Proċedura : 2010/0101(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0019/2011

Testi mressqa :

A7-0019/2011

Dibattiti :

PV 17/02/2011 - 4
CRE 17/02/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 17/02/2011 - 6.2
CRE 17/02/2011 - 6.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0062

ABBOZZ TA' RAPPORT     ***I
PDF 768kDOC 1032k
2 ta' Frar 2011
PE 450.852v01-00 A7-0019/2011

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Ivailo Kalfin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0174),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0110/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0019/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

FL-EWWEL QARI(1)*

---------------------------------------------------------

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)      Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċeventi. Meta jagħmel dan, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ta' gwida ġenerali u l-objettivi politiċi tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-iżvilupp tal-pajjiżi terzi u l-prosperità tal-UE f'ċirkostanzi ekonomiċi globali li nbidlu. L-operazzjonijiet tal-BEI bħala appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni iridu jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattiki bankarji sodi.

(1a)    L-Artikolu 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (TFUE), flimkien mal-Artikolu 208 TFUE, jistipula li l-BEI għandu jikkontribwixxi, skont it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu, għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika ta'kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni.

(2)      Bil-ħsieb li tiġi sostnuta l-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista’ jiffinanzja investiment barra mill-UE mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu fir-reġjuni esterni bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE amministrata mill-Kummissjoni.

(3)      Riċentement, il-garanzija tal-UE ġiet stabbilita għall-perjodu 2007-2011 permezz tad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità(2).

(4)      Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni (il-“Fond ta’ Garanzija”), li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni, jipprovdi riżerva ta’ likwidità għall-baġit tal-UE kontra t-telf fuq operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI u azzjonijiet esterni oħra tal-UE.

(5)      Kif rikjest mid-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE, il-Kummissjoni u l-BEI ħejjew analiżi ta' nofs it-terminu tal-finanzjament estern tal-BEI, abbażi ta' valutazzjoni esterna indipendenti sorveljata minn grupp ta' direzzjoni ta' "persuni għorrief", analiżi permezz ta' konsulenza esterna, u valutazzjonijiet speċifiċi prodotti mill-BEI. Nhar it-12 ta’ Frar 2010, il-grupp ta' direzzjoni ressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BEI bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(6)      Ir-rapport tal-grupp ta’ direzzjoni kkonkluda li l-garanzija tal-UE għall-BEI huwa strument politiku effiċjenti u b'saħħtu b'influwenza finanzjarja u politika qawwija u li din il-garanzija għandha tinżamm ħalli tkopri r-riskji ta’ natura politika jew sovrana. Ġew proposti ċerti emendi għad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE biex jiġi żgurat li jkun hemm valur miżjud u effiċjenza massimi fl-operazzjonijiet esterni tal-BEI.

(6a)    Il-lista tal-pajjiżi eliġibbli jew potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stabbilita fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni u ġiet estiża meta mqabbla mal-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE.

(7)      L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f’kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa.

(7a)    L-estensjoni tal-mandat estern tal-BEI għal pajjiżi ġodda mingħajr ir-reviżjoni tal-limiti massimi għall-finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE de facto tnaqqas l-ammont ta' self tal-BEI disponibbli għal kull pajjiż taħt il-mandat estern tiegħu. Sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef l-azzjoni tal-BEI fil-pajjiżi fejn jintervjeni l-BEI, dawn il-limiti massimi għandhom ikunu aġġustati skont dan.

(8)      Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha madwar ir-reġjuni koperti mill-mandat. Il-BEI jista’ jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI ▌għandhom jiġu kkumplimentati sa kemm ikun possibbli minn fondi konċessjonali disponibbli skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jkollu rapport dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji użati għall-iffinanzjar ta' dawn il-proġetti, li jidentifikaw l-ammonti ta' finanzjament tal-BEI li jaqgħu taħt il-mandat fakultattiv u l-ammonti korrispondenti ta' għotjiet u self.

(8a)    L-eliġibbiltà li pajjiż jirċievi finanzjament tal-BEI għat-taffija tal-bidla fil-klima taħt il-garanzija tal-UE tista’ tiġi ristretta għall-pajjiżi li skont il-Kunsill ma impenjawx irwieħhom biex jilħqu miri adegwati marbuta mat-tibdil fil-klima. Il-Kunsill jista' jimponi tali limitazzjonijiet qabel ma l-BEI jimpenja fondi għall-pajjiżi rispettivi skont il-mandat tal-bidla fil-klima. Il-Kunsill għandu jikkonsulta lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni qabel jieħu deċiżjoni biex jimponi limitazzjonijiet.

(8b)    Il-BEI għandu jitħalla jinvesti mill-ġdid il-kapital ta' riskju u r-riflussi tas-self speċjali minn operazzjonijiet preċedenti, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, biex jiffinanzja operazzjonijiet ġodda tal-istess ordni ħalli jassisti lil pajjiżi sħab, kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(3).

(9)      Għandha tiġi pprovduta xi flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni reġjonali skont il-Mandat dwar il-Bidla fil-Klima biex tippermetti għall-aktar aċċettazzjoni effettiva u mħaffa tal-finanzjament disponibbli fil-perjodu ta’ 3 snin 2011-2013, waqt li jsir kull sforz possibbli biex tiġi żgurata distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni tul il-perjodu, abbażi tal-prijoritajiet stabbiliti għall-għajnuna esterna skont il-Mandat Ġenerali.

(10)    ▌Il-valutazzjoni sabet li minkejja l-operazzjonijiet tal-BEI imwettqa fil-perjodu kopert mill-valutazzjoni (2000-2009) kienu ġeneralment konformi mal-politiki esterni tal-UE, ir-rabta bejn l-għanijiet politiċi tal-UE u l-implimentazzjoni operattiva tagħhom mill-BEI għandha tissaħħaħ u ssir aktar espliċita u strutturata.

(11)    Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta’ livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b’saħħithom tal-BEI f’oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta’ ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, ir-riċerka u l-iżvilupp dwar sorsi ġodda ta' enerġija, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b’mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Għandu jitfakkar li titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament jista' jiżvolġi rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. F’dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Il-BEI jista' jappoġġja l-preżenza tal-UE fil-pajjiżi sħab permezz ta' investiment barrani dirett li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għerf jew taħt il-garanzija tal-UE għall-investimenti fl-oqsma msemmija hawn fuq, jew b'riskju tiegħu stess.

(11a)  Biex jiġu stabbiliti b'mod effikaċi relazzjonijiet mal-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fil-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji se jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom, biex jivverifikaw il-proġetti tal-klijenti fir-rigward tal-għanijiet tal-iżvilupp tal-UE u li jipprovdu valur miżjud meta mqabbel mal-finanzjament tas-suq. L-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji f'appoġġ għall-SMEs għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jiġu rrappurtati regolarment lill-BEI.

(13)    Filwaqt li l-qawwa tal-BEI tibqa' l-karattru distint tiegħu bħala bank ta' investiment, skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jinkwadra l-impatt fuq l-iżvilupp tal-operazzjonijiet esterni tiegħu f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u taħt il-kontroll tal-Parlament Ewropew skont il-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp kif ukoll dawk stipulati fl-Artikolu 208 TFUE, flimkien mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritti fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 u l-Aġenda għall-Azzjoni ta' Accra tal-2008. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-proġett, il-BEI għandu jobbliga lill-promotur tal-proġett iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma fejn għandu għarfien espert minn operazzjonijiet ta’ finanzjament fl-Unjoni u li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħal, inter alia, l-aċċess tal-SMEs u l-mikroentitajiet għas-servizzi finanzjarji, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinovabbli. Il-finanzjament jista' wkoll jinkludi proġetti b'appoġġ tas-saħħa u l-edukazzjoni, partikolarment fl-infrastruttura, fejn hemm valur miżjud ċar. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b’appoġġ ▌għall-adattament għall-bilda fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, fir-riżorsi umani speċjalizzati dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun kumplimentari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti tal-iżvilupp u tal-ambjent tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

(14)    Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-funzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa fl-istess waqt il-Viċi President tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni, inħolqot bil-għan li żżid l-impatt u l-koerenza tar-relazzjonijiet esterni tal-UE.▌

(14a)  F'dawn l-aħħar snin kien hemm ukoll twessigħ u tisħiħ tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni, għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, għall-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali, għall-isħubiji mġedda mal-Amerika Latina u max-Xlokk tal-Ażja, kif ukoll għas-Sħubija Strateġika tal-UE mar-Russja, iċ-Ċina u l-Indja. Dan jista’ jingħad ukoll għall-politiki tal-iżvilupp tal-UE, li issa ġew estiżi biex jinkludu l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw. Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ġew sostnuti wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) IATE u l-Istrument għall-Istabbiltà.

(14b)  Wara l-ħolqien tas-SEAE u d-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jemendaw il-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fir-reġjuni msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità(4), u, jekk ikun il-każ, u bl-approvazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, jestendu l-Memorandum ta’ Ftehim il-ġdid biex jinkludi s-SEAE, l-aktar fir-rigward tad-djalogu regolari u sistematiku bejn il-BEI u l-Kummissjoni fuq livell strateġiku, li għandu jinkludu wkoll lis-SEAE, u aspetti oħrajn li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-SEAE.

(15)     L-attività tal-BEI fil-pajjiżi Preadeżjonali ▌sseħħ fil-qafas stabbilit fis-Sħubijiet Adeżjonali u Ewropej li ffissaw il-prijoritajiet għal kull pajjiż, u għall-Kosovo(5), bil-ħsieb li jiġi rreġistrat progress fit-tqarrib lejn l-UE, u li jipprovdu qafas għall-assistenza mill-UE. Il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAP) huwa l-qafas politiku tal-UE għall-Balkani tal-Punent. Dan huwa msejjes fuq sħubija progressiva, li fiha l-UE toffri konċessjonijiet kummerċjali, assistenza ekonomika u finanzjarja u relazzjonijiet kuntrattwali permezz tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAAs). L-assistenza finanzjarja preadeżjonali, permezz tal-IPA, tgħin lill-kanditati u l-kanditati potenzjali jitħejjew għall-obbligi u l-isfidi tal-isħubija fl-UE. Din l-assistenza ssostni l-proċess ta’ riformi, inklużi t-tħejjijiet għall-eventwalità li dawn il-pajjiżi jsiru membri. Din tiffoka fuq it-tiswir istituzzjonali, il-konformità mal-acquis communautaire, ▌it-tħejjija għall-politiki u l-istrumenti tal-UE u l-promozzjoni ta' miżuri biex tintlaħaq il-konverġenza ekonomika.

(15a)   Fit-twettiq tal-Artikolu 290(3) TFUE, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv.

(16)    L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-Unjoni timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-Unjoni u s-sħab tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta’ prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u soċjali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija bħall-proġett tal-pipeline tal-gass Nabucco u proġetti ta' pipelines tal-gass oħrajn, li huwa ta' interess partikolari għall-UE. L-Unjoni għall-Mediterran, l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran għandha l-għan li tniedi mill-ġdid il-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja billi tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali konġunt u solidari fuq iż-żewġ xtut tal-Mediterran, u tappoġġja żvilupp soċjoekonomiku aħjar, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b’enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' highways marittimi u tal-art, it-tneħħija tat-tniġġis fil-Mediterran, il-pjan għall-enerġija solari fil-Mediterran, l-Inizjattiva għall-Iżvilupp tan-Negozju fil-Mediterran, il-protezzjoni ċivili u l-università Ewro-Mediterranja. L-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tappoġġja ambjent sostenibbli u żvilupp ekonomiku u soċjali ottimali fir-reġjun tal-Baħar Baltiku. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant, li ma jistax jinkiseb sakemm il-pajjiżi Msieħba tal-Lvant kollha ma jaderixxux għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta’ Direzzjoni. Dawn huma kumplimentati fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

(17)    L-attività tal-BEI fl-Amerika Latina għandha sseħħ fil-qafas tal-Isħubija Strateġika tal-UE, l-Amerika Latina u l-Karibew. Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2009 “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Parteċipanti Globali fi Sħubija"(6), il-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni lejn l-Amerika Latina huma t-tħeġġiġ tal-integrazzjoni reġjonali u l-qirda tal-faqar u l-inugwaljanza soċjali ħalli jitħeġġu s-sostenibbiltà ekonomika u l-iżvilupp soċjali. Dawn l-għanijiet politiċi għandhom jitrawmu b'kunsiderazzjoni tal-livell differenti tal-iżvilupp tal-pajjiżi Latin Amerikani. Id-djalogu bilaterali għandu jiġi segwit f’oqsma ta' interess komuni għall-UE u l-Amerika Latina, inklużi l-ambjent, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-enerġija, ix-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni ogħla, it-teknoloġija u l-innovazzjoni.

(18)    Il-BEI għandu jkun attiv fl-Asja kemm fl-ekonomiji emerġenti dinamiċi kif ukoll fil-pajjiżi inqas għonja. F’dan ir-reġjun divers, l-UE qed tapprofondixxi s-sħubija strateġika tagħha maċ-Ċina u l-Indja u qed isir progress fin-negozjati biex jissawru ftehimiet ġodda ta' sħubija u kummerċ ħieles mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja. Fl-istess waqt, il-kooperazzjoni fl-iżvilupp għadha punt importanti fl-aġenda tal-UE mal-Asja; l-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp fir-reġjun Asjatiku għandha l-għan li teqred il-faqar billi ssostni tkabbir ekonomiku sostenibbli fuq sisien wesgħin, tħeġġeġ ambjent u kundizzjonijiet li jippromwovu l-kummerċ u l-integrazzjoni fir-reġjun, issaħħaħ il-governanza, iżżid l-istabilità politika u soċjali, u ssotni l-kisbiet tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju tal-2015. Qed jiddaħħlu fis-seħħ b’mod konġunt politiki li jindirizzaw sfidi komuni, bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u l-istabilità, il-governanza u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u umani u r-rispons għalihom.

(19)    L-istrateġija tal-UE għal sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2007 saħħet id-djalogu reġjonali u bilaterali u l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fir-rigward ta’ kwistjonijiet ewlenin li jħabbat wiċċu magħhom dan ir-reġjun, fosthom it-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u l-istabilità. L-implimentazzjoni tal-istrateġija rreġistrat avvanzi importanti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokrazija, l-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u t-trasport u l-politiki ambjentali.

(20)    L-attività tal-BEI fl-Afrika t'Isfel għandha sseħħ fil-qafas tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel. L-oqsma ewlenin identifikati mid-Dokument Strateġiku huma l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità għat-twassil tas-servizzi u l-koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika t’Isfel seħħew f’kumplimentarjetà għolja mal-programm ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, jiġifieri permezz tal-konċentrazzjoni tal-BEI fuq l-appoġġ għas-settur privat u l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali (id-djar, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-proġetti tat-tisfija tal-ilma tax-xorb u l-infrastruttura muniċipali). L-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż fir-rigward tal-Afrika t'Isfel sejħet għal tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tal-bidla fil-klima permezz ta' attivitajiet li jsostnu il-ħolqien ta' impjiegi li jirrispettaw l-ambjent.

(21)    Bil-għan li titjieb il-koerenza tal-appoġġ ġenerali tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jinstabu opportunitajiet biex jiġi kkombinat il-finanzjament tal-BEI mar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni kif jixraq, fl-għamla ta’ garanziji, ta’ kapital ta’ riskju, ta’ sussidju għar-rati tal-interess u ta’ kofinanzjament fl-investiment, flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni, permezz tal-IPA, l-ENPI, l-Istrument għall-Istabilità, l-EIDHR u d-DCI. Kull meta sseħħ kombinazzjoni tal-iffinanzjar tal-BEI ma' riżorsi baġitarji oħra tal-UE, id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar kollha għandhom jidentifikaw b'mod ċar ir-riżorsi li jridu jkunu involuti. Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li saru taħt din id-Deċiżjoni irid ikollu lista dettaljata tar-riżorsi baġitarji u l-istrumenti finanzjarji użati f'kombinazzjoni mal-finanzjament tal-BEI. Fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju multiannwali li jmiss, għandha tiġi stabbilita sinerġija akbar bejn dawn l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE u l-mandat estern tal-BEI.

