RAPPORT dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

14.4.2011 - (C7‑0246/2010 – 2010/2186(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur għal opinjoni: Georgios Stavrakakis

Proċedura : 2010/2186(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0144/2011

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0246/2010 – 2010/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom[3], u b’mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[4] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0246/2010 – 2010/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom[7], u b’mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[8] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0246/2010 – 2010/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom[11], u b’mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[12] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011),

A. billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari;

B. billi l-Qorti tal-Awdituri żiedet ukoll fir-rapport tagħha għall-2009 enfasi fuq osservazzjonijiet importanti fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità tal-Istatuti tal-Aġenzija mal-Artikolu 54 it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

C.  billi, skont id-Deċiżjoni 2008/114/KE, Euratom, Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, b'sede fil-Lussemburgu fl-1958, għandha Statut ġdid u saret Aġenzija,

1. Jieħu nota li fl-2009 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tagħha u li l-Kummissjoni tgħabbiet bl-ispejjeż kollha mġarrba minnha fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009; Jinnota li din is-sitwazzjoni ilha mill-ħolqien tal-Aġenzija fl-2008;

2. Jieħu nota, għaldaqstant, li fin-nuqqas ta' baġit awtonomu, l-Aġenzija fil-fatt hija integrata fil-Kummissjoni;

3. Jirrimarka, madankollu, li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-Istatuti tal-Aġenzija u li tqajjem il-kwistjoni dwar il-bżonn li l-Aġenzija tinżamm fil-għamla u fl-organizzazzjoni attwali tagħha;

4. Jinnota madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija, li tispjega li s-sitwazzjoni attwali tirrifletti l-bilanċ bejn, min-naħa, relazzjoni ċara mal-Kummissjoni (pereżempju, il-Kummissjoni tista’ toħroġ direttivi u taħtar lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija) u min-naħa l-oħra, grad ta’ awtonomija legali u finanzjarja (pereżempju l-Aġenzija hija kofirmatarja tal-kuntratti kummerċjali kollha relatati mal-akkwist tal-materjal nukleari, li jħalliha tiżgura li l-politika dwar id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tkun applikata); jinnota, barra minn hekk, li dan il-bilanċ huwa konformi mat-Trattat tal-Euartom;

Verifika interna

5. Jieħu nota li skont l-Artikolu 3 tal-Istatut tagħha, l-Aġenzija għażlet l-Awditur Intern tagħha, li beda jaqdi dmirijietu mill-1 ta' Lulju 2009;

6. Jieħu nota tal-ittra tal-31 ta' Marzu mid-Direttur Ġenerali li tirrikonoxxi l-problema u tippreċiża l-azzjonijiet inizjali meħuda kif talbet l-awtorità ta' kwittanza; jitlob lid-Direttur Ġenerali jżomm lill-awtorita ta' kwittanza infurmata dwar il-passi ulterjuri li jittieħdu u l-progress li jsir;

o

o o

7. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta’ ... Mejju 2011[13] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Bart Staes, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Cornelis de Jong, Christofer Fjellner, Edit Herczog, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Jan Mulder, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Peter Skinner

  • [1]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  Test adottati, P7_TA-PROV(2011)...