dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0102),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), kif ukoll l-Artikolu 209(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0079/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet immotivati indirizzati lill-President mill-parlamenti nazzjonali dwar il-konformità tal-abbozz ta' att mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0285/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Iqis li l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, billi tnaqqas drastikament il-marġni taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) 2007-2013, ma tħallix biżżejjed wisa' għall-manuvrar biex tkun affaċċjata kriżi li tkun qed tiżviluppa u biex ikun hemm reazzjoni xierqa għaliha;
3. Iqis li, minħabba l-kwistjoni li ilha teżisti rigward il-kummerċ tal-banana, il-miżuri proposti setgħu ġew integrati fl-MFF fi stadju aktar bikri;
4. Itenni l-konvinzjoni tiegħu li kull strument ġdid m'għandux ikun iffinanzjat permezz tar-riallokazzjoni, billi din tipperikola l-prijoritajiet eżistenti;
5. Ifakkar li l-għan tal-Istrument ta' Flessibbiltà huwa l-finanzjament ta' "nefqa identifikata b'mod ċar li ma tistax tkun iffinanzjata fil-limiti tal-limiti massimi"(1), u jqis li l-miżuri marbuta mal-kummerċ tal-banana huma miżuri ta' akkumpanjament li jaqgħu f'dik il-kategorija;
6. Iqis għalhekk li l-proposta mhijiex kompatibbli mal-limitu massimu tal-Intestatura 4 tal-MFF, u jitlob li din tkun riveduta bil-mezzi kollha stabbiliti fil-punti 21 sa 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, jew b'mezzi oħra bħal dawk inklużi fil-punti 25 u 27;
7. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa -1 (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(-1) Il-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qasam tal-iżvilupp għandha l-għan li tnaqqas u eventwalment teqred il-faqar.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) L-Unjoni Ewropea (UE), bħala parti kontrattenti tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), hija impenjata li tissimplifika l-kummerċ fi strateġiji għall-iżvilupp u biex tippromwovi l-kummerċ internazzjonali sabiex isir progress fl-iżvilupp u fit-tnaqqis tal-faqar madwar id-dinja kollha.
(1) L-Unjoni Ewropea (UE), bħala parti kontrattenti tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), hija impenjata li tissimplifika l-kummerċ fi strateġiji għall-iżvilupp u biex tippromwovi l-kummerċ internazzjonali sabiex isir progress fl-iżvilupp u fit-tnaqqis, u eventwalment fil-qerda, tal-faqar madwar id-dinja kollha.
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 208 TFUE jenfasizza li l-objettiv prinċipali tal-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni hu t-tnaqqis u, fuq perjodu ta' żmien twil, l-eliminazzjoni tal-faqar. Jiddikjara wkoll li l-Unjoni għandha tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta, li hemm ċans tajjeb li jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) L-UE hija impenjata li ssostni l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, fl-ekonomija dinjija bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli. Il-pajjiżi tal-AKP prinċipali li qegħdin jesportaw il-banana jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' sfidi fil-kunstest ta' arranġamenti tal-kummerċ li dejjem qegħdin jinbidlu, notevolment bħala konsegwenza tal-liberalizzazzjoni tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP) fil-qafas tal-WTO. Għalhekk programm AKP dwar il-Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-Banana għandu jiżdied mar-Regolament eżistenti (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp6.
(3) L-UE hija impenjata li ssostni l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, fl-ekonomija dinjija bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli. Il-pajjiżi tal-AKP prinċipali li qegħdin jesportaw il-banana jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' sfidi fil-kunstest ta' arranġamenti tal-kummerċ li dejjem qegħdin jinbidlu, notevolment bħala konsegwenza tal-liberalizzazzjoni tat-tariffa tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP) fil-qafas tal-WTO u tal-ftehimiet bilaterali jew reġjonali li ġew konklużi jew li ser jiġu konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u xi pajjiżi tal-Amerika Latina. Għalhekk programm AKP dwar il-Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-Banana għandu jiżdied mar-Regolament eżistenti (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp6.
Ġustifikazzjoni
Hu importanti wkoll li jitqies l-impatt tal-ftehimiet bilaterali u reġjonali konklużi bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina. Il-pajjiżi tal-Amerika Latina huma l-esportaturi ewlenin tal-banana lejn l-UE. B'konsegwenza ta' dan, it-tnaqqis fit-tariffi doganali għall-banana skont il-ftehimiet kummerċjali konklużi mal-Amerika Latina għandu impatt fuq l-esportazzjoni tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Il-miżuri finanzjarji ta' assistenza li għandhom jiġu adottati taħt dan il-programm għandhom ikunu mmirati biex isostnu l-adattament u/jew ir-ristrutturar ta' żoni li jiddependu fuq l-esportazzjoni tal-banana permezz ta' sostenn mill-baġit immirat lejn setturi speċifiċi jew interventi mmirati lejn proġetti partikolari. Il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex jipprovdu politiki soċjali dwar il-kapaċità ta' rkupru, diversifikazzjoni ekonomika jew investiment għat-titjib tal-kompetittività, fejn din hija strateġija vijabbli, b'kunsiderazzjoni għar-riżultati u tal-esperjenzi miksuba permezz tas-Sistema Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana7 mill-pajjżi tal-AKP u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP8.
