-wara li kkunsidra l-Artikoli 310 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,
-wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
-wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2009(2),
-wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
-wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-8 ta’ April 2010 (COM(2010)0149),
-wara li kkunsidra l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-8 ta' April 2010 (COM (2010)0150),
-wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Marzu 2010 (COM(2010)0102),
-wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2010, stabbilit mill-Kunsill fit-13 ta’ Settembru 2010 (13472/2010 – C7-0263/2010),
-wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0281/2010),
A. billi l-Kummissjoni qed tipproponi li jiġi emendat ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1905/2006 biex jiġi permess il-finanzjament tal-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana (BAM) għas-snin 2010 sal-2013, b'baġit ġenerali ta' EUR 190 miljun, b'potenzjal ta' EUR 10 miljuni supplimentari. jekk il-marġni jkunu jippermattu,
B. billi l-bilanċ annwali propost ta' għajnuna finanzjarja għall-BAM jipprevedi ammont ta' EUR 75 miljun fl-2010,
C. billi l-marġni disponibbli taħt l-intestatura 4 huwa biss ta' EUR 875,530, minħabba l-bżonn ta' finanzjament massimu, fl-2010, tal-prijoritajiet tal-UE b'rabta mar-rwol tagħha bħala protagonista dinjija,
D. billi l-parti l-kbira ta' din l-għajnuna finanzjarja fl-2010 hija dovuta għall-użu mill-ġdid fi ħdan l-intestatura 4 tal-baġit (EUR 55.8 miljuni minn EUR 75 miljun),
E. billi l-użu mill-ġdid li qed jiġi propost jaffettwa strumenti u azzjonijiet li l-UE u b'mod partikolari l-Parlament Ewropew iddefinixxu bħala ta' interess kbir,
F. billi l-bżonn ta' għajnuna finanzjarja għall-BAM ma kienx previst meta ġie adottat il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali,
G. billi l-proċeduri baġitarji tal-passat wrew il-pressjoni estrema li għaddiet minnha din l-intestatura,
H. billi l-għajnuna finanzjarja tal-UE tal-pajjiżi li jipprovdu l-banana tal-AKP, li ġew affettwati mil-liberalizzazzjoni tal-Aktar Nazzjon Iffavorit fil-qafas tad-WTO, m'għandhiex tiġi ddubitata u m'għandux ikun dewmien fl-isforz baġitarju,
I. billi, sustanzjalment, il-Parlament huwa lest li, permezz tal-proċedura ta' konċiljazzjoni, jinnegozja mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja,
J. billi l-marġni li fadal ta’ EUR 875,530 EUR jista’ jintuża għall-iffinanzjar tal-BAM,
1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2010 u tal-Pożizzjoni tal-Kunsill;
2. Ifakkar fil-pożizzjoni prinċipali tiegħu li l-prijoritajiet il-ġodda għandhom jiġu ffinanzjati minn fondi ġodda;
3. Iqis li l-finanzjament tal-BAM jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-Punt 27 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-użu tal-Istrument ta' Flessibilità;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-bqija tal-EUR 74,124,470;
5. Iddeċieda li jemenda l-abbozz tal-Baġit emendatorju Nru 3/2010 kif jidher hawn taħt;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Reimer Böge, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Vladimír Remek, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
François Alfonsi, Richard Ashworth, Frédéric Daerden, Roberto Gualtieri, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali