RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni

6.4.2011 - (C7‑0217/2010 – 2010/2148(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Crescenzio Rivellini


Proċedura : 2010/2148(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0139/2011

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni

(C7‑0217/2010 – 2010/2148(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[1],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)0963 – C7‑0217/2010)[2],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0139/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni

(C7‑0217/2010 – 2010/2148(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[6],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)0963 – C7‑0217/2010)[7],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[8],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[9],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0139/2011),

1.  Jinnota li fl-2009 l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal total ta' EUR 88 000 000 (EUR 93 000 000 fl-2008), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98,37%, li hi ’l fuq mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (97,69%);

2.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma tatx lok għal xi kummenti sinifikanti fir-rigward tal-KtR;

3.  Jinnota li l-KtR kiseb 10 postijiet oħra fl-2009 (u 4 oħra fl-2010), u jilqa’ l-adozzjoni tar-regolament dwar il-flexitime, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011; jinnota l-isforzi tal-KtR fl-analiżi tal-possibilitajiet ta' teleworking; jinnota wkoll iż-żieda konsiderevoli fil-baġit tat-taħriġ tal-KtR (12% iżjed meta mqabbel mal-2008) u ż-żieda fl-għadd ta’ korsijiet ta’ taħriġ, b’inklinazzjoni lejn aktar korsijiet immirati li jfittxu li jsaħħu t-tagħrif f'qasam speċifiku;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2009 l-KtR aġġorna l-għodda analitiċi u ta’ monitoraġġ tal-baġit ("BudgetWatch"), li jipprovdu informazzjoni aktar komprensiva dwar il-baġit tal-KtR, li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tar-riżorsi baġitarji tal-KtR u jidentifikaw l-oqsma li jeħtieġu attenzjoni amministrattiva;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li skont il-kummenti tal-KtR bi tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008[11], il-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva bejn il-KtR u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għall-perjodu 2008 - 2014 huwa implimentat biżżejjed u jinnota li fil-preżent ma ġew identifikati ebda ħtiġijiet oħra biex jitjiebu l-aspetti prattiċi, u li l-kumitati għandhom jibqgħu attenti għall-ħtieġa li jinżamm livell għoli ta' armonizzazzjoni u dan huwa assigurat mill-istruttura ta' governanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva; Jistieden lill-KtR u l-KESE biex jgħarrfu jekk is-separazzjoni li tirriżulta mill-Ftehim kinitx newtrali f'dak li jirrigwardja l-baġit, u jirrappurtaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tar-rieżami ta’ nofs it-terminu ta’ dan il-ftehim, li hija mistennija fl-2011;

6.  Jinnota l-isforzi fil-qasam tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari, l-introduzzjoni li għaddejja bħalissa tas-sistema tal-ġestjoni tal-persunal ‘Sysper2’, u t-tħejjijiet imwettqa f’dan ir-rigward;

7.  Jinnota li s-Servizz ta' Verifika Interna (IAS) wettaq verifiki dwar l-adegwatezza tas-sistemi ta’ ppjanar tal-baġit (finalizzati fl-2009), u fuq il-konformità tad-dritt ta’ stabbiliment (għadha għaddejja), kif ukoll segwiti mir-rendiment tal-ispejjeż marbuta mal-missjonijiet, tal-istudji esterni u tal-konsulenzi esperti, u t-tieni segwitu dwar l-applikazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern u l-adegwatezza tas-sistemi finanzjarji; josserva fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, li minkejja li dan it-tieni segwitu, xorta għadu juri indikatur tar-riżultat relattivament baxx (i.e. l-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet implimentati fi żmien 12-il xahar); jinnota wkoll li l-istudju ppjanat dwar il-kwalità tal-funzjoni tal-IAS ma seħħx;

8.  Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu li, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta' reġistru pubbliku; Ifakkar lill-KtR fir-rikjesta tiegħu li l-membri tal-KtR jiddikjaraw l-interessi finanzjarji tagħhom, jiżvelaw informazzjoni rilevanti dwar attivitajiet professjonali li għandhom jiġu ddikjarati kif ukoll karigi jew attivitajiet imħallsa; jinnota b’sodisfazzjon it-tweġiba tal-KtR dwar il-kwistjoni, b’mod partikolari, l-ittra tal-president tal-KtR tal-11 ta' Frar 2011; jistieden lill-KtR biex isegwi din il-kwistjoni fir-Rapport tiegħu tal-Attività Annwali;

9.  Ifaħħar lill-KtR għall-kwalità għolja konsistenti tar-Rapporti tal-Attività Annwali, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu għad-deċiżjonijiet preċedenti ta' kwittanza tal-Parlament.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Andrea Cozzolino, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Christel Schaldemose, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Chris Davies, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Véronique Mathieu

  • [1]  ĠU L 69, 13.3.2009.
  • [2]  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
  • [3]  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
  • [4]  ĠU C 308, 12.11.2009, p. 129.
  • [5]  ĠU L 248, 16.9.2010, p. 1.
  • [6]  ĠU L 69, 13.3.2009.
  • [7]  ĠU C 308, 12.11.2009, p. 1.
  • [8]  ĠU C 303, 9.11.2009, p. 1.
  • [9]  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 98.