(4) Il-miżuri finanzjarji ta' assistenza li għandhom jiġu adottati taħt dan il-programm għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-istandards tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies fiż-żoni li jkabbru l-banana u fil-ktajjen tal-valur tal-banana, speċifikament tal-bdiewa ż-żgħar u tal-entitajiet iż-żgħar, kif ukoll li jkunu konformi mal-istandards tax-xogħol u mal-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u mal-istandards ambjentali, notevolment ma' dawk li għandhom x'jaqsmu mal-użu tal-pestiċidi u mal-esponiment għalihom, billi jappoġġaw l-adattament u jinkludu, meta jkun relevanti, l-organizzazzjoni mill-ġdid taż-żoni li jiddependu fuq l-esportazzjoni tal-banana permezz ta' sostenn mill-baġit immirat lejn setturi speċifiċi jew interventi mmirati lejn proġetti partikolari. Il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex jipprovdu politiki soċjali dwar il-kapaċità ta' rkupru, diversifikazzjoni ekonomika jew investiment għat-titjib tal-kompetittività, fejn din hija strateġija vijabbli, b'kunsiderazzjoni għar-riżultati u tal-esperjenzi miksuba permezz tas-Sistema Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjżi tal-AKP7 u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP8. L-UE tirrikonoxxi l-importanza tal-promozzjoni ta' distribuzzjoni aktar ekwa tad-dħul mill-banana.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Il-programm għandu jakkumpanja l-proċess tal-adozzjoni fil-pajjiżi tal-AKP li esportaw volumi sinifikanti ta' banana lill-UE f'dawn l-aħħar snin u li se jiġu affettwati mill-liberalizzazzjoni fil-qafas tal-WTO9. Il-programm jibni fuq il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-ACP. Il-programm huwa konformi mal-obbligi internazzjonali tal-UE fil-qafas tal-WTO u huwa ċar li għandu natura li tirristruttura u b'hekk temporanja, b'dewmien massimu ta' erba' snin (2010-2013),
(5) Il-programm għandu jakkumpanja l-proċess tal-adozzjoni fil-pajjiżi tal-AKP li esportaw volumi sinifikanti ta' banana lill-UE f'dawn l-aħħar snin u li se jiġu affettwati mill-liberalizzazzjoni fil-qafas tal-WTO9jew mill-ftehimiet bilaterali jew reġjonali li ġew konklużi jew li se jiġu konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi tal-Amerika Latina u Ċentrali. Il-programm jibni fuq il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-ACP. Il-programm huwa konformi mal-obbligi internazzjonali tal-UE fil-qafas tal-WTO u għandu natura li tirristruttura u li ttejjeb il-kompetittività u b'hekk temporanja, b'dewmien ta' erba' snin (2010-2013). Sena qabel jiskadi, għandha ssir valutazzjoni tal-programm u tal-progress li jkun sar mill-pajjiżi, u din għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet possibbli li jkunu jistgħu jiġi previsti u dwar in-natura tagħhom.
Ġustifikazzjoni
La Commission européenne a récemment conclu (Colombie/Pérou) ou est en voie de conclure (Amérique centrale) des accords commerciaux bilatéraux, qui consacrent encore davantage le démantèlement du tarif douanier de la banane négocié à l'OMC en décembre 2009. Ces concessions douanières auront donc un impact durable dans les pays ACP encore exportateurs de bananes, concurrents des pays NPF de loin les leaders de ce marché. En conséquence, l'Union européenne doit, par l'intermédiaire de cet instrument financier, soutenir en priorité la compétitivité des pays ACP encore exportateurs de bananes, tout en permettant aux pays désireux de sortir de la dépendance de ce produit, de restructurer et de diversifier une partie de leur économie. Enfin, et comme la Commission s'y était engagée par écrit vis-à vis du ministre du commerce du Cameroun (coordinateur des ACP sur la banane), selon la situation des filières bananes ACP à l'horizon 2013, il conviendra d'envisager de maintenir ce type d'instrument afin de répondre aux effets induits par la poursuite de la réduction du droit de douane.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5a) Il-konklużjonijiet tar-Rapport Biennali dwar il-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-Fornituri Tradizzjonali tal-Banana mill-pajjiżi tal-AKP jindikaw li l-programmi ta' assistenza li saru fl-imgħoddi taw kontribut sostanzjali fil-kisba ta' titjib fil-kapaċità għall-diversifkazzjoni ekonomika ta' suċċess, minkejja illi l-impatt sħiħ għadu ma jistax ikun ikkwantifikat u s-sostenibilità tal-esportazzjonijiet tal-banana tal-AKP għadha fraġli.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5b) Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-programm tal-QSA imma ma għamlitx valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta' akkumpanjament fis-settur tal-banana.
La Commission européenne a récemment conclu (Colombie/Pérou) ou est en voie de conclure (Amérique centrale) des accords commerciaux bilatéraux, qui consacrent encore davantage le démantèlement du tarif douanier de la banane négocié à l'OMC en décembre 2009. Ces concessions douanières impacteront donc durablement les pays ACP encore exportateurs de bananes, concurrents des pays NPF de loin les leaders de ce marché. En conséquence, l'Union européenne doit, par l'intermédiaire de cet instrument financier, soutenir en priorité la compétitivité des pays ACP encore exportateurs de bananes, tout en permettant aux pays désireux de sortir de la dépendance de ce produit, de restructurer et de diversifier une partie de leur économie. Enfin, et comme la Commission s'y était engagée par écrit au Ministre du Commerce du Cameroun (coordinateur des ACP sur la banane), selon la situation des filières bananes ACP à l'horizon 2013, il conviendra d'envisager de maintenir ce type d'instrument afin de répondre aux effets induits par la poursuite de la réduction du droit de douane.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5c) Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinament kif suppost ta' dan il-programm mal-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali li joperaw fil-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikulari fir-rigward tal-kisba tal-objettivi ekonomiċi, agrikulturali, soċjali u ambjentali;
Ġustifikazzjoni
Sabiex tittejjeb il-koerenza tal-politiki, hu essenzjali li wieħed jindika li l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal- miżuri ta' akkumpanjament fis-settur tal-banana iridu jkunu kkoordinati mal-ipprogrammar tal-FŻE permezz tal-programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 d (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5d) Kważi 2% tal-kummerċ dinji tal-banana ġie ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-kummerċ ekwitabbli. Il-prezzijiet minimi tal-kummerċ ekwitabbli ġew iffissati fuq il-bażi tal-kalkolu tal-"ispejjeż sostenibbli tal-produzzjoni" stabbiliti wara konsultazzjoni mal-partijiet involuti bil-għan li jiġu internalizzati l-ispejjeż biex isiru konformi ma’ standards soċjali u ambjentali diċenti u biex isir profitt raġonevoli li bis-saħħa tiegħu l-produtturi jkunu jistgħu jinvestu fl-istabilità ta' xogħolhom fuq tul ta' żmien twil.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 e (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5f) Biex jiġi evitat l-isfruttar tal-ħaddiema lokali, il-katina tal-produzzjoni tas-settur tal-banana għandha ssegwi distribuzzjoni ekwitabbli tad-dħul iġġenerat mis-settur.
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Premessa 27
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
-1) Il-Premessa 27 tiġi ssostitwita bit-test li ġej:
"(27) Jaqbel li tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-atti ddelegati, bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mad-dokumenti ta’ strateġija ġeografiċi, il-programmi indikattivi multiannwali u d-dokumenti ta' strateġija rigward il-programmi tematiċi u l-miżuri ta’ akkumpanjament, għax dawn jikkumplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 290/2006 u għandhom ambitu ġenerali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell ta' esperti."
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2
Regulation (EC) No 1905/2006
Artikolu 17 a, paragrafu 1, introduzzjoni
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
‘1. Pajjiżi tal-AKP elenkati fl-Anness IIIa li qegħdin ifornu l-banana se jibbenefikaw mill-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-banana. Assistenza mill-Unjoni għal dawn il-pajjiżi se tkun immirata biex issostni l-proċess ta' aġġustament tagħhom wara l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-banana tal-UE fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. L-assistenza mill-Unjoni għandha tieħu kont tal-politiki u l-istrateġiji ta' adattament tal-pajjiżi u għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:
‘1. Pajjiżi tal-AKP elenkati fl-Anness IIIa li qegħdin ifornu l-banana se jibbenefikaw mill-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-banana. Assistenza mill-Unjoni għal dawn il-pajjiżi se tkun immirata biex issostni l-proċess ta' aġġustament tagħhom wara l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-banana tal-UE fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. L-għajnuna mill-Unjoni għandha b'mod partikolari tintuża fil-ġlieda kontra l-faqar billi ttejjeb l-istandards u l-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-bdiewa u tal-persuni kkonċernati u tal-entitajiet iż-żgħar rilevanti, inkluż bil-konformità mal-istandards tax-xogħol u tas-sikurezza kif ukoll bil-konformità mal-istandards ambjentali, inkluż l-użu tal-pestiċidi u l-esponiment għalihom.L-assistenza mill-Unjoni għandha tieħu kont tal-politiki u l-istrateġiji ta' adattament tal-pajjiżi, kif ukoll tal-ambjent reġjonali tagħhom (f'termini tal-qrubija lejn l-ibgħad reġjuni tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji barranin), u għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 17 a – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
b) il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika fiż-żoni dipendenti mill-esportazzjoni tal-banana;
b) il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika fiż-żoni dipendenti mill-esportazzjoni tal-banana, fil-każ li strateġija bħal din tkun vijabbli;
Ġustifikazzjoni
Bħal fil-każ tal-appoġġ għall-kompetittività, il-Kummissjoni trid toqgħod attenta ħafna biex id-diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni dipendenti fuq l-esportazzjoni tal-banana tipprevediha biss fejn għażla ta' dan it-tip tissemma' fid-dokumenti ta' strateġija nazzjonali multiannwali. Tabilħaqq li għadd ta' eżempji mill-programm ta' appoġġ preċedenti għall-pajjiżi tal-AKP li jipproduċu l-banana (QSA 1999-2008) juru li l-użu tal-fondi allokati għad-diversifikazzjoni ekonomika mhux dejjem kellu l-effett mixtieq.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 1 a – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Fi ħdan l-ammont imsemmi fl-Anness IV, il-Kummissjoni se tfassal l-ammont massimu disponibbli għal kull pajjiż eliġibbli tal-AKP li qiegħed iforni l-banana biex bih jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi tal-għanijiet. L-indikaturi se jinkludu l-kummerċ tal-banana mal-UE; l-importanza tal-esportazzjonijiet tal-banana għall-ekonomija tal-pajjiż tal-AKP ikkonċernat; il-livell ta' żvilupp tal-pajjiż. Il-kejl tal-kriterji ta' allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq dejta mis-snin qabel l-2009.
2. Fi ħdan l-ammont imsemmi fl-Anness IV, il-Kummissjoni se tfassal l-ammont massimu disponibbli għal kull pajjiż tal-AKP li qiegħed iforni l-banana skont il-paragrafu 1 fuq il-bażi taindikaturi oġġettivi u maħsuba li ġejjin: l-ewwel nettil-kummerċ tal-banana mal-UE,u t-tieni nett l-importanza tal-esportazzjonijiet tal-banana għall-ekonomija tal-pajjiż tal-AKP ikkonċernat; il-livell ta' żvilupp tal-pajjiż. Il-kejl tal-kriterji ta' allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq dejta rappreżentattiva ta' qabel l-2010 li tkopri perjodu li ma jistax ikun itwal minn ħames snin, u fuq studju tal-Kummissjoni li jevalwa l-impatt fuq il-pajjiżi tal-AKP tal-ftehim konkluż fil-qafas tad-WHO u tal-ftehimiet bilaterali jew reġjonali konklużi jew li se jiġu konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi tal-Amerika Latina u Ċentrali, speċjalment mal-pajjiżi li jesportaw il-banana.
Ġustifikazzjoni
Il-kriterji tal-allokazzjoni tal-għajnuna għandhom ikunu trasparenti. Għaldaqstant, sabiex ikun hemm iżjed trasparenza fl-allokazzjoni tal-għajnuna, jidher meħtieġ li jitqiesu ċerti kriterji. Barra minn hekk, l-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-pajjiżi. L-għan ewlieni tal-miżuri ta’ akkumpanjament huwa li jippermettu li l-produtturi tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP jaddattaw ruħhom għat-tnaqqis fil-preferenzi tariffarji tagħhom. Għalhekk ir-riżorsi għandhom qabelxejn jaslu l-iżjed għand il-pajjiżi tal-AKCP li jixtiequ jżommu l-industrija tal-banana tagħhom, minħabba s-sehem ta’ dan is-settur fl-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż.
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 17a – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-Kummissjoni għandha todotta strateġiji ta' sostenn multiannwali permezz ta' analoġija għall-Artikolu 19, b'konformità mal-Artikolu 21. Għandha tiżgura li tali strateġiji jikkumplimentaw id-dokumenti ġeografiċi strateġiċi tal-pajjiżi kkonċernati, u n-natura temporanja ta' dawn il-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-esportazzjoni tal-banana. L-istrateġiji ta' sostenn jistgħu jiġu riveduti ad hoc, jekk neċessarju, iżda mhumiex se jiġu sottomessi għal reviżjoni f'nofs it-terminu.
3. Il-Kummissjoni għandha todotta strateġiji ta' sostenn multiannwali permezz ta' analoġija għall-Artikolu 19, b'konformità mal-Artikolu 21. Għandha tiżgura li tali strateġiji jikkumplimentaw id-dokumenti ġeografiċi strateġiċi tal-pajjiżi kkonċernati, u n-natura temporanja ta' dawn il-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-esportazzjoni tal-banana.
L-istrateġiji ta' sostenn multiannwaligħall-miżuri ta' akkumpanjament fis-settur tal-banana għandhom jinkluduinter alia:
a) profil ambjentali aġġornat li jagħti attenzjoni xierqa lis-settur tal-banana tal-pajjiż, inter alia ffukat fuq il-pestiċidi;
b) informazzjoni dwar il-kisbiet tal-programmi ta' assistenza li saru fl-imgħoddi favur is-settur tal-banana;
c) indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-iżburżar, meta jintgħażel l-appoġġ baġitarju bħala l-forma ta' finanzjament;
d) ir-riżultati mistennija tal-assistenza;
e) kalendarju tal-attivitajiet ta' appoġġ u tal-iżburżar mistenni għal kull pajjiż benefiċjarju;
f) il-modi kif jista' jinkiseb u jiġi kkontrollat il-progress fl-ilħuq tal-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO miftiehma internazzjonalment u l-konvenzjonijiet xierqa fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, kif ukoll mal-istandards ambjentali relevanti ewlenin miftiehma internazzjonalment;
L-istrateġiji ta' sostenn għandhom ikunu soġġetti għal rieżami indipendenti ex ante u, jekk ikun hemm bżonn, rieżami ad hoc.
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 21
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17 u 17a rispettivament, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(2).
Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17 u 17a rispettivament, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati adottati bi qbil mal-Artikolu 35 u skont il-ħtiġijiet tal-Artikoli 35 a u 35 b."
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 25 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-Artikolu 25(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:
"2. Fil-prinċipju, l-għajnuna tal-Unjoni mhix użata għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji."
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 35
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5a) l-Artikolu 35 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 35
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 17b u l-Artikolu 21 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Hekk kif tadotta att ta’ delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b.”.
Emenda 19
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 35 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5 b) Wara l-Artikolu 35, għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 35a
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 17(2)a, fl-Artikolu 17b u fl-Artikolu 21 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħat delegati li jistgħu ikunu suġġetti għal revoka u r-raġunjijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' atti ddelegati li diġà huma fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa.”.
Emenda 20
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1905/2006
Artikolu 35 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5 d) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 35a:
"Artikolu 35b
Oġġezzjonijiet għall-atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea’ u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulat fih.
L-att ta’ delega jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tistipula r-raġunijiet għaliex tkun oġġezzjonat għall-atti ddelegati."
Punt 27 tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tfittex li tappoġġja l-pajjiżi prinċipali tal-Afrika, tal-Karibej u tal-Paċifiku li huma esportaturi tal-banana, permezz ta' miżuri ta' akkumpanjament tal-banana previsti għal tul ta' 4 snin (2010-2013).
Illum il-ġurnata, għalkemm il-miżuri ffinanzjati fil-passat (qafas speċjali ta' assistenza, QSA) kienu ġew previsti biex jgħinu l-pajjiżi tal-AKP biex jadattaw għall-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni internazzjonali, huma għadhom jaffaċċjaw problemi simili, u "l-karattru sostenibbli tal-esportazzjonijiet tal-banana tal-AKP jibqa' fraġli(1)".
Għalhekk aħna inkarigati li għandna d-dmir nittrattaw il-kwistjoni mil-lat tal-għajnuna għall-iżvilupp u tal-ġlieda kontra l-faqar. L-għan ta' xogħolna fil-Kumitat għall-Iżvilupp huwa li nivverifikaw li l-miżuri proposti jfittxu li jilħqu l-objettiv prinċipali tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp, jiġifieri t-tnaqqis u finalment l-eliminazzjoni tal-faqar. L-isfida ewlenija hija għalhekk li nitilqu l-iskemi antiki, li kienu saru fil-prespettiva kummerċjali aktar milli f'dik tal-iżvilupp. Għalhekk hemm bżonn li jitjieb b'mod effettiv il-livell tal-għajxien tal-popolazzjonijiet ikkonċernati, ir-rispett tal-istandards tax-xogħol u tas-sikurezza u l-bżonn li tiġi żgurata distribuzzjoni tal-għajnuna li tkun tista' tevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq filwaqt li dawn kollha jiffavorixxu l-bdiewa, li bħalissa jinsabu fil-bidu tal-katina tal-produzzjoni u li għalhekk idaħħlu biss parti limitata ħafna mill-prezz finali mħallas mill-konsumaturi Ewropej.
Aħna nkunu għamilna biċċa xogħol tajba jekk ma nillimitawx il-kwistjoni għal waħda ta' politika kummerċjali u ntejbu l-proposta tal-Kummissjoni bil-għan li tkun tista' realment tiffavorixxi l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar fiż-żoni kkonċernati.
It-tħaddim tal-miżuri ta' akkumpanjament tal-banana
Il-miżuri ta' akkumpanjament tal-banana proposti mill-Kummissjoni huma mmirati biex jiffaċilitaw l-adattament ta' setturi dipendenti fuq l-esportazzjonijiet tal-banana permezz ta' għajnuna baġitarja jew ta' intervenzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni identifikat it-tliet oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:
·it-titjib tal-kompetittività
·il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika fiż-żoni dipendenti mill-esportazzjoni tal-banana;
·il-kalkolu tal-impatt usa' tal-proċess ta' adattament,
Il-pajjiżi tal-AKP li jibbenefikaw mill-miżuri ta' akkumpanjament huma dawn li ġejjin: Il-Beliże, il-Kamerun, il-Kap Verde, il-Côte d'Ivoire, Dominika, Grenada, il-Ġamajka, il-Madagaskar, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, is-Somalja, u s-Surinam.
Il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li tadotta l-istrateġiji ta' assistenza multiannwali u li tistabbilixxi għal kull pajjiż benefiċjarju tal-miżuri ta' akkumpanjament tal-banana, somma massima ta' finanzjament fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi oġġettivi:
Permezz assistenza li tammonta għal €190 miljun, il-pajjiżi tal-AKP, li matul dawn l-aħħar snin esportaw volumi sinifikanti ta' banana lill-UE, huma mistennija jibqgħu għaddejjin b'programmi immedjati ta' investiment u aġġustament u/jew iniedu oħrajn ġodda, sabiex ikunu jistgħu jirreżistu u jtaffu l-impatti tat-tnaqqis fit-tariffi.
