RAPPORT dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

6.4.2011 - (C7‑0234/2010 – 2010/2174(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Georgios Stavrakakis

Proċedura : 2010/2174(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0133/2011

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0234/2010 – 2010/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja[3], u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[4] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0133/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0234/2010 – 2010/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja[7], u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[8] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0133/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0234/2010 – 2010/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja[11], u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[12] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0133/2011),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fit-5 ta' Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2008, u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu flimkien mad-deċiżjoni ta' kwittanza, inter alia:

- jilqa' l-konklużjoni tal-24 ta' Settembru 2008 tal-Ftehim Prattiku dwar l-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-OLAF;

- jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li fl-2008 l-Eurojust kienet għadha bil-problemi fir-rigward tat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet, anki jekk l-ammont kien inqas minn tas-sena ta' qabel (13% tal-approprjazzjonijiet tal-baġit finali, minflok 25% tal-approprjazzjonijiet trasferiti fl-2007),

- jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri sabet defiċjenzi fil-proċeduri tal-akkwist, bħal fit-tliet snin ta' qabel,

C.  billi s-sussidju tal-Aġenzija kien ta' EUR 26 400 000 fl-2009, 6,4% aktar mill-2008,

Prestazzjoni

1.  Jilqa l-inizjattiva tal-Aġenzija biex tinkludi Indikaturi ta' Prestazzjoni Ewlenin fil-pjanijiet tal-unità tal-2010; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar dawn l-indikaturi ewlenin u r-rabtiet tagħhom mal-objettivi tal-Eurojust, il-baġit u l-programm ta' ħidma; iqis, fil-fatt, li l-fatt li l-indikaturi jintrabtu mal-objettivi, mal-baġit u mal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija se jagħmilha possibbli għall-partijiet ikkonċernati li jevalwaw aħjar ir-rendiment tal-Eurojust;

2.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Awtorità li ppreżentat, f'tabella mehmuża mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-2009, tqabbil ċar tal-operazzjonijiet li twettqu matul l-2009 u l-2008 bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa l-prestazzjoni tal-Awtorità b’mod aktar effettiv minn sena għall-oħra;

Trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għas-sena ta' wara

3.  Josserva b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri m'hix toħroġ rimarki dwar il-livell tat-trasferimenti ’l quddiem u tal-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-2009;

4.  Jinnota li l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għandha tiġi bbażata aktar fuq il-prestazzjoni tagħha matul is-sena;

5.  Jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-passi meħuda biex tevita li tittrasferixxi l-approprjazzjonijiet, peress li dawn it-trasferimenti 'l quddiem ta' approprjazzjonijiet kienu kwistjoni kostanti matul il-proċeduri preċedenti ta' kwittanza;

Nuqqasijiet fi proċeduri ta’ akkwist

6.  Jifraħ lill-Aġenzija għall-istabbiliment ta' miżuri li jistmaw il-valur fis-suq ta' prodotti/servizzi rilevanti qabel ma tibda proċedura ta' akkwist; iqis din l-inizjattiva bħala prattika importanti li għandha tiġi segwita minn aġenziji oħra; jilqa’, barra minn dan, il-pjan ta’ akkwist annwali tal-Eurojust għall-2009 li għen ħafna lill-unitajiet tal-aġenzija u s-servizzi fil-ġestjoni tal-offerti tagħhom; jikkunsidra li dawn l-inizjattivi jtejjbu l-gwida u l-kontroll tal-uffiċjali li jawtorizzaw;

Ir-riżorsi umani

7.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri reġgħet innotat nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' reklutaġġ; jinnota, b'mod partikolari, li r-rata ta' postijiet vakanti (24%) għadha għolja wisq, għalkemm inqas sinifikanti milli kienet fl-2007 (33%); jistieden, konsegwentement, lill-Aġenzija biex tistabbilixxi pjan ta' azzjoni komprensiv għar-reklutaġġ biex tnaqqas b'mod sinifikanti r-rata ta' pożizzjonijiet vakanti u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar dan; jilqa', madankollu, l-intenzjoni tal-Aġenzija li tnaqqas ir-rata ta' pożizzjonijiet vakanti għal inqas minn 8% sal-aħħar tal-2011;

8.  Jifraħ dwar il-fatt li fl-2009 l-Aġenzija rnexxilha tnaqqas in-numru ta' persunal temporanju "li jaġixxi bħala membri tal-persunal" minn 31 għal 10 sal-aħħar ta' dik is-sena; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija biex tkompli tnaqqas dan in-numru kif rakkomandat mis-Servizz tal-Awditjar Intern;

9.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija nediet il-proċedura l-ġdida tagħha ta' reklutaġġ fl-2009 li ddisponiet li membri tal-bord ta' selezzjoni għandhom jistiednu għat-testijiet orali lil dawk l-applikanti biss li jġibu minimu ta' 75% fl-evalwazzjoni preliminari u għandhom ipoġġu fil-listi ta' riżerva lil dawk il-kandidati biss li jġibu minimu ta' 75% fl-evalwazzjoni tat-testijiet orali u fit-testijiet bil-miktub;

10.  Jesprimi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri rraportat li tliet pożizzjonijiet minn sitta fil-ġestjoni intermedja (Kapijiet ta' Unità) fl-Aġenzija ttieħdu minn membri "aġenti" tal-persunal fuq bażi temporanja; jissottolinja li din is-sitwazzjoni tindika diffikultajiet biex jiġi attirat u jinżamm il-persunal korrett; jilqa', madankollu, il-pjan tal-Aġenzija li tadotta deċiżjoni li se tiddisponi li l-evalwazzjoni finali tal-applikanti se tkun ibbażata fuq il-kumbinazzjoni tal-grad mogħti fil-mument tat-tlestija tal-formola ta' applikazzjoni u r-riżultat tat-testijiet orali u tat-testijiet bil-miktub; iqis li dan l-approċċ huwa titjib tal-proċeduri ta' selezzjoni tal-Aġenzija peress li jqis il-merti ta' kull kandidat b'mod effettiv;

Verifika interna

11.  Jirrikonoxxi li minn 26 rakkomandazzjoni mogħtija mis-Servizz tal-Awditjar Intern fil-31 ta' Diċembru 2008, 4 biss ġew riżolti (li tnejn minnhom kienu kkunsidrati bħala "kritiċi"); jinnota, barra minn hekk, li s-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ rakkomandazzjoni addizzjonali f'Diċembru 2009 u li 15 mit-23 rakkomandazzjoni li fadal għandhom skadenza għall-implimentazzjoni ta' iktar minn 12-il xahar; jistieden, għalhekk, lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-raġunijiet għal dan id-dewmien u biex tieħu azzjoni immedjata biex: ittejjeb il-proċedura ta' reklutaġġ, tnaqqas in-numru ta' staff intermedjarju, tirristruttura l-Unità għar-Riżorsi Umani, tiżviluppa pjan ta' ġestjoni tar-riżorsi umani, issaħħaħ il-monitoraġġ tal-attivitajiet tar-riżorsi umani u tirrevedi l-kontenut tar-reġistru ta' eċċezzjonijiet;

12.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Aġenzija li tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza ir-Rapport Annwali tas-Servizz tal-Awditjar Intern dwar il-Verifika Interna fir-rigward tal-Aġenzija; iqis li dan huwa sinjal ta' trasparenza u prattika tajba li għandu jiġi segwit mill-aġenziji l-oħra kollha rilevanti;

o

o o

13.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta’ ... Mejju 2011[13] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

2.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust

għas-sena finanzjarja 2009

(2010/2174(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Simon Busuttil

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009 kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

2.  Josserva b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri m'hix toħroġ rimarki dwar il-livell tat-trasferimenti ’l quddiem u tal-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-2009;

3.  Jiddispjaċih li r-rata ta' postijiet vakanti tal-Aġenzija hi daqshekk għolja (24 %); jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li tistqarr li kellha diffikultajiet fir-reklutaġġ u ż-żamma tal-persunal minħabba kompetizzjoni qawwija minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fl-Aja u li ħejjiet pjan ta' reklutaġġ biex itejjeb is-sitwazzjoni; jilqa' l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija li r-rata ta' postijiet vakanti tnaqqset fl-2010 għal 12 %; jinnota li din r-rata għadha għolja u jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb aktar is-sitwazzjoni; jitlob biex il-pjan ta' reklutaġġ imsemmi fit-tweġiba tal-Aġenzija jiġi segwit sal-2011;

4.  Jikkundanna l-fatt li ċerti kuntratti ta' reklutaġġ li twettqu b'mod irregolari għadhom operattivi; jistieden lill-Aġenzija biex issolvi din l-irregolarità mingħajr iżjed dewmien;

5.  Jinnota li l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għandha tiġi       bbażata aktar fuq il-prestazzjoni tagħha matul is-sena.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Leonidas Donskis, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Franziska Keller

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Yannakoudakis

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Jorgo Chatzimarkakis, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu

  • [1]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 144.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 144.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 144.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  Testi adottati, P7_TA-PROV(2011)...