RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea

25.6.2010 - (COM(2010)0049 – C7‑0025/2010 – 2010/0032(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain


Proċedura : 2010/0032(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea

(COM(2010)0049 – C7‑0025/2010 – 2010/0032(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0049),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294 u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0025/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0210/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Ostakoli kummerċjali fis-suq intern ta' msieħeb kummerċjali għandhom tendenza li jappoġġaw esportazzjonijiet minn dak is-suq esteru u jekk ikun lejn l-Unjoni Ewropea b'hekk ikunu jistgħu jiġġeneraw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' salvagwardja.

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Jistgħu jitqiesu miżuri ta' salvagwardja biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal u taħt tali kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 3.1, Kapitolu 3 tal-Ftehim. Kapitolu 3 tal-Ftehim.

(5) Jistgħu jitqiesu miżuri ta' salvagwardja biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal jew tiżdied l-attività ekonomika konċernata b'tali miżura, u taħt tali kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti jew attivitajiet ekonomiċi simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 3.1, Kapitolu 3 tal-Ftehim. Kapitolu 3 tal-Ftehim.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni jistgħu wkoll jiġu kkawżati bin-nuqqas ta' osservanza ta' obbligi speċifiċi tal-Kapitolu 13 tal-Ftehim - b'mod partikulari rigward l-istandards soċjali u ambjentali stipulati fih - li b'hekk tkun meħtieġa l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun f'qagħda li twieġeb b'miżuri ta' salvagwardja għal vantaġġi inġusti ta' kompetizzjoni li tgawdi l-Korea ta' Fuq.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Jekk hemmx riskju ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju għal produtturi f'setturi speċifiċi tal-ekonomija fl-Unjoni jiddependi wkoll minn jekk ir-regoli tal-Ftehim dwar ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ ikunux osservati. Din il-konsiderazzjoni tista' tagħmel neċessarja l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun f'qagħda li twieġeb b'miżuri ta' salvagwardja għal vantaġġi inġusti ta' kompetizzjoni li tgawdi l-Korea ta' Fuq.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-kompiti ta' segwitu u reviżjoni tal-Ftehim u, jekk ikun meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli u bl-involviment tas-soċjetà ċivili. Għal dan l-iskop, il-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili jeħtieġ li jkunu inklużi f'kull stadju tal-proċess.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li gruppi tas-soċjetà ċivili jkunu involuti sabiex tinkiseb informazzjoni dwar l-effetti tal-Ftehim. Sabiex il-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili jkunu jistgħu jipparteċipaw, għandu jiġi żgurat l-akbar livell ta' trasparenza possibbli.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. Jekk jidher ċar li l-miżuri ta' salvagwardja ma jkunux suffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta komprensiva għal miżuri ta' salvagwardja aktar vasti, bħalma huma l-limitazzjoni tal-kwantitajiet, kwoti, arranġamenti għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet jew miżuri oħra korrettivi.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni hi li l-Kummissjoni tirrevedi l-implimentazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tar-regolament kull sena. Jekk ikun jidher ċar li r-regolament mhuwiex jipprovdi biżżejjed protezzjoni lill-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tintalab tissottometti proposta għal regolament ġdid.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-affidibilità ta' statistika dwar l-importazzjoni kollha mill-Korea lejn l-UE hija għalhekk kruċjali għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' theddida ta' dannu serju għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, jew għal setturi tagħha, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Ġustifikazzjoni

L-affidibilità tal-istatistika hija essenzjali għall-implimentazzjoni dovuta tal-miżuri ta' salvagwardja.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Il-monitoraġġ mill-qrib u l-valutazzjonijiet regolari għandhom jiffaċilitaw u jqassru l-inizjazzjoni tal-proċedimenti u l-fażi tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha timmonitorja regolarment l-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni u tivvaluta l-impatt tal-Ftehim fuq setturi differenti minn dakinhar li jidħol fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tistabbilixxi riferiment għall-Proċedura ta’ Monitoraġġ u Sorveljanza. ○Emenda

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-produtturi tal-Unjoni għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw kontinwament l-istatistika rigward importazzjoni u esportazzjoni għal-linji sensittivi ta' prodotti koperti mill-Ftehim mill-ġurnata meta jidħol fis-seħħ, sabiex kwalunkwe dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni jiġi identifikat kmieni biżżejjed.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li statistiċi rigward importazzjoni u esportazzjoni jiġu mmonitorjati sabiex il-miżuri ta' salvagwardja jkunu jistgħu jiġu imposti kmieni biżżejjed. Il-monitoraġġ komprensiv tal-istatistika għandu jkun kompitu tal-Komunità li jaqa' fuq il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-produtturi tal-Unjoni.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Premessa 13 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti proċeduri marbutin mal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 (rifużjoni ta', jew eżenzjoni minn, dazji) tal-Protokoll dwar id-definizzjoni ta’ "prodotti oriġinanti" u metodi ta' kooperazzjoni tal-Ftehim (imsejjaħ il-"Protokoll ta' Regoli ta' Oriġini”) ħalli jkun żgurat li hemm l-operazzjoni effettiva tal-mekkaniżmi li hemm dispost għalihom f'dak l-Artikolu u ħalli jkun hemm dispost għal skambju globali ta' tagħrif mal-partijiet interessati relevanti.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tistabbilixxi riferiment għad-dispożizzjoni speċifika tar-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam mal-kunsiderazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll ta' Regoli ta' Oriġini tal-Ftehim.

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Premessa 13 d u e (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d) Billi ma jkunx possibbli li tiġi limitata r-rifużjoni ta' dazju qabel ħames snin wara li jidħol fis-seħħ il-Ftehim, jista' jkun meħtieġ, abbażi ta' dan ir-regolament, li jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja b'konsegwenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni li jkun ikkawżat mir-rifużjoni tad-dazju jew eżenzjoni tad-dazju. Għalhekk, minn dakinhar li jidħol fis-seħħ il-Ftehim, il-Kummissjoni tkun meħtieġa li timmonitorja partikolarment bir-reqqa, l-aktar fis-setturi sensittivi, ir-rata ta' inklużjoni fi prodotti importati mir-Repubblika tal-Korea ta' komponenti jew materjali minn pajjiżi terzi, kwalunkwe bidla f'din ir-rata, u l-impatt ta' tali bidliet fuq is-sitwazzjoni tas-suq.

 

Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-istatistika Koreana u ta’ terzi u telenka l-gamma ta’ prodotti potenzjalment milquta mir-rifużjoni tad-dazji minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Premessa 13 f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Jekk minn investigazzjoni magħmula mill-Kummissjoni jiġi konkluż li d-dannu li jkun sar għall-industrija tal-Unjoni jkun riżultat tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea, allura, għall-finijiet biss tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni1 ("ir-Regolament EGAF”), għandu jinftiehem illi:

 

(a) "bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni" kif użati fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament EGAF għandhom jinkludu żieda fl-importazzjonijiet mill-Korea fl-Ewropa, jew sitwazzjoni fejn jonqos li jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn il-Korea;

 

(b) telf ta' impiegi fl-industrija awtomobilistika:

 

- "impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija reġjonali jew lokali" u "effett serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali" kif użati, rispettivament fl-Artikolu 1(1) u 2(c) tar-Regolament EGAF; kif ukoll

 

– huma "ċirkostanzi eċċezzjonali" kif jingħad fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament EGAF.

______

1 ĠU 406, 30.12.2006, p.1.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 13 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13g) Sabiex jiġi evitat dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi jew setturi tal-ekonomija tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha timmonitorja bir-reqqa l-kapaċitajiet ta' produzzjoni f'dawk il-pajjiżi terzi fejn jiġu manufatturati dawk il-komponenti jew materjali li huma inklużi fi prodotti koperti mill-Ftehim, kif ukoll l-osservanza f'dawk il-pajjiżi ta' standards tal-ILO u n-NU li jirrigwardaw kundizzjonijiet soċjali u ta' xogħol u standards ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Trid tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni minn dumping soċjali.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Premessi 13 h-j (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13h) L-Artikolu 11.1(2) tal-Kapitolu Ħdax tal-Ftehim jistabbilixxi r-rekwiżit li l-Partijiet ikollhom fit-territorji rispettivi tagħhom liġijiet għall-kompetizzjoni komprensivi li jindirizzaw b'mod effettiv ftehimiet ristrettivi, prattiki kkoordinati u abbuż tad-dominanza minn xi intrapriza jew imprizi.

 

(13i) L-Artikolu 11.6(2) tal-Kapitlu Ħdax jistabbilixxi obbligu għall-Partijiet li jikkoperaw fir-rigward tal-politiki ta' infurżar rispettivi tagħhom u l-infurzar tal-liġijiet ta' kompetizzjoni rispettivi tagħhom, inkluż permezz ta' koperazzjoni fl-infurzar, notifika, konsultazzjoni u skambju ta' informazzjoni mhux kunfidenzjali, ibbażati fuq il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea rigward koperazzjoni dwar attivtajiet kontra l-kompetizzjoni ffirmat fit-23 ta' Mejju 2009 (il-"Ftehim ta' Koperazzjoni").

 

(13j) L-iskop tal-Ftehim ta' Koperazzjoni huwa li jikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tal-liġijiet tal-kompetizzjoni ta' kull Parti permezz tal-promozzjoni tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Partijiet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tkun teżiġi li l-Kummissjoni titlob li l-KFTC twettaq attivitajiet ta' infurzar xierqa meta temmen li attivitajiet antikompettitivi fil-Korea jaffettwaw l-interessi tal-Komunità, meta l-Kummissjoni temmen li attivitajiet antikompettitivi bħal dawn ikunu jostakolaw l-aċċess Ewropew għas-suq awtomobilistiku Korean.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni,

(14) L-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim teżiġi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza, u għat-tmiem ta' investigazzjoni u ta' proċedura mingħajr miżuri. Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, regoli u prinċipji ġenerali dwar mekkaniżmi għall-kontroll tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stipulati permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm ikun hemm l-adozzjoni ta' dak ir-regolament ġdid, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni jibqgħu applikabbli, b'eċċezzjoni għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li mhux applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tistabbilixxi riferiment għall-allinjament neċessarju tal-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Dan ir-regolament għandu jkopri biss prodotti magħmula fl-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea. M'għandux ikopri prodotti, partijiet jew komponenti li l-produzzjoni tagħhom hija mogħtija b'kuntratt lil zoni ta' manifattura bħal Kaesong. Qabel ma l-ambitu ta’ dan ir-Regolament jista' jiġi estiż biex jinkludi prodotti mogħtija b'kuntratt lil zoni ta' manifattura esterni, huwa għandu jiġi emendat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Fi kwalunkwe estensjoni tal-ambitu tar-regolament għandu jiġi żgurat li l-obbligi tal-Kapitolu 13 tal-Ftehim ikunu osservati wkoll f'zoni esterni ta' manifattura.

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni tal-Ftehim sabiex ikopri zoni esterni ta' manifattura - li tkun teħtieġ analiżi komprensiva tal-osservanza hemmhekk ta' standards internazzjonali, soċjali, u li jirrigwardaw ix-xogħol u l-ambjent - għandha tkun soġġetta għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "Industrija tal-Unjoni" tfisser il-produtturi tal-Unjoni kollha bħala grupp wieħed ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, jew dawk il-produtturi tal-Unjoni li l-produttività kollettiva tagħhom ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin tikkostitwixxi proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti;

(a) "Industrija tal-Unjoni" tfisser il-produtturi tal-Unjoni kollha bħala grupp wieħed ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, jew dawk il-produtturi tal-Unjoni li l-produttività kollettiva tagħhom ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin tikkostitwixxi proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti; Fil-każijiet fejn prodott simili jew direttament kompettittiv ikun biss wieħed minn fost għadd ta' prodotti li huma magħmulin minn produtturi li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni, l-industrija għandha tkun definita bhala l-operazzjonijiet speċifiċi li huma involuti fil-produzzjoni tal-prodott simili jew direttament kompetittiv;

Ġustifikazzjoni

X'aktarx li azzjonijiet ta' salvagwardja jittieħdu kontra klassijiet speċifiċi ta' prodotti, bħal karozzi b'ċilindrata ta' taħt ċertu limitu. L-iskop tal-emenda huwa li jiżgura li l-Kummissjoni jkollha l-awtorità li tinterpreta "industrija" b'mod dejjaq, bħala l-produtturi ta’ dik il-klassi speċifika ta' prodott.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "theddida ta’ dannu serju" tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; determinazzjoni tal-eżistenza ta' tehdida ta' dannu serju għandha tissejjes fuq il-fatti u mhux sempliċement fuq allegazzjoni, konġentura jew possibbiltà remota;

(c) "theddida ta’ dannu serju" tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; determinazzjoni tal-eżistenza ta' tehdida ta' dannu serju għandha tissejjes fuq il-fatti verifikabbli u mhux sempliċement fuq allegazzjoni, konġentura jew possibbiltà remota; it-tbassir, l-istimi u l-analiżijiet magħmulin fuq il-bażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5), għandhom, inter alia, jiġu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ theddida ta' dannu serju;

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) "partijiet interessati” tfisser partijiet affettwati mill-importazzjoni tal-prodott in kwestjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tistabbilixxi kjarifika tat-tifsira ta’ "partijiet interessati".

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt e b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) "prodotti" tfisser oġġetti magħmula fl-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea. Ma jinkludux oġġetti u komponenti li l-produzzjoni tagħhom tingħata b'kuntratt lil zoni ta' manifattura esterni. Qabel ma l-ambitu tar-regolament jista' jiġi estiż biex jinkludi prodotti mogħtija b'kuntratt lil zoni ta' manifattura esterni, huwa għandu jiġi emendat skont il-proċedura leġiżlattva ordinarja.

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni tal-Ftehim sabiex ikopri zoni ta' manifattura esterni - li tkun teħtieġ analiżi komprensiva tal-osservanza hemmhekk ta' standards internazzjonali, soċjali, u li jirrigwardaw ix-xogħol u l-ambjent - għandha tkun soġġetta għal kodeċiżjoni tal-Parlament u l-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda 21

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt e c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) "tali kundizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw" tinkludi fatturi bħalma huma l-kapaċità ta' produzzjoni, ir-rata tal-użu, prattiki rigward munita u kundizzjonijiet tax-xogħol ta' pajjiż terz f'dak li jirrigwarda manifattura ta' komponenti u materjali inkorporati fil-prodott konċernat.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni għar-rifużjoni ta' dazju tal-KFTA toħloq inċentivi għall-Korea biex iċċaqlaq parti akbar tal-produzzjoni tagħha lejn pajjiżi qrib fejn il-kostijiet tax-xogħol huma aktar baxxi. Filfatt, dawn il-pajjiżi se jibbenefikaw b'mod sinifikattiv taħt il-Ftehim viz. l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jagħmlu ebda konċessjoni korrispondenti. L-emenda tipprova tindirizza l-effetti tad-dispożizzjonijiet għar-rifużjoni ta' dazju tal-ftehim, bl-espansjoni tal-mira tal-miżuri ta' salvagwardja sabiex jinkludu fatturi fil-pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet għar-rifużjoni ta' dazju.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt e d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed) “Reġjun(i)” tfisser Stat Membru wieħed jew aktar tal-Unjoni.

Emenda          23

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament fejn prodott li joriġina fil-Korea, bħala riżultat tat-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji tad-dwana fuq dan il-prodott, jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni domestika, u taħt kundizzjonijiet tali li jikkawża jew jhedded li jikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni li tipproduċi prodott simili jew f'kompetizzjoni diretta.

1. Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament fejn attività ekonomika jew prodott li joriġina fil-Korea, bħala riżultat tat-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji tad-dwana fuq din l-attività jew dan il-prodott, jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni domestika, u taħt kundizzjonijiet tali li jikkawża jew jhedded li jikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni li tipproduċi attività jew prodott simili jew f'kompetizzjoni diretta.

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn jirriżulta, primarjament fuq il-bażi tal-fatturi li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 4(5), illi l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-adozzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 2(1) jiġu sodisfatti f’reġjun jew aktar reġjuni tal-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun studjat soluzzjonijiet alternattivi, tista’ eċċezzjonalment tawtorizza l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja limitati għar-reġjun(i) interessat(i) jekk tikkonsidra illi dawn il-miżuri applikati f’dan il-livell ikunu joqogħdu aħjar mill-miżuri applikati fl-Unjoni kollha kemm hi.

 

Dawn il-miżuri jridu jkunu temporanji u jridu jfixklu l-operat tas-suq intern mill-inqas possibbli. Għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2).

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu jistabbilixxi “Klawsola Reġjonali” skont it-termini tal-Artikolu 18 tas-Salvagwardja Ġenerali (REGOLAMENT (KE) Nru 260/2009).

Emenda 25

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafi 3 a u b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Sabiex il-miżuri ta' salvagwardja jintużaw effettivament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippreżenta rapport ta' monitoraġġ ta' kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika aġġornata rigward importazzjoni mill-Korea li jkollha impatt fuq setturi sensittivi tal-UE b'riżultat tal-Ftehim.

 

3b. Fil-każ li jkun hemm theddida ta' dannu ppruvat irrappurtat lill-Kummissjoni mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li twessa' l-ambitu tal-moniteraġġ għal setturi oħra li jkun hemm impatt fuqhom (partijiet interessati).

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Monitoraġġ

 

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-andament tal-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti Koreani, u għandha tikkoopera u tiskambja data fuq bażi regolari mal-Istati Membri u l-industrija fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jagħtu data statistika adegwata u ta’ kwalità tajba, b’mod diliġenti.

 

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-istatistika Koreana u ta’ terzi u tipprevedi għal firxa ta’ prodotti potenzjalment affettwati mir-rifużjoni tad-dazji minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu jistabbilixxi skema xierqa ta’ Monitoraġġ.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jingħata bidu għal investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm xhieda biżżejjed li tiġġustifika din l-inizjazzjoni.

1. Jingħata bidu għal investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, il-Parlament Ewropew, il-Grupp Konsultattiv Domestiku, minn kull persuna ġuridika jew assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li taġixxi in rappreżentanza tal-industrija tal-Unjoni u tkun tirrappreżenta mill-anqas 25% minnha jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm xhieda prima facie biżżejjed skont ma hu determinat fuq il-bażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) li tiġġustifika din l-inizjazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tistabbilixxi kjarifika dwar l-atturi abilitati għall-inizjazzjoni tal-proċedimenti kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-inizjazzjonijiet ta’ proċediment.

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. It-talba sabiex tinbeda investigazzjoni għandha tinkludi provi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imposti għall-miżuri ta' salvagwardja kif mifhum fl-Artikolu 2(1). It-talba għandha ġeneralment tinkludi l-informazzjoni li ġejja: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjoni tal-prodott konċernat f'termini assoluti u relativi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjoni miżjuda, bidliet fil-livell ta' bejgħ, produzzjoni, prodottività, kapaċità ta' użu, qligħ u telf, kif ukoll impiegi.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ċċarat aktar liema informazzjoni għandha tkun ippreżentata lill-Kummissjoni sabiex tibda investigazzjoni.

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu ta' dan l-artikolu u sa perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lil prodotti mitmuma mir-Repubblika tal-Korea li jiġu importanti fl-Unjoni Ewropea b'rata akbar meta din iż-żieda tkun attribwibbli għal użu akbar ta' prodotti mitmuma ta' partijiet jew ta' komponenti importati mir-Repubblika tal-Korea minn pajjiżi terzi li ma ffirmawx ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Unjoni Ewropea u li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet għar-rifjużoni tad-dazji jew l-eżenzjonijiet minn dazji.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi mmoniterjat aktar bir-reqqa l-użu tar-Repubblika tal-Korea ta' rifużjoni tad-dazji jew arranġament ta' eżenzjonijiet għal partijiet jew komponenti importati minn pajjiżi terzi u inklużi fi prodotti kummerċjalizzati bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles.

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni f'każ li x-xejriet fl-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea jidhru li jitolbu miżuri ta' salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih ix-xhieda disponibbli kif iddeterminat abbażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri kollha fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.

2. L-Istati Membri, jew l-industrija fl-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni f'każ li x-xejriet fl-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea jidhru li jitolbu miżuri ta' salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih ix-xhieda disponibbli kif iddeterminat abbażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5). Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol, tagħmel upload ta' dan it-tagħrif fuq l-online-platform imsemmija fl-Artikolu 9 (l-Online-Platform), u għandha tibgħat notifika ta’ upload lill-Istati Membri kollha, lill-industrija tal-Unjoni, u lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-proċess ta’ informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq proċedura trasparenti li tinforma lill-Istati Membri, lill-industrija tal-Unjoni, u lill-Parlament Ewropew dwar l-inizjazzjoni eventwali ta’ proċediment.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Amendment

3. Il-konsultazzjoni mal-Istati Membri għandha sseħħ fi żmien tmient ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tibgħat it-tagħrif lill-Istati Membri kif stipulat fil-paragrafu 2 fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.1. Fejn, wara l-konsultazzjoni, jidher li hemm biżżejjed xhieda li tiġġustifika inizjazzjoni ta' proċedura, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inizjazzjoni ta' proċedura għandha sseħħ fi żmien xahar mill-wasla tat-tagħrif għand Stat Membru.

3. Il-konsultazzjoni mal-Istati Membri għandha sseħħ fi żmien tmient ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tibgħat it-tagħrif lill-Istati Membri kif stipulat fil-paragrafu 2 fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11. Fejn, wara l-konsultazzjoni, jidher li hemm biżżejjed xhieda determinata fuq il-bażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) li tiġġustifika inizjazzjoni ta' proċedura, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fl-Online-Platform u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inizjazzjoni ta' proċedura għandha sseħħ fi żmien xahar mit-talba minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, jew mill-industrija tal-Unjoni.

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Provi li jinġabru għall-iskop li jingħata bidu għal proċeduri skont l-Artikolu 14(2) tal-Protokoll tar-Regoli ta' Oriġini anness mal-Ftehim (rifużjoni jew eżenzjoni minn dazju) jistgħu ukoll jiġu inklużi f'investigazzjonijiet li jkollhom l-iskop li jimponu miżuri ta' salvagwardja meta l-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-artikolu jkunu ġew sodisfatti.

Ġustifikazzjoni

Ir-rifużjoni jew l-eżenzjoni ta' dazji jistgħu jirriżultaw f'dannu għall-produtturi Ewropej. Għalhekk jagħmel sens li tiġi inkluża referenza għall-Protokoll għar-Regoli ta' Oriġini. Riżultati li jindikaw li nstabu effetti ta' ħsara mir-rifużjoni ta' dazji jeħtieġ li jkunu wkoll raġuni għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja.

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara l-inizjazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni.

1. Wara l-inizjazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni. Il-perijodu ta' investigazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) se jibda minn dakinhar li d-deċiżjoni li tkun inizjata l-investigazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Emenda  34

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu tagħrif u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwettqu din it-talba. Meta dan it-tagħrif ikun ta' interess ġenerali jew meta t-trażmissjoni tiegħu tkun intalbet minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħaddih lill-Istati Membri kollha sakemm ma jkunx kunfidenzjali. Jekk it-tagħrif ikun kunfidenzjali l-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju mhux kunfidenzjali.

2. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu tagħrif u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwettqu din it-talba. Meta dan it-tagħrif ikun ta' interess ġenerali jew meta t-trażmissjoni tiegħu tkun intalbet minn Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandhom jagħmlu upload tat-tagħrif kollu fl-Online-Platfom sakemm ma jkunx kunfidenzjali. Jekk it-tagħrif ikun kunfidenzjali l-Kummissjoni għandha tagħmel upload ta’ sommarju mhux kunfidenzjali.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar il-proċedura għat-trażmissjoni u l-qsim tat-tagħrif.

Emenda  35

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-investigazzjoni għandha tasal fi tmiemha, fejn ikun possibbli, fi żmien sitt xhur mill-inizjazzjoni tal-investigazzjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq mill-Kummissjoni, dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġġedded b'perjodu ieħor ta' tliet xhur.

3. L-investigazzjoni għandha tasal fi tmiemha fi żmien 200 jum mill-inizjazzjoni tal-investigazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Suġġeriment għall-istreamlining tal-perijodu. Minflok X + X xhur jew jiem, nipproponu numru massimu ta’ 200 jum. B’differenza mis-Salvagwardja EPA li għandha skadenza pjuttost itwal, is-Salvagwardja tal-Korea tittratta pajjiż wieħed biss. Għalhekk hija raġonevoli l-introduzzjoni ta’ perijodu aqsar għal proċedura aktar ċeleri.

Emenda  36

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg.

5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg. Dan l-elenku ma jkunx eżawstiv u l-Kummissjoni tkun tista’ tqis fatturi oħra relevanti fid-determinazzjoni tal-inkjesta tagħha, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-ritorn fuq il-kapital impjegat, il-fluss tal-flus, u fatturi oħra li jkunu jikkawżaw jew għandu mnejn ikkawżaw dannu gravi jew għandhom imnejn jikkawżaw dannu gravi. Fil-każ li kontenut ta' pajjiż terz komunament jammonta għal ammont sinifikattiv tal-kostijiet tal-manifattura tal-prodott konċernat, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta, bħala fattur li jolqot is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, ir-rata tal-użu, prattiki rigward munita u kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pajjiżi terzi konċernati.