Skont il-Kummissjoni, kull pajjiż għandu, flimkien mal-parteċipanti kkonċernati tiegħu, ifassal l-istrateġija ta' adattament nazzjonali proprja tiegħu fis-settur tal-banana, jew jekk diġà teżisti, li jaġġornaha fir-rigward tal-politiki usa' tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-agrikoltura, l-ambjent u l-impjiegi, kif ukoll dik tal-istrateġiji tal-iżvilupp tiegħu.
*****
L-idea tidher li huwa tajjeb li jitjiebu l-miżuri ta' akkumpanjament tal-banana bil-għan li jitjieb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjonijiet li jgħixu fil-pajjiżi tal-AKP li huma fornituri tal-banana, li jkunu milquta mill-evoluzzjoni tat-tariffi tad-dwana għall-importazzjoni tal-banana fl-UE. Imma biex dan isir, hemm bżonn li jinstabu soluzzjonijiet innovattivi. F'dan il-każ il-proposta tal-Kummissjoni trid tqis l-aspetti li ġejjin:
·Il-miżuri ta' akkumpanjament tal-banana jrid ikollhom impatt pożittiv fuq il-bdiewa li issa jinsabu fil-bidu tal-katina tal-produzzjoni u li jdaħħlu biss parti limitata ħafna mill-prezz finali mħallas mill-konsumaturi Ewropej.
·Hemm bżonn jitqiesu l-kriterji tal-ġlieda kontra l-faqar b'tali mod li l-katina sħiħa tkun tista' tgawdi minn kundizzjonijiet ta' għajxien aċċettabbli, u minn aċċess aktar faċli għas-swieq.
·Il-katina sħiħa trid taqbel li d-distribuzzjoni ekwitabbli tad-dħul iġġenerat mill-banana tkun ġusta.
·Il-metodu tad-distribuzzjoni tal-allokazzjonijiet għandu jiġi ċċarat aħjar.
·Mekkaniżmi ta' koordinazzjoni msaħħa mad-donaturi l-oħra tal-fondi għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument ta' strateġija, biex jinftiehmu l-azzjonijiet addizzjonali meħuda mill-Istati Membri u d-donaturi l-oħra tal-fondi u biex jiġi evitat kwalunkwe użu doppju.
·L-istrateġiji kollha tal-pajjiżi għandhom jinkludu:
·taqsima "evalwazzjoni indipendenti" li għandha tkun parti ċentrali għan-negozjati taħt il-forma ta' regoli validi għall-ftehimiet kollha;
·indikaturi li jintużaw għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' eliġibilità għall-appoġġ baġitarju;
·ir-riżultati mistennija fil-każ ta' riformi magħmula għas-settur tal-banana;
·il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna;
·skadenza preċiża tar-riformi u tal-ispejjeż mistennija għal kull pajjiż benefiċjarju;
·miżuri ta' protezzjoni għall-ambjent, kif ukoll miżuri għas-saħħa tal-ħaddiema li s-soltu jkunu esposti żżejjed għall-pestiċidi.
·Fid-dokumenti ta' strateġija hemm bżonn li bħala prijorità jiġu megħjuna l-proġetti li jiffavorixxu l-promozzjoni fuq il-post tal-banana u li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-ħaddiema.
·Għall-pajjiżi li qed jersqu lejn il-konverżjoni mill-ġdid, il-proġetti ta' konverżjoni għandhom isiru fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-impatt ex ante li tiddetermina s-settur/i li fih/om ikun hemm lok biex il-pjantaġġuni tal-banana kkonvertiti jkunu jistgħu jintużaw.
·Il-miżuri li twaqqfu mill-Kummissjoni għandhom ikunu kompatibbli mal-kapaċità ta' assorbiment tal-pajjiżi benefiċjarji.
·Hemm bżonn jiġi evitat li l-miżuri ta' għajnuna joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni għad-detriment tad-dħul tal-ħaddiema u tas-saħħa tagħhom wara b'mod partikolari esponiment kbir għall-pestiċidi jew għal nuqqas ta' rispett lejn l-istandards tax-xogħol imwaqqfa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.
Għalhekk hemm bżonn jiġu implimentati miżuri ta' akkumpanjament li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ħaddiema tas-settur b'tali mod li, wara l-2013, inkunu nistgħu nevalwaw il-progress mistenni aktar milli biex għal darba oħra nkunu konxji tad-diffikultajiet involuti biex jitkejlu r-riżultati mistennija.
***
Dwar il-proċedura
Ir-rapporteur tagħkom iqis li r-rwol tal-Parlament Ewropew huwa primarjament politiku, li jfisser li l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew iridu jidhru għal kollox fil-proċeduri. Dejjem biex jiġu rrispettati dawn il-prerogattivi demokratiċi, huwa fundamentali li l-Parlament ikun jista' jeżerċita d-drittijiet eżistenti tiegħu kollha tal-iskrutinju demokratiku, inkluża l-possibilità rikonoxxuta mit-Trattat ta' Lisbona li jiġi delegat lill-Kummissjoni d-dritt li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' ambitu ġenerali li jikkumplimentaw u jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv u b'hekk b'mod partikolari d-dokumenti ta' strateġija u ta' programmazzjoni multiannwali rigward il-miżuri ta' akkumpanjament tal-banana.
L-aħħar osservazzjoni dwar il-proċeduri li jagħtu lill-parlamenti nazzjonali l-possibilità li tiġi eżaminata l-konformità tal-proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. It-test tar-rapport iqis it-tliet opinjonijiet immotivati tal-Assemblea Portugiża, tas-Senat Taljan u tas-Senat Pollakk, inkluża t-talba tas-Senat Pollakk li jiġi rrispettat l-obbligu previst fl-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar is-sussidjarjetà li jipprevedi l-inklużjoni fit-test leġiżlattiv ta' "dikjarazzjoni dettaljata li tippermetti evalwazzjoni tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.(2)
Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fil-ĠU C310/207 tas-16/12/2004
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (15.9.2010)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
Fis-17 ta' Marzu, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha dwar l-emenda tar-Regolament dwar Strument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) bil-għan li jkun permess il-finanzjament tal-Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-Banana (MAB), kif previst fil-qafas tan-negozjati tad-WTO dwar il-kwistjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-Ftehim dwar kundizzjonijiet ġodda għall-kummerċ tal-banana jfisser li l-pajjiżi produtturi u esportaturi tal-AKP se jaffaċċjaw ħtiġijiet addizzjonali ta' aġġustament.
Il-miżuri, imfassla biex jappoġġjaw l-adattament ta' dawn il-pajjiżi, ikollhom baġit ta' 190 miljun euro għal erba' snin i.e. 2010, 2011, 2012 u 2013, b'potenzjal ta' 10 miljuni oħra jekk il-marġnijiet jippermettu (allokazzjoni medja ta' MAB ffissata għal EUR 47.5 miljun). Għandu jkun enfasizzat li l-MAB mhumiex programm ta' kumpens, iżda appoġġ immirat biex jakkumpanja l-isforzi ta' adattament tal-pajjiżi involuti, kif ukoll li l-pakkett globali propost huwa bbażat fuq il-livell annwali medju ta' assistenza lill-pajjiżi AKP skont il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (1998-2008), inkluża ż-żieda tal-kummerċ tal-banana mindu beda il-programm tal-Qafas Speċjali ta' Assistenza.
L-analiżi annwali hija din li ġejja, f'approprjazzjonijiet ta' impenn:
2010: 75 miljun
2011: 43 miljun
2012: 41 miljun
2013: 31 miljun
Total: 190 miljun
Din id-diskrepanza fl-allokazzjoni matul l-erba' snin toriġina mill-fatt li l-ewwel u l-akbar tnaqqis tat-tariffi se jsir fl-2010 b'applikazzjoni retroattiva minn Diċembru tal-2009 (tnaqqis ta' 45% tat-tnaqqis totali tat-tariffi se jkun applikat mill-2010).
Il-finanzjament propost tal-miżura huwa dan li ġej:
Riallokazzjoni: 95.8 miljun
Marġni taħt l-Intestatura 4: 75.9 miljun
Strument ta' Flessibbiltà: 18.3 miljun
Total: 190 miljun
Għalkemm il-miżuri jridu jiġu appoġġjati billi ġejjin minn impenji preċedenti, ir-Rapporteur għal opinjoni tal-fehma li diversi aspetti tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mhumiex ittrattati b'mod sodisfaċenti u joħolqu preokkupazzjonijiet kbar:
- l-ewwel nett, b'mod sorprendenti wieħed jinnota li, minkejja l-fatt li l-kwistjoni tal-kummerċ tal-banana ilha miftuħa għal għexieren ta' snin fid-WTO, il-Kunsill u l-Kummissjoni ma kkunsidrawx il-konsegwenzi finanzjarji potenzjali tat-tmiem tal-iskema preferenzjali, la matul in-negozjati tal-MFF 2007-2013, u lanqas matul l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;
- it-tieni, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt kif suppost, u għalhekk l-UE baqgħet b'riżultati mhux ċari u mhux prevedibbli li joriġinaw min dawn il-miżuri speċifiċi f'perjodu medju u twil ta' żmien;
- ir-riallokazzjoni proposta matul l-erba' snin taffettwa l-istrumenti li l-pożizzjonament tagħhom fil-qafas tal-UE bħala parteċipant dinji seta', bil-kuntrarju, ġie msaħħaħ; bħala eżempju, jistgħu jitqajmu dubji dwar it-tnaqqis ta' approprjazzjonijiet għall-Protezzjoni Ċivili f'pajjiżi terzi meta l-katastrofijiet naturali jolqtu regolarment lill-ifqar pajjiż tat-tielet dinja;
- barra minn hekk, rigward il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà, kontribuzzjoni ta' 9.6% biss (18.3 miljun minn 190 miljun) lill-finanzjament kollu tal-MAB, hija prevista (fl-2010 biss), filwaqt li dan l-Istrument jista' jġi mobilizzat sa ammont ta' 115-il miljun fl-2010;
- bħala riżultat, l-użu estensiv tal-marġni jipperikola l-abbiltà tal-Unjoni li taffaċċja kriżi mhux prevista li tkun qed tiżviluppa u li tirreaġixxi għaliha, u ma jiffavorix il-finanzjament propost;
- għalhekk, il-finanzjament insuffiċjenti kroniku tal-Intestatura 4, li ġie nnutat kif xieraq mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha ta' valutazzjoni tal-finanzjament tal-IIA, ma jippermettix is-sostenibbiltà tal-finanzjament tal-MAB. Kif inhi attwalment, il-proposta mhijiex kompatibbli mal-MFF 2007-2013, u r-reviżjoni tagħha, permezz tal-mezzi kollha stabbiliti fil-punti 21 sa 23 tal-IIA, hija inevitabbli.
Għal skopijiet ta' informazzjoni, il-finanzjament globali propost (inkluża r-riallokazzjoni) matul l-erba' snin huwa dan li ġej (f'miljuni ta' EUR):
Finanzjament tal-BAM 2010-2013
miljuni ta' EUR
SORSI TA' FINANZJAMENT
Linja baġitarja
2010
2011
2012
2013
TOTAL
Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà
18,3
18,3
Marġni taħt l-Intestatura 4
0,875
25
25
25
75,875
Riallokazzjoni
55,825
18
16
6
95,825
Faċilità għal reazzjoni rapida għal prezzijiet tal-ikel li jogħlew ferm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
21 02 03
17,4
17,4
Ftehimiet dwar il-Prodotti Bażiċi
21 07 04
1,8
1,8
Reazzjoni ta' emerġenza għall-kriżi ekonomika u finanzjarja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
19 06 08
2,5
2,5
Azzjoni preparatorja - Trasferiment ta' teknoloġija marbuta mal-qasam tal-farmaċewtika favur il-pajjiżi li qed jiżviluppaw
21 05 01 06
3,3
3,3
Azzjoni preparatorja - Monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u programm qafas komuni Ewropew għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed
07 02 04
1,5
1,5
Sigurtà tal-ikel
21 02 01
1
2
1
4
Parteċipanti mhux statali fl-iżvilupp
21 03 01
1
2
3
Żvilupp soċjali u tal-bniedem
21 05 01 01
1
2
1
4
Appoġġ għall-aġġustament favur il-pajjiżi firmatarji tal-protokoll dwar iz-zokkor
21 06 03
24,325
24,325
Kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Amerika Latina
19 09 01
1
4
4
9
Kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1 a (ġdid)
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda
1a.Iiqis li l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, billi tnaqqas drastikament il-marġni taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 (MFF), ma tħallix biżżejjed wisa' għall-manuvrar biex tkun affaċċjata kriżi li tkun qed tiżviluppa u biex ikun hemm reazzjoni xierqa għaliha;
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1 b (ġdid)
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda
1b.Iiqis li, minħabba l-kwistjoni li ilha teżisti rigward il-kummerċ tal-banana, il-miżuri proposti setgħu ġew integrati fl-MFF fi stadju aktar bikri;
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1 c (ġdid)
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda
1c.itenni l-konvinzjoni tiegħu li kull strument ġdid m'għandux ikun iffinanzjat permezz tar-riallokazzjoni billi din tipperikola l-prijoritajiet eżistenti;
Emenda 4
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1 d (ġdid)
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda
1d.Iifakkar li l-għan tal-Istrument ta' Flessibbiltà huwa l-finanzjament ta' "nefqa identifikata b'mod ċar li ma tistax tkun iffinanzjata fil-limiti tal-limiti massimi1", u jqis li l-miżuri marbuta mal-kummerċ tal-banana huma -miżuri ta' akkumpanjament li jaqgħu f'dik il-kategorija;
____________
1 Punt 27 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.
Emenda 5
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1 e (ġdid)
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda
1e.Iiqis għalhekk li l-proposta mhijiex kompatibbli mal-limitu massimu għall-Intestatura 4 tal-MFF, u jitlob li din tkun riveduta bil-mezzi kollha stabbiliti fil-punti 21 sa 23 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, jew b'mezzi oħra bħal dawk inklużi fil-punti 25 u 27;
PROĊEDURA
Titolu
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
Damien Abad, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Gerben-Jan Gerbrandy, Roberto Gualtieri, Riikka Manner, Jan Olbrycht, Paul Rübig
PROĊEDURA ()
Titlu
Emenda tar-Regolament (KE) Nru No 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
Thijs Berman, Michael Cashman, Corina Creţu, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Enrique Guerrero Salom, András Gyürk, Eva Joly, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, David-Maria Sassoli, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Gabriele Zimmer
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Kriton Arsenis, Santiago Fisas Ayxela, Isabella Lövin, Miguel Angel Martínez Martínez, Bart Staes, Patrizia Toia
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali