Proċedura : 2009/2178(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0175/2010

Testi mressqa :

A7-0175/2010

Dibattiti :

PV 20/09/2010 - 22
CRE 20/09/2010 - 23

Votazzjonijiet :

PV 22/09/2010 - 5.13
CRE 22/09/2010 - 5.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0340

RAPPORT     
PDF 243kDOC 185k
3 ta' Ġunju 2010
PE 438.164v02-00 A7-0175/2010

dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern

(2009/2178(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Marielle Gallo

ERRATA/ADDENDA
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern

(2009/2178(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Settembru 2009 dwar it-titjib tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (COM(2009)0467),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-25 ta' Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija ssuspettata li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tinsab li tkun kisret dawk id-drittijiet(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter(5),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(6),

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-2005 tal-Kummissjoni għall-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali f'Pajjiżi Terzi kif ukoll id-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni bl-isem "Rapport dwar l-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali 2009",

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u wara li kkunsidra n-natura legalment vinkolanti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta’ Ġunju 2008 dwar l-Att tan-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa li jistabbilixxi l-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” għal aġenda b’politika ambizzjuża għall-SMEs,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0175/2010),

A. billi l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jikkostitwixxi theddida reali kemm għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi kif ukoll għall-ekonomija u s-soċjetajiet tagħna,

B.  billi l-innovazzjoni xjentifika u teknika, il-ħruġ ta' privattivi u l-industriji kulturali jagħtu kontribut deċiżiv għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, permezz kemm tan-numru u kemm tal-bijodiversità tal-opportunitajiet tax-xogħol li huma jipprovdu u l-ġid li jinħoloq; billi l-ekonomija kulturali għandha tiġi sostnuta mill-ħolqien sad-distribuzzjoni,

C. billi l-Unjoni Ewropea, bħala membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, hija marbuta mill-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ ta’ Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS); billi l-Istati Membri tal-UE huma għalhekk marbuta mal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri effikaċi kontra l-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

D. billi t-tqassim tal-informazzjoni u t-tixrid tal-innovazzjoni huma użanzi b’saħħithom fl-Unjoni Ewropea; billi l-aċċess mill-akbar għadd possibbli għall-progress teknoloġiku u l-prodotti kulturali jkompli jkun is-sies tal-politika tal-edukazzjoni u l-iżvilupp,

E.  billi sabiex tiġi indirizzata b’mod xieraq il-kwistjoni tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, huwa importanti li ma jiġix ikkunsidrat biss it-territorju tal-UE iżda wkoll is-sitwazzjoni tal-konfini esterni tal-UE u fil-pajjiżi terzi, sabiex tiġi żgurata l-kompatibilità bejn il-protezzjoni tal-kontenut li jiġi mill-Komunità u dawk li għandhom id-drittijiet għal dawn u l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut mhux Komunitarju,

F.  billi d-data dwar l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija inkonsistenti, mhix sħiħa, mhix biżżejjed u hija mxerrda, u billi tinħtieġ valutazzjoni tal-impatt oġġettiva u indipendenti għal proposti leġiżlattivi addizzjonali,

G. billi l-innovazzjoni u l-kreattività għandhom valur miżjud konsiderevoli għall-ekonomija Ewropea u, meta jitqies il-kuntest ekonomiku, dawn għandhom jiġu kkonservati u żviluppati,

H. billi l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa problema orizzontali li tolqot is-setturi industrijali kollha u, b’mod partikolari, l-industriji kreattivi u innovattivi u l-isports,

I.   billi l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali se jwassal għall-għajbien tal-innovazzjoni fl-UE,

J.   billi l-fenomenu tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn laħaq proporzjonijiet preokkupanti, b’mod partikolari għas-setturi tal-industriji b’kontenut kreattiv, u billi għadu ma ġiex stabbilit jekk il-qafas legali stabbilit jistax jiggarantixxi b’mod effikaċi l-ħarsien tad-detenturi tad-drittijiet fl-internet waqt li jiggarantixxi bilanċ bejn l-interessi kollha, fosthom dawk tal-konsumaturi,

K. billi l-isforzi li jindirizzaw il-ksur tad-dritt tal-awtur għandhom igawdu l-appoġġ pubbliku biex wieħed ma jirriskjax li jonqos l-appoġġ għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fost iċ-ċittadini,

L.  billi l-aplowdjar fuq l-Internet ta’ materjal li hu protett bid-drittijiet tal-awtur mhux awtorizzat huwa ksur ċar tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali u mhux permess mit-trattati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-drittijiet tal-awtur (WCT) u wirjiet u fonogrammi (WPPT), li tagħhom l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti,

M. billi s-settur kreattiv irid ikompli jiżviluppa mudelli li jippermettu l-aċċess għall-kontenut kreattiv onlajn li joffri għażliet imtejba u bi spiża effikaċi għall-konsumaturi, inkluż l-aċċess għal servizzi ta’ sottoskrizzjoni illimitata; billi l-iżvilupp ta’ dawn is-servizzi legali huwa mfixkel miż-żieda ta’ kontenut onlajn aplowdjat kontra l-liġi,

N. billi, sabiex tinżamm u tiżdied l-attrazzjoni ta’ dak li jistgħu joffru lill-pubbliku tagħhom, il-produtturi tal-medja awdjoviżiva jridu jkunu f’pożizzjoni li jużaw il-mezzi kollha ġodda ta’ distribuzzjoni; billi s-sistema attwali li tagħti l-liċenzji trid titjieb b’tali mod li l-Istati Membri jkollhom sistema flessibbli disponibbli li tista’ tiġi adattata għat-teknoloġiji l-ġodda,

O. billi, bl-eċċezzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sanzjonijiet kriminali, diġà jeżisti qafas legali Komunitarju rigward il-fenomenu tal-falsifikazzjoni u l-piraterija ta’ affarijiet fiżiċi, iżda billi għad hemm nuqqasijiet rigward il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn,

P.  billi l-miżuri stipulati fid-Direttiva 2004/48/KE dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern għad ma kinux suġġetti għal valutazzjoni f’termini tal-ħarsien tad-drittijiet jew mill-perspettiva tal-effetti tagħhom fuq id-drittijiet tal-konsumatur,

Q. billi l-qafas regolatorju tat-telekomunikazzjonijiet li ġie emendat reċentement, jinkludi dispożizzjonijiet għal notifiki standardizzati ta’ interess pubbliku li jistgħu jindirizzaw, fost affarijiet oħra, id-drittijiet tal-awtur u l-ksur tagħhom mingħajr ma tiġi pperikolata l-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-protezzjoni u jenfasizza l-ħtieġa tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fi kwistjonijiet marbuta mal-aċċess għall-Internet,

R.  billi fil-qafas legali Ewropew għandha tinħoloq il-possibilità ta’ proċeduri kontra dawk li jiksru d-drittijiet tal-awtur, billi t-trattati internazzjonali bilkemm jistgħu jindirizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

S.  billi, fil-każ tal-privattivi, il-ħarsien tagħhom huwa kruċjali sabiex tkun tista' ssir ġlieda effiċjenti kontra l-ksur tal-privattivi; billi l-kwistjoni tas-sistema ta' ħruġ ta' privattivi unifikata fil-livell tal-UE għadha ma ġietx maħlula,

T.  billi hemm provi ta’ rabtiet bejn forom differenti ta’ kriminalità organizzata u l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

U. billi l-irwol tal-kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew fi kwistjonijiet kummerċjali u l-aċċess tiegħu għal dokumenti tan-negozjati huwa garantit mit-Trattat ta’ Lisbona,

V. billi huwa mixtieq li, flimkien mal-miżuri biex jiġu evitati l-offiżi f’dan il-qasam, għandha tkun ipprovduta protezzjoni lill-konsumaturi li legalment jużaw il-prodotti li huma koperti mill-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali,

W. billi l-liġi Komunitarja attwali ma tikkostitwixxix impediment għall-iżvilupp tas-sistemi tal-liċensjar multiterritorjali,

X. billi f’diversi oqsma, inkluż is-settur ibbażat fuq it-test u l-immaġini, hemm mudelli u mezzi ta’ kummerċ u skemi ta’ liċenzjar li jipprovdu aċċess mifrux ta’ xogħlijiet f’medda wiesgħa ta’ forom u formati, kemm fil-fruntieri nazzjonali u kemm bejniethom,

1.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-11 ta’ Settembru 2009 mill-Kummissjoni rigward il-miżuri addizzjonali mhux leġiżlattivi; jiddispjaċih madankollu li l-komunikazzjoni ma tittrattax il-kwistjoni tat-tlestija tal-qafas leġiżattiv bl-introduzzjoni ta’ sett ta’ miżuri għall-ġlieda kontra l-ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali b’mod effikaċi; jilqa’ l-progress li sar fl-UE għall-armonizzazzjoni fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha f’oqsma li huma sensittivi f’termini ta’ saħħa u sikurezza, inkluż dak tal-mediċina;

2.  Ifakkar li teżisti eċċezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-qasam kulturali: il-“kopja privata”;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq b’mod urġenti, sa tmiem l-2010, strateġija komprensiva dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tindirizza l-aspetti kollha tagħhom, fosthom l-infurzar u l-promozzjoni tagħhom, b’mod partikolari r-rwol tad-drittijiet tal-awtur bħala dak li jawtorizza u mhux bħala ostakolu, billi jgħin lill-ideaturi jaqilgħu l-għajxien tagħhom u jxerrdu xogħolhom;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi strateġija komprensiva fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tneħħi l-ostakoli għall-ħolqien ta’ suq uniku fl-ambjent onlajn u tadatta l-qafas leġiżlattiv Ewropew fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal tendenzi attwali fis-soċjetà kif ukoll għal żviluppi tekniċi;

5.  Jenfasizza li kwalunkwe miżura meħuda biex tinfurza d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha tirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikolu 6, l-Artikolu 8, u l-Artikolu 10, u għandha tkun proporzjonata u xierqa għas-soċjetà demokratika; ifakkar f'dan ir-rigward li l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprovdi għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali;

6.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-politiki u l-inizjattivi leġiżlattivi kollha rilevanti u għandha tqis dawn l-aspetti matul il-proċess kollu tal-valutazzjoni tal-impatt fejn proposta jista’ jkollha konsegwenzi rigward il-proprjetà intellettwali;

7.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-problemi speċifiċi li jiltaqgħu magħhom l-SMEs meta tiġi biex tinforza d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jikkorrispondu mal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” stabbilit mill-Att tan-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa, inter alia billi jiġi applikat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għall-SMEs;

8.  Ma jaqbilx mal-konvinzjoni assoluta tal-Kummissjoni li l-qafas tal-infurzar ċivili attwali fl-UE huwa effikaċi u armonizzat sal-punt meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u jfakkar lill-Kummissjoni li r-rapport dwar l-infurzar tad-Direttiva 2004/48/KE huwa essenzjali biex jikkonferma dawn l-affermazzjonijiet;

9.  Fid-dawl tal-esperjenzi li għaddew minnhom id-detenturi tad-drittijiet f’xi Stati Membri, ma jaqsamx l-istess ċertezza tal-Kummissjoni li l-qafas attwali dwar l-infurzar ċivili fl-UE huwa effikaċi u armonizzat biżżejjed għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, u jfakkar lill-Kummissjoni li r-rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE huwa essenzjali biex jikkonferma dawk l-ilmenti;

10. Huwa tal-fehma li l-possibilità ta’ proċedimenti kontra dawk li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha tinħoloq fil-qafas legali Ewropew, u jfakkar lill-Kummissjoni li r-rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE huwa essenzjali biex jikkonferma dawn l-affermazzjonijiet;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dwar l-infurzar tad-Direttiva 2004/48/KE, li jkun jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-miżuri li ttieħdu, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt tagħha fuq l-innovazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 18(1) ta' dik id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, biex tipproponi emendi; jitlob li dan ir-rapport jinkludi wkoll valutazzjoni tal-modi biex jissaħħaħ u jitjieb il-qafas legali rigward l-Internet;

12. Iqis l-eżistenza ta’ formati partikulari li jagħtu aċċess għax-xogħlijiet lill-persuni b’diżabilità u jadotta l-miżuri neċessarji biex tiġi promossa d-distribuzzjoni tagħhom;

13. Ma jaqbilx mal-fehma tal-Kummissjoni li l-korp ewlieni tal-liġijiet rigward id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa diġà stabbilit; jirrimarka f'dan ir-rigward li n-negozjati dwar id-direttiva dwar is-sanzjonijiet kriminali ma ġewx konklużi b'suċċess;

14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern ma jinfluwenzawx id-dritt leġittimu għall-interoperabilità, minħabba li dan huwa importanti għal kompetizzjoni f'saħħitha fis-suq tat-tqassim tax-xogħlijiet diġitali, inter alia għall-awturi u l-utenti tas-softwer liberu;

15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi xierqa msejsa fuq l-Artikolu 118 tat-TFUE li jindirizzaw il-kwistjoni ta’ sistema ta’ ħruġ ta' privattivi effikaċi tal-UE u jilqa’ f’dan ir-rigward il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2009 dwar sistema ta' ħruġ ta' privattivi mtejba fl-Ewropa bħala żvilupp pożittiv sinifikanti;

L-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija ("l-Osservatorju")

16. Jirrikonoxxi l-importanza ta' informazzjoni u data komprensiva u affidabbli dwar kull xorta ta' każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali biex tiġi żviluppata politika li tkun imsejsa fuq l-evidenza u orjentata lejn ir-riżultati;

17. Jilqa' t-twaqqif tal-Osservatorju bħala għodda għaċ-ċentralizzazzjoni tal-istatistika u d-data li għandha sservi ta' bażi għal proposti li għandhom jiġu implimentati fil-ġlieda effikaċi kontra l-fenomeni tal-iffalsifikar u l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji rapport dwar kif għandu jsir l-aħjar użu mill-Europol u mill-istrutturi eżistenti għal koperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fil-ġlieda effikaċi kontra l-ksur kriminali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

18. Jixtieq li l-Osservatorju jsir strument għall-ġbir u l-iskambju ta' data u informazzjoni dwar il-forom kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fosthom il-ġbir tar-riċerka xjentifika dwar ir-regolamenti dwar il-falsifikazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

19. Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-kompiti li għandhom jiġu fdati lill-Osservatorju u jenfasizza li s-suċċess tal-Osservatorju jiddependi fil-biċċa l-kbira mill-involviment u l-kooperazzjoni tal-parteċipanti interessati kollha, fosthom l-awtoritajiet nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-industriji kkonċernati, biex tiżdied it-trasparenza u tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

20. Jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament u lill-Kunsill bis-sħiħ u b’mod komprensiv bir-riżultati tal-attivitajiet tal-Osservatorju permezz ta’ rapporti annwali li fihom il-Kummissjoni tiġbed konklużjonijiet u tipproponi soluzzjonijiet meħtieġa biex ittejjeb il-liġi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

It-trawwim tal-għarfien tal-konsumatur

21. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mal-partijiet interessati, biex jorganizzaw kampanja ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali, dwar il-perikli għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi li jġibu magħhom il-prodotti ffalsifikati, kif ukoll dwar l-impatt negattiv tal-falsifikazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn fuq l-ekonomija u s-soċjetà; jisħaq fuq il-ħtieġa li jikber l-għarfien, l-aktar fost il-konsumaturi żgħażagħ Ewropej, tal-ħtieġa tar-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

22. Jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati, fosthom il-fornituri tal-aċċess, il-pjattaformi tal-bejgħ onlajn, id-detenturi tad-drittijiet u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, rigward il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-bejgħ ta’ prodotti ffalsifikati onlajn, biex jadottaw il-miżuri konkreti ta’ twissija biex jedukaw lill-persuni dwar il-valur tad-drittijiet tal-awtur u l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-falsifikazzjoni fuq l-impjiegi u t-tkabbir, bħal messaġġi edukattivi u ta’ twissija qosra, viżibbli u rilevanti;

23. Jenfasizza l-ħtieġa li teduka liż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jifhmu dak li huwa involut fil-proprjetà intellettwali u biex jidentifikaw b'mod ċar dak li huwa legali u dak li mhux, permezz ta' kampanji mmirati għall-qawmien tal-kuxjenza pubblika, b'mod partikolari kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn;

24. Jistieden lill-Kummissjoni għalhekk biex tagħmel pressjoni fuq l-industrija biex twaqqaf saħansitra aktar faċilitajiet ta’ ħlas, sabiex tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi Ewropej;

Biex jingħeleb il-ksur tad-drittijiet onlajn u jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Internet

25. Jaqbel mal-Kummissjoni li miżuri mhux leġiżlattivi supplimentari bħal diskussjonijiet dwar it-titjib possibbli għas-suq diġitali fl-Ewropa permezz ta’ armonizzazzjoni volontarja tal-proċeduri u l-istandards fost il-partijiet interessati jistgħu jkunu utli biex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari miżuri li joħorġu minn djalogu profond bejn il-partijiet interessati;

26. Jenfasizza li ż-żieda enormi fil-qsim mhux awtorizzat ta’ fajls ta’ xogħlijiet u eżekuzzjonijiet irrekordjati protetti bid-drittijiet tal-awtur hija problema li qed tiżdied għall-ekonomija Ewropea f’termini ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u dħul għall-industrija kif ukoll għall-gvernijiet;

27. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma semmietx jew iddiskutiet il-problema delikata tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn, li tikkostitwixxi aspett prinċipali ta' dan il-fenomenu dinji fl-età tad-diġitizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna, partikolarment il-kwistjoni tal-bilanċ bejn l-aċċess ħieles għall-Internet u l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-ġlieda effikaċi kontra dan il-flaġell; jinsisti biex il-Kummissjoni tindirizza din il-problema fl-istrateġija tagħha dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

28. Jenfasizza li bosta fatturi wasslu għall-iżvilupp ta’ dan il-fenomenu u, b’mod speċjali, l-avvanzi teknoloġiċi u n-nuqqas ta’ offerti legali; ifakkar madankollu li dan il-fenomenu jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jaqbel li jinstabu soluzzjonijiet xierqa u urġenti għalih skont is-settur ikkonċernat u f’konformità mad-drittijiet fundamentali;

29. Jenfasizza li l-appoġġ u l-iżvilupp ta’ pakkett legali ta’ prodotti u servizzi diversifikati, attraenti u viżibbli għall-konsumaturi jista’ jgħin biex jindirizza dan il-fenomenu tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn, u jirrikonoxxi f’dan ir-rigward li n-nuqqas ta’ funzjonament tas-suq diġitali intern Ewropew jikkostitwixxi ostaklu importanti għall-iżvilupp ta’ pakketti legali onlajn u li l-UE qiegħda tirriskja li tkisser l-isforzi għall-iżvilupp ta’ suq leġittimu onlajn jekk ma tirrikonoxxix il-fatt u ma tagħmilx proposti urġenti biex tindirizzah;

30. Jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq l-industrija biex toħroġ b’faċilitajiet ġodda ta’ ħlas, sabiex ikun aktar faċli għall-konsumaturi Ewropej li jixtru kontenut legali offrut, u b’hekk jiġi żgurat li jiżdied it-tniżżil legali fl-UE;

31. Jagħmel sejħa għal leġiżlazzjoni speċifika li tiżgura li l-konsumaturi privati li jkunu rċivew b’mod leġittimu għall-użu privat tagħhom riproduzzjonijiet tal-prodotti oriġinali li huma koperti mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jintalbux juru l-leġittimità ta’ dawk ir-riproduzzjonijiet, iżda għandhom ikunu l-partijiet interessati li jkollhom l-obbligu li jippruvaw ikunx hemm ksur tar-regoli skont il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

32. Jinsisti li l-partijiet kollha kkonċernati, fosthom il-fornituri tas-servizzi tal-internet, għandhom jieħdu sehem fi djalogu mal-parteċipanti interessati sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva jew temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/48/KE, biex jissaħħaħ il-qafas legali Komunitarju f’dan il-qasam fuq il-bażi tal-esperjenzi nazzjonali;

33. Jistieden lill-Kummissjoni taħseb b’mod wiesa’ dwar metodi biex jitħaffef l-aċċess tal-industrija għas-suq diġitali bla fruntieri ġeografiċi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki partikolari ta' kull settur, billi tindirizza b’mod urġenti l-kwistjoni tal-liċenzji multiterritorjali, fejn hemm domanda sostanzjali mill-konsumaturi, u n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni armonizzata rigward id-dritt tal-awtur kif ukoll sistema effikaċi u trasparenti ta’ ġestjoni tad-drittijiet, li tikkomplementa t-tkabbir eżistenti tas-servizzi li huma legali u li jissodisfaw id-domanda tal-konsumaturi għal aċċess universali, immedjat u personalizzat għall-kontenut;

34. Jenfasizza li s-sistema tal-ħruġ ta-liċenzji għandha titjieb abbażi tan-newtralità teknika, b’tali mod li l-Istati Membri jkollhom disponibbli sistema flessibbli, effikaċi u trasparenti li tista’ tiġi adattata għat-teknoloġiji l-ġodda;

35. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-kwistjoni tal-immaniġjar transkonfinali tad-drittijiet u tibdel is-sitwazzjoni attwali ta' nuqqas ta’ ċertezza legali maħluqa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE tat-18 ta’ Ottubru 2005 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-drittijiet tal-awtur, bil-konsiderazzjoni tal-fatt li d-drittijiet tal-awtur huma territorjali b’mod inerenti għal raġunijiet kulturali, tradizzjonali u lingwistiċi u bl-iżgurar ta’ sistema ta’ liċenzjar pan-Ewropea li tipprovdi lill-konsumaturi l-aċċess għall-aktar għażla wiesgħa possibbli ta’ kontenut u mhux għad-detriment tar-repertorju lokali Ewropew;

36. Jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għall-problema li qed tikber ta’ spjunaġġ industrijali u s-serq ta’ data li tikkostitwixxi proprjetà industrijali bbażata fuq l-Internet, b’mod partikolari d-dokumentazzjoni teknika u l-kodiċi tas-sors;

37. Jipproponi li l-Osservatorju għandu jwettaq analiżi ddettaljata tal-problema tas-serq tad-data u jressaq proposti għall-ġlieda kontra l-problema;

38. Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika l-problemi u l-ħtiġijiet partikolari tal-SMEs biex jiġu żviluppati miżuri speċifiċi li jgħinu lill-SMEs fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jippermettu lill-SMEs jipproteġu aħjar lilhom infushom kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi;

Id-dimensjoni internazzjonali u l-impatt fuq is-suq intern

39. Jappoġġa l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati l-aħjar modi biex ikompli jitjieb ir-Regolament Doganali tal-UE, li jippermetti ż-żamma ta' merkanzija b'suspett ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u, bħala tali, hu wieħed mill-pilastri tal-qafas legali tal-Unjoni mfassal għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

40. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bil-kooperazzjoni innovattiva u mtejba bejn id-dipartimenti amministrattivi u s-setturi differenti tal-industrija konċernata;

41. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jestendu l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali biex tkun koperta wkoll il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

42. Jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-użu ta’ strutturi istituzzjonali eżistenti fl-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-oġġetti ffalsifikati u għalhekk jitlob lill-uffiċċji tal-privattivi nazzjonali u uffiċċji oħrajn tal-proprjetà intellettwali jipprovdu appoġġ akbar u taħriġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-pubbliku;

43. Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi prijoritarji rigward il-proprjetà intellettwali u tippromwovi approċċ ibbilanċjat fil-kuntest tan-negozjati dwar il-proprjetà intellettwali taħt l-awspiċju tad-WTO dwar il-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari fil-qafas tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li għandu x’jaqsam mal-Kummerċ (TRIPS);

44. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tkompli bl-isforzi tagħha biex jissuktaw in-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ multilaterali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA), bl-iskop li titjieb l-effikaċja tas-sistema ta’ infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kontra l-falsifikazzjoni, jitkomplew b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-pożizzjoni tal-Parlament, b’mod partikolari kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-falsifikazzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali, u tgħarraf bis-sħiħ lill-Parlament bil-progress u r-riżultati tan-negozjati;

45. Jappoġġa l-kontinwazzjoni u t-titjib min-naħa tal-Kummissjoni tal-inizjattivi ta' kooperazzjoni bilaterali, fosthom id-"djalogi dwar il-proprjetà intellettwali" ma' pajjiżi terzi u l-proġetti ta' assistenza teknika;

46. Jinnota li l-akbar sfida għas-suq intern hija l-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet intellettwali fil-fruntieri esterni tal-UE u fil-pajjiżi terzi; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq aktar helpdesks tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi (b’mod speċjali fl-Indja u fir-Russja) sabiex tgħin lill-imprendituri Ewropej fl-infurzar aktar attiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom u fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiż terzi u d-dħul fis-Suq Intern tal-oġġetti ffalsifikati maħduma f’dawn il-pajjiżi terzi;

Il-kriminalità organizzata

47. Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b'mod partikolari kontra l-falsifikazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni xierqa tal-UE dwar sanzjonijiet proporzjonati u ġusti u jappoġġa l-kooperazzjoni strateġika u operattiva mill-qrib bejn il-partijiet kollha interessati fi ħdan l-UE, b’mod partikolari l-Europol, l-awtoritajiet nazzjonali u s-settur privat, kif ukoll ma’ stati mhux Komunitarji u organizzazzjonijiet internazzjonali;

48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 178, 17.7.2000, p.1.

(2)

ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(3)

ĠU L 196, 2.8.2003, p.7.

(4)

ĠU L 195, 2.6.2004, p. 16.

(5)

ĠU L 111, 5.5.2009, p 16.

(6)

ĠU C 74E, 20.3.2008, p. 526.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (19.3.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern

(2009/2178(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Paul Rübig

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:

1.  Tirrikonoxxi r-rwol partikulari tad-DPI f'termini ta' innovazzjoni u kreattività, li huma ta’ valur addizzjonali kbir biex tiġi affermata l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u tal-intrapriżi tagħha; tieħu l-azzjoni neċessarja biex iżżommhom u tiżviluppahom għall-benefiċċju tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari f’termini ta’ tkabbir u impjieg;

2.  Tqis il-fatt li l-iżvilupp teknoloġiku jiġġenera forom oħra ta’ produzzjoni, u b’hekk ikun jeħtieġ li jiġu żviluppati mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda li għandhom jiggarantixxu dħul iktar raġonevoli għad-detenturi tad-drittijiet;

3.  Tippromwovi d-disponibilità ta' liċenzji validi fl-UE kollha għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI), li qabel ikunu ġew soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt dettaljata, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn l-industriji tal-kontenut;

4.  Twettaq studju dwar l-impatt tal-privattivi fuq l-SMEs, filwaqt li żżomm f’moħħha mhux biss l-ispejjeż tal-privattivi iżda wkoll il-kwalità tagħhom, minħabba li l-privattivi ta’ kwalità baxxa jwasslu għal spejjeż għoljin ta’ litigazzjoni dwar il-privattivi li huma ta’ detriment b’mod speċjali għall-SMEs;

5.  Tikkunsidra, bħala pass lejn il-ħolqien ta’ suq intern għad-DPI, liċenzji bbażati fuq il-lingwa oriġinali, li jippermettu li liċenzjat għal biċċa xogħol f'lingwa partikulari jkun jista’ jiddistribwiha fl-UE kollha f’dik il-lingwa;

6.  Tippromwovi l-interoperabilità u n-newtralità teknoloġika, sabiex il-kontenut ikun jista’ jitqassam indipendentement mit-teknoloġija jew il-format użat, filwaqt li l-kontenut ikun jista’ jinqaleb fil-formati differenti;

7.  Tqis l-eżistenza ta’ formati partikulari li jagħtu aċċess għax-xogħlijiet lill-persuni b’diżabilità u tadotta l-miżuri neċessarji biex tippromwovi d-distribuzzjoni tagħhom;

8.  Iżżomm protezzjoni b'saħħitha tad-DPI filwaqt li tiffaċilita l-użu legali tax-xogħlijiet, b’mod partikulari għal skopijiet mhux kummerċjali bħalma huma l-edukazzjoni u r-riċerka, permezz ta’ possibilitajiet ta’ liċenzjar disponibbli faċilment, uniċi u fil-livell tal-UE għall-industriji fejn dan huwa meħtieġ, appoġġati bi trasparenza fir-rigward tad-detenturi tad-DPI;

9.  Tiżviluppa bla dewmien, sistema ta’ ġestjoni tad-drittijiet li tiżgura dħul iktar raġonevoli għad-detenturi tad-drittijiet qabel ma tikkunsidra kwalunkwe sanzjoni – li għandha tkun effettiva u proporzjonata – biex tiskoraġġixxi l-ksur tad-dritt tal-awtur u tevita t-telf li b’riżultat ta’ dan jiġi kkawżat lid-detenturi tad-drittijiet, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju li, pereżempju, il-fornituri tal-komunikazzjonijiet huma sempliċement medjaturi u bħala tali mhumiex responsabbli għal ksur li jseħħ permezz tas-servizzi tagħhom jew li jiġi ffaċilitat bis-servizzi tagħhom;

10. Tqis, fit-tfassil tal-qafas leġiżlattiv rigward is-sanzjonijiet imposti minħabba ksur ta' DPI, l-impatt qawwi tal-falsifikazzjoni u l-piraterija f'oqsma bħalma huma l-prodotti mediċinali, l-oġġetti tal-ikel, il-kożmetiċi, l-ispare parts għall-karozzi u t-tagħmir elettroniku u tekniku;

11. Tagħmel użu sħiħ mis-sanzjonjiet li għandha għad-disponibilità tagħha skont il-liġi tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fejn ikun relevanti, filwaqt li tenfasizza li kwalunkwe miżura proposta għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali (id-dritt għall-informazzjoni, għall-privatezza eċċ.) u tkun konformi mal-Konvezjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

12. Tadotta pożizzjoni dwar applikazzjonijiet għal eżenzjonijiet ġenerali obbligatorji biex tipproteġi lill-Istati Membri vis-à-vis pajjiżi oħrajn li attwalment igawdu minn pożizzjoni tas-suq iktar kompetittiva;

13. Tinkludi, fejn ikun relevanti, valutazzjoni tal-impatt b’rabta mad-DPI u mal-flussi tal-għarfien, b’mod partikulari fir-rigward tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, speċjalment dawk li jinsabu f’reġjuni żvantaġġati, fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha;

14. Tikkunsidra, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti bit-Trattat ta’ Liżbona, li tadotta rapport ta’ inizjattiva leġiżlattiva skont l-Artikolu 225 TFUE, u tikkunsidra li tirrevedi d-Direttiva 2001/29/KE biex tikseb preċiżjoni aħjar bil-għan li tiżgura l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE tal-qafas legali għall-protezzjoni tad-dritt tal-awtur fis-soċjetà tal-informazzjoni;

15. Tikkontribwixxi, permezz tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, għall-iżvilupp ta' proċeduri standard komuni u kriterji sabiex tkun tista’ sseħħ il-produzzjoni ta’ data affidabbli u kumparabbli dwar l-okkorrenza u l-valur tal-falsifikazzjoni u l-piraterija fis-setturi kollha; tiżgura li l-Osservatorju ma jintużax bħala strument għall-iżvilupp ta’ miżuri mhux vinkolanti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjoni normali u demokratiċi.

16. Tenfasizza l-bżonn li titwettaq kampanja medjatika u edukattiva qawwija sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-impatt negattiv tal-falisfikazzjoni u l-piraterija, speċjalment meta wieħed iqis l-oġġetti ta' konsum bil-massa bħalma huma l-kożmetiċi, il-prodotti tal-iġjene, l-ispare parts għall-karozzi, il-ġugarelli, il-prodotti mediċinali u tipi varji ta' tagħmir tekniku u elettroniku.

17. Tippromwovi inizjattivi ta' litteriżmu medjatiku bħala mezz essenzjali kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

18.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Zoltán Balczó, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Ioan Enciu, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Romana Jordan Cizelj, Sajjad Karim, Arturs Krišjānis Kariņš, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

António Fernando Correia De Campos, Rachida Dati, Andrzej Grzyb, Jolanta Emilia Hibner, Oriol Junqueras Vies, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Vladko Todorov Panayotov, Silvia-Adriana Ţicău, Hermann Winkler


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (12.4.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar it-tisħiħ tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern

(2009/2178(INI))

Rapporteur: Zuzana Roithová

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-ħtieġa għal sistema konsistenti, effiċjenti u bbilanċjata tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tikkunsidra d-drittijiet u l-obbligi u l-libertajiet fundamentali tal-utenti tal-kont, issaħħaħ l-innovazzjoni, toħloq inċentivi aħjar u tappoġġja ċ-ċarezza legali kemm għad-detenturi tad-drittijiet kif ukoll għall-konsumaturi fis-Suq Intern;

2.  Iqis li ksur kontinwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jnaqqas l-innovazzjoni u l-kreattività fl-UE u jwassal għal telf ta’ impjiegi fl-UE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza l-ħidma tal-Osservatorju Ewropew b’mod li jkun possibbli li jiżviluppa opinjoni aktar komprensiva tal-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-ispejjeż indiretti għall-baġit pubbliku, bħal telf ta’ taxxi u telf ta’ impjiegi fl-UE;

4.  Jenfasizza, sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati biex jiġi trattat il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-Suq Intern, il-ħtieġa għall-ġbir ta’ dejta indipendenti, affidabbli u kumparabbli dwar il-kawżi, l-effetti u l-konsegwenzi u l-iskop tal-ksur differenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-impatt tiegħu fuq il-konsumaturi u l-funzjonament tas-Suq Intern;

5.  Jilqa’ l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelettwali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw finanzjament fuq żmien fit-tul (inkluż li jiżguraw li jkun hemm biżżejjed infrastruttura u riżorsi umani) u l-governanza tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, li għalihom l-użu tal-baġit eżistenti tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern jista’ jkun wieħed mill-possibilitajiet għall-futur; jenfasizza li l-Parlament Ewropew għandu jkollu s-superviżjoni tal-governanza futura tal-Osservatorju Ewropew, u ta’ kwalunkwe bidliet strutturali fih; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fl-Osservatorju Ewropew billi jiggarantixxu li jkun hemm biżżejjed postijiet disponibbli fl-entitajiet konsultattivi tiegħu, u possibilment dawk superviżorji;

6.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-impatt serju tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi, jekk ikun il-każ, l-effettiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti u, fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, issaħħaħa, filwaqt li jeżamina wkoll il-possibilità li tadotta azzjonijiet penali f’każijiet li joħolqu riskju għall-ħajja tal-bniedem; għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra ż-żieda fil-prodotti ffalsifikati minn pajjiżi terzi u kontra oġġetti ffalsifikati li joħolqu riskji għas-saħħa tal-konsumatur, li fir-rigward tagħhom għandhom jitqiesu wkoll il-kawżi ta’ dawn iż-żidiet;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq sistema ta' marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE li, minn banda, toffri livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-marki ta' ċertifikazzjoni stabbiliti fil-livell Ewropew jew fil-livell nazzjonali, toħloq regoli komuni u qafas legali għall-marki taċ-ċertifikazzjoni, ta’ garanzija, ta’ kwalità u ta’ sigurtà, u tipprovdi aktar strumenti effettivi kontra l-prodotti ffalsifikati li jabbużaw minn dawn il-marki ta’ ċertifikazzjoni, u, mill-banda l-oħra, tiżgura li bl-użu ta’ dawn il-marki ta’ ċertifikazzjoni jinkiseb il-livell mixtieq ta’ sikurezza għall-konsumaturi Ewropej, u jiġu evitati problemi simili ta’ dawk marburta mal-marka CE;

8.  Jinnota li s-sistema tal-Marki ta’ Ċertifikazzjoni tal-UE għandha tipprovdi protezzjoni addizzjonali li tmur lil hinn mit-Trade Marks Komunitarji kollettivi u għandha titmexxa mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

9.  Jappella biex ikun hemm koperazzjoni transkonfinali aktar mill-qrib u skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet doganali u ta’ sorveljanza tas-suq dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; ;jitlob lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward biex tagħmel aktar biex timmonitorja l-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, tar-regolamenti tas-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari r-Regolament (KE) 765/2008, u, jekk meħtieġ, tibda proċeduri ta’ ksur bla dewmien;

10. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iwaqqfu mekkaniżmu effiċjenti għas-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari sistema ta’ twissija bikrija għall-oġġetti ffalsifikati, li tagħmilha possibbli li dawn l-oġġetti jiġu rtirati malajr mis-suq fl-Unjoni kollha;

11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika, tikkonsolida u ssaħħaħ il-koperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll fl-Istati Membri u bejniethom, fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bil-ħolqien ta’ pjattaforma ta’ koordinazzjoni unika, flessibbli u effiċjenti; huwa tal-opinjoni li l-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat regolarment dwar ir-riżultati ta’ din il-koperazzjoni;

12. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri internazzjonali għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tal-konsumatur ma’ pajjiżi terzi (skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) u biex iżżid il-koperazzjoni internazzjonali mal-awtoritajiet doganali u ta’ sorveljanza tas-suq tagħhom sabiex isir aktar faċli li jiġu imposti pieni fuq id-distributuri internazzjonali ta’ oġġetti ffalsifikati;

13.  Iqis li, fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu ttrattati b’mod effettiv il-kwantitajiet kbar ta’ oġġetti ffalsifikati minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq intern, huwa meħtieġ li,mingħajr ma tinkiser il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-privatezza, il-Parlament jiġi infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha dwar in-negozjati tal-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA), skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; ifakkar, f’dan ir-rigward, fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Parlament dwar it-trattament tal-ksur tal-proprjetà intellettwali, kif ġie deċiż reċentament fid-Direttiva ta’ Qafas emendata dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (2002/21/KE)(1); josserva li l-informazzjoni provduta għandha tinkludi valutazzjoni sħiħa tal-impatt tar-relazzjoni bejn dan il-ftehim u d-drittijiet fundamentali u l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-privatezza;

14. Jilqa’ l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2009 dwar miżuri addizzjonali mhux leġiżlattivi; madankollu jiddispjaċih li l-komunikazzjoni ma kinitx tinkludi proposti leġiżlattivi biex jindirizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;

15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji l-istrateġija aġġornata tal-UE dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li se tipproponi miżuri proporzjonati għall-ġlieda effettiva u ta’ suċċess kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

16.  Jistiden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tipproponi b’mod urġenti strateġija leġiżlattiva komprensiva li tindirizza l-aspetti kollha tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sal-aħħar tas-sena 2010, sabiex itejjeb l-infurzar tagħhom;

17. Jikkunsidra li, fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu ttrattati b’mod effettiv il-kwantitajiet kbar ta’ oġġetti ffalsifikati li jidħlu fis-suq intern, għandu jkun possibbli, bħala kwistjoni urġenti, fuq il-bażi tar-Regolament Doganali tal-UE, li dawn l-oġġetti jiġu kkonfiskati u jitneħħew mis-suq fi kwalunkwe punt tal-fruntieri esterni tal-UE, irrelevanti fejn kienu impurtati; jenfasizza li għal din ir-raġuni l-introduzzjoni ta’ privattiva unika għall-UE li tipprovdi protezzjoni kompluta hija meħtieġa b’mod urġenti; jenfasizza wkoll li l-użu ta’ trade mark Komunitarja jassigura din il-protezzjoni kompluta madwar l-UE u għaldaqstant jagħmilha possibbli li l-oġġetti jiġu kkonfiskati fil-fruntieri esterni kollha tal-UE; jikkunsidra bħala vitali, għalhekk, li l-użu tat-trade marks Komunitarji m’għandux ikun imfixkel bl-introduzzjoni ta’ rekwiżit ġdid li jitlob li trade mark Kominitarja tkun tiddependi mill-użu effettiv f’għadd ta’ Stati Membri;

18. Jistieden lill-Osservatorju Ewropew sabiex janalizza l-problemi relatati mal-ħżin u mar-rimi ta’ kwantitajiet kbar ta’ oġġetti ffalsifikati u biex jissimplifika r-regoli eżistenti għall-użu mill-ġdid ta’ oġġetti ffalsifikati bil-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet għall-ħtiġijiet ta’ organizzazzjonijiet li m’għandhomx skop ta’ qligħ;

19  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex jiżviluppaw kampanji ta’ għarfien ġodda għall-pubbliku li jkunu aktar immirati u li jiffukaw aktar fuq il-midja, inkluż Jum Ewropew kontra l-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, li jfittxu li jagħtu setgħa lill-konsumaturi fil-ġlieda kontra l-oġġetti ffalsifikati, b’mod partikolari biex jedukawhom dwar kif jagħrfu oġġetti ffalsifikati; jenfasizza l-ħtieġa tal-edukazzjoni, b’mod partikolari l-konsumaturi żgħażagħ Ewropej, biex jiġi apprezzat il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-fatt li l-abbuż jista’jikkawża telf reali tal-valur għas-sidien tal-proprjetà intellettwali;

20. Ma jaqbilx mal-konvinzjoni assoluta tal-Kummissjoni li l-qafas tal-infurzar ċivili attwali fl-UE huwa effikaċi u armonizzat sal-punt meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern; huwa tal-fehma li l-possibilità ta’ proċedimenti kontra dawk li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha tinħoloq fil-qafas legali Ewropew, u jfakkar lill-Kummissjoni li r-rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE huwa essenzjali biex jikkonferma dawn l-affermazzjonijiet;

21. Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-marka CE fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni; ifakkar li ‘l-Pakkett tal-Prodotti’ jintroduċi obbligi għall-manifatturi u l-importaturi billi huma jkunu legalment responsabbli, u għalhekk jistgħu jkunu mħarrka, jekk jabbużaw mill-marka CE; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dawn id-dispożizzjonijiet meta tikkunsidra proposti ġodda biex issaħħaħ il-qafas legali għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur;

22. Jitlob involviment aktar mill-qrib tal-Parlament u tal-pubbliku fil-ħidma dwar il-passi li jmiss kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; f’dan ir-rigward jikkritika n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-progress tal-gruppi ta’ ħidma tal-partijiet interessati stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Osservatorju Ewropew; għalhekk jitlob għall-ħolqien ta’ pjattaforma parlamentari għall-gruppi ta’ ħidma tal-partijiet interessati ;

23. Jinnota li l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-dejta, ir-rappreżentanti tal-EUROPOL u l-EUROJUST, l-akkademiċi, ir-rappreżentanti ta’ persuni li jipprattikaw il-liġi u s-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti aktar fil-ħidma tal-Kummissjoni għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; għalhekk jitlob li dawn ir-rappreżentanti jkunu mistiedna fil-gruppi ta’ ħidma tal-partijiet interessati;

24. Iħares ’il quddiem għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Istati Membri u huwa lest li jiddiskuti l-possibilitajiet li jistgħu jtejbu ċ-ċarezza legali għall-partijiet involuti;

25. Jitlob li jiġu proposti miżuri proporzjonati sabiex jiġi miġġieled b’mod effettiv u b’suċċess l-impatt negattiv tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-ambjent diġitali fis-suq intern u jistieden lill-Osservatorju Ewropew biex janalizza l-impatt ta’ sistemi alternattivi ta’ kumpens ġust;

26. Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra l-ambjent diġitali li qed jiżviluppa b’rata mgħaġġla, biex tadatta r-regoli eżistenti għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b’rata aktar mgħaġġla mill-bidliet fis-swieq u fit-teknoloġiji;

27. Jinnota li l-akbar sfida għas-Suq Intern hija l-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet intellettwali fil-fruntieri esterni tal-UE u fil-pajjiżi terzi; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq aktar helpdesks tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi (b’mod speċjali fl-Indja u fir-Russja) sabiex tgħin lill-imprendituri Ewropej fl-infurzar aktar attiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom u fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiż terzi u d-dħul fis-Suq Intern tal-oġġetti ffalsifikati maħduma f’dawn il-pajjiżi terzi;

28. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jestendu l-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali biex tkopri wkoll il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

29. Jirrikonoxxi l-ħtieġa għall-użu ta’ strutturi istituzzjonali eżistenti fl-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-oġġetti ffalsifikati u għalhekk jitlob lill-uffiċċji tal-privattivi nazzjonali u uffiċċji oħra tal-proprjetà intellettwali biex jipprovdu appoġġ akbar u taħriġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-pubbliku;

30. Jinnota li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma waħda mill-aktar strumenti importanti disponibbli għall-SMEs biex isaħħu l-kompetittività tagħhom; huwa mħasseb, madankollu, li n-nuqqas ta’ nfurzar li jidher li hemm fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, magħquda mal-ispejjeż u l-kumplessità tal-garanzija tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sikwit jiddiswadu lill-SMEs milli jużaw il-protezzjoni offruta; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilità ta’ azzjonijiet konġunti biex jgħinu lill-SMEs biex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-valur tal-iżvilupp ta’ tali inizjattiva permezz tal-Osservatorju Ewropew tal-Iffalsifikar u l-Piraterija;

31. Jitlob lill-Kummissjoni biex tidentifika l-problemi u l-ħtiġijiet partikolari tal-SMEs biex jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-SMEs fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u biex jippermettu lill-SMEs biex jipproteġu aħjar lilhom infushom kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi;

32. Jistieden lill-Kummissjoni għalhekk biex tagħmel pressjoni fuq l-industrija biex twaqqaf saħansitra aktar faċilitajiet ta’ ħlas, sabiex tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi Ewropej li jixtru materjal offrut legalment, biex b’hekk jiżdiedu id-downloads legali fl-UE;

33. Jistieden lill-Osservatorju Ewropew biex janalizza l-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali għall-kontenut diġitali sabiex tiġi żviluppata aktar l-offerta legali għall-kontenut diġitali;

34. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-riċerka li hija tipproponi biex twettaq u r-rapporti li hija biħsiebha tipproduċi, biex tesplora wkoll is-suġġett tal-ġbir u d-distribuzzjoni korretta tad-drittijiet finanzjarji tal-awtur mill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi;

35. Jenfasizza r-responsabilità komuni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iħaddmu s-suq intern fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari sabiex jippermetti lill-kreaturi u l-inventuri biex jieħdu l-benefiċċji tas-suq intern fl-epoka diġitali biex isostnu l-innovazzjoni u l-impjiegi, biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata transkonfinali u biex jipproteġu l-konsumaturi kontra oġġetti foloz u potenzjalment perikolużi;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Toine Manders, Gianni Pittella, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Laurence J.A.J. Stassen, Catherine Stihler, Róża Gräfin Von Thun Und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Cornelis de Jong, Othmar Karas, Sylvana Rapti, Wim van de Camp

(1)

ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.6.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mara Bizzotto, Piotr Borys, João Ferreira, Kurt Lechner, Toine Manders, Angelika Niebler

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wojciech Michał Olejniczak, Jutta Steinruck

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ġunju 2010Avviż legali