RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009

31.3.2011 - (C7‑0227/2010 – 2010/2167(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Georgios Stavrakakis

Proċedura : 2010/2167(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0108/2011

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0227/2010 – 2010/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[4] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0108/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009;

(C7‑0227/2010 – 2010/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[8] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0108/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0227/2010 – 2010/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[9],

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[12] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0108/2011),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li sottostanti huma legali u regolari,

B. billi, fit-5 ta' Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008[13], u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza, fost affarijiet oħra:

- iddeplora l-fatt li fl-2008, l-2007 u l-2006, il-Qorti tal-Awdituri sabet nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ,

- talab lill-Fondazzjoni tieħu passi sabiex ittejjeb il-monitoraġġ tal-kuntratti tagħha u l-ipprogrammar tal-proċeduri ta' akkwist tagħha,

- osserva li l-ammont trasferit irrappreżenta aktar minn 55% tal-approprjazzjonijiet (EUR 4 900 000) għas-sena finanzjarja 2008;

C. billi l-baġit tal-Aġenzija għas-sena 2009 kien ta' EUR 20 200 000 li jfisser tnaqqis ta' 3,8% meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2008;

Prestazzjoni

1. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Fondazzjoni li tistabbilixxi, fl-2010, f’tabella li għandha tinhemez mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tqabbil bejn l-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li fiha tingħata l-kwittanza u matul is-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa l-prestazzjoni tagħha b’mod aktar effettiv minn sena għall-oħra;

2. Jinnota li l-Fondazzjoni wettqet eżerċizzju ieħor ta' valutazzjoni ex post tal-programm ta' ħidma 2005-2008 wara dak li diġà tlesta fl-2007 li vvaluta l-programm ta’ ħidma 2001-2004 tal-Fondazzjoni; iqis dan l-eżerċizzju bħala utli ħafna għall-Fondazzjoni, li jagħti tagħlimiet u rakkomandazzjonijiet utli rigward l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom il-fażi ta’ programmar tal-ġejjieni tagħha; jifraħ lill-Fondazzjoni li, permezz ta’ dik il-valutazzjoni rnexxielha turi li:

-  użat ir-riżorsi finanzjarji tagħha b'mod effiċjenti b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha,

-  kisbet l-objettivi tal-programm ta’ ħidma 2005-2008;

3. Jinkoraġġixxi, madankollu, lill-Fondazzjoni biex tkompli tiżviluppa "Is-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Prestazzjoni ta’ Eurofound" (EPMS) li tiżgura li r-riżultati ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha jiġi trasferiti fl-ippjanar u t-tfassil tad-deċiżjonijiet tal-immaniġġjar u jitwettaq stħarriġ perjodiku sabiex jinkiseb tagħrif mill-udjenzi fil-mira;

4. Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-evalwatur estern biex ikunu definiti aħjar l-udjenzi fil-mira tal-Fondazzjoni fuq livell nazzjonali (jiġifieri jekk il-Fondazzjoni għandhiex tmur lil hinn mill-awtoritajiet nazzjonali u minn dawk li jfasslu l-politika u tippruva tilħaq grupp usa' ta' korpi ta’ min iħaddem u korpi ta’ ħaddiema) u jiġi stabbilit netwerk ta' punti fokali bbażat fuq l-awtoritajiet nazzjonali rrappreżentati fuq il-Bord ta’ Tmexxija tagħha;

Bord ta’ tmexxija

5. Jinnota li l-evalwatur estern tal-eżerċizzju ta' valutazzjoni ex-post tal-programm ta’ ħidma 2005-2008 tal-Fondazzjoni rrappurta li, minħabba ż-żieda fid-daqs tagħha wara t-tkabbir tal-UE fl-2004, l-għadd imnaqqas ta' laqgħat, u l-fatturat relattivament għoli tal-membri, il-Bord ta' Tmexxija tal-Eurofound ma kienx korp ta’ teħid tad-deċiżjonijiet effikaċi; jistieden, għalhekk, lill-Fondazzjoni biex tieħu passi ħalli ssaħħaħ ir-rwol tal-Bord ta’ Tmexxija fil-forniment ta’ direzzjoni ġenerali għall-Fondazzjoni; iħeġġeġ, b'mod partikolari, il-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni biex isib il-ħin għad-diskussjoni dwar kwistjonijiet/prijoritajiet strateġiċi;

Proċeduri ta' akkwist

6. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri kixfet żbalji u anomaliji fl-evalwazzjoni ta’ waħda mill-proċeduri ta’ akkwist miftuħa li ħallew effett fuq il-kwalità tagħha; jitlob, għalhekk, lill-Fondazzjoni biex tieħu passi biex ittejjeb il-proċedura ta’ valutazzjoni u ta’ rieżami tagħha biex tevita r-ripetizzjoni ta’ żbalji bħal dawn fil-futur;

Il-ġestjoni tal-baġit

7. Jistieden lill-Fondazzjoni biex tiżgura li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli biss meta d-dħul assenjat korrispondenti jkun tħallas; jinnota, fil-fatt, li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat li, kontra r-Regolament Finanzjarju tagħha (Artikolu 19), il-baġit tal-Fondazzjoni ma pprevediex għal intestaturi speċifiċi għal diversi programmi ffinanzjati minn dħul assenjat; jinnota, barra minn hekk, li taħt il-programm iffinanzjat minn dħul assenjat, il-Fondazzjoni impenjat EUR 184 000, għalkemm id-dħul assenjat li fil-verità nkiseb kien biss ta’ EUR 29 000;

8. Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri kienet mġiegħla tikkummenta dwar id-dikjarazzjoni baġitarja u finanzjarja tal-Fondazzjoni, speċjalment dwar il-fatt li l-kontijiet proviżorji inizjali mressqa mill-Fondazzjoni kien fihom nuqqasijiet serji, li jindika dgħufijiet sinifikanti fl-organizzazzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni; jilqa’ l-konferma tal-Fondazzjoni li se tiżgura, permez ta’ taħriġ u riżorsi addizzjonali, li l-implimentazzjoni tagħha tal-proċeduri ta’ tmiem is-sena u r-rispett tal-iskadenzi għall-preżentazzjoni tal-kontijiet tagħha se jkunu korretti;

Riżorsi umani

9. Jistieden lill-Fondazzjoni biex tipprovdi evidenza tad-deċiżjonijiet tagħha marbuta mal-għażla tal-persunal (eż. provi tal-għadd ta’ kandidati fil-bidu tal-proċess ta' reklutaġġ) sabiex tkun garantita t-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ; jinnota, fil-fatt, li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat irregolaritajiet f’dan ir-rigward għal seba' proċeduri ta’ għażla tal-persunal awditjati; jirrikonoxxi, b'mod partikolari, li ma kien hemm ebda evidenza dwar x’livelli kellhom jintlaħqu mill-kandidati biex jiġu mistiedna għall-intervista u li dawk li kellhom jitqiegħdu fuq il-lista ta' riżerva ġew stabbiliti mill-Bord tal-Għażla anki qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet;

10. Jinnota, b'mod partikolari, li nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ ġew identifikati mill-awtorità tal-kwittanza sa mill-2006; iħeġġeġ, għalhekk, il-Fondazzjoni biex tirrimedja malajr is-sitwazzjoni u tgħarraf lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

11. Jilqa’ madankollu l-konferma tal-Fondazzjoni li, fil-ġejjieni, se ssaħħaħ id-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ reklutaġġ.

Awditjar intern

12. Jilqa' l-implimentazzjoni tal-Fondazzjoni fl-1 ta' Lulju 2010 ta’ sistema li tirrekordja u tanalizza l-eċċezzjonijiet għall-politiki u l-proċeduri stabbiliti tagħha ("reġistru tal-eċċezzjonijiet");

13. Jirrikonoxxi li, 2 minn 8 rakkomandazzjonijiet tas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) "is-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti" ġew implimentati; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet li huma meqjusa bħala "importanti ħafna" prinċipalment jirrigwardaw l-effikaċja tas-sistema ta' kontroll intern (jiġifieri "il-pjan ta' ħidma annwali biex jiġi żgurat il-kontroll intern", "ir-rieżami ta’ postijiet sensittivi" u "il-proċeduri biex jiġu kkomunikati l-irregolaritajiet"); jistieden, għalhekk, lill-Fondazzjoni biex timplimentahom malajr;

14. Jinnota li fl-2009 l-IAS wettaq awditjar fuq il-Ġestjoni Finanzjarja u minn 15-il rakkomandazzjoni ressaq tnejn "kritiċi" u sitta "importanti ħafna"; jinsab imħasseb li ż-żewġ sejbiet kritiċi huma marbuta mal-post ta’ kontabilità (i.e. “post li għandu jimtela b’aġent temporanju jew uffiċjal", “setgħat li għandhom jiġu allinjati ma’ rakkomandazzjonijet tal-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni") u mal-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabilità, waqt li sitt sejbiet "importanti ħafna" jikkonċernaw il-bżonn li ċ-ċirkwiti finanzjarji, it-tfassil u l-ippjanar tal-akkwist, il-kontrolli ex post, ir-regoli tar-rimborż u r-rappurtaġġ tal-eċċezzjonijiet tagħha jiġu dokumentati aħjar; iħeġġeġ, għalhekk, il-Fondazzjoni biex timplimenta mingħajr dewmien ir-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u tinforma l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’dan ir-rigward;

o

o o

15. Jirreferi, fir-rigward ta’ osservazzjonijiet oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta’ .... Mejju 2011[14] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

4.2.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009

(C7-0227/2010 - 2010/2167(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Őry

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirreferi għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-għeluq tal-kontijiet fi tmiem is-sena b'bilanċ ta' EUR 20 200 000 jikkorrispondi għas-sitwazzjoni reali tal-Eurofound fil-31 ta' Diċembru 2009, u li l-proċeduri u l-flussi tal-kontanti tal-Eurofound għal din is-sena finanzjarja huma konformi mar-regoli finanzjarji;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet annwali tal-Eurofound għas-sena finanzjarja 2009 kien skont il-liġi u regolari;

3.  Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri kellu jikkummenta dwar id-dikjarazzjoni baġitarja u finanzjarja tal-Eurofound, partikolarment minħabba li l-kontijiet proviżorji inizjali ppreżentati mill-Eurofound kien fihom nuqqasijiet serji, li wrew dgħufijiet sinifikanti fl-organizzazzjoni finanzjarja tal-Eurofound; jilqa’ l-konferma tal-Eurofound li ser tiżgura, permezz ta’ taħriġ addizzjonali u riżorsi, li timplimenta l-proċedura ta’ tmiem is-sena u taderixxi mal-iskadenzi għall-preżentazzjoni tal-kontijiet tagħha b’mod korrett;

4.  Jilqa’, barra minn hekk, il-konferma tal-Eurofound li, fil-futur, ser issaħħaħ id-dokumentazzjoni ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Kinga Göncz, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Dirk Sterckx, Gabriele Zimmer

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Jorgo Chatzimarkakis, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu

 16. 

  • [1]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 155.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 155.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 155.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 196.
  • [14]  Testi adottati, P7_TA-PROV(2011).