Proċedura : 2009/2124(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0104/2010

Testi mressqa :

A7-0104/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0103

RAPPORT     
PDF 184kDOC 108k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.465v02-00 A7-0104/2010

dwar kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0195/2009 – 2009/2124(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għaċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0195/2009 – 2009/2124(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0104/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0195/2009 – 2009/2124(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(7), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0104/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0195/2009 – 2009/2124(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(11), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0104/2010),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta’ April 2009 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007(13), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, fost affarijiet oħra:

- innota li l-baġit taċ-Ċentru żdied minn EUR 17 100 000 fl-2006 għal EUR 28 900 000 fl-2007,

- innota li, fl-2006, ir-rata ta’ trasferiment kienet ta’ kważi 45% u li ma sar l-ebda titjib maġġuri fl-2007, meta r-rata kienet qrib it-43%, sitwazzjoni li wriet id-diffikultajiet li kellu ċ-Ċentru biex jimplimenta l-baġit tiegħu,

- innota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-livell ta’ emendi baġitarji wera nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit,

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-ħames sena ta' suċċess tal-operat taċ-Ċentru; jinnota li l-baġit taċ-Ċentru żdied minn EUR 17 100 000 fl-2006 għal EUR 28 900 000 fl-2007 u għal EUR 40 700 000 fl-2008;

Il-Prestazzjoni

2   Għaldaqstant, jinnota li ċ-Ċentru kkonsolida l-funzjonijiet tas-saħħa pubblika tiegħu, saħħaħ il-kapaċitajiet tal-programmi tiegħu li jikkonċernaw il-mard speċifikament, kompla jiżviluppa s-sħubiji u tejjeb l-istrutturi maniġerjali tiegħu;

3.  Jistieden liċ-Ċentru jistabbilixxi, fit-tabella li għandha tiġi annessa mar-rapport li jmiss lill-Qorti tal-Awdituri, tqabbil bejn l-operazzjonijiet li wettaq matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dawk li wettaq waqt is-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar il-prestazzjoni taċ-Ċentru minn sena għall-oħra;

It-trasferiment tal-approprjazzjonijiet

4.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tirrimarka li madwar EUR 16 200 000 (li jirrappreżentaw 40% tal-baġit totali taċ-Ċentru) kellhom jiġu ttrasferiti għas-sena ta’ wara; jinsab imħasseb, għaldaqstant, li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità u turi nuqqasijiet fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni sussegwenti tal-baġit taċ-Ċentru;

5.  Jinnota li l-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008 juru dħul minn interessi ta’ EUR 313 000 u li, skont ir-Regolament Finanzjarju, kellha titħallas lura lill-Kummissjoni somma ta’ EUR 307 000; jikkonkludi mill-għeluq annwali tal-kontijiet u l-ammont tal-pagamenti tal-interessi li ċ-Ċentru jżomm livelli enormement għolja ta’ riżervi ta’ flus kontanti fuq perjodi twal; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta' flus kontanti taċ-Ċentru kien ta' EUR 16 705 090,95; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina modi ta’ kif jista’ jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ ġestjoni ta’ flus kontanti bbażata fuq il-ħtieġa, kif stipulat fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, jkun implimentat kompletament u x'tibdil irid isir fl-approċċ sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti taċ-Ċentru jinżammu baxxi kemm jista' jkunsħiħ fuq il-bażi ta’ perjodu twil;

6.  Jieħu nota tal-isforzi taċ-Ċentru biex kmieni fl-2009 jikkonkludi attivitajiet ta’ akkwist u ta’ kuntrattar mibdija fl-2008 bil-għan li jnaqqas il-livell tat-trasferiment;

Is-sede taċ-Ċentru

7.  Jinsab imħasseb li sal-31 ta’ Diċembru 2008 kien għad m’hemmx ftehim bejn iċ-Ċentru u l-Gvern Svediż dwar is-sede minħabba li kien għad fadal ħafna kwistjonijiet pendenti li kellhom bżonn aktar negozjati; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-kwittanza tagħha għas-sena finanzjarja 2007, l-awtorità ta’ kwittanza kienet diġà qed tesprimi tħassib dwar l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ċ-Ċentru kien nefaq EUR 500 000 fuq xogħolijiet ta’ tiġdid fuq il-binjiet li kien qiegħed jikri bħala s-sede tiegħu, u li, bħal fl-2006, dawn ix-xogħlijiet kienu ġew deċiżi bi ftehim dirett bejn iċ-Ċentru u s-sid tal-bini mingħajr ma ġew speċifikati n-natura tax-xogħlijiet, l-iskadenzi u l-kundizzjonijiet tal-ħlas; madankollu jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li f’Marzu 2009 ġie konkluż ftehim dwar numri tal- identità personali u jappoġġa l-isforzi li jagħmel iċ-Ċentru biex isib soluzzjonijiet definittivi mal-Gvern Svediż;

8.  Ifakkar lill-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati biex jindirizza din il-kwistjoni minn aspetti ġenerali fid-diskussjonijiet tiegħu;

Riżorsi umani

9.  Jenfasizza li għad hemm nuqqasijiet fl-ippjanar tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jinsab imħasseb, b’mod partikulari, li sal-aħħar tal-2008 kienu mtlew biss 101 post mill-130 awtorizzati;

10. Jinnota l-isforzi magħmula biex tkun implimentata l-organigramma awtorizzata ta’ 130 post tax-xogħol fl-2008; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reklutaġġ ta’ 54 membru tal-persunal addizzjonali (aġenti temporanji, aġenti fuq kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati), li ġab in-numru ta’ postijiet mimlija għal 101 sa tmiem l-2008, ħaġa li se tgħin biex tkun żgurata l-operabilità taċ-Ċentru biex ikun jista’ jwettaq sal-aħħar il-kompiti assenjati lilu; jiddispjaċih għall-fatt li 16-il proċedura ta’ reklutaġġ kellha tiġi rreklamata mill-ġdid; jappoġġa l-miżuri taċ-Ċentru għat-titjib tas-sitwazzjoni; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni min-naħa taċ-Ċentru tal-organizzazzjoni interna tiegħu;

Verifika interna

11. Jiddeplora l-fatt li ċ-Ċentru ma ssodisfax b’mod komprensiv l-obbligu tiegħu li jibgħat lill-awtorità responsabbli mill-kwittanza rapport imħejji mid-Direttur tiegħu li jagħti sommarju tal-għadd ta’ verifiki interni mwettqa mill-awditur intern kif ipprovdut fl-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzajraju ta’ qafas; jagħraf, madankollu, li ċ-Ċentru ta xi informazzjoni dwar is-sitt rakkomandazzjonijiet li għadhom miftuħa, li s-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni jqis bħala “importanti ħafna”; jinnota li dawn jaffettwaw il-kwalità tat-tmexxija (fir-rigward tal-pariri xjentifiċi, komunikazzjonijiet tas-saħħa u t-tisħiħ tal-proċedura attwali tal-evalwazzjoni urġenti tar-riskju/tat-theddid) u l-implimentazzjoni ta’ standards oħra ta’ kontroll intern (bħall-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet u l-istrutturar tar-Rapport ta’ Attività annwali);

oo  o

12. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra li huma ta' natura orizzontali u li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

(C7-0195/2009 – 2009/2124(DEC))

Rapporteur: Jutta Haug

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-ħames sena ta' suċċess tal-operat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC); jinnota li l-baġit taċ-Ċentru żdied minn EUR 27 miljun fl-2007 għal EUR 40,2 miljun fl-2008 u jenfasizza li l-eżekuzzjoni tal-baġit laħqet is-97% f’dawk li huma approprjazzjonijiet għall-impenji;

2.   Jiddispjaċih madankollu li l-livell tal-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet huwa aktar baxx minn fis-snin preċedenti, u jilħaq it-82% jew EUR 33,2 miljun; jinnota barra minn hekk li ġie trasferit miċ-Ċentru ammont ta’ EUR 16,2 miljun; ifakkar f’dan il-kuntest il-prinċipju tal-annwalità kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-korpi kollha tal-Komunità Ewropea;

3.   Jieħu nota, għalhekk, tal-isforzi taċ-Ċentru biex kmieni fl-2009 jikkonkludi attivitajiet ta’ akkwist u ta’ kuntrattar mibdija fl-2008 bil-għan li jnaqqas il-livell tat-trasferiment;

4.   Jinnota l-isforzi magħmula biex tkun implimentata l-organigramma awtorizzata ta’ 130 post tax-xogħol fl-2008; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reklutaġġ ta’ 54 membru tal-persunal addizzjonali (aġenti temporanji, aġenti fuq kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati), li ġab in-numru ta’ postijiet mimlija għal 101 sa tmiem l-2008, ħaġa li se tgħin biex tkun żgurata l-operabilità taċ-Ċentru biex ikun jista’ jwettaq sal-aħħar il-kompiti assenjati lilu; jiddispjaċih għall-fatt li 16-il proċedura ta’ reklutaġġ kellha tiġi rreklamata mill-ġdid; jappoġġa l-miżuri taċ-Ċentru għat-titjib tas-sitwazzjoni; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni min-naħa tal-ECDC tal-organizzazzjoni interna tagħha;

5.   Iqis li l-ECDC jwettaq irwol importanti fit-tisħiħ u l-iżvilupp tas-sorveljanza Ewropea tal-mard, bil-għan li jiġu vvalutati u kkomunikati t-theddidiet attwali u li qed jitfaċċaw għas-saħħa tal-bniedem mill-mard infettiv; jenfasizza li għadd ta’ kisbiet ewlenin juru li fl-2008 l-ECDC tat prestazzjoni akbar u indirizzat b'suċċess il-ħtieġa għal rispons imsaħħaħ għat-theddida ta’ mard li jittieħed fl-Ewropa;

6.   Għaldaqstant, jinnota li ċ-Ċentru kkonsolida l-funzjonijiet tas-saħħa pubblika tiegħu, saħħaħ il-kapaċitajiet tal-programmi tiegħu li jikkonċernaw il-mard speċifikament, kompla jiżviluppa s-sħubiji u tejjeb l-istrutturi maniġerjali tiegħu;

7.   Jieħu nota tad-diffikultajiet li l-ECDC ffaċċat fl-2008 minħabba n-nuqqas ta’ ftehim dwar sede bejn il-gvern Svediż u ċ-Ċentru; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li f’Marzu 2009 ġie konkluż ftehim dwar numri tal-identità personali u jappoġġa l-isforzi li jagħmel iċ-Ċentru biex isib soluzzjonijiet definittivi mal-Gvern Svediż; ifakkar lill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati biex jindirizza din il-kwistjoni minn aspetti ġenerali fid-diskussjonijiet tiegħu;

8.   Fuq il-bażi tad-data disponibbli, huwa tal-fehma li d-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jista’ jingħata l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2008.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Anna Záborská

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 112.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 112.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 112.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 133.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali