Proċedura : 2010/0264(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0101/2011

Testi mressqa :

A7-0101/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/05/2011 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0215

RAPPORT     ***I
PDF 149kDOC 70k
29 ta' Marzu 2011
PE 460.876v01-00 A7-0101/2011

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat- tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat)

(COM(2010)0510 – C7-0290/2010 – 2010/0264(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Sajjad Karim

(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta’ proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat)

(COM(2010)0510 – C7-0290/2010 – 2010/0264(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0510),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0290/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0101/2011),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat)

COM(2010)0510 tas-27.9.2010 – 2010/0264(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-7 ta' Ottubru 2010 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt din il-laqgħa(1), l-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                                       Ġurikonsult                             Direttur Ġenerali

(1)

              Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


PROĊEDURA

Titolu

L-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (Kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2010)0510 – C7-0290/2010 – 2010/0264(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.9.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.10.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sajjad Karim

1.12.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

29.3.2011

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Marzu 2011Avviż legali