(22)    Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku ’l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi mal-politiki esterni tal-UE u jsostnuhom u mal-għanijiet ta' livell għoli stipulati f'din id-deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjonijiet esterni tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni, is-SEAE u l-BEI. Għall-istess għan, għandu jkun hemm kooperazzjoni mtejba u skambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-BEI, il-Kummissjoni u s-SEAE fil-livell operattiv. L-uffiċċji tal-BEI barra l-Unjoni għandhom, fejn dan ikun xieraq, ikunu ġewwa d-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex titrawwem din il-kooperazzjoni waqt li jinqasmu l-ispejjeż operattivi. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, il-Kummisjoni u l-EEAS, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar ħalli jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet ta' dawn it-tliet korpi tal-UE.

(23)    Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali▌. Sabiex jiġu żviluppati dawn il-linji gwida, li għandhom jiġu applikati b’mod ġenerali u jikkumplimentaw din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu, mas-SEAE, għandha tingħata l-poter li tadotta atti delegate bi qbil mal-Artikolu 290 TFUE. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

(24)    Il-BEI għandu jħejji, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programm multiannwali indikattiv tal-ammont ippjanat ta’ firem tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta’ Garanzija u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tas-self tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis dan il-pjan fil-programmazzjoni tal-baġit regolari tagħha trażmess lill-awtorità baġitarja.

(25)    Sa nofs l-2012, il-Kummissjoni għandha tipproponi, abbażi tal-esperjenza pożittiva eżistenti, l-istabbiliment ta' "Pjattaforma tal-Unjoni għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp" bil-ħsieb li tottimizza u tirrazzjonalizza l-funzjonament tal-mekkaniżmi għal iktar taħlit tal-għotjiet mas-self fir-reġjuni esterni. Din il-proposta għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-impatt li tistabbilixxi l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ pjattaforma bħal din. Fir-riflessjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEI, lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali Ewropej l-oħrajn. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha toħloq grupp ta' ħidma kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri, Membri tal-Parlament Ewropew, il-BEI u, jekk ikun meħtieġ, istituzzjonijiet oħra attivi fil-qasam tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-UE. Pjattaforma ta’ dan it-tip għandha tħeġġeġ, taħt id-direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, is-sinerġiji, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar strateġiku, l-arranġamenti ta’ dipendenza reċiproka, imsejsa fuq il-vantaġġ komparattiv tal-istituzzjonijiet differenti filwaqt li jiġu rispettati r-rwol u l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjonijiet tal-baġit tal-UE u tas-self mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Pjattaforma ta' dan it-tip tkun partikolarment siewja fil-finanzjament ta' proġetti orjentati lejn l-iżvilupp jew proġetti maħsuba biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

(25a)             Il-BEI għandu jitħeġġeġ jagħmel analiżi ta’ tqabbil bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji biex gradwalment jaqsam l-attivitajiet esterni kollha tiegħu fuq bażi ġeografika sabiex jadatta aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull żona u jippromwovi l-parteċipazzjoni u l-qsim tar-responsabilità tal-pajjiżi sieħba tal-ġestjoni prattika tal-fondi u fil-monitoraġġ finanzjarju tal-proġetti involuti. Skont ir-riżultati tal-analiżi msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jqis li jibda dan il-proċess billi jaqsam l-attivitajiet Mediterranji tiegħu, li s’issa kienu miġbura flimkien fil-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP), permezz tal-ħolqien ta' istituzzjoni finanzjarja Ewro-Mediterranja għall-kożvilupp, li għaliha l-BEI jibqa' l-azzjonist ewlieni. Fil-każ speċifiku tal-Mediterran, din il-bidla istituzzjonali tippermetti lill-BEI itejjeb l-effettività tal-azzjoni tiegħu fil-pajjiżi tal-Mediterran, iżżid il-viżibilità tiegħu, u jipprovdi iktar appoġġ finanzjarju għall-inizjattivi ta' prijorità tal-UE għall-Mediterran. Il-BEI għandu wkoll jiġi appoġġat mill-programm “Investi fil-Mediterran”, li jwitti t-triq lejn netwerking effettiv man-negozji u ma’ dawk involuti fis-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.

(26)    Il-BEI għandu jitħeġġeġ iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-istrumenti finanzjarji tiegħu barra l-UE mingħajr ir-rikors għall-garanzija tal-UE u b'hekk l-użu tal-garanzija jista' jkun riservat għall-pajjiżi u l-proġetti li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' aċċess sfavorevoli u fejn il-garanzija għalhekk tipprovdi iktar valur miżjud. Il-BEI konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġja l-objettivi tal-politika esterna tal-UE, għandu jżid l-ammonti mislufa għar-riskju proprju tiegħu, u dan partikolarment fil-pajjiżi preadeżjonali u l-pajjiżi tal-viċinat u fil-pajjiżi tal-grad ta’ investiment f’reġjuni oħra, imma anki fil-pajjiżi fil-grad ta’ subinvestiment meta l-BEI jkollu l-garanziji adatti minn partijiet terzi. Il-BEI, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa politika li permezz tagħha jiddeċiedi bejn l-allokazzjoni ta’ proġetti taħt il-mandat tal-garanzija tal-UE jew ta' finanzjament b'riskju għall-BEI innifsu. Politika ta’ dan it-tip tkun b'mod partikolari tqis l-affidabbiltà kreditarja tal-pajjiżi u l-proġetti inkwistjoni. Meta l-mandat estern jiġġedded għall-perjodu ta' wara l-2013, din il-politika għandha tkun riveduta u l-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-garanzija eżaminata mill-ġdid filwaqt li jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet dwar il-provvediment tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjoni Esterna.

(26a)  Fejn ikollu l-garanziji xierqa, il-BEI għandu jitħeġġeġ li jżid l-operazzjonijiet tiegħu għall-entitajiet pubbliċi subsovrani fil-pajjiżi li fihom jopera.

(27)    Il-BEI għandu jespandi l-firxa tal-istrumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi offruti, inkluż permezz ta' aktar konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jitħeġġeġ jipprovdi self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi msieħba jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attività tal-BEI.

(28)    Biex jiġi żgurat li l-Bank jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat fir-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha, għandhom jiġu ddedikati biżżejed riżorsi umani u finanzjarji għall-attivitajiet esterni tiegħu, b'limiti ta' żmien raġonevoli. Dan ikun jinkludi b’mod partikolari li jkollu kapaċità suffiċjenti biex isostni l-għanijiet tal-UE ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp, li jikkonċentra aktar fuq il-valutazzjoni ex ante tal-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu, u li jissorvelja b'mod effettiv il-proġetti waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati. Għandhom jinżammu l-opportunitajiet ta' aktar titjib tal-effiċjenza u l-effikaċja, u għandha ssir ħidma attiva biex jinstabu s-sinerġiji.

(29)    Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu iktar biex itejjeb il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs ▌, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. It-tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu evitati proġetti li jirkbu fuq xulxin u kompetizzjoni mhux mixtieqa f'relazzjoni ma' proġetti ffinanzjati mill-UE. Dawn l-isforzi għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità. Il-finanzjament tal-BEI implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' IFI u istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali oħrajn jeħtieġlu jirrispetta l-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(29a) B’mod partikolari, fil-pajjiżi ta’ intervent komuni lil hinn mill-UE, il-BEI għandu jtejjeb il-kooperazzjoni tiegħu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn. Ġie konkluż Memorandum ta’ Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-BERŻ, li jkopri l-pajjiżi kollha ta’ operazzjoni komuni lil hinn mill-UE. Dan il-memorandum huwa mistenni li jipprevjeni lill-BEI u lill-BERŻ milli jikkompetu ma’ xulxin; huwa għandu jippermetti li jaġixxu b’mod kumplimentari billi jimmassimizza l-vantaġġi kumparattivi rispettivi tagħhom. Il-memorandum għandu jipprovdi wkoll għall-konverġenza fi żmien raġonevoli tal-proċeduri tagħhom. Matul iż-żmien, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ rabtiet eqreb bejn dawn iż-żewġ banek b'kapital fil-maġġoranza Ewropew, bil-għan li jiġu ottimizzati l-istrumenti Ewropej għall-finanzjament tal-azzjoni esterna.

(30)    Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud tal-BEI, bħall-appoġġ għall-politiki esterni u r-rekwiżiti ta' mandat tal-UE, il-kwalità tal-operazzjonijiet iffinanzjati u t-trasferiment ta' benefiċċji finanzjarji lill-klijenti, u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-BERŻ, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll l-analiżi tal-BEI tas-sostenibilità ekonomika, finanzjarja, ekoloġika u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati. Għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għall-evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-mandat attwali kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE, u li jagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet tal-BEI li jużaw mezzi finanzjarji li jinsabu f'ċentri finanzjarji offshore. Fl-operazzjonijiet tal-finanzjament tiegħu, il-BEI għandu jiżgura li l-politiki lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b’mod dgħajjef jew mhux kooperattivi, huma implimentati b’mod adegwat biex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni rigward l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti. Ir-rapport għandu jkun pubbliku, biex is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi benefiċjarji jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu. Dan ir-rapport għandu b'mod partikolari jinkludi lista dettaljata tal-finanzjament tal-BEI skont din id-Deċiżjoni flimkien mar-riżorsi finanzjarji kollha tal-UE u ta' donaturi oħra, b'hekk tingħata lista dettaljata tal-kxif finanzjarju tal-operazzjonijiet ta' finanzjament.

(31)    L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’ kontroll xierqa u miżuri mittieħda biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF),

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Garanzija tal-UE

1.        L-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-Bank tal-Investiment Ewropew (BEI) garanzija baġitarja tal-UE għall-operazzjonijiet imwettqa barra l-UE (il-garanzija tal-UE). Il-garanzija tal-UE għandha tingħata bħala garanzija kumplessiva fir-rigward ta’ ħlasijiet li ma jaslux għand il-BEI, minkejja li huma dovuti lejh, b'rabta ma' self u garanziji fuq self għall-proġetti ta' investiment tal-BEI li huma eliġibbli skont il-paragrafu 2. L-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' gwida ġenerali, u jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-politiki tal-Unjoni Ewropea.

2.        Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu, fosthom id-dikjarazzjoni tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, u b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

3.        Il-garanzija tal-UE għandha tiġi ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI, bl-ammonti rimborżati mnaqqsa, flimkien mal-ammonti relatati kollha.

4.        Il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ffirmati matul perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2007 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013. Loperazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ffirmati skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE tal-4 ta’ Novembru 2008 dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità(7) u d-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE skont din id-Deċiżjoni.

5.        Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE abbażi ta' proposta mressqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13, dan il-perjodu għandu awtomatikament jiġi estiż b’sitt xhur.

Artikolu 2Limiti massimi tal-mandat

1.        Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI koperti minn garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2007-2013, bit-tnaqqis tal-ammonti kanċellati, ma għandux jaqbeż EUR 28 981 000 000, maqsumin f’żewġ partijiet:

(a)       Mandat Ġenerali ta’ EUR 28 981 000 000;

(b)       Mandat tal-Bidla fil-Klima ta’ EUR 2 000 000 000.

2.        Il-Mandat Ġenerali għandu jinqasam f’limiti massimi reġjonali obbligatorji u sottolimiti massimi indikati kif jistabbilixxi l-Anness I. Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu progressivament jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata bejn il-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-Mandat Ġenerali.

3.        L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI skont il-Mandat Ġenerali għandhom ikunu dawk li jsegwu l-għanijiet iffissati fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

4.        Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha koperti minn din id-deċiżjoni, fejn dawn it-tipi ta' operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jsostnu l-għan politiku ewlieni tal-UE li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima permezz ta' proġetti ta' sostenn fit-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha li jikkontribwixxu lejn l-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fl-oqsma tal-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied il-flessibbiltà għall-impatti negattivi tal-bidla fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jiġi implimentat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, billi jikkombina kemm jista’ jkun il-finazjament mill-BEI mal-fondi baġitarji tal-UE. L-eliġibbiltà ta' pajjiżi li fihom il-BEI jiffinanzja t-taffija tat-tibdil fil-klima taħt il-garanzija tal-UE tista’ tiġi ristretta qabel ma l-BEI jalloka fondi għall-pajjiżi li skont il-Kunsill ma impenjawx ruħhom favur miri adegwati marbuta mat-tibdil fil-klima. Qabel ma jieħu tali deċiżjoni l-Kunsill għandu jikkonsulta lis-SEAE u lill-Kummissjoni. Il-mandat fakultattiv m’għandux jitqies bħala kontribuzzjoni tal-UE jew tal-Istati Membri għall-fondi “fast-start” li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-UNFCCC COP f’Kopenħagen f’Diċembru 2009.

4a.      Kriterji adegwati għal dak li jikkwalifika bħala “teknoloġija nadifa” fil-prinċipju għandhom jiġu orjentati lejn l-effiċjenza enerġetika u teknoloġiji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

5.        Fil-każ tal-Mandat tal-Bidla fil-Klima, madankollu, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati fir-reġjuni kollha koperti mill-Anness II ta’ din id-deċiżjoni, sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4). B’mod partikolari, il-BEI se jiżgura li r-reġjun imsemmi fil-punt A tal-Anness II ma jirċevix iktar minn 40 % tal-ammont allokat għal dan il-Mandat, ir-reġjun fil-punt B mhux iktar minn 50 %, ir-reġjun fil-punt C mhux iktar minn 30 % u r-reġjun fil-punt D mhux iktar minn 10 %. B'mod ġenerali, il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jintuża biex jiffinanzja proġetti li huma marbuta mill-qrib mal-kompetenzi tal-qofol tal-BEI, li jżidu l-valur u li jimmassimizzaw l-effett rigward l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

5a.      Kemm il-Mandat Ġenerali u l-Mandat tal-Bidla fil-Klima jridu jiġu mmaniġġjati skont il-prinċipji bankarji sodi.

Artikolu 3L-għanijiet tal-mandat ġenerali

1.        Il-garanzija tal-UE għandha tingħata għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jsostnu kwalunkwe mill-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a)       L-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs);

(b)       l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, inklużi t-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT).

(c)       it-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, kif imfissra fl-Artikolu 2(4).

Il-kontribut għat-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli għandu jkun għan għall-finanzjament tal-BEI fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(8).

1a. Konformement mal-objettivi tal-UE u internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, il-BEI għandu, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jippreżenta sal-2012 strateġija dwar kif għandu jiżdied progressivament u kostantement il-perċentwal ta' proġetti li jippromwovu t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 u kif għandhom jitneħħew il-proġetti ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE relatati mal-klima.

1b.      B'mod aktar ġenerali, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tikkonsolida u tappoġġja d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-UE hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod partikolari, l-attenzjoni għandha tingħata lill-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali globali, l-integrazzjoni gradwali u bla xkiel tagħhom fl-ekonomija dinjija, il-kampanja kontra l-faqar, kif ukoll il-konformità mal-objettivi approvati mill-UE fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra. Il-BEI għandu jippromwovi aċċess ugwali għas-servizzi finanzjarji, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati bħall-minoranzi, il-bdiewa u n-nisa. Biex jissodisfa dawn ir-rekwiżiti b'mod xieraq, il-korpi governattivi tal-BEI għandhom jiżguraw li r-riżorsi tal-BEI, inkluż il-persunal, jiżdiedu f'perjodu raġonevoli ta' żmien.

2.        L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-paragrafu 1.

3.        Il-BEI għandu progressivament iżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

Artikolu 4Pajjiżi koperti

1.        Il-lista tal-pajjiżi eliġibbli jew potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stabbilita fl-Anness I.

2.        Għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II u mmarkati b’‘*’ u għal pajjiżi oħrajn mhux elenkati fl-Anness II, l-eliġibbiltà għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE għandha tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.        Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa f’pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta’ qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali li taħthom dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu.

4.        Fil-każ ta’ tħassib serju fuq il-politiki dwar is-sitwazzjoni ekonomika jew politika u l-politiki f’xi pajjiż speċifiku, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li jissospendu finanzjament ġdid mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE f’dak il-pajjiż skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

5.        Il-garanzija tal-UE ma għandhiex tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI f’xi pajjiż speċifiku meta l-ftehim dwar operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ta’ dan it-tip ikunu ġew iffirmati wara l-adeżjoni tal-pajjiż fl-UE.

Artikolu5

Il-kontribut tal-operazzjonijiet tal-BEI għall-politiki tal-UE

1.        Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 5a u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 56 u 5c, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u mas-SEAE, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI għandhom jaħdmu flimkien mas-Servizzi Ewropej ta' Azzjoni Esterna (EEAS) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. Barra minn hekk, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkomplementa l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

2.        Il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mal-linji politiċi u l-għanijiet politiċi esterni tal-UE għandha tiġi sorveljata skont l-Artikolu 10. Il-BEI għandu jiżviluppa indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-aspetti tal-iżvilupp, tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti ffinanzjati kif ukoll għandu jqis l-indikaturi rilevanti skont id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza.

3.        Operazzjoni ta’ finanzjament mill-BEI m'għandhiex tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija tal-UE fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva fuq operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.

3a. Għal kull proġett li hija tapprova, il-Kummissjoni għandha tippubblika opinjoni motivata li tispjega kif il-proġett jirrispetta d-diversi komponenti ta’ din id-Deċiżjoni u, b’mod partikulari, kif hija tappoġġja l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE, filwaqt li teskludi l-punti kunfidenzjali.

Artikolu 5a

Eżerċizzju tad-delega

1.        Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4) ta' din id-Deċiżjoni.

2.        Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.        Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5b u 5c.

Artikolu 5b

Revoka tad-delega

1.        Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.        L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f'perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.        Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data oħra speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5c

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

1.        Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att iddelegat fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jittawwal b'xahrejn.

2.        Jekk, meta jintemm il-perjodu msemmi fil-Paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jintemm dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.        Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat sal-perjodu msemmi fil-Paragrafu 1, m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.

ANNESS II

REĠJUNI U PAJJIŻI ELIĠIBBLI JEW POTENZJALMENT ELIĠIBBLI

A. Pajjiżi f'fażi ta' preadeżjoni

1. Pajjiżi kandidati

Kroazja, Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika tal-Islanda.

2. Pajjiżi kandidati potenzjali

Albanija, Bosnja-Ħerzegovina, Montenegro, Serbja, Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ▌.

B. Pajjiżi koperti mill-istrument tal-Viċinat u tas-Sħubija

1. pajjiżi Mediterranji

Alġerija, Eġittu, Xatt tal-Punent u Strixxa ta' Gaża, Iżrael, Ġordan, Libanu, Libja, Marokk, Sirja, Tuneżija.

2. Ewropa tal-Lvant, Kawkasu t'Isfel u Russja

Ewropa tal-Lvant: Repubblika tal-Moldova, Ukraina, Bjelorusssja (*)(9);

Kawkasu t'Isfel: Armenja, Ażerbajġan, Ġeorġja;

Russja.

C. Asja u Amerika Latina

1. Amerika Latina

Arġentina, Bolivja, Brażil, Ċilì, Kolombja, Kosta Rika, Kuba (*), Ekwador, El Salvador, Gwatemala, Ħonduras, Messiku, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Perù, Urugwaj, Venezwela.

2. Asja

Asja (għajr Asja Ċentrali): Afganistan (*), Bangladexx, Butan (*), Brunej, Kambodja (*), Ċina (inklużi r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali ta' Ħong Kong u Makaw), Indja, Indoneżja, Iraq, Korea t'Isfel, Laos, Malasja, Maldive, Mongolja, Nepal, Pakistan, Filippini, Singapor, Sri Lanka, Tajwan (*), Tajlandja, Vjetnam, Jemen.

Asja Ċentrali: Kazakistan, Kirgiżistan, Taġikistan, Turkmenistan, Uzbekistan.

D. Afrika t'Isfel: Repubblika tal-Afrika t'Isfel.

(1)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

          ĠU L 190, 22.7.2009, p. 1.

(3)

          COM(2008)0308.

(4)

          ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.

(5)

Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)

          COM(2009) 495.

(7)

          ĠU L 301, 12.11.2008, p. 13.

(8)

         Kif definiti fil-lista tal-OECD tar-riċeventi tal-ODA (li jinkludu l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Pajjiżi bi Dħul Baxx kif ukoll il-Pajjiżi bi Dħul Medju).

(9)

         Il-bidu tal-operazzjonijiet tal-BEI fil-Bjelorussja se jibqa' marbut mal-progress tal-pajjiż lejn id-demokrazija konformement mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2009 dwar il-Bjelorussja u mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta-10 ta' Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja (ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 37). Il-Kummissjoni sejra tinnotifika lill-BEI meta dawk il-kundizzjonijiet ikunu ntlaħqu u b'mod parallel se tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (28.10.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Vincent Peillon

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-kwistjonijiet

L-għan ta' din id-deċiżjoni hu li tirrevedi l-garanzija tal-baġit mogħtija mill-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għal riskji ta' natura sovrana jew politika b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tiegħu mwettqa barra l-UE.

Il-BEI huwa strument b'saħħtu għall-intervenzjoni esterna li xogħlu hu l-promozzjoni tal-interessi Ewropej fil-bqija tad-dinja. Għandu jintuża wkoll biex jappoġġa l-politika ta' żvilupp tal-UE. Dawn iż-żewġ għanijiet huma strettament komplementari għal xulxin u m’għandhomx jikkontradixxu lil xulxin fil-qafas tal-mandat estern.

Il-BEI diġà għamel progress kbir fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu mill-2007 'l hawn. Il-Bank saħħaħ il-koordinazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni u ffoka mill-ġdid l-azzjoni tiegħu fuq l-appoġġ għall-għanijiet politiċi tal-Unjoni.

Proposti:

Aspetti finanzjarji

- Il-mandat estern tal-BEI huwa lieva għall-azzjoni li għadha mhix tintuża biżżejjed. Għalhekk għandna nipprevedu t-tisħiħ progressiv ta’ dan l-istrument fil-perjodu 2014-2020 sabiex nadattaw il-mezzi tiegħu għall-għanijiet politiċi ġodda tal-UE fil-livell internazzjonali.

L-iżvilupp tal-azzjoni esterna tal-BEI għalhekk irid jieħu l-forma ta’ żieda fil-volum u l-kwalità tas-self - waqt li l-użu tal-garanzija tal-UE jrid ikun riservat għall-pajjiżi u l-proġetti l-inqas sikuri – kif ukoll fid-diversifikazzjoni tal-benefiċjarji (entitajiet lokali).

- Fuq perjodu ta’ żmien qasir, l-estensjoni tal-mandat biex ikopri ħames pajjiżi ġodda, konformement mal-orjentamenti strateġiċi tal-Unjoni, tista’ tkun sostnuta biss bil-kundizzjoni li tkun akkumpanjata minn aġġustament mill-ġdid “mekkaniku” tal-limiti massimi, Sakemm ma jitnaqqasx de facto l-ammont massimu medju tas-self disponibbli għal kull pajjiż.

It-tieni nett, ir-rieżami f'nofs it-terminu għandu jippermetti li l-BEI jkun awtorizzat jerġa’ jinvesti, bi qbil mal-Kummissjoni, ir-rimborż tal-kapital ta' riskju u ta’ self speċjali minn operazzjonijiet preċedenti, f'operazzjonijiet ġodda tal-istess tip għall-benefiċċju ta’ pajjiżi sieħba.

Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jingħata immedjatament mandat addizzjonali ta’ EUR 500 miljun għall-finanzjament tal-mikrokreditu sabiex jiżdied l-aċċess tal-ifqar nies għall-finanzjament mill-banek fil-pajjiżi eliġibbli.

Arkitettura istituzzjonali

- Rigward l-organizzazzjoni interna, il-BEI għandu gradwalment jitħeġġeġ jaqsam l-attivitajiet esterni kollha tiegħu fuq bażi ġeografika sabiex jadatta aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull żona u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sieħba. Il-BEI għandu jibda dan il-proċess billi jistabbilixxi istituzzjoni finanzjarja Ewro-Mediterranja għall-kożvilupp.

- Inkwantu għall-kooperazzjoni mal-atturi Ewropej l-oħra barra l-UE, il-BEI għandu jieħu sehem attiv fil-ħolqien ta' ‘pjattaforma tal-UE għal kooperazzjoni u żvilupp’ li tgħaqqad flimkien, minbarra l-BEI, l-IFI u l-EBFI l-oħra, filwaqt li jżomm ir-rwol deċiżjonali tal-Kummissjoni fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħha rigward l-implimentazzjoni tal-baġit Komunitarju. Din l-istruttura għandha tippermetti ż-żieda fit-taħlit ta' għotjiet u self sabiex, b'mod partikolari, jissaħħu l-operazzjonijiet ta’ kapital ta' riskju u ta' assistenza teknika.

- Fl-aħħar nett, għandu jkun hemm aktar ħsieb dwar jekk għandhomx, fiż-żmien, ikunu stabbiliti rabtiet eqreb bejn il-BEI u l-BERŻ, żewġ banek b'kapital fil-maġġoranza Ewropew.

Ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet Komunitarji

- Għalkemm sar progress, il-BEI għandu jħabrek biex itejjeb il-koperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea. Il-Bank għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-proġetti tiegħu fi stadju aktar bikri.

- Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali aktar dettaljat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (bl-informazzjoni dwar is-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali ta' proġetti attwali u dawk diġà lesti, u dwar il-politika rigward ir-riżorsi umani u materjali).

- L-EEAS għandu jiġi integrat fl-arranġament u l-Kummissjoni għandha tinvolvih fil-preparazzjoni u l-abbozzar ta' atti dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu. Għal raġunijiet operattivi u ta’ razzjonalizzazzjoni tal-ispiża, l-uffiċċji tal-BEI li jinsabu barra l-UE għandhom, fejn ikun xieraq, ikunu ġewwa delegazzjonijiet tal-UE.

Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp

- Il-BEI għandu jagħti sostenn dejjem akbar lill-proġetti b'impatt kbir f'termini ta' tnaqqis tal-faqar fiż-żoni tradizzjonali tal-kompetenza tal-Bank, u, gradwalment, fis-setturi mhux tal-produzzjoni. Għalhekk kriterju fundamentali tal-proġetti ffinanzjati mill-BEI għandu jkun il-valur miżjud għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiżi ta’ intervent.

- Dan l-iżvilupp għandu jkun akkumpanjat minn adattament tal-metodi ta' ħidma u r-riżorsi użati.

Il-Bank għandu jsaħħaħ il-proċeduri tiegħu ta’ evalwazzjoni ex ante, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ex post tal-operazzjonijiet (filwaqt li jqis l-aspetti soċjali u ambjentali u s-sostenibilità ekonomika tal-proġetti f’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili).

Konsegwentement, il-BEI se jeħtieġlu jżid sostanzjalment ir-riżorsi materjali u umani ddedikati għal dawn l-attivitajiet.

- Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jkun aktar rigoruż u aktar trasparenti fl-għażla tas-sieħba finanzjarji tiegħu. B'mod partikolari, huwa għandu jiżgura li l-mezzi finanzjarji użati taħt l-ebda ċirkostanza ma jippermettu jew jikkontribwixxu għal xi forma ta' evażjoni tat-taxxa jew għal frodi

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi benefiċjarji.

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi benefiċjarji u bil-għan li jinkisbu l-objettivi ta’ politika esterna tal-UE. Għalhekk, il-BEI għandu jorbot l-istrumenti finanzjarji tiegħu mal-objettivi tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Il-fondi tal-BEI għandhom ikunu konformi mal-Objettivi ta’ Politika Esterna tal-UE kif ukoll mal-Objettivi Strateġiċi tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Meta titfassal il-perspettiva finanzjarja l-ġdida, l-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE għandhom jiġu miżjuda b’mod sostanzjali sabiex titkabbar l-effikaċja u l-viżibilità tal-azzjoni tal-UE ’l hinn mill-fruntieri tagħha b’konformità mat-Trattat ta’ Lisbona.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-estensjoni tal-mandat għal pajjiżi ġodda mingħajr ir-reviżjoni tal-limiti massimi għall-finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE de facto tnaqqas l-ammont medju massimu ta' self tal-BEI disponibbli għal kull pajjiż taħt il-mandat estern tiegħu. Sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef l-azzjoni tal-BEI f'kull wieħed mill-pajjiżi ta' intervent, dawn il-limiti għandhom ikunu “mekkanikalment” aġġustati immedjatament.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha madwar ir-reġjuni koperti mill-mandat. Il-BEI jista’ jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI, meta possibbli, għandhom jiġu kkumplimentati minn fondi konċessjonali skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE.

(8) Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha fil-pajjiżi koperti mill-mandat u għall-implimentazzjoni tal-impenn tagħhom fir-rigward tat-tibdil fil-klima fil-kuntest tal-proċess tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC). Il-BEI jista’ jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI għandhom jiġu kkumplimentati kemm jista’ jkun minn fondi konċessjonali skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE. Il-mandat fakultattiv m’għandux jingħadd bħala kontribuzzjoni tal-UE jew tal-Istati Membri għall-fondi “fast-start” li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-Konferenza tal-Partijiet (COP) tal-UNFCCC f’Kopenħagen f’Diċembru 2009.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-BEI għandu jkun fdat b'mandat addizzjonali ta' EUR 500 miljun ddedikati għall-finanzjament tal-mikrokreditu sabiex itejjeb l-aċċess ta' dawk l-aktar fil-bżonn għall-finanzjament bankarju bil-għan tal-iżvilupp ta' mikroproġetti li joħolqu l-ġid u tat-tnaqqis tal-faqar. Din l-attività għandha tiġi żviluppata mill-BEI, jew direttament jew permezz ta' azzjonijiet li diġà qed isiru minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra jew istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali Ewropej, permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji lokali affidabbli, waqt li jkun żgurat monitoraġġ xieraq tal-użu tas-self mogħti.

Ġustifikazzjoni

Dan l-ewwel mandat ta' EUR 500 miljun għandu jippermetti lill-BEI jagħti kontribut sinifikanti għall-iżvilupp tal-mikrofinanzjament, li għalih id-domanda dinjija hija stmata, mill-NGO PlanetFinance, li hi ta' USD 263 biljun. Sabiex wieħed ikollu idea ma xiex iqabbel, l-istituzzjonijiet differenti tal-grupp tal-Bank Dinji taw ftit aktar minn EUR 500 miljun għall-mikrokreditu fl-2009 biss.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Il-BEI għandu jitħalla jinvesti mill-ġdid il-kapital ta' riskju u riflussi speċjali tas-self minn operazzjonijiet preċedenti, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, biex jiffinanzja operazzjonijiet ġodda tal-istess ordni ħalli jassisti lil pajjiżi sħab, kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha li temenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-UE hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom irawmu: żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla intoppi u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar; kif ukoll il-konformità mal-għanijiet ġenerali approvati mill-UE fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Il-BEI għandu gradwalment isawwar il-mezzi xierqa biex jissodisfa b’mod adegwat dawn ir-rekwiżiti.

(12) Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-UE hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom irawmu: żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla intoppi u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar; kif ukoll il-konformità mal-għanijiet ġenerali approvati mill-UE fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Il-BEI għandu jibni, fi żmien raġonevoli u b’mod sostanzjali, il-mezzi biex jissodisfa b’mod adegwat dawn ir-rekwiżiti.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jżid l-orjentazzjoni tiegħu rigward l-iżvilupp f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u b'segwiment tal-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma fejn għandu għarfien espert minn operazzjonijiet ta’ finanzjament fl-UE u li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinovabbli. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni kif ukoll għall-adattament għall-bidla fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda progressiva fir-riżorsi umani dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun kumplimentari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti tal-iżvilupp tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

(13) Skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jżid l-orjentazzjoni tiegħu rigward l-iżvilupp f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u b'segwiment tal-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma fejn għandu għarfien espert minn operazzjonijiet ta’ finanzjament fl-UE u li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinovabbli. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni, partikolarment fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll għall-adattament għall-bidla fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda, f’perjodu raġonevoli, fir-riżorsi umani dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun kumplimentari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-funzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa fl-istess waqt il-Viċi President tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni, inħolqot bil-għan li żżid l-impatt u l-koerenza tar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Se jinħoloq Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) ġdid taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. F'dawn l-aħħar snin kien hemm ukoll twessiegħ u tisħiħ tal-politiki esterni tal-UE. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni, għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, għall-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali, għall-isħubiji mġedda mal-Amerika Latina u max-Xlokk tal-Ażja, kif ukoll għas-Sħubija Strateġika tal-UE mar-Russja, iċ-Ċina u l-Indja. Dan jista’ jingħad ukoll għall-politiki tal-iżvilupp tal-UE, li issa ġew estiżi biex jinkludu l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw. Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ġew sostnuti wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) IATE u l-Istrument għall-Istabbiltà.

(14) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-funzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa fl-istess waqt il-Viċi President tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni, inħolqot bil-għan li żżid l-impatt u l-koerenza tar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Inħoloq Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) ġdid taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna, huwa meħtieġ li titqies id-diviżjoni tar-responsabilitajiet bejn il-Kummissjoni u l-EEAS fl-azzjoni esterna tal-UE. Il-parti tat-test oriġinali tal-Premessa 14 dwar it-twessigħ u t-tisħiħ tal-politiki esterni għalhekk tressaq għal wara l-premessi l-ġodda proposti dwar l-EEAS.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-EEAS u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-UE fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. L-EEAS għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri preparatorji relatati mal-atti li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. F’dan ir-rigward, l-EEAS għandu jkun jista' jidħol f'arranġamenti, fil-livell ta' servizzi, mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jew ta’ uffiċċji jew korpi interistituzzjonali oħra tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) Wara l-ħolqien tal-EEAS u d-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jemendaw il-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fir-reġjuni msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità1, u, jekk ikun il-każ, u bl-approvazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, jestendu l-Memorandum ta’ Ftehim il-ġdid biex jinkludi l-EEAS, l-aktar fir-rigward id-djalogu regolari u sistematiku bejn il-BEI u l-Kummissjoni fuq livell strateġiku, li għandu jinkludu wkoll lill-EEAS, u aspetti oħrajn li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-EEAS.

 

1. ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c) F'dawn l-aħħar snin kien hemm ukoll twessigħ u tisħiħ tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni, għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, għall-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali, għall-isħubiji mġedda mal-Amerika Latina u max-Xlokk tal-Ażja, kif ukoll għas-Sħubija Strateġika tal-UE mar-Russja, iċ-Ċina u l-Indja. Dan jista’ jingħad ukoll għall-politiki tal-iżvilupp tal-UE, li issa ġew estiżi biex jinkludu l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw. Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ġew sostnuti wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) IATE u l-Istrument għall-Istabbiltà.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-UE u l-imsieħba tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta’ prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja t-titjib soċjoekonomiku, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b’enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta’ Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

(16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-UE u l-imsieħba tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta’ prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jintegraw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran għandha l-għan li tniedi mill-ġdid il-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja billi tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali reċiproku fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, b’enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' highways marittimi u tal-art, it-tneħħija tat-tniġġis fil-Mediterran, il-pjan għall-enerġija solari fil-Mediterran, l-Inizjattiva għall-Iżvilupp tan-Negozju fil-Mediterran, il-protezzjoni ċivili u l-università Ewro-Mediterranja. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant, li ma jistgħux jinkisbu sakemm il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant kollha ma jaderixxux għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Għaldaqstant, l-iskop tal-impenn tal-BEI ma' dawn il-pajjiżi għandu jiddependi fuq il-progress tagħhom f'dawn l-oqsma. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta’ Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-attività tal-BEI fl-Afrika t'Isfel għandha sseħħ fil-qafas tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel. L-oqsma ewlenin identifikati mid-Dokument Strateġiku huma l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità għat-twassil tas-servizzi u l-koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika t’Isfel seħħew f’kumplimentarjetà għolja mal-programm ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, jiġifieri permezz tal-konċentrazzjoni tal-BEI fuq l-appoġġ għas-settur privat u l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali (id-djar, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-infrastruttura muniċipali). L-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż fir-rigward tal-Afrika t'Isfel sejħet għal tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tal-bidla fil-klima permezz ta' attivitajiet li jsostnu il-ħolqien ta' impjiegi li jirrispettaw l-ambjent.

(20) L-attività tal-BEI fl-Afrika t'Isfel għandha sseħħ fil-qafas tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel. L-oqsma ewlenin identifikati mid-Dokument Strateġiku huma l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità għat-twassil tas-servizzi u l-koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika t’Isfel seħħew f’kumplimentarjetà għolja mal-programm ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, jiġifieri permezz tal-konċentrazzjoni tal-BEI fuq l-appoġġ għas-settur privat u l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali (id-djar, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-proġetti tat-tisfija tal-ilma tax-xorb u l-infrastruttura muniċipali). L-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż fir-rigward tal-Afrika t'Isfel sejħet għal tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tal-bidla fil-klima permezz ta' attivitajiet li jsostnu il-ħolqien ta' impjiegi li jirrispettaw l-ambjent.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Bil-għan li titjieb il-koerenza tal-appoġġ ġenerali tal-UE fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jiġu esplorati opportunitajiet biex jiġi kkombinat il-finanzjament tal-BEI mar-riżorsi baġitarji tal-UE kif jixraq, fl-għamla ta’ garanziji, ta’ kapital ta’ riskju, ta’ sussidju għar-rati tal-interess u ta’ kofinanzjament fl-investiment, flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni, permezz tal-IPA, l-ENPI, l-Istrumenti għall-Istabbilità, l-EIDHR u d-DCI.

(21) Bil-għan li titjieb il-koerenza tal-appoġġ ġenerali tal-UE fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jinstabu opportunitajiet biex jiġi kkombinat il-finanzjament tal-BEI mar-riżorsi baġitarji tal-UE kif jixraq, fl-għamla ta’ garanziji, ta’ kapital ta’ riskju, ta’ sussidju għar-rati tal-interess u ta’ kofinanzjament fl-investiment, flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni, permezz tal-IPA, l-ENPI, l-Istrumenti għall-Istabbilità, l-EIDHR u d-DCI. Fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju li jmiss, għandha tiġi stabbilita sinerġija akbar bejn dawn l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE u l-mandat estern tal-BEI.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku ’l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi mal-politiki esterni tal-UE u jsostnuhom u mal-għanijiet ta' livell għoli stipulati f'din id-deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjonijiet esterni tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni, l-EEAS u l-BEI. Għall-istess għan, għandu jkun hemm kooperazzjoni mtejba u skambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni fil-livell operattiv. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, il-Kummisjoni u l-EEAS, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar ħalli jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tal-BEI u dawk implimentati mill-Kummissjoni.

(22) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku ’l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi mal-politiki esterni tal-UE u jsostnuhom u mal-għanijiet ta' livell għoli stipulati f'din id-deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjonijiet esterni tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni, l-EEAS u l-BEI. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha aktar żmien biex teżamina l-konformità tal-proġetti proposti mill-BEI mal-ħtiġiet tal-mandat attwali. Għall-istess għan, għandu jkun hemm kooperazzjoni mtejba u skambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni fil-livell operattiv. L-uffiċċji tal-BEI barra l-Unjoni għandhom, fejn dan ikun xieraq, ikunu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex tittejjeb din il-kooperazzjoni waqt li jinqasmu l-ispejjeż operattivi. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, il-Kummisjoni u l-EEAS, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar ħalli jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tal-BEI, tal-EEAS u tal-Kummissjoni.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, f'konsultazzjoni mal-EEAS dwar kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

(23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI u, fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu, mal-EEAS. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-Kummissjoni għandha tistħarreġ l-iżvilupp ta' "Pjattaforma tal-UE għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp" bil-ħsieb li tottimizza l-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet mas-self fir-reġjuni esterni. Fir-riflessjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEI kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali Ewropej l-oħrajn. Pjattaforma ta’ dan it-tip tkompli tħeġġeġ l-arranġamenti ta’ dipendenza reċiproka, imsejsa fuq il-vantaġġ komparattiv tal-istituzzjonijiet differenti filwaqt li jiġu rispettati r-rwol u l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE fl-implimentazzjonijiet tal-baġit tal-UE u tas-self mill-BEI.

(25) Il-Kummissjoni għandha tistħarreġ l-iżvilupp ta' "Pjattaforma tal-UE għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp" bil-ħsieb li tottimizza u tirrazzjonalizza l-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit miżjud tal-għotjiet mas-self fir-reġjuni esterni. Fir-riflessjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEI kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali Ewropej l-oħrajn. Pjattaforma ta’ dan it-tip għandha tħeġġeġ, taħt id-direzzjoni tal-Kummissjoni, is-sinerġiji, il-programmazzjoni miftiehma u l-arranġamenti ta’ dipendenza reċiproka, imsejsa fuq il-vantaġġ komparattiv tal-istituzzjonijiet differenti filwaqt li jiġu rispettati r-rwol u l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE fl-implimentazzjonijiet tal-baġit tal-UE u tas-self mill-BEI. Il-pjattaforma għandha wkoll tagħti konsiderazzjoni lill-bidliet meħtieġa fl-arkitettura istituzzjonali Ewropea għall-finanzjament għall-iżvilupp sal-2014.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Il-BEI għandu gradwalment jitħeġġeġ jaqsam l-attivitajiet esterni kollha tiegħu fuq bażi ġeografika sabiex jadatta aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull żona u jippromwovi l-parteċipazzjoni u l-koresponsabilità tal-pajjiżi sħab fil-ġestjoni konkreta tal-fondi u fis-segwitu finanzjarju tal-proġetti kkonċernati. Il-BEI għandu jibda dan il-proċess billi immedjatament jaqsam l-attivitajiet Mediterranji tiegħu, li s’issa huma miġbura flimkien fil-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP), permezz tal-ħolqien ta' istituzzjoni finanzjarja Ewro-Mediterranja għall-kożvilupp, li għaliha l-BEI jibqa' l-azzjonist ewlieni. Fil-każ speċifiku tal-Mediterran, din il-bidla istituzzjonali tippermetti lill-BEI itejjeb l-effettività tal-azzjoni tiegħu fil-pajjiżi tal-Mediterran, iżżid il-viżibilità tiegħu, u jipprovdi iktar appoġġ finanzjarju għall-inizjattivi ta' prijorità tal-UE għall-Mediterran. Il-BEI għandu jibbaża wkoll fuq il-programm Invest in Med, li jippermetti netwerking produttiv man-negozju u ma’ dawk involuti fis-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-BEI għandu jitħeġġeġ iżid l-operazzjonijiet tiegħu barra l-UE mingħajr ir-rikors għall-garanzija tal-UE ħalli jsostni l-għanijiet tal-politika esterna tal-UE, partikolarment fil-pajjiżi preadeżjonali u l-pajjiżi tal-viċinat u fil-pajjiżi tal-grad ta’ investiment f’reġjuni oħra, imma anki fil-pajjiżi fil-grad ta’ subinvestiment meta l-BEI jkollu l-garanziji adatti minn partijiet terzi. Il-BEI, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa politika li permezz tagħha jiddeċiedi bejn l-allokazzjoni ta’ proġetti taħt il-mandat tal-garanzija tal-UE jew ta' finanzjament b'riskju għall-BEI innifsu. Politika ta’ dan it-tip tkun b'mod partikolari tqis l-affidabbiltà kreditarja tal-pajjiżi u l-proġetti inkwistjoni.

(26) Il-BEI għandu jitħeġġeġ iżid l-operazzjonijiet tiegħu barra l-UE mingħajr ir-rikors għall-garanzija tal-UE u b'hekk l-użu tal-garanzija jista' jkun riservat għall-pajjiżi u l-proġetti li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' aċċess l-inqas favorevoli u fejn il-garanzija għalhekk tipprovdi valur miżjud ogħla. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġja l-objettivi tal-politika esterna tal-UE, il-BEI għandu jżid l-ammonti mislufa għar-riskju proprju tiegħu, u dan partikolarment fil-pajjiżi preadeżjonali u l-pajjiżi tal-viċinat u fil-pajjiżi tal-grad ta’ investiment f’reġjuni oħra, imma anki fil-pajjiżi fil-grad ta’ subinvestiment meta l-BEI jkollu l-garanziji adatti minn partijiet terzi. Il-BEI, fi qbil mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa politika li permezz tagħha jiddeċiedi bejn l-allokazzjoni ta’ proġetti taħt il-mandat tal-garanzija tal-UE jew ta' finanzjament b'riskju għall-BEI innifsu. Politika ta’ dan it-tip tkun b'mod partikolari tqis l-affidabbiltà kreditarja tal-pajjiżi u l-proġetti inkwistjoni. Meta l-mandat estern jiġġedded għall-perijodu 2014-2020, din il-politika għandha tkun riveduta u l-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-garanzija eżaminata mill-ġdid.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Fejn ikollu l-garanziji xierqa, il-BEI għandu jitħeġġeġ li jżid l-operazzjonijiet tiegħu għall-entitajiet pubbliċi subsovrani fil-pajjiżi li fihom jopera.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 27 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27 a) Il-BEI għandu jkun aktar rigoruż u trasparenti fl-għażla tiegħu tas-sħab finanzjarji tiegħu. Huwa għandu, b’mod partikulari, jiggarantixxi li, fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet finanzjarji koperti mill-garanzija tal-Unjoni, il-mezzi finanzjarji li huwa stess jew is-sħab tiegħu jużaw ma jistgħu bl-ebda mod jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta’ evażjoni fiskali, tkun xi tkun. L-EIB għandu wkoll, safejn ikun possibbli, isaħħaħ id-diversifikazzjoni tas-sħab finanzjarji tiegħu fil-pajjiżi ta' intervent u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Biex jiġi żgurat li l-Bank jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat fir-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha, hemm bżonn li jiġu ddedikati biżżejed riżorsi umani u finanzjarji għall-attivitajiet esterni tal-BEI. Dan ikun jinkludi b’mod partikolari li jkollu kapaċità suffiċjenti biex isostni l-għanijiet tal-UE ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp, li jikkonċentra aktar fuq il-valutazzjoni ex ante tal-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu, u li jissorvelja b'mod effettiv il-proġetti waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati.

(28) Biex jiġi żgurat li l-Bank jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat fir-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha, huwa jrid jiddedika, fi żmien raġonevoli, biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għall-attivitajiet esterni tiegħu, l-aktar fil-pajjiżi fejn jintervjeni. Dan ikun jinkludi b’mod partikolari li jkollu kapaċità suffiċjenti biex isostni l-għanijiet tal-UE ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp, li jikkonċentra aktar fuq il-valutazzjoni ex ante tal-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu, u li jissorvelja b'mod effettiv u dirett il-proġetti waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċi¿joni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-u¿u tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv. B'mod partikolari, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

(29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 29 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Fil-pajjiżi ta' intervent komuni tagħhom, il-BEI u l-BERŻ għandhom itejbu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom. Il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp. Dawn il-memoranda mhux biss għandhom jevitaw li l-BEI u l-BERŻ jikkompetu ma' xulxin, iżda għandhom jippermettulhom li jaġixxu b'mod komplementari billi jimmassimizzaw il-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom. Dawn il-memoranda għandhom jipprovdu wkoll għall-konverġenza fi żmien raġonevoli tal-proċeduri tagħhom. Matul iż-żmien, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ rabtiet eqreb bejn dawn iż-żewġ banek b'kapital fil-maġġoranza Ewropew, bil-għan li jiġu ottimizzati l-istrumenti Ewropej għall-finanzjament tal-azzjoni esterna.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 29 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29b) Il-Kummissjoni u l-EEAS għandhom jippreżentaw sal-aħħar tal-2011 studju konġunt ta’ fattibilità dwar is-sinerġiji u l-vantaġġi fl-effiċjenza li possibilment jinkisbu permezz ta’ tqarrib bejn il-BEI u l-BERŻ, billi jitqiesu possibilitajiet differenti, inkluża l-għaqda taż-żewġ Banek.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

(30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll l-analiżi tal-BEI tas-sostenibilità ekonomika, finanzjarja, ekoloġika u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati. Għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għall-evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-mandat attwali, bl-esklużjoni mill-ambitu tal-garanzija tal-operazzjonijiet kollha li jippermettu, jew jikkontribwixxu direttament jew indirettament għal xi forma ta' evażjoni tat-taxxa, u li jagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet tal-BEI li jużaw mezzi finanzjarji li jinsabu f'ċentri finanzjarji offshore. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE, u bil-kundizzjoni li dawn ma jużaw, direttament jew indirettament, l-ebda mezz finanzjarju li jippermetti jew jikkontribwixxi għal xi forma ta' evażjoni tat-taxxa.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI koperti minn garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2007-2013, bit-tnaqqis tal-ammonti kanċellati, ma għandux jaqbeż EUR 27 800 000 000, maqsumin f’żewġ partijiet:

1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI koperti minn garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2007-2013, bit-tnaqqis tal-ammonti kanċellati, ma għandux jaqbeż id-EUR 29 481 000 000, maqsumin f’żewġ partijiet:

(a) Mandat Ġenerali ta’ EUR 25 800 000 000

(a) Mandat Ġenerali ta’ EUR 26 981 000 000

(b) Mandat tal-Bidla fil-Klima ta’ EUR 2 000 000 000

(b) Mandat tal-Bidla fil-Klima ta’ EUR 2 000 000 000

 

(b a) Mandat ta’ Finanzjament tal-Mikrokreditu ta’ EUR 500 000 000

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni tal-mandat għal pajjiżi ġodda mingħajr ir-reviżjoni tal-limiti massimi għall-finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE de facto tnaqqas l-ammont medju massimu ta' self tal-BEI disponibbli għal kull pajjiż taħt il-mandat estern tiegħu. Sabiex nevitaw li ndgħajfu l-azzjoni tal-BEI f'kull wieħed mill-pajjiżi ta' intervent, dawn il-limiti għandhom ikunu aġġustati "b'mod mekkaniku" immedjatament. L-ammonti tal-limiti massimi indikati hawn fuq għalhekk ġew riveduti 'l fuq fuq il-bażi tal-ammont medju mogħti lil kull pajjiż fi ħdan kull limitu u sottolimitu u t-tul ta’ żmien li jikkorrispondi għaż-żmien li jifdal sal-aħħar tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4), jiġifieri tliet snin.

Metodu tal-kalkolu: limitu massimu aġġornat tas-subreġjun = limitu massimu inizjali tas-subreġjun + [ limitu massimu inizjali tas-subreġjun/numru ta’ pajjiżi inizjali fis-subreġjun) * (numru ta’ pajjiżi miżjuda mas-subreġjun) * (numru ta’ snin li baqa’ fil-mandat/numru totali ta’ snin fil-mandat) ]

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha koperti minn din id-deċiżjoni, fejn dawn it-tipi ta' operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jsostnu l-għan politiku ewlieni tal-UE li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima permezz ta' proġetti ta' sostenn fit-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha li jikkontribwixxu lejn l-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fl-oqsma tal-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied il-flessibbiltà għall-impatti negattivi tal-bidla fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jiġi implimentat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, bil-kombinazzjoni fejn ikunu possibbli u xieraq tal-finazjament mill-BEI mal-fondi baġitarji tal-UE.

4. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha koperti minn din id-deċiżjoni, fejn dawn it-tipi ta' operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jsostnu l-għan politiku ewlieni tal-UE li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima billi jappoġġjaw proġetti ta' sostenn li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-impenji klimatiċi meħuda minn dawn il-pajjiżi skont il-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fl-oqsma tal-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied il-flessibbiltà għall-impatti negattivi tal-bidla fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jiġi implimentat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, billi jikkombina kemm jista’ jkun il-finazjament mill-BEI mal-fondi baġitarji tal-UE.

 

Il-mandat fakultattiv m’għandux jingħadd bħala kontribuzzjoni tal-UE jew tal-Istati Membri għall-fondi “fast-start” li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-UNFCCC COP f’Kopenħagen f’Diċembru 2009.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-mandat għall-finanzjament tal-mikrokreditu għandu jkopri operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha koperti minn din id-deċiżjoni, fejn dawn l-operazzjonijiet jappoġġaw l-għan tal-iżvilupp tal-attivitajiet ta' mikrokreditu ta’ istituzzjonijiet finanzjarji lokali affidabbli li l-għan tagħhom huwa li jiffinanzjaw mikroproġetti li joħolqu l-ġid u b'hekk inaqqsu l-faqar u li għalihom l-użu tas-self ikun immonitorjat kif suppost. Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-mandat, il-BEI għandu, jekk ikun possibbli, jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati fir-reġjuni kollha koperti mill-Anness II ta’ din id-deċiżjoni, sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4). Barra minn hekk, din l-attività jeħtieġ li tiġi żviluppata jew mill-BEI stess jew permezz ta' azzjonijiet li diġà qed isiru minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra jew istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali Ewropej. Il-Mandat dwar il-Finanzjament tal-Mikrokreditu għandu jiġi implimentat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, billi jiġu kkombinati, fejn ikunu possibbli u xieraq, il-finazjament mill-BEI u l-fondi baġitarji tal-UE.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-BEI għandu progressivament iżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

3. Il-BEI għandu progressivament iżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni, l-aktar fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI se jikkonsultaw is-Servizzi Ewropej ta' Azzjoni Esterna (EEAS) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-linji gwida stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Dawn il-linji gwida għandhom jitfasslu, fi stadju bikri, flimkien mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (EEAS) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tiegħu. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel dwar il-linji gwida li qed jiġu stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għal kull proġett li hija tapprova, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippubblika opinjoni motivata li tespjega kif il-proġett jirrispetta d-diversi komponenti ta’ din id-Deċiżjoni u, b’mod partikulari, kif hija tappoġġja l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE.

 

 

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tistudja l-iżvilupp, fi żmien raġonevoli, ta' "pjattaforma tal-UE għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp" li, taħt id-direzzjoni tagħha, tgħaqqad flimkien il-BEI u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej multilaterali u bilaterali l-oħra bil-ħsieb li jkun ottimizzat u razzjonalizzat il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit akbar ta' għotjiet u self fir-reġjuni esterni.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu japplika diliġenza qawwija xierqa fuq l-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti koperti mill-garanzija tal-UE. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Il-BEI għandu japplika diliġenza qawwija xierqa fuq l-aspetti kollha relatati mal-iżvilupp tal-proġetti koperti mill-garanzija tal-UE. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti li jkunu għal kollox sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment u li ma jaggravawx kunflitti attwali jew latenti biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jsaħħaħ is-sorveljanza tiegħu tul l-implimentazzjoni tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp.

2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jsaħħaħ il-kapaċità ta’ sorveljanza tiegħu matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet u r-rendiment tal-intermedjarji finanzjarji tul l-implimentazzjoni tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp. Jekk il-BEI isir konxju ta’ deterjorament serju tal-impatt tal-proġett fuq xi wieħed minn dawn l-aspetti, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni. Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jiddeċiedu, konġuntament, dwar il-miżuri xierqa li jridu jittieħdu, inkluża, jekk tkun meħtieġa, is-sospensjoni tal-finanzjament tal-proġett. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, il-BEI għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Emenda                     38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE għandha tissaħħaħ, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll permezz ta' djalogu regolari u sistematiku u l-iskambju bikri tal-informazzjoni dwar:

1. Il-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE għandha tissaħħaħ, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, li dwaru l-Parlament Ewropew għandu jiġi mgħarraf minn qabel, kif ukoll permezz ta' djalogu regolari u sistematiku u l-iskambju bikri tal-informazzjoni dwar:

Emenda                     39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Il-Kummissjoni Ewropea u l-EEAS għandhom jippreżentaw studju konġunt dwar is-sinerġiji u l-vantaġġi fl-effiċjenza li possibilment jinkisbu permezz ta’ tqarrib bejn il-BEI u l-BERŻ. Dan l-istudju għandu jqis possibilitajiet differenti, inkluż l-għaqda tal-BEI u tal-BERŻ, u għandu jiġi preżentat sal-aħħar tal-2011.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu, fejn ikun xieraq, f’koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-koperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim raġjonevoli tar-riskji u kundizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti.

1. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu f’koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-koperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim raġjonevoli tar-riskji u kundizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ koordinazzjoni mwettqa speċjalment fil-kuntest ta’ Memoranda ta’ Ftehim jew oqfsa ta’ kooperazzjoni reġjonali tal-UE oħra, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej prinċipali li joperaw fir-reġjuni differenti.

2. Il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ koordinazzjoni mwettqa speċjalment fil-kuntest ta’ Memoranda ta’ Ftehim jew oqfsa ta’ kooperazzjoni reġjonali tal-UE oħra, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej prinċipali li joperaw fir-reġjuni differenti, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi tal-EEAS.

Emenda                     42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Parteċipazzjoni Pubblika u Żvelar tal-Informazzjoni

 

1. Il-BEI għandu jiżgura li l-promutur tal-proġett jorganizza proċess effikaċi ta’ informazzjoni pubblika u konsultazzjoni pubblika dwar l-aspetti ta’ żvilupp, ambjentali u soċjali tal-proġett. Il-BEI għandu jidentifika l-pubbliku affettwat mill-proġett iffinanzjat mill-BEI.

 

2. Għal kull proġett li jibbenefika mill-garanziji tal-UE, il-BEI għandu jagħmel id-dokumenti li ġejjin disponibbli direttament għall-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru bi qbil mar-regoli tiegħu. :

 

- Deskrizzjoni/sommarju tal-proġett

 

- Valutazzjoni, monitoraġġ u rapporti ta' valutazzjoni ex post li jevalwaw l-impatt tal-proġett f’termini ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ żvilupp ekonomiku

 

 

 

 

 

 

 

L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli u li tinxtered għandha tiġi aġġornata kif xieraq.

Emenda                     43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża huma rappreżentati mill-Awtorità Palestinjana u l-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999) mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo jew amministrazzjoni maħtura fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża huma rappreżentati mill-Awtorità Palestinjana u l-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999) mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo jew mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kosovo.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-BEI għandu, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppa politika ċara u trasparenti għad-deċiżjoni dwar is-sors tal-finanzjament tal-operazzjonijiet li jkunu eliġibbli kemm għall-kopertura tal-garanzija tal-UE kif ukoll għar-riskju ta' finanzjament tal-BEI nnifsu.

4. Il-BEI għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jiżviluppa politika ċara u trasparenti għad-deċiżjoni dwar is-sors tal-finanzjament tal-operazzjonijiet li jkunu eliġibbli kemm għall-kopertura tal-garanzija tal-UE kif ukoll għar-riskju ta' finanzjament tal-BEI nnifsu.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament.

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell ta’ programm, proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għall-objettivi tal-UE 2020 relatati. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE, dwar kemm il-BEI iqis is-sostenibilità ekoloġika u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati, l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt tal-proġetti u tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament, kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-politika dwar ir-riżorsi umani u materjali tal-BEI relatati mal-attivitajiet tiegħu barra l-Unjoni. Finalment, ir-rapport għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għall-evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tal-mandat attwali, bl-esklużjoni mill-ambitu tal-garanzija tal-operazzjonijiet kollha li jippermettu, jew jikkontribwixxu direttament jew indirettament għal xi forma ta' evażjoni tat-taxxa, u li jagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet tal-BEI li jużaw mezzi finanzjarji li jinsabu f'ċentri finanzjarji offshore.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sabiex jirrispondi b'mod adegwat għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2), il-BEI għandu jissottometti lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2012, pjan multiannwali dettaljat għall-adattament u t-tisħiħ tar-riżorsi umani u materjali tiegħu għall-attivitajiet tiegħu barra l-Unjoni.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-BEI għadu jinkludi fir-rapport annwali tiegħu evalwazzjoni ta’ segwitu dwar l-operat tal-Memorandum ta’ Ftehim mal-Ombudsman Ewropew.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Għandha titwaqqaf entità indipendenti ta’ konsultazzjoni li tkun tinkludi, b’mod partikulari, rappreżentanti tal-gvernijiet, tal-akkademja, tat-trejdjunjins, tan-negozju u tal-organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ. L-entità konsultattiva tipprovdi pariri lill-bord matul is-sena

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE.

Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE u għandhom jgħarrfu lill-Parlament Ewropew b’dan.

Emenda                     50

Proposta għal deċiżjoni

Anness 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 8,700,000,000;

A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 9,166,000,000;

B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 12,400,000,000;

B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 13,078,000,000;

maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

(a) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8,700,000,000;

(a) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 9,114,000,000;

(b) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja: EUR 3,700,000,000;

(b) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja: EUR 3,964,000,000;

C. l-Ażja u l-Amerika Latina: EUR 3,800,000,000;

C. l-Ażja u l-Amerika Latina: EUR 3,837,000,000;

maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

(a) l-Amerika Latina: EUR 2,800,000,000;

(a) l-Amerika Latina: EUR 2,800,000,000;

(b) l-Ażja (inkluża l-Ażja Ċentrali): EUR 1 000 000 000;

(b) l-Ażja (inkluża l-Ażja Ċentrali): EUR 1,037,000,000;

D. ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel: EUR 900 000 000.

D. ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel: EUR 900 000 000.

Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali tal-Mandat Ġenerali, il-korpi regolatorji tal-BEI jistgħu jiddeċiedu li jallokaw mill-ġdid ammont sa 10 % tal-limitu massimu reġjonali bejn il-limiti massimi sottoreġjonali indikattivi.

Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali tal-Mandat Ġenerali, il-korpi regolatorji tal-BEI jistgħu jiddeċiedu li jallokaw mill-ġdid ammont sa 10 % tal-limitu massimu reġjonali bejn il-limiti massimi sottoreġjonali indikattivi.

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt A – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kroazja, it-Turkija, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Il-Kroazja, it-Turkija, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda.

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt A – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999), l-Islanda.

L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt B – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Alġerija, l-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuniżija.

L-Alġerija, l-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja (*), il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt B – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa tal-Lvant: Ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna, il-Belarus;

L-Ewropa tal-Lvant: Ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna, il-Belarus (*);

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt C – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ażja (għajr l-Ażja Ċentrali): L-Afganistan (*), il-Bangladexx, il-Butan (*), il-Brunej, il-Kambodja (*), iċ-Ċina (inkluż Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Korea t’Isfel, il-Laos, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, is-Sri Lanka, it-Tajwan (*), it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen.

L-Ażja (għajr l-Ażja Ċentrali): L-Afganistan (*), il-Bangladexx, il-Butan (*), il-Brunej, il-Kambodja (*), iċ-Ċina (inkluż Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Korea t’Isfel, il-Laos, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, is-Sri Lanka, it-Tajwan (*), it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen (*).

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE

Referenzi

COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

19.5.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Vincent Peillon

17.3.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2010

27.10.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

28.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Franziska Katharina Brantner, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Mário David, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Anneli Jäätteenmäki, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Kyriakos Mavronikolas, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Hans-Gert Pöttering, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Charles Tannock, Zoran Thaler, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Georgios Koumoutsakos, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, Potito Salatto, Judith Sargentini, Marietje Schaake, Traian Ungureanu, Renate Weber


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (10.11.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

Rapporteur: Thijs Berman

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona jiddikjara li l-UE għandha "tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta u li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw." Dan huwa impenn min-naħa tal-UE biex tevita għażliet ta' politika li jimminaw il-ħidma siewja tagħha fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u, tabilħaqq, biex issegwi azzjonijiet, fl-ispektrum sħiħ tal-politiki, li minnhom għandhom jibbenefikaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inkluż il-BEI.

Il-maġġoranza kbira tal-pajjiżi eliġibbli skont il-mandat estern tal-BEI huma pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Konsegwentement, huwa fundamentali li l-għanijiet sottostanti tal-mandat estern tal-BEI għandhom jolqtu b'mod espliċitu t-tnaqqis tal-faqar. Barra minn hekk, il-BEI irid jallinja l-attivitajiet esterni tiegħu mal-kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp.

Il-kisba ta' dan l-għan teħtieġ ċaqliqa sinifikanti fil-mentalità tal-istrutturi tal-bank u theżżiża mdaqqsa fil-mod kif jopera. Biex din il-bidla fl-atteġġament tirnexxi, il-BEI se jkun jeħtieġ għadd limitat ta' riżorsi umani u kompetenzi oħrajn fil-qasam tal-iżvilupp.

Biex l-azzjonijiet tiegħu jkunu aktar koerenti, il-BEI għandu jkollu l-objettiv, bħala għan fit-tul, li jarmonizza l-qafas għall-operazzjonijiet fil-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, jiġifieri għandu jfittex objettivi tematiċi komuni wesgħin, kemm skont il-mandat estern tiegħu kif ukoll fl-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.

Attenzjoni fuq il-fqar u l-iżvantaġġati

Ir-reċessjoni ekonomika laqtet il-pjaneta kollha. Iżda l-agħar li ntlaqtu kienu l-pajjiżi l-fqar u, fi ħdanhom, il-gruppi l-aktar foqra u żvantaġġati qegħdin ikollhom iħallsu l-ogħla prezz.

Għalhekk il-BEI għandu jikkunsidra jallokax proporzjon akbar tas-self estern tiegħu lill-pajjiżi tal-Asja (fejn hemm aktar minn żewġ terzi tal-fqar tad-dinja) u l-Amerika Latina, filwaqt li jiġi żgurat li l-proġetti tal-BEI effettivament inaqqsu l-faqar.

Barra minn hekk, il-BEI għandu jagħmel sforzi speċjali biex jiżgura li l-gruppi żvantaġġati, bħall-minoranzi etniċi, in-nisa u l-bdiewa ż-żgħar, igawdu minn aċċess ugwali għall-kreditu, b'mod partikolari billi s-self lil dawn il-komunitajiet sikwit jista' jkollu effett multiplikatur sostanzjali.

Ikun xieraq li l-BEI jiffinanzja sehem akbar mis-self tiegħu f'pajjiżi b'"riskju aktar baxx" mingħajr rikors għall-garanzija tal-UE, u dan jippermettilu juża l-garanzija tiegħu biex ikopri aktar self f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn ir-riskji jistgħu jkunu ogħla.

Aċċess għall-kreditu u l-mikrofinanza

Xi tliet biljun foqra – nofs il-popolazzjoni tad-dinja – m'għandhomx aċċess għas-servizzi finanzjarji bażiċi, bħall-kreditu, it-tfaddil u l-assigurazzjoni. Billi bosta skemi innovattivi (bħas-servizzi bankarji bit-telefonija mobbli fl-Afrika, pereżempju) urew reċentement li, jekk ikun aktar faċli li wieħed ikollu aċċess għall-kreditu u l-mikrofinanza, anke fuq skala żgħira ħafna, dan jagħti lil għadd kbir ta' nies l-opportunità li jmantnu lilhom infushom u l-familji tagħhom u li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. B'investiment relattivament żgħir, il-mikrofinanza tista' tgħin biex jinfetaħ il-potenzjal enormi tan-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw, u dan joffri rotta 'l barra mill-faqar u ċans biex jinkiser iċ-ċiklu vizzjuż tal-għajnuna u d-dipendenza.

Għalhekk, il-BEI għandu jiddedika sehem akbar mill-isforzi tiegħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jippromwovi l-aċċess għall-kreditu, it-tfaddil u l-assigurazzjoni għall-foqra, permezz ta' banek tal-iżvilupp rurali, banek kooperattivi u istituzzjonijiet oħrajn tal-mikrofinanza. Għandu jipprova jgħin biex jonqsu d-differenzi kbar li ħallew l-istituzzjonijiet finanzjarji tradizzjonali.

Tibdil fil-klima

Ta' min jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-mandat addizzjonali ta' EUR 2 biljun ġie allokat għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Madankollu, dan is-self għandu jkun sostnut minn għotjiet ġodda, skont l-impenji tal-UE fil-Konferenza tan-NU tal-2009 dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Kopenħagen.

Koordinament u kooperazzjoni

Wieħed mill-ostakli li fixkel l-effikaċja tal-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw matul is-snin kien il-proliferazzjoni ta' atturi u aġenziji, kull wieħed bl-aġenda, il-ħtiġijiet u l-prattiki kemxejn differenti tiegħu. Jinħtieġu għalhekk koordinament strett u diviżjoni effiċjenti tax-xogħol bejn il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u banek ta' żvilupp multilaterali oħrajn.

Għall-akbar impatt, l-attivitajiet esterni tal-BEI għandhom ukoll jaqblu mal-politiki tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għall-iżvilupp u s-servizz il-ġdid għall-azzjoni esterna. Dan iġib miegħu titjib fil-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-BEI għandu jħares lejn l-opportunitajiet biex iwieżen is-self tiegħu billi jħalltu mal-għotjiet tal-UE.

Trasparenza

Il-ħarba illeċita tal-kapital tiswa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biljuni ta' dollari kull sena fi dħul potenzjali mitluf. Il-BEI għandu jfittex li jibni fuq il-kodiċi attwali tiegħu ta' prattika tajba u jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-benefiċjarji kollha tas-self tiegħu biex iħaddmu l-ogħla livelli ta' trasparenza, b'mod partikolari permezz tal-iżvelar sħiħ tal-profitti u t-taxxi mħallsa u r-rappurtar skont il-pajjiż partikolari.

Sorveljanza tal-Parlament

It-titjib fil-missjoni esterna tal-BEI għandu jimxi id f'id mat-titjib fis-sorveljanza parlamentari, sabiex tkun difiża l-leġittimità demokratika tal-operazzjonijiet tal-BEI. Il-BEI għandu għalhekk iżid ir-rappurtar tiegħu lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti kollha skont il-mandat estern tiegħu, mil-linji gwida operattivi u l-politika ġenerali sal-implimentazzjoni prattika, inkluża valutazzjoni tal-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti u r-rispett tagħhom għall-kriterji soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta’ livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b’saħħithom tal-BEI f’oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta’ ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b’mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). F’dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

(11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta’ livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b’saħħithom tal-BEI f’oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta’ ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti biex jiġi żviluppat is-settur privat lokali, b'mod partikolari b'appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT). F’dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

Ġustifikazzjoni

Is-settur privat lokali u l-SMEs għandhom sehem essenzjali fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiż.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-UE hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom irawmu: żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla intoppi u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar; kif ukoll il-konformità mal-għanijiet ġenerali approvati mill-UE fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Il-BEI għandu gradwalment isawwar il-mezzi xierqa biex jissodisfa b’mod adegwat dawn ir-rekwiżiti.

(12) B'mod aktar ġenerali, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fosthom il-promozzjoni u l-konsolidament tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-garanzija li jiġu rispettati l-għanijiet approvati mill-UE fir-rigward tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-UE hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari, objettiv sottostanti għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandu jkun it-tnaqqis tal-faqar u l-promozzjoni ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' dawn il-pajjiżi, bil-għan essenzjali li jiġi eliminat il-faqar; u l-integrazzjoni bla intoppi u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija. Il-BEI għandu jiggarantixxi aċċess ugwali għas-servizzi finanzjarji, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati bħall-minoranzi, il-bdiewa u n-nisa. Biex jissodisfa b’mod adegwat dawn ir-rekwiżiti, il-Kunsill għandu jiggarantixxi żieda fir-riżorsi u l-persunal tal-BEI.

Ġustifikazzjoni

Under the Lisbon Treaty, development cooperation has been recognized as one of the elements of the EU's external action. The reduction of poverty has been recognized as the principle aim for development cooperation policy. The EU is thus required to take account of the objective of poverty reduction and eradication in all actions likely to affect developing countries. The external mandate of the EIB should reflect the EU policy objectives in third countries. It is logical that EIB investments in developing countries should aim at the reduction of poverty by fostering sustainable economic, social and environmental development and by guaranteeing access to financial services for those who can not access financial services under normal market circumstances. The EIB needs more resources and staff in order to meet the requirements as set out under the Treaty of Lisbon. The internal capacity of the EIB needs to be strengthened and thus additional resources are needed.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jżid l-orjentazzjoni tiegħu rigward l-iżvilupp f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u b'segwiment tal-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma fejn għandu għarfien espert minn operazzjonijiet ta’ finanzjament fl-UE u li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinovabbli. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni kif ukoll għall-adattament għall-bidla fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda progressiva fir-riżorsi umani dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun kumplimentari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti tal-iżvilupp tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

(13) Skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jżid l-orjentazzjoni tiegħu rigward l-iżvilupp, b'segwiment tal-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u taħt il-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħall-aċċess għas-servizzi finanzjarji għall-SMEs u l-mikroentitajiet, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tat-tibdil fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinnovabbli. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni kif ukoll għall-adattament għall-bidla fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda fir-riżorsi umani speċjalizzati dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun komplementari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti tal-iżvilupp tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi garantit aċċess ugwali għas-servizzi finanzjarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-mikroentitajiet għandhom jiġu inklużi bħala riċevituri possibbli ta' investimenti tal-BEI. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE, il-mikroentitajiet huma kategorija separata ta' negozji, qrib l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Il-BEI għandu jaġġorna l-politika tiegħu dwar iċ-ċentri finanzjarji offshore u jmur lil hinn mill-kundizzjonijiet uniformi attwali tal-listi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u jqis il-ġurisdizzjonijiet kollha li jistgħu jippermettu l-evitar tat-taxxa jew l-evażjoni fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-BEI għandu jiżgura li l-proġetti appoġġati minnu ma jkunux ibbażati f'ġurisdizzjonijiet ta' segretezza, kif definit mill-Indiċi tas-Segretezza Finanzjarja. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa, il-benefiċjarji kollha għandhom jiffirmaw ftehim li jorbot legalment u li jimpedihom milli jużaw ġurisdizzjonijiet ta' segretezza meta jkunu qegħdin jibbenefikaw minn għajnuna tal-BEI. Fil-każijiet fejn tingħata għajnuna lill-intermedjarji finanzjarji, il-BEI għandu jiżgura wkoll li l-banek kollha appoġġati u intermedjarji finanzjarji oħrajn ikollhom fis-seħħ salvagwardji ibsin kontra l-użu ta' ċentri finanzjarji offshore. Dan għandu jinkludi l-iżvelar tas-sjieda benefika tal-assi finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Il-lista eżistenti tal-OECD ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx tistrieħ fuq kriterji dgħajfa, bħalma huma l-iffirmar ta' 12-il ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni fiskali. Dan xejn ma huwa adegwat u bosta esperti qegħdin jitolbu li jiġu adottati kriterji aktar ibsin biex jiġu identifikati ġurisdizzjonijiet ta' segretezza. Kriterji u metodoloġija alternattivi ġew żviluppati min-Netwerk tal-Ġustizzja Fiskali fl-Indiċi tas-Segretezza Finanzjarja tagħhom. Il-Parlament Ewropew diġà talab biex jiġu applikati kriterji aktar ibsin minn dawk tal-OECD min-naħa tal-BEI meta jintużaw rifuġji fiskali għall-investiment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, f'konsultazzjoni mal-EEAS dwar kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

(23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, f'konsultazzjoni mas-SEAE dwar kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun komplementari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida jridu jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament għandu jiġi infurmat, aktar minn darba jekk ikun hemm bżonn.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv. B'mod partikolari, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

(29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv. B'mod partikolari, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

(30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilaterali, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni rigward l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu, fosthom id-dikjarazzjoni tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, u b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) It-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, kif imfissra fl-Artikolu 2(4).

(a) L-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji.

(b) L-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, inklużi t-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT).

(b) L-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, inklużi t-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT).

(c) L-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji.

(c) It-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, kif imfissra fl-Artikolu 2(4).

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. It-tnaqqis tal-faqar permezz tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli għandu jkun wieħed mill-għanijiet bażiċi għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw1.

 

________

 

1Kif definiti fil-lista tal-OECD tar-riċevituri ODA (li jinkludu l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Pajjiżi bi Dħul Baxx kif ukoll il-Pajjiżi bi Dħul Medju)

Ġustifikazzjoni

Under the Lisbon Treaty, development cooperation has been recognized as one of the elements of the EU's external action. The reduction of poverty has been recognized as the principle aim for development cooperation policy. The EU is thus required to take account of the objective of poverty reduction and eradication in all actions likely to affect developing countries. The external mandate of the EIB should reflect the EU policy objectives in third countries. It is not more than logical that EIB investments in developing countries should aim at the reduction of poverty by fostering sustainable economic, social and environmental development and by guaranteeing access to financial services for those who can not access financial services under normal market circumstances.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI se jikkonsultaw is-Servizzi Ewropej ta' Azzjoni Esterna (EEAS) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-linji gwida stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI għandhom jikkonsultaw is-Servizzi Ewropej għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' politika. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u s-SEAE, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkomplementa l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-linji gwida stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mal-linji politiċi u l-għanijiet politiċi esterni tal-UE għandha tiġi sorveljata skont l-Artikolu 10.

2. Il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mal-linji politiċi u l-għanijiet politiċi esterni tal-UE għandha tiġi sorveljata skont l-Artikolu 10. Il-BEI għandu jiżviluppa indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-aspetti tal-iżvilupp, tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti ffinanzjati kif ukoll għandu jqis l-indikaturi skont id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-BEI għandu japplika diliġenza qawwija xierqa fuq l-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti koperti mill-garanzija tal-UE. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

1. Il-BEI għandu japplika diliġenza qawwija xierqa fuq l-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti koperti mill-garanzija tal-UE. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar il-konklużjonijiet tad-diliġenza dovuta.

Ġustifikazzjoni

Id-diliġenza dovuta tikkostitwixxi l-qalba tal-valutazzjoni tal-proġetti tal-BEI. Sabiex il-Parlament Ewropew jiskrutinizza b'mod aktar effikaċi t-trasparenza tal-investimenti tal-BEI, il-Kummissjoni għandha tipprovdilu l-informazzjoni sħiħa u ċara dwar l-eżitu tal-proċess ta' diliġenza dovuta.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jsaħħaħ is-sorveljanza tiegħu tul l-implimentazzjoni tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp.

2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel sorveljanza komprensiva tul l-implimentazzjoni u t-tlestija tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp u fuq id-drittijiet ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem. Is-sorveljanza għandha tinkludi l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji. Ir-riżultati tas-sorveljanza għandhom jiġu żvelati regolarment lill-pubbliku.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI għandu jaġġorna l-politika tiegħu dwar iċ-ċentri finanzjarji offshore u jmur lil hinn mill-kundizzjonijiet uniformi attwali tal-listi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u jqis il-ġurisdizzjonijiet kollha li jistgħu jippermettu l-evitar tat-taxxa jew l-evażjoni fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Ġustifikazzjoni

Il-lista eżistenti tal-OECD ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx tistrieħ fuq kriterji dgħajfa, bħalma huma l-iffirmar ta' 12-il ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni fiskali. Dan xejn ma huwa adegwat u bosta esperti qegħdin jitolbu li jiġu adottati kriterji aktar ibsin biex jiġu identifikati ġurisdizzjonijiet ta' segretezza. Kriterji u metodoloġija alternattivi ġew żviluppati min-Netwerk tal-Ġustizzja Fiskali fl-Indiċi tas-Segretezza Finanzjarja tagħhom. Il-Parlament Ewropew diġà talab biex jiġu applikati kriterji aktar ibsin minn dawk tal-OECD min-naħa tal-BEI meta jintużaw rifuġji fiskali għall-investiment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Ġurisdizzjonijiet ta' segretezza

 

Il-BEI għandu jiżgura li l-banek kollha appoġġati u intermedjarji finanzjarji oħrajn iħaddmu salvagwardji ibsin kontra l-użu ta' ġurisdizzjonijiet ta' segretezza.

Ġustifikazzjoni

Il-lista eżistenti tal-OECD ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx tistrieħ fuq kriterji dgħajfa, bħalma huma l-iffirmar ta' 12-il ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni fiskali. Dan xejn ma huwa adegwat u bosta esperti qegħdin jitolbu li jiġu adottati kriterji aktar ibsin biex jiġu identifikati ġurisdizzjonijiet ta' segretezza. Kriterji u metodoloġija alternattivi ġew żviluppati min-Netwerk tal-Ġustizzja Fiskali fl-Indiċi tas-Segretezza Finanzjarja tagħhom. Il-Parlament Ewropew diġà talab biex jiġu applikati kriterji aktar ibsin minn dawk tal-OECD min-naħa tal-BEI meta jintużaw rifuġji fiskali għall-investiment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta' garanzija tal-UE lill-BEI kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE

Referenzi

COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

19.5.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Thijs Berman

5.5.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

9.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Corina Creţu, Nirj Deva, Charles Goerens, Catherine Grèze, András Gyürk, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Iva Zanicchi

Sostitut preżenti għall-votazzjoni finali

Judith Sargentini


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (12.11.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

Rapporteur għal opinjoni: William (The Earl of) Dartmouth

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija baġitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li tkopri r-riskji ta' natura sovrana u politika b'rabta mal-operati tiegħu ta' self u ta' garanziji fuq is-self imwettqa barra mill-UE b'appoġġ tal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE. Il-garanzija tal-UE għall-operati esterni tal-BEI hija mezz effettiv li jorbot flimkien il-fondi baġitarji tal-UE (permezz tad-dispożizzjoni tal-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni li jsostni l-garanzija tal-UE) mar-riżorsi proprji tal-BEI, li tissawwar fuq is-sodizza finanzjarja tal-BEI, filwaqt tiżgura li ma tintlaqatx ħażin is-saħħa finanzjarja tal-BEI.

L-elementi l-ġodda li se jiddaħħlu fid-deċiżjoni l-ġdida huma kif ġej:

* L-attivazzjoni ta' "mandat fakultattiv" ta' EUR 2 biljun, li tpoġġa f'riżerva permezz tad-Deċiżjoni. Dan il-mandat fakultattiv se jiġi attivat mhux bħala żieda tal-limiti massimi reġjonali individwali, imma bħala mandat iddedikat għal proġetti li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima fir-reġjuni kollha koperti mid-deċiżjoni.

* Il-bdil tas-sistema attwali tal-għanijiet reġjonali għall-operazzjonijiet skont il-garanzija tal-UE b'għanijiet orizzontali ta' livell għoli jkopru r-reġjuni kollha taħt il-mandat estern. Dawn l-għanijiet ta' livell għoli se jiddaħħlu fl-Artikoli tad-deċiżjoni proposta u se jkopru l-oqsma tal-bidla fil-klima, l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-iżvilupp tas-settur privat lokali.

* L-iżvilupp mill-Kummissjoni, flimkien mal-BEI, u b'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ta' linji gwida operattivi għal kull reġjun kopert mill-mandat estern, ħalli tissaħħaħ ir-rabta bejn l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-BEI b'mod konformi mal-għanijiet ġenerali ta' livell għoli skont il-mandat estern u l-istrateġiji reġjonali tal-UE.

* It-tisħiħ tal-kapaċità tal-BEI li jsostni l-għanijiet ta' żvilupp tal-UE permezz ta'

* L-attivazzjoni tal-mandat estern tal-BEI għall-Islanda, il-Belarus, il-Libja, l-Iraq, u l-Kambodja.

2. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-propsota għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija msejsa fuq il-bażi ġuridika doppja tal-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3. EMENDI PROPOSTI

Il-BEI kien inħoloq mit-Trattat ta' Ruma fl-1958 bħala l-bank ta' self fuq tul ta' żmien twil tal-Unjoni Ewropea. Il-BEI huwa l-ewwel u qabel kollox bank, li għandu jopera skont prinċipji kummerċjali u bankarji normali. Skont l-istrateġija operattiva tal-BEI, huwa jfittex (1) li jiffinanzja proġetti kapitali vijabbli u (2) li jissellef fuq swieq kapitali biex jiffinanzja dawn il-proġetti.

Meta mqabbla ma' din l-istrateġija, il-garanzija tal-UE lill-bank hija b'mod ċar eċċezzjoni. Għandu jiġi żgurat li l-garanzija ma tirriżultax f'xi tagħwiġ fir-rigward ta' mmaniġġjar finanzjarju b'saħħtu tal-operazzjonijiet tal-BEI u li l-bank innifsu għandu awtonomija kummerċjali fil-valutazzjoni u l-għażla tal-proġetti li bi ħsiebu jiffinanzja.

Barra minn hekk, iċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi jridu jkunu konxji tar-riskji li huwa mikxuf għalihom il-Baġit tal-Unjoni li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet ta' finanzjament li jkunu ta' spiss kumplessi ħafna. Għandu jkun ċar ukoll li l-istrateġija operattiva tal-banek trid tiġi rrispettata u li kwalunkwe fond ta' żvilupp mhux se jkun moħbi wara l-finanzjament tal-BEI.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi benefiċjarji.

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi benefiċjarji. L-operazzjonijiet tal-BEI bħala appoġġ tal-politiki esterni tal-UE għandhom isiru skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Ġustifikazzjoni

L-operazzjonijiet li jsiru skont dan il-mandat huma operazzjonijiet bankarji ggarantiti mill-fondi tal-kontribwenti Ewropej. Minkejja l-objettivi politiċi, id-Deċiżjoni jrid ikollha obbligu li jiġu mmaniġġjati dawn il-garanziji u operazzjonijiet relatati tal-BEI b'mod li jkun finanzjarjament vijabbli u kummerċjalment responsabbli.

Emenda          2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-Artikolu 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (TFUE), flimkien mal-Artikolu 208 TFUE, jistipula li l-BEI għandu jikkontribwixxi, skont it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu, għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika ta'kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-kawża tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-155/07 Il-Parlament vs. Il-Kunsill, sentenza tas-6 ta' Novembru 2008, rigward l-obbligi tal-BEI li ġejjin mit-Trattat.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha madwar ir-reġjuni koperti mill-mandat. Il-BEI jista' jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI, meta possibbli, għandhom jiġu kkumplimentati minn fondi konċessjonali skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE.

(8) Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha madwar ir-reġjuni koperti mill-mandat. Il-BEI jista' jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI, meta possibbli, għandhom jiġu kkumplimentati minn fondi konċessjonali skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew għandu jkollu rapport dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji użati għall-finanzjament ta' dawn il-proġetti, li jidentifikaw l-ammonti ta' garanziji koperti bil-mandat fakultattiv u l-ammonti ta' għotjiet u self.

Ġustifikazzjoni

Il-garanziji u finanzjamenti oħrajn jistgħu jkunu kkombinati. Għalhekk huwa essenzjali li l-Parlament Ewropew jirċievi ħarsa ġenerali annwali tal-finanzjament kollu fir-rigward ta' din id-deċiżjoni.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Barra minn hekk, il-valutazzjoni sabet li minkejja l-operazzjonijiet tal-BEI imwettqa fil-perjodu kopert mill-valutazzjoni (2000-2009) kienu ġeneralment konformi mal-politiki esterni tal-UE, ir-rabta bejn l-għanijiet politiċi tal-UE u l-implimentazzjoni operattiva tagħhom mill-BEI għandha tissaħħaħ u ssir aktar espliċita u strutturata.

(10) Barra minn hekk, il-valutazzjoni sabet li minkejja l-operazzjonijiet tal-BEI imwettqa fil-perjodu kopert mill-valutazzjoni (2000-2009) kienu ġeneralment konformi mal-politiki esterni tal-UE, ir-rabta bejn l-għanijiet politiċi tal-UE u l-implimentazzjoni operattiva tagħhom mill-BEI għandha tissaħħaħ u ssir aktar espliċita u strutturata. Huwa xieraq li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet isiru b'mod ekonomikament vijabbli u bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta' finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta' livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b'saħħithom tal-BEI f'oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta' ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). F'dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

(11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta' finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-Deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta' livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b'saħħithom tal-BEI f'oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta' ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) f'sorsi enerġetiċi ġodda, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT)), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u lill-ħolqien tal-impjiegi. Għandu jitfakkar li titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-kapital jista' jiżvolġi rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. F'dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi f'fażi ta' preadeżjoni, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Il-BEI jista' jappoġġa l-preżenza tal-UE f'pajjiżi msieħba permezz ta' investiment barrani dirett li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-teknoloġija u tat-trasferiment tal-għarfien, jew għall-investimenti fl-oqsma hawn fuq imsemmija, jew b'riskju tiegħu stess. Il-BEI għandu jikkontribwixxi għall-investiment barrani dirett Ewropew f'pajjiżi msieħba, inkluż bħala parti minn sħubijiet pubbliċi privati ta' benefiċċju reċiproku, bl-għan li jiġu promossi l-innovazzjoni u l-iżvilupp fl-oqsma ta' proġetti hawn fuq imsemmija.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Biex jiġu stabbiliti b'mod effikaċi relazzjonijiet mal-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet intermedjarji finanzjarji lokali fil-pajjiżi eliġibbli li taw prova fil-passat li jgħaddu l-konċessjonijiet tar-rati tal-interessi lill-klijenti tagħhom, li jivverifikaw il-proġetti tal-klijenti fir-rigward tal-għanijiet tal-iżvilupp tal-UE u li jipprovdu valur miżjud meta mqabbel mal-finanzjament tas-suq. L-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji f'appoġġ għall-SMEs għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jiġu rrappurtati regolarment lill-BEI.

Ġustifikazzjoni

L-adattament huwa qasam tal-politika fejn iċ-ċirkostanzi lokali jeħtieġ li jitqiesu b'mod speċjali u fejn l-effikaċja tal-intermedjarji finanzjarji hija essenzjali. Il-BEI għalhekk għandu jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jwieġbu għal għemilhom u jgħaddu l-benefiċċji lill-klijenti tagħhom skont l-għanijiet tal-programmi tal-BEI.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-BEI għandu jappoġġa l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju tal-2015 fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta' prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-UE u l-imsieħba tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta' prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta' pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja t-titjib soċjoekonomiku, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b'enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta' Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

(16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta' prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-UE u l-imsieħba tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta' prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u soċjali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija bħall-proġett tal-pipeline tal-gass Nabucco, li huwa ta' interess partikolari għall-UE. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta' pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja t-titjib fl-iżvilupp soċjoekonomiku, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b'enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali kif ukoll għall-appoġġ tal-SMEs. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta' Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Kemm il-Mandat Ġenerali u l-Mandat tal-Bidla fil-Klima jridu jitmexxew skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-BEI għandu progressivament iżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

3. Il-BEI għandu jżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-qgħad; bil-għan li jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015; kif ukoll fit-tisħiħ tal-kapaċità u l-effiċjenza amministrattiva tal-awtoritajiet lokali.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jsaħħaħ is-sorveljanza tiegħu tul l-implimentazzjoni tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp.

2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel sorveljanza stretta tul l-implimentazzjoni tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp. Is-sorveljanza għandha tinkludi l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji. Ir-riżultati tas-sorveljanza għandhom jiġu żvelati regolarment lill-pubbliku.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu, fejn ikun xieraq, f'koperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-koperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim raġjonevoli tar-riskji u kundizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti.

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu, fejn ikun xieraq, f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim prudenti u raġonevoli tar-riskji u kundizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ma' din id-Deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament.

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ma' din id-Deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament. Dak ir-rapport għandu b'mod partikolari jinkludi lista dettaljata tar-riżorsi finanzjarji kollha tal-Unjoni użati flimkien mal-finanzjament tal-BEI u ta' donaturi oħra, b'hekk tingħata lista dettaljata tal-kxif finanzjarju tal-operazzjonijiet finanzjarji li jkunu saru skont din id-Deċiżjoni.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni fil-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali u reġjonali u tas-sodisfar tal-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, inkluża l-koperazzjoni mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istuzzjonijiet bilaterali oħra.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni fil-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali u reġjonali u tas-sodisfar tal-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istuzzjonijiet bilaterali oħra. Kwalunkwe ftehim bejn il-BEI u IFIs jew istituzzjonijiet bilaterali oħrajn relatat mal-operazzjonijiet finanzjarji skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġu nnotifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-rappurtar annwali tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finali dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2014.

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta' garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE

Referenzi

COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.5.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

William (The Earl of) Dartmouth

1.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

14.7.2010

30.8.2010

28.9.2010

 

Data tal-adozzjoni

9.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Keith Taylor, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried, Michael Theurer, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Záborská


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (27.10.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Tamás Deutsch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija baġitarja lill-Bank Ewropej tal-Investiment (BEI) li tkopri r-riskji ta’ natura sovrana u politika b’rabta mal-operati tiegħu ta’ self u ta’ garanziji fuq is-self imwettqa barra mill-UE b'appoġġ għall-għanijiet tal-politika esterna tal-UE.

L-għan ta' din il-garanzija tal-UE huwa li l-BEI, bla ma jaffettwa l-klassifikazzjoni ta' kreditu tiegħu, ikun jista' jiffinanzja investimenti barra mill-UE f'pajjiżi u għal operazzjonjiet li jsibu diffikultà biex jiksbu finanzjament mis-suq kapitali b'termini aċċettabbli.

Abbażi ta' dak li nstab fl-analiżi ta' nofs it-terminu, din il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-UE għall-finanzjament estern tal-BEI għall-kumplament tal-perspettivi finanzjarji attwali 2007-2013, filwaqt li ddaħħal għadd ta' elementi ġodda fil-mandat:

· L-attivazzjoni ta' "mandat opzjonali" ta' EUR 2 biljun għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

· Il-bdil tas-sistema attwali tal-għanijiet reġjonali għall-operazzjonijiet skont il-garanzija tal-UE b'għanijiet orizzontali ta’ livell għoli jkopru r-reġjuni kollha taħt il-mandat estern.

· L-iżviluppp mill-Kummissjoni, flimkien mal-BEI, u b'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ta' linji gwida operazzjonali għal kull reġjun taħt il-mandat estern.

· It-tisħiħ tal-kapaċità tal-BEI biex jappoġġa l-miri tal-iżvilupp tal-UE fir-rigward tal-aspetti soċjali u ta' żvilupp ta' proġetti u setturi bħalma huma l-ilma u s-sanità, it-trasport sostenibbli u t-taffija tat-tibdil fil-klima u l-adattament għaliha, kif ukoll is-saħħa u l-edukazzjoni.

· L-attivazzjoni tal-mandat estern tal-BEI għall-Islanda, il-Belarus, il-Libja, l-Iraq, u l-Kambodja.

L-emendi mressqa mir-rapporteur tfasslu bil-għan li fid-deċiżjoni proposta jittejbu l-aspetti tal-kontroll tal-baġit, b'referenza partikolari għal:

- it-trasparenza rigward l-iżvelar ta' informazzjoni rilevanti fuq l-irkupri u r-rappurtar lill-Parlament Ewropew

- l-evalwazzjoni tar-riżultati konkreti realment milħuqa mill-proġetti ffinazjati bil-garanzija tal-UE

- is-salvagwardja tad-dritt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tivverifika l-użu tal-fondi mill-baġit tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 bis. Fil-waqt tal-implimentazzjoni tal-garanzija, il-BEI iċedi u jittrasferixxi lill-Unjoni il-kreditu sħiħ jew parzjali rigward il-pagamenti li ma jkunux ġew riċevuti b'tali mod li l-Unjoni tkun surrogata fid-drittijiet tal-BEI fir-rigward tal-kredituri bil-garanziji kollha relatati.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament.

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament.

 

Barra minn hekk, il-BEI għandu jibqa' jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' valutazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi milħuqa mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont il-mandati esterni.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. F'ġieħ it-trasparenza, il-websajt tal-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji kollha relatati ma' kull każ ta' rkupru taħt il-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Pagamenti u rkupri taħt il-garanzija tal-UE li jkunu attribwibbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu vverifikati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE.

Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew skont dan.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12 a

 

Kontroll mill-Qorti tal-Awdituri

 

Il-garanzija tal-Unjoni lill-BEI hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE

Referenzi

COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

17.6.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tamás Deutsch

22.6.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

25.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Andrea Cozzolino, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Derek Vaughan, Janusz Wojciechowski


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (28.10.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))

Rapporteur għal opinjoni: George Sabin Cutaş

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jqis l-elementi mdaħħla fid-deċiżjoni l-ġdida bħala pożittivi, billi jorjentaw l-azzjonijiet tal-BEI lejn investiment fi proġetti li jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali, ekonomika u ambjentali kif ukoll l-iżvilupp tas-settur privat lokali, partikolarment l-impriżi ż-żgħar u medji (SMEs).

Il-BEI huwa strument b'saħħtu li, permezz ta' din id-deċiżjoni, se jkun kapaċi jikkontribwixxi b'mod saħansitra iktar effiċjenti u b'aktar viżibilità għall-objettivi ta' kooperazzjoni u żvilupp tal-UE, u f'dan, ir-rapporteur għal opinjoni jqis bħala kruċjali distribuzzjoni ekwa u bbilanċjata fir-reġjuni kollha tal-allokazzjoni tal-finanzjament fl-ambitu tal-Mandat tat-Tibdil fil-Klima. It-titjib tal-aċċess għall-SMEs għall-kapital għandu jkun element essenzjali tad-deċiżjoni, billi dan jikkostitwixxi mod tajjeb biex jiġu stimulati l-ekonomiji u miġġieled il-qgħad.

Barra minn hekk, il-BEI jista' jappoġġa l-preżenza tal-UE f'pajjiżi sħab permezz ta' investiment barrani dirett li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-teknoloġija u tat-trasferiment tal-għarfien, sew għall-investimenti fl-oqsma hawn fuq imsemmija, sew b'riskju tiegħu stess.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni jqis li l-valutazzjonijiet annwali tal-aċċessibilità u tal-effiċjenza tas-self jiggarantixxu aktar trasparenza fir-rigward tad-destinazzjoni finali tagħhom u jtejbu l-iter burokratiku. Bil-għan li tiżdied it-trasparenza, jeħtieġ li jsir pubbliku kwalunkwe ftehim bejn il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew istituzzjonijiet bilaterali oħra dwar it-twettiq ta' operazzjonijiet finanzjarji fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b) Il-lista tar-reġjuni u tal-pajjiżi eliġibbli jew potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stabbilita fl-Anness II u ġiet estiża mid-Deċiżjoni preċedenti.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għandha tiġi pprovduta xi flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni reġjonali skont il-Mandat dwar il-Bidla fil-Klima biex tippermetti għall-aktar aċċettazzjoni effettiva u mħaffa tal-finanzjament disponibbli fil-perjodu ta’ 3 snin 2011-2013. F’każ li l-ammont totali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament meqjusa jisboq l-ammont disponibbli ta' EUR 2 biljun, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jagħmlu l-almu tagħhom ħalli jiżguraw distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni koperti, abbażi tal-prijoritajiet stabbiliti għall-għajnuna esterna skont il-Mandat Ġenerali.

(9) Għandha tiġi pprovduta xi flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni reġjonali skont il-Mandat dwar il-Bidla fil-Klima biex tippermetti għall-aktar aċċettazzjoni effettiva u mħaffa tal-finanzjament disponibbli fil-perjodu ta’ 3 snin 2011-2013, filwaqt li tiġi garantita distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni kollha matul dak il-perjodu. F’każ li l-ammont totali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament meqjusa jisboq l-ammont disponibbli ta' EUR 2 biljun, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jagħmlu l-almu tagħhom ħalli jiżguraw distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni koperti, abbażi tal-prijoritajiet stabbiliti għall-għajnuna esterna skont il-Mandat Ġenerali.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta’ livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b’saħħithom tal-BEI f’oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta’ ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b’mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). F’dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

(11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta’ livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b’saħħithom tal-BEI f’oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta’ ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b’mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u għall-istrumenti ta' mikrofinanza. Għandu jitfakkar li titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-kapital jista' jiżvolġi rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. F’dawn l-oqsma hawn fuq msemmija, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi f'fażi ta' preadeżjoni, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Il-BEI jista' jappoġġa l-preżenza tal-UE f'pajjiżi sħab permezz ta' investiment barrani dirett, sew għall-investimenti fl-oqsma hawn fuq imsemmija, sew b'riskju tiegħu stess, li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-teknoloġija u tat-trasferiment tal-għarfien.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fl-appoġġ tiegħu lill-SMEs, il-BEI għandu jagħti finanzjamenti fejn huwa ogħla l-valur miżjud li jista' jiġi ġġenerat. Huwa u jilħaq lill-SMEs, għandu jsir sħab biss ma' dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali li jissodisfaw kriterji ċari definiti mill-Kummissjoni. Dawn il-kriterji għandhom jirrigwardaw l-aktar il-kapaċità li jsostnu l-għanijiet ta' żvilupp konformi mal-politika ta' żvilupp tal-UE u jagħtu valur miżjud meta mqabbla mal-finanzjamenti fis-suq. L-appoġġ għall-SMEs għandu jkun totalment trasparenti u l-valur miżjud tal-BEI għandu jkun valutat regolarment.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-UE u l-imsieħba tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta’ prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja t-titjib soċjoekonomiku, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b’enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta’ Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

(16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-Unjoni u s-sħab tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta’ prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija bħall-proġett tal-pipeline tal-gass Nabucco u proġetti ta' pipelines tal-gass oħrajn, li huwa ta' interess partikolari għall-UE. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja t-titjib soċjoekonomiku, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta’ Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, f'konsultazzjoni mal-EEAS dwar kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

(23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom, preċeduti minn konsultazzjoni fir-reġjuni kkonċernati, se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, f'konsultazzjoni mas-SEAE dwar kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 27 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Il-BEI għandu jkun aktar rigoruż u trasparenti fl-għażla tas-sħab finanzjarji tiegħu. Partikolarment huwa għandu jiggarantixxi li, fil-kuntest tal-operazzjonijiet finanzjarji koperti mill-garanzija tal-UE, il-kanali finanzjarji użati minnu jew mis-sħab tiegħu, bl-ebda mod ma jkunu jistgħu jippermettu jew jaġevolaw kwalunkwe forma ta' evażjoni fiskali. Il-BEI għandu wkoll, safejn hu possibbli, jżid id-diversifikazzjoni tas-sħab finanzjarji tiegħu fil-pajjiżi fejn jopera.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv. B'mod partikolari, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

(29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv. B'mod partikolari, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp. Il-finanzjament tal-BEI implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' IFI u istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali oħrajn jeħtieġlu jirrispetta l-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

(30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilaterali, inkluż il-kofinanzjament, kif ukoll valutazzjonijiet tal-aċċessibilità, tat-trasparenza u tal-effikaċja tas-self. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll l-analiżi ta' kemm il-BEI qies is-sostenibilità ekonomika, finanzjarja, ambjentali u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati. Għandu wkoll jinkludi taqsima speċifika ddedikata għall-valutazzjoni dettaljata tal-miżuri implimentati mill-BEI biex jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, bl-esklużjoni mill-ambitu tal-garanzija kull operazzjoni li tippermetti jew taġevola direttament jew indirettament kwalunkwe forma ta' evażjoni fiskali, u li tagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet tal-BEI li jirrikorru għal ċerti kanali finanzjarji. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’ kontroll xierqa u miżuri mittieħda biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF),

(31) L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’ kontroll xierqa u miżuri mittieħda biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Il-BEI ma għandu jidħol fl-ebda operazzjoni finanzjarja permezz ta' ġurisdizzjonijiet ikklassifikati bħala "rifuġji fiskali" skont l-istandards tal-OECD,

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu b'appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-Unjoni, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat u bil-kundizzjoni li dawn ma jużaw, direttament jew indirettament, l-ebda kanal finanzjarju li jkun jippermetti jew jaġevola kwalunkwe forma ta' evażjoni fiskali hekk kif definit fl-Anness IIa, huma eliġibbli għall-garanzija tal-Unjoni (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI).

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Konformement mal-objettivi tal-UE u internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, il-BEI għandu jippreżenta sal-2012 strateġija dwar kif għandu jiżdied progressivament u kostantement il-perċentwal ta' proġetti li jippromwovu t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 u kif għandhom jitneħħew malajr il-proġetti ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE relatati mal-klima.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a Il-BEI għandu jirrispetta l-objettivi ġenerali stabbiliti f'dan l-Artikolu u jiggarantixxi konsistenza bejniethom fil-proġetti mwettqa kollha.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-BEI ma għandu jidħol fl-ebda operazzjoni finanzjarja f'ġurisdizzjonijiet ikklassifikati bħala "rifuġji fiskali" skont l-istandards tal-OECD jew li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet dinamiċi dwar l-iskambju ta' informazzjoni awtomatiku kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħaxx.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI se jikkonsultaw is-Servizzi Ewropej ta' Azzjoni Esterna (EEAS) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-linji gwida stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

1. Preċeduti minn konsultazzjoni fir-reġjuni kkonċernati l-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI se jikkonsultaw is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u s-SEAE, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-linji gwida stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-BEI għandu japplika standards ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu rigorużi u ddefiniti biċ-ċar kif ukoll indikaturi ta' prestazzjoni tal-iżvilupp koerenti mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Trasparenza u divulgazzjoni ta' informazzjoni

 

Il-Bank għandu jagħmel id-dokumenti relatati mal-proġetti li għalihom il-BEI jibbenefika mill-garanzija tal-UE, għajr għal dawk id-dokumenti li jiffurmaw parti mill-proċess intern tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-BEI u/jew dawk li huma protetti bil-ftehim ma' dawk li jissellfu, direttament aċċessibbli għall-pubbliku f'format elettroniku jew permezz ta' reġistru skont ir-regoli tiegħu. L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli u li tinxtered għandha tiġi aġġornata kif xieraq u għandha tinkludi s-segwenti:

 

- deskrizzjoni/sinteżi tal-proġett,

 

- rapporti ta' valutazzjoni ta' proġetti (valutazzjoni tal-impatt ambjentali, soċjali, fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq l-iżvilupp li jikkawża l-proġett) qabel l-approvazzjoni mill-Bord,

 

- patti u kundizzjonijiet dwar aspetti relatati mal-ambjent, mal-iżvilupp u mad-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti,

 

- rapporti ta' monitoraġġ dwar l-aspetti soċjali, dawk relatati mal-iżvilupp u mal-ambjent tal-proġetti,

 

- rapporti ta' valutazzjoni ex-post dwar il-kontribut li l-proġetti taw għall-iżvilupp ekonomiku, il-qerda tal-faqar, il-ħarsien tal-ambjent u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Parteċipazzjoni u konsultazzjoni pubbliċi

 

Il-BEI, flimkien mal-promotur tal-proġett, għandu jieħu sehem attiv fl-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-aspetti tal-iżvilupp, ambjentali u soċjali tal-proġett. Il-BEI għandu jidentifika l-popolazzjonijiet lokali milquta jew li aktarx jintlaqtu mill-proġett ffinanzjat mill-BEI, jew li għandhom interess fih. Il-BEI għandu jiggarantixxi li l-popolazzjoni lokali identifikata tiġi informata dwar kull kwistjoni ewlenija li għandha x'taqsam mal-operazzjonijiet li l-BEI iwettaq fil-lokalità permezz ta' mezzi xierqa, fil-ħin u pprovduta bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti. Il-parteċipazzjoni għandha:

 

- tinkludi l-impatti kollha tal-operazzjonijiet tal-BEI fil-qasam tal-iżvilupp, dawk ambjentali u soċjali;

 

- tiffaċilita l-parteċipazzjoni sinifikanti fil-livelli kollha,

Għandhom jitwaqqfu fora u strutturi parteċipattivi f'livell nazzjonali u lokali biex jiġi garantit impenn attiv tal-partijiet interessati rilevanti kollha, partikolarment l-NGOs,

 

Ir-riżultat tal-parteċipazzjoni għandu jitqies mill-BEI u mill-promotur tal-proġett.

 

Mekkaniżmi ta' lmenti u ta' rimedju għandhom ikunu stabbiliti u għandhom ikunu aċċessibbli matul il-proċess ta' parteċipazzjoni u tul l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament.

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali, valutazzjonijiet tal-aċċessibilità, tat-trasparenza u tal-effikaċja tas-self kif ukoll valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE, dwar kemm iqis il-BEI s-sostenibilità ambjentali u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati, kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-politika tal-BEI dwar ir-riżorsi umani u materjali relatati mal-attivitajiet tiegħu barra l-Unjoni. Fl-aħħar nett, għandu jinkludi taqsima speċifika ddedikata għall-valutazzjoni dettaljata tal-miżuri implimentati mill-BEI biex jeskludi mill-ambitu tal-garanzija kull operazzjoni li tippermetti jew taġevola direttament jew indirettament kwalunkwe forma ta' evażjoni fiskali, u li tagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet tal-BEI li jirrikorru għal kanali finanzjarji.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni fil-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali u reġjonali u tas-sodisfar tal-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, inkluża l-koperazzjoni mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istuzzjonijiet bilaterali oħra.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni fil-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali u reġjonali, dwar l-aċċessibilità, it-trasparenza u l-effikaċja tas-self u tas-sodisfar tal-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istuzzjonijiet bilaterali oħra. Kwalunkwe ftehim bejn il-BEI u IFI jew istituzzjonijiet bilaterali oħrajn relatati mal-operazzjonijiet finanzjarji fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-rapport annwali tal-Kummissjoni. Kwalunkwe Memorandum ta' Ftehim bejn il-BEI u IFI jew istituzzjonijiet bilaterali oħrajn dwar it-twettiq ta' operazzjonijiet finanzjarji fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni għandu jsir pubbliku.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 a spejjeż tiegħu.

5. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 a spejjeż tiegħu u jagħmilha pubblika.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt A(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kroazja, it-Turkija, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Il-Kroazja, it-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt A(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999), l-Islanda.

L-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE

Referenzi

COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

17.6.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

George Sabin Cutaş

15.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

28.9.2010

18.10.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

26.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Slavi Binev, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Anni Podimata, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marianne Thyssen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Sari Essayah, Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Thomas Mann, Gay Mitchell, Gianni Pittella, Andreas Schwab, Tatjana Ždanoka


PROĊEDURA

Titolu

Għotja ta' garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.4.2010

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.5.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

19.5.2010

DEVE

19.5.2010

INTA

19.5.2010

CONT

17.6.2010

 

ECON

17.6.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

Ivailo Kalfin

10.5.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

26.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Riżultat tal-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Göran Färm, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Alain Lamassoure, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Roberto Gualtieri, Jan Mulder

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marit Paulsen

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Frar 2011Avviż legali