Emenda  37

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Barra minn hekk, l-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tinvestiga b'mod partikolari l-osservanza mir-Repubblika tal-Korea tal-istandards soċjali u ambjentali stipulati fil-Kapitolu 13 tal-Ftehim u kwalunkwe effett konsegwenti għall-iffissar ta' prezzijiet jew vantaġġ kompetittiv inġust li potenzjalment iwassal għal dannu serju jew theddida ta' dannu serju għall-produtturi jew setturi speċifiċi tal-ekonomija fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun f'qagħda li twieġeb b'miżuri ta' salvagwardja għal vantaġġi inġusti ta' kompetizzjoni li tgawdi l-Korea ta' Fuq.

Emenda  38

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa l-osservanza tar-regoli tal-Ftehim dwar ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ u kwalunkwe dannu serju għall-produtturi u setturi individwali tal-ekonomija fl-Unjoni Ewropea li jistgħu jirriżultaw minn hekk.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun f'qagħda li twieġeb b'miżuri ta' salvagwardja għal vantaġġi inġusti ta' kompetizzjoni li tgawdi l-Korea ta' Fuq.

Emenda  39

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom skont il-paragrafu 3 (4) (b) u r-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kommissjoni b'konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 9 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom dwar it-tagħrif ikkonċernat lill-Kummissjoni. Dawn il-fehmiet jistgħu jiġu kkunsidrati meta jkunu mirfuda b’xhieda suffiċjenti.

6. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom skont il-paragrafu 3 (4) (b) u r-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kommissjoni b'konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 9 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom dwar it-tagħrif ikkonċernat lill-Kummissjoni. Dawn il-fehmiet għandhom jiġu kkunsidrati meta jkunu mirfuda b’xhieda suffiċjenti.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar id-diċitura.

Emenda  40

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru illi attwalment x’aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u illi jeżistu raġunijiet speċjali biex jinstemgħu bil-fomm.

7. Il-Kummissjoni għandha tisma’ lil partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru illi attwalment x’aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u illi jeżistu raġunijiet speċjali biex jinstemgħu bil-fomm.

 

Il-Kummissjoni għandha tisma' lil tali partijiet f'aktar okkażjonijiet jekk ikun hemm raġunijiet speċjali l-għala jerġgħu jinstemgħu.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar id-diċitura. Barra minn hekk, is-subparagrafu l-ġdid jikkjarifika li l-partijiet għandhom il-jedd jinstemgħu mill-anqas darba u li għandu jkun hemm raġunijiet speċjali l-għala jerġgħu jinstemgħu.

Emenda  41

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Miżuri ta' sorveljanza

 

1. Fejn it-tendenza fl-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina fir-Repubblika tal-Korea hija tali li dawn jistgħu jwasslu għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott jistgħu jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni Ewropea.

 

2. Id-deċiżjonijiet dwar l-impożizzjoni tas-sorveljanza għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(1).

 

3. Il-miżuri ta' sorveljanza għandu jkollhom perijodu limitat ta' validità. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, dawn ma jibqgħux validi fi tmiem it-tieni perijodu ta' sitt xhur wara l-ewwel sitt xhur wara li l-miżuri jkunu ġew introdotti.

 

4. Il-miżuri ta' sorveljanza jistgħu jkunu limitati għat-territorju ta' reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni fejn ikun meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jippermetti mekkaniżmu xieraq ta' sorveljanza fuq il-bażi tas-Salvagwardja Ġenerali (REGOLAMENT (KE) Nru 260/2009).

Emenda  42

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Miżuri ta' salvagwardja provviżorji għandhom jiġu applikati f'ċirkustanzi kritiċi fejn dewmien jikkawża ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari li hemm xhieda ċara li l-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea jkunu żdiedu bħala riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazju doganali skont il-Ftehim, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw dannu serju, jew theddida ta' dan, lill-industrija domestika. Il-miżuri provviżorji għandhom jittieħdu abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.1.

1. Miżuri ta' salvagwardja provviżorji għandhom jiġu applikati f'ċirkustanzi kritiċi fejn dewmien jikkawża ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari abbażi tal-fatturi msemmijin fl-Artikolu 4(5) li hemm xhieda biżżejjed li l-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea jkunu żdiedu bħala riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazju doganali skont il-Ftehim, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw dannu serju, jew theddida ta' dan, lill-industrija domestika. Il-miżuri provviżorji għandhom jittieħdu abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.

Emenda  43

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba.

2. Fejn Stat Membru, il-Parlament Ewropew, jew l-industrija tal-Unjoni jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba. Il-perijodu ta' investigazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) jibda minn dakinhar li tittieħed id-deċiżjoni għall-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji ta’ salvagwardja.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar l-atturi kkonċernati u dwar iż-żmien preċiż.

Emenda  44

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-miżuri msemmija f’dan Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. B’danakollu, tali miżuri ma għandhomx jipprevjenu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li diġà jinsabu fi triqthom lejn l-Unjoni basta d-destinazzjoni tagħhom ma tkunx tista’ tinbidel.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu jistabbilixxi Klawsola ta’ Konsenja bħalma hemm fl-Artikolu 16(5) tas-Salvagwardja Ġenerali (REGOLAMENT (KE) Nru 260/2009).

Emenda  45

Proposta għal Regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali jitqiesu mhux meħtieġa l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.2.

1. Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.

 

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, jekk il-Parlament Ewropew jesprimi oġġezzjoni għall-abbozz ta' deċiżjoni li ma jiġux imposti miżuri ta' salvagwardja bilaterali minħabba li din id-deċiżjoni tkun qed tiċħad l-intenzjoni tal-leġiżlatur, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-abbozz ta' deċiżjoni. Filwaqt li tikkunsidra r-raġunijiet għall-oġġezzjoni u fil-limitu ta' żmien tal-proċedura li tkun għaddejja, il-Kummissjoni tista' tissottometti abbożż ta' deċiżjoni ġdida lill-kumitat jew tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat dwar l-azzjoni li tkun beħsiebha tieħu u r-raġunijiet għaliex se tagħmel hekk.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport b'dak li tkun sabet u bil-konklużjonijiet raġunati li tkun waslet għalihom f'kull materja pertinenti ta' fatt u ta' dritt filwaqt, iżda, li tipproteġi debitament l-informazzjoni kunfidenzjali fl-ambitu tat-tifsir tal-Artikolu 9.

Ġustifikazzjoni

Ir-reintroduzzjoni tal-Proċedura Konsultattiva skont id-Deċiżjoni tal-Komitoloġija kif ukoll il-Proċedura Konsultattiva (Artikolu 4) proposta fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni (COM(2010)0083), u l-introduzzjoni ta’ paragrafu ġdid biex tkun sottolinjata t-trasparenza tal-proċedura.

Emenda  46

Proposta għal Regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-fatti kif stabbiliti b'mod finali juru li ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 2.1 huma sodisfatti, għandha tittieħed deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja bilaterali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.2.

Fejn il-fatti kif stabbiliti b'mod finali juru li ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 2.1 huma sodisfatti, għandha tittieħed deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja bilaterali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(1).

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku, bir-rigward dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali a tenur tat-tifsira tal-Artikolu 9, rapport b’sommarju tal-fatti materjali u l-konsiderazzjoni relevanti għad-determinazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-reintroduzzjoni tal-Proċedura Konsultattiva skont id-Deċiżjoni tal-Komitoloġija kif ukoll il-Proċedura Konsultattiva (Artikolu 4) proposta fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni (COM(2010)0051), u l-introduzzjoni ta’ paragrafu biex tkun sottolinjata t-trasparenza tal-proċedura.

Emenda  47

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Miżura ta' salvagwardja tibqa' fis-seħħ - sakemm joħroġ ir-riżultat tar-reviżjoni - tul kwalunkwe perijodu ta' estensjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament jonqos milli jispeċifika jekk miżura tibqax fis-seħħ (jiġifieri, jekk għandhomx jinġabru dazji) waqt ir-reviżjonijiet li jsiru qabel ma l-miżura tiskadi. Bi qbil mal-prattika normali tal-UE rigward miżuri ta' protezzjoni tal-kummerċ, il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ tul il-perjodu kollu ta' reviżjoni.

Emenda  48

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data u l-istatistika meħtieġa għall-investigazzjoni jkunu disponibbli, jinftehmu, trasparenti u verifikabbli. Il-Kummissjni għandha, hekk kif jitwaqqaf il-qafas tekniku neċessarju, tistabilixxi portal online protett b'password, li hija stess għandha tiġġestixxi u li permezz tiegħu l-informazzjoni kollha relevanti mhux kunfidenzjali, fil-kuntest tat-tifsir f'dan l-Artikolu, għandha tiġi disseminata. L-Istati Membri, l-industrija reġistrata tal-Unjoni, il-Grupp Konsukltattiv Domestiku u l-Parlament Ewropew għandhom jingħataw aċċess għal din l-online-platform kulmeta jitolbuh. L-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni statistika relevanti għad-determinazzjoni jekk kemm-il darba l-evidenza tkun tissodisfa r-rekwiżiti kif jingħad fl-Artikolu 2(1), kif ukoll kull informazzjoni oħra relevanti marbuta ma’ investigazzjoni.

 

It-tagħrif li jasal permezz ta’ din l-Online-Platfom għandu jintuża biss għall-iskop li għalih ikun intalab. Kull tagħrif ta' natura kunfidenzjali jew kull tagħrif li jingħata fuq bażi kunfidenzjali u jiġi rċevut dan ir-Regolament ma għandux jiġi żvelat mingħajr il-permess speċifiku ta' min jipprovdi dan it-tagħrif.

Ġustifikazzjoni

B’riħet din id-dispożizzjoni, għandhom jitwaqqfu r-regoli għall-ħolqien, l-operazzjoni u l-użu ta' online-platform.

Emenda  49

Proposta għal Regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 260/2009 għandu japplika mutatis mutandis.

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet proċedurali għall-Kumitat huma deskritti fl-Artikolu 11. Ir-riferiment għall-Artikolu 4 tar-Regolament 260/2009 għandu mnejn joħolqu l-malintiżi.

Emenda  50

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku rapport ta’ kull sena dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-korpi varji responsabbli għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u r-rispett tal-obbligi li jirriżultaw minnu, inklużi obbligi rigward ostakoli għall-kummerċ.

 

2. Sezzjonijiet speċjali tar-rapport għandhom jirrigwardaw it-twettiq tal-obbligi skont il-Kapitolu 13 tal-Ftehim u l-attivitajiet tal-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili.

 

3. Ir-rapport għandu wkoll jippreżenta sommarju tal-istatistika u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Korea. Għandu jkun fih menzjoni speċjali tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rifużjoni tad-dazji.

 

4. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu, fi żmien xahar, jistiednu lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament jew tal-Kunsill ħalli tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwestjoni li tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Ġustifikazzjoni

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, fit-totalità tiegħu, u dwar l-osservanza tad-dispożizzjonijiet kollha tiegħu - inkluż rigward ostakoli kummerċjali u standards soċjali u ambjentali - għandu jkun imxandar pubblikament kull sena.

Emenda  51

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-Politika Kummerċjali Komuni taqa’ fil-kwadru tal-kompetetnzi esklussivi tal-Unjoni, ma hemm l-ebda ħtieġa li tiġi stabbilita proċedura li biha l-Istati Membri jistgħu jivvutaw b’maġġoranza kwalifikata kontra abbozz ta’ miżura tal-Kummissjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ Salvagwardja tiġi ddeterminata wara studju tal-kundizzjonijiet li hemm riferiment għalihom fir-Regolament, li essenzjalment ikun valutazzjoni ekonomika. Kulmeta tali kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, ma għandu jkun hemm l-ebda lok ta’ diskrezzjoni jew għażla politika, u b’hekk l-ebda ħtieġa għal deċiżjoni tal-Istat Membru kontra l-abbozz tal-Kummissjoni.

Emenda  52

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ riferiment għall-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (ir-riferiment magħmul fl-Artikolu 5(6) huwa żball dattilografiku fil-proposta tal-Kummissjoni).

Emenda  53

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Rapportar

 

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku rapport ta’ kull sena dwar l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-klawsola ta’ salvagwardja. Ir-rapport għandu jinkludi sommarju tar-rikjesti għall-inizjazzjoni ta’ proċedimenti, tal-investigazzjonijiet u r-riżultati tagħhom, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti mingħajr miżuri, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ta’ salvagwardja, u l-ġustifikazzjoni għal kull deċiżjoni dwar dawn il-materji akkumpanjata minn sommarju tal-informazzjoni u l-fatti relevanti.

 

2. Ir-rapport għandu wkoll jippreżenta sommarju tal-istatistika u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Korea. Għandu jkun fih menzjoni speċjali tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rifużjoni tad-dazji.

 

3. Il-Paralment Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jsejħu lill-Kummissjoni fi żmien xahar għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropea jew tal-Kunsill ħalli tippreżentata u tispjega kwalsiasi materja marbuta mal-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja, ir-rifużjoni tad-dazji, jew l-Ftehim inġenerali.

Ġustifikazzjoni

B’riħet din id-dispożizzjoni, ir-Regolament jistabbilixxi dmir ċar fuq il-Kummissjoni li tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  54

Proposta għal Regolament

Article 11 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini

 

1. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 (Rifużjoni jew eżenzjoni tad-dazji) tal-Protokoll dwar id-definizzjoni ta’ "prodotti oriġinanti” u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim (imsejjaħ "Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini”), il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni relevanti kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-valur, u kemm, fejn approprijat, fil-kwantitajiet u għandha taqsam b'mod regolari dik id-data mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill u mal-industrija kkonċernata tal-Unjoni, u tirrapportalhom is-sejbiet tagħha. Il-monitoraġġ għandu jibda mal-applikazzjoni provviżorja u d-data għandha tkun maqsuma fuq bażi ta’ kull xahrejn.

 

Barra mil-linji tariffarji introdotti fl-Artikoli 14(1) tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tirrediġi, b'koperazzjoni mal-industrija tal-Unjoni, lista ta' linji tariffarji li ma jkunux speċifiċi għas-settur awtomobilistiku, imma jkunu siewja għall-manifattura tal-karozzi u setturi oħrajn marbutin. Għandu jsir monitoraġġ speċifiku kif jingħad fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim.

 

2. Meta jkun hemm talba ta’ Stat Membru jew b'inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha immedjatament tara jekk il-kondizzjonijiet għall-invokazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini humiex sodisfatti u tagħmel rapport dwar dak li ssib fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mit-talba. Wara li jsiru l-konsultazzjoni fil-qafas tal-kumitat speċjali li jirreferi għalihom l-Artikolu 207(3), subparagrafu 3, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet mal-Korea kulmeta l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar ir-Regoli tal-Oriġini jiġu sodisfatti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li l-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, inter alia, meta l-limiti massimi msemmijin fil-paragrafu 3 jintlaħqu.

 

3. Differenza ta’ 10 punti perċentwali għandha titqies "sinifikattiva” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2.1(a) tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini fl-evalwazzjoni taż-żieda fir r-rata ta' importazzjoni ta' partijiet jew komponenti lejn jew fil-Korea meta mqabbla mar-rata miżjuda ta’ esportazzjoni mill-Korea lejn l-UE ta’ prodotti lesti. Żieda ta' 10% għandha titqies bħala “sinifikattiva” għall-finijiet tal-applikazzjonijiet tal-paragrafu 2.1(b) tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini meta ssir evalwazzjoni taż-żieda fl-esportazzjoni mill-Korea lejn l-UE tal-prodotti lesti, f’termini assoluti jew relativi, għall-produzzjoni domestika. Żidiet taħt dawn il-livelli massimi jistgħu wkoll jitqiesu “sinifikattivi” fuq bażi individwali.

Ġustifikazzjoni

B’riħet din id-dispożizzjoni, ir-Regolament ikun tratta t-tħassib ta' bosta organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili tal-Unjoni, kif ukoll l-industrija u t-trade unions tagħha. Għandha tistabbilixxi dispożizzjoni speċifika għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll għar-Regoli tal-Oriġini.

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-23 ta' April 2007 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Korea bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea. Il-ftehim ġie mbagħad inizjalat fil-15 ta' Ottubru 2009.

Il-ftehim jinkorpora klawsola bilaterali ta' salvagwardja li tiddisponi għall-possibilità li tiġi imposta mill-ġdid ir-rata tal-MFN meta bħala konsegwenza tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tant iseħħu importazzjonijiet – f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni domestika – u taħt tali kundizzjonijiet li jikkawżaw jew hemm probabilità li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni li tipproduċi l-istess prodott jew prodott f'kompetizzjoni diretta.

Biex miżuri bħal dawn isiru operattivi, il-klawsola ta’ salvagwardja jeħtieġ li tkun inkorporata fid-Dritt tal-UE, ukoll peress li l-aspetti proċedurali tal-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja, kif ukoll il-jeddiiet tal-partijiet interessati, jeħtieġ li jkunu speċifikati. Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha quddiemna tikkostitwixxi l-istrument legali għall-implimentazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea.

Hija x-xewqa tar-rapporteur li jsir enfasi li x-xogħol leġiżlattiv f’dan ir-regolament għandu jkun limitat għall-kwestjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr ma jkunu mibdula unilateralment id-dispożizzjonijiet fundamentali tal-ftehim u l-miżuri ta’ adozzjoni li jmorru kontra l-ispirtu tiegħu. Ngħidu aħna, ma għandha ssir l-ebda tip ta' bidla għall-miżuri ta' salvagwardja applikabbli, għat-tul fiż-żmien li fih għandhom jibdew japplikaw jew għall-perijodu li matulu l-klawsola ta' salvagwardja tista' titwettaq.

Hija l-intenzjoni tar-rapporteur li jkun żgurat li l-klawsola tkun kemm effettiva kif ukoll ġenwinament applikabbli. Il-klawsola għandha tagħti mezz ġenwinament eżegwibbli għall-prevenzjoni ta' danni gravi għall-industrija tal-UE u tkun tippermetti l-aġġustament għal sitwazzjonijiet ġodda. Għal dan il-fini, hija l-fehma tar-rapporteur li għandhom isiru l-proposti segwenti:

Il-għażla taż-żmien u termini li jridu jiġu rispettati

Il-proċess ta’ investigazzjoni għandu jkun konkluż f’mhux anqas minn 200 jum, inlinja mal-perijodu massimu għall-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji, ħalli jkun żgurat li l-industrija ma titħalliex mingħajr ħarsien waqt li tkun għaddejja investigazzjoni. Dan il-perijodu huwa twil biżżejjed biex issir investigazzjoni, jekk kemm-il darba żżomm l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni f’pajjiż wieħed biss.

Għadd ta’ emendi jippruvaw jikkjarifikaw eżattament fejn il-proċess ta’ investigazzjoni jitqies li jkun beda. Il-perijodu ta' investigazzjoni jitqies li jkun beda dakinhar li tittieħed id-deċiżjoni li tinbeda l-investigazzjoni jew dakinhar li fih jiġu adottati il-miżuri provviżorji ta’ salvagwardja.

Miżuri ta’ salvagwardja ‘reġjonali’

Hija proposta tar-rapportuer li għandu jkun hemm l-għażla jekk jiġux applikati l-miżuri ta’ salvagwardja f’livell reġjonali f’każijiet eċċezzjonali; tali miżuri għandhom jikkawżaw l-anqas tħarbit possibbli għas-suq intern. L-objettiv huwa li jitqiesu d-differenzi ewlenin bejn iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull Stat Membru u l-fatt li l-FKĦ mal-Korea t'Isfel jista' jkollha impatt differenti fl-industrija f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, fejn l-industriji fi Stat Membru wieħed jew aktar jintlaqtu partikolarment ħażin, għandu jkun possibbli li jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri 'reġjonali' ta' salvagwardja ħalli jkunu jistgħu jaġġustaw għas-sitwazzjoni l-ġdida.

Tali miżuri jikkonformaw mal-objettivi tal-klawsola ta’ salvagwardja u huma proporzjonati, ladarba s-suq kbir li qiegħed jinfetaħ għall-esportazzjoni Koreana u l-fatt li jista’ jsir użu mill-klawsola matul perijodu limitat ta’ żmien biss, jiġifieri 10 snin wara t-tneħħija tat-tariffi.

Il-koinvolġiment tal-industrija u l-Parlament

Hija l-proposta tar-rapporteur li l-industrija u l-Parlament għandhom ikunu jistgħu jitolbu li tinfetaħ investigazzjoni u li jiġu applikati l-miżuri provviżorji, u għandu jingħatalhom aċċess għall-informazzjoni marbuta mal-proċess tal-investigazzjoni. Jiġi propost li ssir online platform li fuqha tkun kondiviża l-informazzjoni kollha mhux-kunfidenzjali mogħtija lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata, ħalli jkun żgurat li l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-proċediment ta’ investigazzjonijiet dwar is-salvagwardja tkun disponibbli.

Evidenza

It-tip ta’ evidenza rikjesta ħalli jinbeda proċediment jeħtieġ li tkun definita tajjeb, ħalli l-industriji li jistgħu jintlaqtu jitqiegħdu f’pożizzjoni aktar żgura. Il-proposta tar-rapporteur hija li l-adegwatezza tal-evidenza mogħtija għandha tkun determinata fuq il-bażi tal-fatturi li r-regolament jistipula għall-fażi investigattiva. Il-gamma ta’ fatturi għandha tkun estiża ħalli tinkludi oħrajn li jistgħu jkunu relevanti meta jiġi determinat jekk dannu gravi hux ikkawżat jew hemmx probabilità li jkun ikkawżat.

Miżuri ta’ monitoraġġ u sorveljanza

Il-Kummissjoni għandha, minn dakinhar li jidħol fis-seħħ il-ftehim, timmonitorja b’mod rigoruż it-tendenzi fl-esportazzjoni u l-importazzjoni bejn il-Korea u l-Unjoni Ewropea u tagħti attenzjoni partikolari lis-setturi li l-aktar għandu mnejn li jintlaqtu.

Barra minn hekk, għandhom isiru arranġamenti li jmorru għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza f’sitwazzjoni li jistgħu jirriżultaw f’dannu gravi għall-industrija tal-UE.

Rapportar

Il-proposta tar-rapporteur hija li l-Kummissjoni għandha debitament tissostanzja d-deċiżjonijiet li tittermina l-proċedimenti mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja jew id-deċiżjonijiet li jkunu imposti l-miżuri.

Qiegħed jipproponi wkoll li għandu jiġi ppubblikat rapport ta' kull sena li jagħti stampa tar-rikjesti preżentati għalbiex jinbdew investigazzjonijiet, x'investigazzjonijiet ikunu saru u l-eżitu tagħhom, u d-deċiżjonijiet li jkunu imposti miżuri provviżorji jew definittivi, flimkien ma’ statistika li turi t-tendenzi fil-kummerċ mal-Korea, b’riferiment speċifiku għad-data dwar ir-rifużjoni tad-dazji.

Il-Paralment Ewropew jew il-Kunsill jistgħu, fi żmien xahar, isejħu lill-Kummissjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill ħalli tkun preżentata u spjegata kwalsiasi materja marbuta mal-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja, ir-rifużjoni tad-dazji, jew l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles inġenerali.

Ir-rifużjoni tad-dazji

Ir-rapporteur innota t-tħassib imleħħen mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-industrija u l-moviment trejdunjonistiku, fost l-oħrajn, għal dak li għandu x'jaqsam mal-implikazzjonijiet tal-arranġament dwar ir-rifużjoni tad-dazji, u jemmen li għadd ta’ kriterji marbutin mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar ir-Regoli dwar l-Oriġini jeħtieġ li jiġu stipulati ħalli jkun żgurat li d-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu applikati sew u li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni mal-istakeholders.

Komitoloġija

Ir-regolament kien ippreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament qabel ma beda l-eżami tal-istrumenti marbutin mal-poteri ta’ implimentazzjoni derivanti mill-Artikolu 291(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jeħtieġ li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet li jiġu finalment adottati f'dan is-sens. Minħabba li l-politika komuni tal-kummerċ tidħol fl-isfera esklussiva tal-kompetenza tal-UE, u li l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja hija msejsa fuq valutazzjoni ekonomika, ma għandu jkun l-ebda neċessità li l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f'dan il-qasam.

PROĊEDURA

Titolu

Il-klawżola ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Korea

Referenzi

COM(2010)0049 – C7-0025/2010 – 2010/0032(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.2.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.2.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Pablo Zalba Bidegain

17.3.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

17.3.2010

28.4.2010

1.6.2010

 

Data tal-adozzjoni

23.6.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

George Sabin Cutaş, Małgorzata Handzlik, Salvatore Iacolino, Elisabeth Köstinger, Miloslav Ransdorf, Jarosław Leszek Wałęsa

Data tat-tressiq

28.6.2010