EMAS għandu jiffunzjona b'mod indipendenti u jkollu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu; jistieden lit-tim tal-EMAS jibgħat ir-rapport annwali tiegħu lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

126.Jesprimi t-tħassib tiegħu minħabba l-każijiet kontinwi ta’ reati żgħar fil-binjiet tal-Parlament; jitlob li s-Segretarju Ġenerali jagħti attenzjoni speċjali lil din il-kwistjoni sabiex jonqsu r-reati żgħar;

Trasport

127.Jinnota li kull karozza mixtrija mill-Parlament fl-2009 kellha emissjonijiet ta' CO2 ogħla mill-medja tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda li tqegħdu fis-suq tal-Unjoni fl-istess sena; jagħraf l-għadd li kull ma jmur qed jikber ta' karozzi b'magni qawwija, inklużi karozzi ibridi, b'emissjonijiet inqas mill-medja li huma disponibbli fis-suq bħalissa;

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jġeddu l-flotta tal-karozzi sedan kollha li l-Parlament għandu għal skopijiet ta’ protokoll u ta’ rappreżentanza b’karozzi ibridi li jniġġsu inqas sal-31 ta’ Diċembru 2010 u jirriżervaw l-użu ta’ dawk il-karozzi għall-President, il-Presidenti tal-gruppi politiċi u l-viżitaturi ta’ livell għoli u biex jiżguraw li l-karozzi li hemm għad-dispożizzjoni tal-Membri fi Brussell u fi Strasburgu jikkonformaw mal-Istandard Ewropew għall-Emissjonijiet Nru 5 sa dik id-data;

129.Jinsab sorpriż li l-maġġoranza tal-karozzi mixtrija fl-2008 kienu meqjusa bħala l-aktar karozzi b'kuxjenza ambjentali li jservu l-ħtiġijiet tal-utenti; iħeġġeġ lill-Parlament biex jappoġġa lill-Membri biex jużaw it-trasport pubbliku u biex jirrevedi, bil-ħsieb li jestendi, is-servizz tar-roti tiegħu għat-trasport fi Brussels; jitlob, barra minn hekk, li l-Parlament jistabbilixxi servizz ta' roti tiegħu stess waqt is-sessjonijiet fil-plenarja fi Strasburgu b’ammont suffiċjenti ta’ roti disponibbli;

Koordinazzjoni tal-istudji

130.Jinnota li fl-2008, id-DĠ IPOL impenja EUR 7.1 miljun u d-DĠ EXPO impenja EUR 499 423 għal studji esterni (tweġiba għall-Mistoqsija 24); jistieden lis-servizzi responsabbli biex jiċċekkjaw - qabel ma jiġi kkommissjonat kwalunkwe studju estern ġdid - jekk studju simili hux diġà disponibbli u/jew twettaqx diġà minn xi istituzzjoni oħra tal-UE;

131.Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jikkuntattja lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE sabiex tiġi stabbilita bażi tad-data ċentrali għall-istudji mwettqa, li tkun disponibbli wkoll għall-konsultazzjoni tal-pubbliku usa';

Aċċess għall-bażijiet tad-data

132. Jinnota li l-ispejjeż totali tal-abbonamenti għal servizzi kummerċjali ta' informazzjoni elettronika kienu ta' EUR 804 987 fl-2008 u EUR 970 484 fl-2009; jistieden lis-servizzi kompetenti li meta jġeddu l-kuntratti itejbu l-kundizzjonijiet ta' aċċess u b'hekk jippermettu għadd akbar ta' utenti - inklużi l-Membri - li jibbenefikaw minn dawk is-servizzi ta' informazzjoni.

Rimborż tal-ispejjeż taż-żjarat minn gruppi sponserjati

133.Jitlob li l-ispejjeż ta’ żjara sponserjata ta’ grupp dejjem għandhom jiġu rimborżati lill-kap tal-grupp permezz ta’ trasferiment bankarju u mhux fi flus kontanti; jitlob ukoll li l-Parlament jirrimborża l-ispejjeż li verament ikunu saru, ladarba tiġi ppreżentata evidenza bid-dokumenti; barra minn hekk jitlob li jsir studju mill-Parlament li jevalwa jekk is-sistema ta' rata fissa ta' rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-gruppi ta' viżitaturi uffiċjali hix adegwata meta wieħed iqis il-punti tat-tluq u d-destinazzjonijiet differenti tagħhom għaż-żjarat, jew jekk sistema ta' rimborż tal-ispejjeż reali - suġġetti għal limitu massimu - tkun aktar adattata għal dan it-tip ta' gruppi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

4

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Chris Davies, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Frank Vanhecke, Derek Vaughan

 1. 

(1)

     ĠU L 71, 14.3.2008.

(2)

     ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.

(3)

     ĠU C 127, 5.6.2009, p. 1.

(4)

     ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(5)

     ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.

(6)

     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

     PE 349.540/Bur/ann/def.

(8)

     ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 225.

(9)

     L-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza: http://ec.europa.eu/commission_barroso/kallas/work/eu_transparency/index_en.htm

(10)

   ĠU L 71, 14.3.2008.

(11)

   ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.

(12)

   ĠU C 127, 5.6.2009, p. 1.

(13)

   ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(14)

   ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.

(15)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(16)

   PE 349.540/Bur/ann/def.

(17)

   ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 225.

(18)

   L-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza: http://ec.europa.eu/commission_barroso/kallas/work/eu_transparency/index_en.htm

(19)

   disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/200911/20091120ATT64961/20091120ATT64961EN.pdf

(20)

   Ara wkoll: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/implement_control/fin_rules/syn_pub_rf_modex_en.pdf

(21)

   Disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/200911/20091118ATT64756/20091118ATT64756EN.pdf

(22)

   Ara wkoll: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/implement_control/fin_rules/syn_pub_rf_modex_en.pdf

(23)

http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/200911/20091120ATT64976/20091120ATT64976EN.pdf

(24)

   Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

(25)

   Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-emenda għall-Artikolu 173 u ż-żjieda ta' l-Artikolu 173a tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti verbatim u r-rekord awdjoviżiv tal-proċeduri (OJ C 263 E, 16.10.2008, p. 409).

Aġġornata l-aħħar: 12 t'April 2010Avviż legali