dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0145),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0107/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-kontributi li tressqu mill-Assemblea tar-Repubblika tal-Protugall u mis-Senat Taljan dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0000/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 17 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17a) Hemm bżonn li t-termini użati fir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jiġu adattati għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 3 – punt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3:
“(ba) is-salvagwardja tal-attivitajiet ta' sajd kostali, b'mod parallel mal-iżvilupp tas-sajd industrijali;”
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-miżuri ta' finanzjament Komunitarju msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom jikkontribwixxu għall-għan li jittejbu l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u l-parir xjentifiku dwar il-qagħda tar-riżorsi, l-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi u l-ekosistema tal-baħar u fuq il-prestazzjoni tal-industrija tas-sajd, fi ħdan u lil hinn mill-ilmijiet tal-Komunità, billi jkun ipprovdut appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri ħalli jistabbilixxu settijiet ta' dejta aggregati multiannwali li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u li jkunu jinkorporaw tagħrif bijoloġiku, tekniku, ambjentali u soċjoekonomiku."
Il-miżuri ta' finanzjament Komunitarju msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom jikkontribwixxu għall-għan li jittejbu l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u l-konsulenza xjentifiku dwar il-qagħda tar-riżorsi, l-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi u l-ekosistema tal-baħar, fuq il-grad ta' dipendenza kummerċjali fuq is-suq tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajdu tal-akkwakultura u fuq il-prestazzjoni tal-industrija tas-sajd, fi ħdan u lil hinn mill-ilmijiet tal-Komunità, billi jkun ipprovdut appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri ħalli jistabbilixxu settijiet ta' dejta aggregati multiannwali li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u li jkunu jinkorporaw tagħrif bijoloġiku, tekniku, ambjentali u soċjoekonomiku."
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 8 – punt a – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
“(i) investimenti, marbuta ma' attivitajiet ta' kontroll imwettqa minn korpi amministrattivi jew mis-settur privat, fi:
“(i) investimenti, marbuta ma' attivitajiet ta' kontroll imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali xierqa, minn korpi amministrattivi jew mis-settur privat:
- ix-xiri u l-installazzjoni ta' teknoloġija, inkluż il-ħardwer u s-softwer, sistemi ta' individwazzjoni tal-bastimenti (VDS) u netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-iżvilupp ta' metodi ta' kampjunar u l-iskambju ta' dejta marbuta mas-sajd;
- fix-xiriu/jew l-iżvilupp u l-installazzjoni ta' teknoloġija, inkluż il-ħardwer u s-softwer, sistemi ta' individwazzjoni tal-bastimenti (VDS), netwerks tal-IT għall-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, u l-iżvilupp ta' metodi ta' kampjunar u l-iskambju ta' dejta marbuta mas-sajd, kif ukoll websajts marbuta mal-kontroll;
- ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-trażmissjoni tad-dejta mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u tal-Komunità, fosthom il-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta' reġistrar u ta' rappurtar (ERS), sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) u sistemi ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS);
- fix-xiri u/jew l-iżvilupp u l-installazzjoni tal-komponenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-trażmissjoni tad-data mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u tal-Komunità, fosthom il-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta' reġistrar u ta' rappurtar (ERS), sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) u sistemi ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS);
- implimentazzjoni ta' programmi mmirati lejn l-iskambju u l-analiżi tad-dejta bejn l-Istati Membri;
- fl-implimentazzjoni ta' programmi mmirati lejn l-iskambju u l-analiżi tad-data bejn l-Istati Membri;
- ix-xiri u l-immodernizzar tal-mezzi ta' kontroll;
- fix-xiri u/jew l-iżvilupp u l-immodernizzar tal-mezzi ta' kontroll;”
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt c
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 8 – punt a – punt iii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"(iii) implimentazzjoni ta' proġetti pilota marbuta mal-kontroll tas-sajd, inkluż l-iżvilupp ta' websajts marbuta mal-kontroll;"
"(iii) implimentazzjoni ta' proġetti pilota marbuta mal-kontroll tas-sajd;"
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta bażika
“Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ data bażika
Fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju Komunitarju fil-qafas ta' programmi nazzjonali multiannwali:
Fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-data, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju Komunitarju fil-qafas ta' programmi nazzjonali multiannwali:
(a) in-nefqa mġarrba għall-ġbir ta' dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika fir-rigward tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż it-teħid ta' kampjuni, monitoraġġ fil-baħar u stħarriġiet ta' riċerka, u l-ġbir ta' dejta soċjoekonomika fl-industrija tal-akkwakultura u l-ipproċessar, kif stipulati fil-programm Komunitarju multiannwali;
(a) in-nefqa mġarrba għall-ġbir ta' data bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika fir-rigward tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż it-teħid ta' kampjuni, monitoraġġ fil-baħar u stħarriġiet ta' riċerka, u l-ġbir ta' dataambjentali u soċjoekonomika fl-industrija tal-akwakultura u l-ipproċessar, kif stipulati fil-programm Komunitarju multiannwali;
(b) in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-ġestjoni, l-iżvilupp, it-titjib u l-isfruttar tad-dejta msemmija fil-punt (a);
(b) in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-ġestjoni, l-iżvilupp, it-titjib u l-isfruttar tad-data msemmija fil-punt (a);
(c) in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-użu tad-dejta msemmija fil-punt (a), bħalma huma stimi tal-parametri bijoloġiċi, il-produzzjoni ta' ġabriet ta' dejta għall-analiżi u l-parir xjentifiku;
(c) in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-użu tad-data msemmija fil-punt (a), bħalma huma stimi tal-parametri bijoloġiċi, il-produzzjoni ta' settijiet ta' data għall-analiżi u l-konsulenza xjentifiċi;
(d) in-nefqa mġarrba għall-parteċipazzjoni fil-Laqgħat Reġjonali ta' Koordinazzjoni, laqgħat xjentifiċi rilevanti ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-Komunità hija parti kontraenti tagħhom jew inkella osservatriċi u għal korpi internazzjonali inkarigati mill-forniment ta' pariri xjentifiċi."
(d) in-nefqa mġarrba għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat reġjonali ta' koordinazzjoni, laqgħat xjentifiċi rilevanti ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-Komunità hija parti kontraenti tagħhom jew inkella osservatriċi u fil-laqgħat tal-korpi internazzjonali inkarigati mill-forniment ta' konsulenza xjentifika."
Ġustifikazzjoni
Peress li l-akwakultura qed titqies bħala settur ta' importanza dejjem tikber u toffri prospetti għall-iżvilupp, l-arranġamenti għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu għandhom japplikaw kemm għad-data ambjentali bażika u kemm għad-data soċjoekonomika.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 9 – punt c a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 12 – punt d – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ca) fil-paragrafu (d), il-punt (ii) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“(ii) il-ħolqien ta’ aċċess wiesa’ ħafna għal data u materjal ta’ spjegazzjoni li jikkonċernaw b’mod partikolari l-proposti tal-Kummissjoni permezz tal-iżvilupp tal-websajts tad-dipartimenti xierqa tal-Kummissjoni fuq l-Internet [...] u l-produzzjoni ta’ pubblikazzjoni regolari, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ seminars ta’ informazzjoni u ta’ taħriġ għal dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet."
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 14 – punt a
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
“1. L-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal miżuri ta' finanzjament Komunitarju għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena ta' implimentazzjoni kkonċernata.”
“1. L-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal miżuri ta' finanzjament Komunitarju għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni sal-15 ta' Novembru qabel is-sena ta' implimentazzjoni kkonċernata.”
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 16
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 22
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta bażika dwar is-sajd imsemmija fl-Artikolu 9 għandu jiġi provdut skont il-proċeduri stabbiliti f’din it-Taqsima.”
“Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data bażika msemmija fl-Artikolu 9 għandu jiġi provdut skont il-proċeduri stabbiliti f’din it-Taqsima.”
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 19
Regolament (KE) Nru 861/2006
Artikolu 32 a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Minkejja l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament, it-tieni inċiż tal-Artikolu 3 utal-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE, kif ukoll l-Anness għal dik id-Deċiżjoni, għandhom jibqgħu japplikaw għall-programmi nazzjonali tal-2007 u l-2008 fil-qasam tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta.”
“Minkejja l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament, ir-regoli stipulati fl-Artikolu 3, it-tieni inċiż,fl-Artikoli4 u 6u fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/439/KE, kif applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2006, għandhom japplikaw b'analoġija għall-programmi nazzjonali għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data għas-snin 2007 u 2008.”
Opinjoni tal-15 ta' Lulju 2010, għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006, li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar, hu strumenti ta' finanzjament importanti tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd u hu wieħed miż-żewġ mezzi prinċipali użati – l-ieħor hu l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) – biex il-PKS tiġi tradotta fil-prattika. Jipprevedi finanzjament fl-oqsma li ġejjin: ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-governanza, il-ġbir tad-data, il-konsulenza xjentifika, kif ukoll is-sistemi ta' kontroll u l-infurzar tal-PKS.
Fir-rigward ta' kull qasam ta' attività, dan ir-regolament japplika b'mod konġunt ma' regolamenti jew deċiżjonijiet oħra. Dik il-leġiżlazzjoni relatat inbidlet f'ċerti aspetti minn meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 861/2006, u għaldaqstant hemm bżonn li jiġi emendat sabiex l-elementi kollha jinġabru f'relazzjoni koerenti fi ħdan il-qafas leġiżlattiv.
Il-Kummissjoni għandha wkoll l-intenzjoni li tiċċara l-ambitu ta' wħud mill-miżuri ffinanzjati u ttejjeb il-formulazzjoni ta' ċerti artikoli. Barra minn hekk, tikkunsidra, fid-dawl tal-esperjenza, li għandu jsir għadd ta' aġġustamenti minuri sabiex id-dispożizzjonijier tar-regolament ikunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod aktar effikaċi lejn il-ħtiġijiet ta' vera.
Ir-rapporteur jaċċetta l-motivazzjonijiet għar-reviżjoni tar-regolament u jemmen li, fil-biċċa l-kbira, l-emendi proposti mill-Kummissjoni huma konsistenti mal-objettivi stabbiliti hawn fuq.
Minkejja li r-reviżjoni proposta, li essenzjalment ma tbiddilx l-objettivi u l-istruttura tar-Regolament (KE) Nru 821/2006, hi limitata, hu jaħseb li hu xieraq li jressaq xi emendi addizzjonali li, għalkemm limitati għal punti uniċi, jistgħu jgħinu biex il-leġiżlazzjoni ssir iktar konformi ma' ċerti xejriet riċenti fis-settur u mal-prospetti futuri tagħha.
Speċifikament, qed jiġi rikonoxxut b'mod dejjem aktar estensiv li l-ġestjoni tas-sajd għandha tkun ibbażata fuq għarfien xjentifiku preċiż u aġġornat tal-istatus tal-istokkijiet. Dan hu sine qua non tal-iżvilupp ta' sajd sostenibbli. Ir-rapporteur għalhekk jikkunsidra li jrid ikun possibbli li r-rati ta' kofinanzjament stipulati fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data bażika jiġu mgħollijin; ir-rata massima proposta, 75%, għandha tapplika bl-istess mod għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data addizzjonali.
Peress li l-akwakultura qed titqies bħala settur ta' importanza dejjem tikber – xhieda ta' dan ir-rapport li dan l-aħħar ġiet prodott, dibattut u adottat dwar "spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropeau" – bi prospetti realistiċi għat-tkabbir (li jestendu wkoll għall-attivitajiet relatati), l-arranġamenti għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu għandhom japplikaw kemm għad-data ambjentali bażika u kemm għad-data soċjoekonomika; il-monitoraġġ u s-sorveljanza ambjentali u tas-saħħa jistgħu jitwettqu b'dan il-mod, biex b'hekk jgħinu biex is-settur isir aktar sostenibbli.
Fir-rigward tal-kontroll, indubbjament illum hemm aktar għarfien tal-importanza tiegħu għas-sostenibilità u l-ġejjieni tas-settur tas-sajd u bħala mezz biex titrawwem kultura ta' konformità mar-regoli. L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom għandhom u jridu jżommu rwol ċentrali fis-sorveljanza u l-infurzar tal-miżuri ta' kontroll fl-ilmijiet tagħhom: dan hu mod fundamentali biex ikun hemm konformità mar-regoli u rispett għall-istokkijiet. Il-ħidma f'dan il-qasam teħtieġ tibbaża aktar fuq it-teknoloġiji l-ġodda. Jekk trid titwettaq b'mod effikaċi, l-Istati Membri għandhom jakkwistaw, jew ikunu f'pożizzjoni li jiżviluppaw u jimmodernizzaw, it-teknoloġiji disponibbli. L-investiment involut mhux se jfisser invarjabbilment – jew inevitabbilment – li l-operazzjoni tas-sistemi ta' kontroll se ssir aktar għalja. Bil-kontra, jista' jagħmel l-operazzjoni tagħhom aktar effiċjenti u orħos.
L-emendi li għandhom jitressqu għar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandhom jippermettu li r-rati ta' kofinanzjament f'dan il-qasam jiġu mgħollijin ukoll. Għalhekk qed jiġi propost li r-rata massima ta' kofinanzjament tkun 75% u li l-Kummissjoni għandu jkompli jkollha l-għażla, b'eżerċizzju tas-setgħat diġà mogħtija lilha, li tiffinanzja ċerti miżuri b'rati ogħla.
PROĊEDURA
Titolu
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar
Josefa Andrés Barea, Antonello Antinoro, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Iliana Malinova Iotova, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Britta Reimers, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Jarosław Leszek Wałęsa
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Jean-Paul Besset, Izaskun Bilbao Barandica, Luis Manuel Capoulas Santos, Ioannis A. Tsoukalas
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali