Proċedura : 2010/2016(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0159/2011

Testi mressqa :

A7-0159/2011

Dibattiti :

PV 06/06/2011 - 22
CRE 06/06/2011 - 22

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2011 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0259

RAPPORT     
PDF 265kDOC 207k
18 t'April 2011
PE 454.384v02-00 A7-0159/2011

dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti

(2010/2016(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Angelika Niebler

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U SIKUREZZA TAL-IKEL
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti

(2010/2016(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kumissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2010 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet – il-15-il rapport ta' kull sena mill-Kummissjoni skont it-termini tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar “Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2006” skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar tfassil aħjar tal-liġijiet 2005: l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità – it-13-il rapport annwali(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2007 dwar l-imminimizzar tal-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar leġiżlar aħjar 2004: l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà – it-12-il rapport annwali(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2004 dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-proċeduri ta' konsultazzjoni(6),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet tas-16 ta’ Diċembru 2003 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra l-Approċċ Interistituzzjonali Komuni għal Valutazzjonijiet tal-Impatt konkluż bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f'Novembru 2005,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 3/2010,

–   wara li kkunsidra r-riżultati tal-istudju kkummissjonat mill-Parlamemt Ewropew dwar valutazzjonijiet tal-impatt fl-Istati Membri tal-UE,

–   wara li kunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar valutazzjoni tal-impatt u l-annessi tagħhom (SEC(2009)0092),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2002 dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt (COM(2002)0276),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta’ Ottubru 2010 bejn il-Parlament u l-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2010 dwar Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni: il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali (COM(2010)614),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt għall-2010 tal-24 ta' Jannar 2011 (SEC(2011)0126),

–   wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Novembru 2010 mill-President tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi lir-rapporteur dwar l-esperjenzi miksuba minn valutazzjoni tal-impatt li saret dwar l-effett tal-estensjoni tal-liv tal-maternità għal 20 ġimgħa,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0159/2011),

A. billi l-valutazzjonijiet tal-impatt jippreżentaw evalwazzjoni sistematika tal-effetti mistennija tal-azzjoni leġiżlattiva,

B.  billi l-introduzzjoni ta’ ambjent regolatorju trasparenti, ċar, effettiv u ta’ kwalità għolja għandha tkun objettiv prijoritarju tal-politika tal-Unjoni Ewropea,

C. billi l-valutazzjonijiet tal-impatt jagħtu kontribut pożittiv lit-titjib ġenerali tal-kwalità tad-dispożizzzjonijet legali Komunitarji fil-kuntest tat-tfassil aħjar tal-liġijiet,

D. billi l-problemi li jinqalgħu fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE attwalment applikabbli huma, fost affarijiet oħra, ir-riżultat ta’ testi leġiżlattivi mfassla inadegwatament, u billi l-entitajiet leġiżlattivi kollha Ewropej jaqsmu r-responsabilità għal dan,

E.  Billi t-Trattat ta' Lisbona fih klawsoli soċjali u ambjentali orizzontali (l-Artikoli 9 u 11 tat-TFUE) li għandhom jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni u jirrikjedu analiżi profonda tal-impatt soċjali u ambjentali ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni proposta;

F.  billi, meta jiġu adottati liġijiet ġodda u meta jiġu ssimplifikati u riformulati liġijiet eżistenti, il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jservu biex itejbu l-evalwazzjoni tal-effetti soċjali, ekonomiċi, ambjentali u dawk fuq is-saħħa tagħhom u l-kompatibilità tagħhom mad-drittijiet fundamentali, u b'hekk jistgħu jgħinu biex tonqos il-burokrazija, kif ukoll jiżguraw il-konsistenza tal-politiki tal-UE fil-ksib tal-objettivi predominanti stipulati mill-Kunsill Ewropew,

G. billi l-Kummissjoni tqis li l-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt huwa indipendenti minkejja li jinsab taħt l-awtorità tal-President tal-Kummissjoni u huwa magħmul minn uffiċjali għolja minn diversi Direttorati Ġenerali u ppresedut mill-Viċi Segretarju Ġenerali; billi dan iwassal għall-preġudizzju fl-informazzjoni u għaldaqstant għal ksur tan-newtralità meħtieġa,

H. billi l-Parlament f’diversi okkażżjonijiet esprima appoġġ għall-użu ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti fl-Unjoni Ewropea,

I.   billi l-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni huma inkonsistenti fil-livell ta’ kwalità tagħhom u spiss iservu pjuttost biex jiġġustifikaw proposta leġiżlattiva milli biex jippermettu kunsiderazzjoni oġġettiva tal-fatti,

J.   billi l-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jintużaw biex jinħolqu ostakli burokratiċi bla bżonn għall-iżvilupp ulterjuri jew għad-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni jew politiki Ewropej,

K. billi l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2003, fl-Approċċ Interistituzzjonali Komuni għal Valutazzjonijiet tal-Impatt ta' Novembru 2005, u l-Parlament u l-Kummissjoni fil-Ftehim ta’ Qafas tal-20 ta’ Ottubru 2010, ħadu l-impenn li jistabbilixxu aġenda għal-leġiżlar aħjar, u billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi proposti konkreti għat-titjib tal-valutazzjonijiet tal-impatt,

L.  billi l-Kummissjoni qed issegwi tip ġdid ta’ approċċ fil-politika industrijali, fejn il-proposti politiċi kollha b’impatt qawwi fuq l-ekonomija għandhom jiġu analizzati fid-dettall fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività,

Rekwiżiti ġenerali għall-valutazzjonijiet tal-impatt fil-livell Ewropew.

1.  Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt huma għajnuna importanti għal leġiżlar iktar intelliġenti u aħjar matul iċ-ċiklu politiku kollu li l-leġiżlaturi tad-dritt tal-UE għandhom jisfruttaw iktar spiss sabiex jgħinuhom jevalwaw b'mod iktar effettiv il-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u dawk relatati mas-saħħa tal-għażliet politiċi tagħhom, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-analiżi tal-ispiża f'paragun mal-benefiċċju tikkostitwixxi kriterju wieħed fost oħrajn;

2.  Jilqa' l-Komunikazzjoni dwar Regolamentazzjoni Intelliġenti u jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandu jkollhom rwol prinċipali matul iċ-ċiklu kollu tal-politika, mit-tfassil għall-implimentazzjoni, l-infurzar, l-evalwazzjoni u sar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' teħid ta' deċiżjonijiet meqjus tajjeb u infurmat sew fl-istadju tat-tfassil tal-proposti leġiżlattivi, minħabba li dan jista’ jwassal kemm għal kwalità mtejba tar-riżultati kif ukoll għall-proċess leġiżlattiv iqsar;

3.  Jisħaq fuq il-bżonn ta' valutazzjonijiet tal-impatt magħmulin sew bħala prerekwiżit għal leġiżlazzjoni ta' kwalità għolja u għat-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar kif jixraq;

4.  Jenfasizza li valutazzjoni tal-impatt ma hija bl-ebda mod sostitut għad-dibattitu politiku u l-proċess demokratiku ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-leġiżlatur, iżda sempliċement isservi biex tgħin fil-preparazzjoni teknika ta’ deċiżjoni politika;

5.  Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom isiru fl-istadji bikrija tal-iżvilupp tal-politika; jenfasizza li dawn għandhom ikunu kompletament indipendenti u dejjem għandhom ikunu bbażati fuq analiżi raġunata u oġġettiva u tal-effetti potenzjali;

6.  Jenfasizza li, skont l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-koleġiżlaturi ntrabtu li jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt meta jqisu li dan ikun xieraq u meħtieġ għall-proċess leġiżlattiv, qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe emenda sostantiva;

7.  Iqis li huwa neċessarju li jiġu involuti esperti esterni mill-oqsma politiċi kollha kif ukoll il-gruppi kollha tal-partijiet interessati li jkunu milquta fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt sabiex ikunu ggarantiti l-indipendenza u l-oġġettività; jenfasizza, f’dan il-kuntest, id-distinzjoni fundamentali bejn konsultazzjoni pubblika u valutazzjoni tal-impatt indipendenti; jinnota li r-riżultat finali u l-kontroll tal-metodoloġija u l-kwalità tal-valutazzjoni tal-impatt għandhom jibqgħu f'idejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat li dawn jitwettqu bl-istess standard għoli;

8.  Jitlob li jkun hemm trasparenza massima fit-tfassil tal-valutazzjonijiet tal-impatt, inkluża l-pubblikazzjoni bikrija ta' pjanijiet direzzjonali komprensivi tal-leġiżlazzjoni proposta sabiex ikun żgurat aċċess ugwali għall-proċeduri leġiżlattivi għall-partijiet interessati kollha; iqis, għalhekk, ukoll li l-perjodu attwali ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni għandu jiġi estiż għal 12-il ġimgħa;

9.  Huwa tal-opinjoni li m'għandux ikun possibbli li l-valutazzjonijiet tal-impatt dwar proġetti jew leġiżlazzjoni mħallsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi jew l-intrapriżi dipendenti tagħhom jiġu approvati mill-amministrazzjoni kkonċernata;

10. Iqis li hu essenzjali li l-valutazzjonijiet tal-impatt jiġu skrutinizzati mill-Istati Membri ex-ante, sabiex ikunu valutati l-effetti tal-leġiżlazzjoni proposta fuq il-liġijiet u l-politiċi pubbliki nazzjonali; jitlob li titwettaq evalwazzjoni ex-post ikbar u biex titqies iktar l-inklużjoni ta' tabelli ta' korrelazzjoni obbligatorji sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun ġiet implimentata b'mod korrett mill-Istati Membri u laħqet l-objettivi tagħha;

11. Jemmen li l-valutazzjoni tal-impatt hija strument xieraq għall-verifika tar-rilevanza tal-proposti tal-Kummissjoni, u partikolarment skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u biex ikunu spjegati b’mod iktar ċar lill-koleġiżlaturi u lill-pubbliku b'mod ġenerali r-raġunijiet għall-għażla ta’ miżura partikolari;

12. Jenfasizza li l-elementi ewlenin ta’ valutazzjoni tajba tal-impatt huma r-rikonoxximent tal-problema, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, id-definizzjoni tal-objettivi li għandhom jintlaħqu u l-elaborazzjoni ta’ alternattivi strateġiċi tal-politika;

13. Iqis li huwa importanti li proposti leġiżlattivi ġodda jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt; jinnota li dan jista' japplika wkoll għas-simplifikazzjoni u r-riformulazzjoni tal-liġi tal-UE u għall-atti delegati u implimentattivi skont l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, meta dan ikun xieraq;

14. Iqis il-valutazzjoni tal-impatt bħala 'dokument ħaj' li jifforma parti mill-proċess leġiżlattiv; jenfasizza l-ħtieġa li tkun garantita biżżejjed flessibbiltà biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjonijiet tal-impatt ulterjuri matul il-proċess leġiżlattiv;

15. Jitlob li l-valutazzjonijiet tal-impatt ma jiffokawx esklussivament fuq l-analiżi tal-ispiża f'paragun mal-benefiċċju imma li dawn jikkunsidraw ammont kbir ta’ kriterji, bi qbil mal-prinċipju ta' approċċ integrat, sabiex jipprovdu lil-leġiżlatur stampa kemm jista’ jkun komprensiva; jinnota, f’dan il-kuntest, l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali msemmija fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2003 u fl-approċċ komuni tal-2005, li għandhom jiġu miġbura f’evalwazzjoni waħda; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-bżonn li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tal-UE billi jitqiesu l-objettivi tagħha u bi qbil mal-prinċipju tal-għoti tal-poteri kif stipulat fl-Artikolu 7 tat-TFUE;

16. Iħeġġeġ, fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt, sabiex dejjem issir analiżi tal-ispiża f'paragun mal-benefiċċju – jiġifieri, eżami tal-effiċenza f’termini ta’ spejjeż tal-programmi u l-miżuri kollha li jinvolvu nefqa – kif ukoll biex jiġu eżaminati l-implikazzjonijiet potenzjali għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; jitlob, f’dan il-kuntest, l-użu konsistenti tat-test tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju propost fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-2008; ifakkar, f'dan il-kuntest, li f'kull liġi li timponi piżijiet fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għandu jkun hemm evalwazzjoni bir-reqqa tar-regolamenti eżistenti bil-għan li jitnaqqas il-piż regolatorju globali fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

17. Jitlob, fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt, li ssir analiżi intensiva dwar il-proposti politiċi ġodda kollha b’effetti sinifikattivi fuq il-kompetittività industrijali; jitlob, barra minn hekk, li ssir valutazzjoni ex-post tal-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea; jinnota li l-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni fil-fatt wiegħdet l-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ dan it-tip;

18. Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu t-tagħlimiet mill-evalwazzjoni ex-post tal-leġiżlazzjoni eżistenti u minn analiżi tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, u li qabel ma tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida ssir diskussjoni xierqa dwar l-għażliet strateġiċi disponibbli għal qasam ta' politika speċifika;

19. Iħeġġeġ li l-valutazzjonijiet tal-impatt fil-livell Ewropew għandhom jeżaminaw il-valur miżjud Ewropew f'dak li għandu x'jaqsam ma' liema spejjeż jiġu ffrankati minn soluzzjoni Ewropea u/jew xi spejjeż supplementari jirriżultaw għall-Istati Membri fin-nuqqas ta’ soluzzjoni Ewropea;

20. Jemmen li l-impatt fuq is-sħubiji ekonomiċi tal-UE kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-għażla ta’ standard Ewropew speċifiku minflok standard internazzjonali għandu jitqies fil-valutazzjonijiet tal-impatt;

21. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu bis-sħiħ l-alternattivi disponibbli għal-leġiżlatur u dejjem għandhom jinkludu eżami serju tal-alternattiva li ma tittieħed ebda azzjoni;

22. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt m'għandhomx iwasslu għal iżjed burokrazija u dewmien żejjed fil-proċedura leġiżlattiva; madankollu, għandu jingħata biżżejjed ħin sabiex il-valutazzjonijiet tal-impatt jipproduċu riżultati affidabbli; jenfasizza wkoll, f’dan il-kuntest, li l-valutazzjonijiet tal-impatt m'għandhomx jiġu abbużati biex jimblukkaw leġiżlazzjoni mhux mixtieqa; iħeġġeġ, għalhekk, li jinħolqu l-kundizzjonijiet tekniċi u amministrattivi biex jiżguraw li l-valutazzjonijiet tal-impatt jitwettqu bil-ħeffa u mal-ewwel, pereżempju permezz ta’ strumenti bħal ftehimiet qafas, proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti mgħaġġla u l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi;

23. Iħeġġeġ, bi qbil mal-prinċipju tal-Aħjar Prattika, li jsir użu mill-esperjenza miksuba f’pajjiżi oħra fejn valutazzjonijiet tal-impatt diġà twettqu għal diversi snin, sabiex ikomplu jitjiebu l-valutazzjonijiet tal-impatt fil-livell tal-UE;

24. Jitlob li l-valutazzjonijiet tal-impatt jiġu aġġornati matul il-proċess leġiżlattiv sħiħ, sabiex jiġu kkunsidrati tibdiliet li jseħħu matul dan il-proċess;

25. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt m'għandhomx isiru biss qabel l-adozzjoni ta’ test leġiżlattiv (ex-ante) iżda għandhom jitwettqu wkoll wara l-adozzjoni tiegħu (ex-post); ifakkar li dan huwa neċessarju sabiex jiġi vvalutat aktar bir-reqqa jekk l-oġġettivi ta’ liġi fil-verità ntlaħqux u jekk att legali għandux jiġi adattat jew għandux jinżamm; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-evalwazzjoni ex-post m'għandha qatt tissostitwixxi d-dover tal-Kummissjoni bħala "l-Gwardjana tat-Trattati" li timmoniterja b'mod effettiv u fil-waqt l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fl-Istati Membri;

26. Jenfasizza r-responsabilità primarja tal-Kummissjoni biex twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ta' kwalità għolja tal-proposti tagħha fl-eżerċitar tad-dritt tagħha ta' inizjattiva bi qbil mat-Trattat;

Potenzjal għat-titjib fil-livell tal-Kummissjoni

27. Jirrikonoxxi li l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni għoliet fis-snin riċenti, imma jenfasizza li hemm bżonn ta' iktar titjib;

28. Jirreferi, f’dan il-kuntest, għall-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, li ġie mwaqqaf fl-2006, li huwa responsabbli għall-iżvilupp tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni;

29. Jenfasizza li membri tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt huma indipendenti biss f’termini formali, peress li attwalment jinħatru mill-President tal-Kummissjoni u huma soġġetti għall-istruzzjonijiet tiegħu, u għalhekk ma jistax jingħad li huma kompletament indipendenti; jitlob, għalhekk, li l-membri tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt jinħatru mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u li ma jkunux iktar soġġetti għall-istruzzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni; jitlob, għalhekk, li l-ħidma tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt u tal-esperti ssir fl-ambitu pubbliku bl-ogħla livell ta' trasparenza sabiex l-indipendenza tagħhom tkun tista' tiġi verifikata fil-prattika;

30. Jitlob ukoll li l-esperti mill-oqsma politiċi kollha kif ukoll il-gruppi tal-partijiet interessati kollha milquta jiġu involuti fix-xogħol tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt; jitlob li dawn l-esperti jiġu minn barra l-Kummissjoni u li ma jkunux suġġetti għal istruzzjonijiet;

31. Jitlob li l-Parlament Ewropew jiġi involut b'mod bikri u komprensiv – anki permezz ta’ notifiki u rapporti interim – u b’mod partikolari li jiġu involuti l-kumitati relevanti tiegħu, fil-proċess sħiħ ta’ valutazzjoni tal-impatt u fix-xogħol tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill b'sommarji ta' bejn żewġ u erba' faċċati mal-valutazzjoni tal-impatt sħiħa, inkluża, meta tkun relevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt, meta tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tivverifika li l-kwistjonijiet relevanti kollha jiġu indirizzati mingħajr ma tkun ipperikolata l-indipendenza tal-valutazzjoni billi tiġi influwenzata l-evalwazzjoni attwali;

32. Jinnota li fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha l-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll mal-Istati Membri, għaliex dawn tal-aħħar wara għandhom jittrasponu d-direttivi fil-liġi nazzjonali u l-l-awtoritajiet nazzjonali normalment ikunu jafu iktar kif id-dispożizzjonijiet legali se jaħdmu fil-prattika;

33. Jenfasizza li r-regolamentazzjoni intelliġenti bbażata fuq valutazzjoni kompleta u oġġettiva tal-impatt għadha r-responsabilità komuni tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-Istati Membri, u li l-Kummissjoni għandha għaldaqstant tqis ukoll l-osservazzjonijiet li hija tirċievi mill-Parlament Ewropew, mill-Kumitat tar-Reġjuni, mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Istati Membri;

34. Jinnota li, qabel l-adozzjoni finali ta’ valutazzjoni tal-impatt, ir-riżultati preliminari tagħha dejjem għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni esterna; jitlob li s-sejbiet ta' din ir-reviżjoni jkunu aċċessibbli għall-pubbliku;

35. Jinnota l-kritika mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fis-sens li l-Kummissjoni kultant tieħu inizjattivi leġiżlattivi minkejja l-fatt li proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt ikun għadu ma ġiex konkluż; jinnota wkoll il-kritika li mhux l-għażliet politiċi kollha jistgħu jirċievu l-istess livell ta' attenzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-għażliet politiċi kollha għandhom jitqiesu bis-sħiħ fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt;

36. Jitlob, fl-interess ta’ trasparenza akbar, li jiġu ppubblikati l-ismijiet tal-esperti u l-parteċipanti l-oħra kollha fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt kif ukoll id-dikjarazzjoni tagħhom ta' interessi;

37. Jitlob, fir-rigward tal-konsultazzjonijiet pubbliċi, li l-gruppi ta’ partijiet interessati jiġu notifikati fil-ħin dwar kwalunkwe konsultazzjoni ppjanata; jitlob ukoll li l-gruppi ta’ partijiet interessati jingħataw l-opportunità, bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, li jikkummentaw dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt, u dan għandu jsir kmieni biżżejjed, qabel ma tiġi ppubblikata l-proposta tal-Kummissjoni;

38. Jitlob li d-data użata mill-Kummissjoni tkun affidabbli u komparabbli;

39. Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha teżamina sistematikament il-piżijiet amministrattivi ta' proposti leġiżlattivi u biex dejjem tindika ċar liema waħda mill-għażliet li jkunu ġew eżaminati l-aktar li tneħħi piżijiet amministrattivi jew l-anqas li toħloq piżijiet ġodda;

40. Jinnota li t-tressiq ta’ proposta leġiżlattiva fl-istess ħin tal-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt huwa kontroproduttiv għaliex dan jagħti l-impressjoni li l-għan prinċipali tal-valutazzjoni tal-impatt huwa li jiġġustifika l-proposta tal-Kummissjoni; huwa tal-parir, għalhekk, li d-dokumenti jiġu ppubblikati aktar kmieni f'kull stadju tal-proċess leġiżlattiv, inkluża l-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni finali tal-impatt tal-Kummissjoni, kif approvata mill-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt, qabel jibdew il-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi;

41. Jissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet kollha tal-impatt li jitlestew mill-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati f'serje speċjali ta' pubblikazzjonijiet mill-Kummissjoni sabiex ikun faċli għall-pubbliku li jirreferi għalihom u jfittixhom f'websajt apposta;

42. Jitlob li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ex-post tal-atti legali adottati; itenni, madankollu, li l-evalwazzjoni ex-post m'għandha qatt tissostitwixxi d-dover tal-Kummissjoni li timmoniterja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri;

43. Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi kummenti sostantivi dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa mill-Parlament;

Potenzjal għat-titjib fil-livell tal-Parlament Ewropew

44. Jitlob lill-kumitati tiegħu jagħmlu użu aktar konsistenti mill-istrument parlamentari ta’ valutazzjoni tal-impatt, strument li hu diġà disponibbli; ifakkar li teżisti linja baġitarja speċifika li tkopri t-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt; iqis ir-rikors għal valutazzjoni parlamentari tal-impatt bħala partikolarment neċessarju meta jkunu ddaħħlu bidliet sostantivi fil-proposta inizjali;

45. Ifakkar, barra minn hekk, li l-valutazzjonijiet tal-impatt m’hemmx għalfejn ikunu parti minn studju kumpless iżda jistgħu jieħdu l-forma ta’ studji limitati, workshops u sessjonijiet ta’ smigħ mal-esperti;

46. Hu tal-fehma li għandha tiddaħħal sistematikament kunsiderazzjoni standard mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tiegħu, li biha ssir referenza għall-kunsiderazzjoni tal-valutazzjonijiet kollha tal-impatt li jitwettqu mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma relevanti għal-leġiżlazzjoni kkonċernata;

47. Jinnota li l-Parlament u l-kumitati tiegħu diġà għandhom il-makkinarju biex jeżaminaw il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni; iqis li preżentazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni lill-kumitati relevanti tkun żieda ta' valur kbir għall-iskrutinju li jsir fil-Parlament; jinnota li tali skrutinju jista’ wkoll jieħu numru ta' forom oħra, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt komplementari, analiżi aktar dettaljata, rieżami tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni minn esperti esterni u laqgħat speċjali ma’ esperti indipendenti; jenfasizza li l-ħidma tad-dipartimenti politiċi tagħha f'dan il-qasam għandha tiżviluppa b'mod konsistenti;

48. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Parlament għandhom jitqiesu bħala korrettivi tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni;

49. Jitlob li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni jiġu trattati sistematikament u kemm jista’ jkun malajr fil-livell parlamentari u partikolarment fil-livell tal-kumitati;

50. Jenfasizza li d-deċiżjoni għat-twettiq tal-valutazzjoni parlamentari tal-impatt għandha tittieħed mill-kumitat relevanti tal-Parlament bil-parteċipazzjoni tar-rapporteur; iħeġġeġ li r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu għandhom jiġu emendati biex jagħmluha possibbli li valutazzjoni tal-impatt tista' tintalab minn kwota minima ta’ kwart tal-membri tal-kumitat;

51. Iħeġġeġ lill-kumitati kollha tiegħu biex, qabel ma jikkunsidraw proposta leġiżlattiva, jiddiskutu mal-Kummissjoni fil-fond dwar il-valutazzjoni tal-impatt;

52. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt li jitwettqu matul il-proċess parlamentari leġiżlattiv huma importanti wkoll; jinkoraġġixxi lill-Parlament biex jeżamina l-possibilità ta’ valutazzjoni tal-impatt meta jsiru emendi sostantivi fi kwalunkwe stadju tal-proċess leġiżlattiv; jinnota, madankollu, li dan m'għandux iwassal għal dewmien żejjed;

53. Jitlob, barra minn hekk, li l-Membri individwali jkollhom il-possibilità li jitolbu studji żgħar sabiex jipprovdulhom fatti jew statistiki relevanti fl-oqsma relatati mal-ħidma parlamentari tagħhom, u jissuġġerixxi li tali studji jkunu jistgħu jsiru mil-librerija tal-Parlament Ewropew bħala komplement għall-funzjonijiet kurrenti tagħha;

54. Jistieden, għalhekk, lill-Parlament biex jadotta pjanijiet biex il-librerija tiegħu tipprovdi dan is-servizz lill-Membri; jenfasizza l-fatt li kwalunkwe pjanijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiki tal-libreriji parlamentari, inklużi dawk tal-Istati Membri, u għandhom jitwettqu skont regoli stretti u b'kooperazzjoni sħiħa mal-funzjoni ta' riċerka li taqdi l-kumitati;

Il-ħolqien ta' struttura awtonoma għall-valutazzjonijiet tal-impatt għall-Parlament Ewropew u l-prospetti għall-futur

55. Jenfasizza l-importanza ta’ mekkaniżmu għal valutazzjoni tal-impatt uniformi għall-kwalità u l-koerenza tat-tfassil ta’ politika tiegħu stess;

56. Jitlob, għalhekk, li jiġi stabbilit proċess integrat ta’ valutazzjoni tal-impatt fil-Parlament Ewropew; jipproponi, f’dan il-kuntest, li tiġi żviluppata proċedura ta’ valutazzjoni tal-impatt komuni fuq il-bażi ta’ sistema u metodoloġija komuni użati mill-kumitati kollha;

57. Jinkoraġġixxi li dan isir taħt il-patroċinju ta' struttura awtonoma li tagħmel użu mir-riżorsi proprji tal-Parlament, pereżempju billi jiġu involuti l-librerija u d-dipartimenti politiċi, u tinkludi esperti esterni, bħal uffiċjali ssekondati minn faċilitajiet nazzjonali tal-valutazzjoni tal-impatt, fuq bażi ad hoc għall-valutazzjonijiet individwali tal-impatt, li għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew permezz ta' bord superviżorju li jkun magħmul minn membri;

58. Jitlob li tinħoloq l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għal dan il-għan, filwaqt li jkun żgurat li kwalunkwe infrastruttura bħal din tkun newtrali għall-baġit billi jintużaw riżorsi eżistenti;

59. Jenfasizza li għandhom isiru deliberazzjonijiet fit-tul dwar il-prospetti ta' approċċ komuni għall-valutazzjonijiet tal-impatt mill-istituzzjonijiet Ewropej; ifakkar li l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2003 u l-Approċċ Interistituzzjonali Komuni għal valutazzjonijiet tal-impatt ta' Novembru 2005 diġà talbu li jkun hemm approċċ metodoloġiku komuni għall-valutazzjonijiet tal-impatt fl-istituzzjonijiet Ewropej;

60. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea topponi l-idea ta’ approċċ komuni għall-valutazzjoni tal-impatt mill-istituzzjonijiet Ewropej;

61. Jinnota li l-Kunsill s’issa għamel użu minimu tal-valutazzjoni tal-impatt bħala strument; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill ukoll biex jagħmel użu aktar intensiv tal-valutazzjonijiet tal-impatt, b'konformità mal-approċċ interistituzzjonali komuni għall-valutazzjonijiet tal-impatt imsemmi hawn fuq, sabiex tittejjeb il-kwalità tal-kontribuzzjoni tiegħu għal-leġiżlazzjoni tal-UE; jenfasizza li regolamentazzjoni intelliġenti bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt kompleta u oġġettiva tibqa' r-responsabilità komuni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri;

o

o o

62. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

P7_TA(2010)0311.

(2)

ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 16.

(3)

ĠU C 187 E, 24.07.2008, p. 67.

(4)

ĠU C 175 E, 10.07.2008, p. 124.

(5)

ĠU C 297 E, 07.12.2006, p. 128.

(6)

ĠU C 104 E, 30.04.2004, p. 146


NOTA SPJEGATTIVA

Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma strument ċentrali tal-leġiżlazzjoni li l-leġiżlaturi Ewropej jeħtieġ jużaw aktar fil-futur. Il-benefiċċji tal-valutazzjoni tal-impatt huma ovvji. Huma juru lil-leġiżlaturi l-konsegwenzi possibbli tal-għażliet politiċi tagħhom u jgħinuhom jieħdu deċiżjoni. Għalhekk jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għal-leġiżlar aħjar. Madankollu, ma jistgħu bl-ebda mod jissostitwixxu d-dibattitu politiku u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet demokratikament leġittimu tal-leġiżlatur. Iservu biss sabiex jagħmlu possibbli l-preparazzjoni teknika ta' deċiżjoni politika.

Dan ir-rapport huwa maqsum f'erba' sezzjonijiet. L-ewwel jiġu indikati r-rekwiżiti ġenerali kollha fil-livell Ewropew għall-valutazzjoni tal-impatt. It-tieni taqsima tiddiskuti l-valutazjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u tenfasizza t-titjib possibbli. It-tielet taqsima hija ddedikata għall-valutazzjonijiet tal-impatt magħmula mill-Parlament Ewropew. Ir-raba' u l-aħħar taqsima titlob li jkun hemm struttura awtonoma għall-valutazzjonijiet tal-impatt fil-Parlament Ewropew li l-kumitati kollha tal-Parlament għandhom jużaw sabiex itejbu l-leġiżlazzjoni u joħolqu sinerġiji.

Ir-rekwiżiti ġenerali għall-valutazzjonijiet tal-impatt fil-livell Ewropew

Il-Parlament hu tal-fehma li l-valutazzjonijiet tal-impatt użati mill-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jikkonformaw ma' ċerti prinċipji. Qabel kollox għandhom ikunu kompletament indipendenti u trasparenti. Għandhom ikopru l-kategoriji kollha tal-proposti leġiżlattivi u jużaw metodoloġija ċara. L-għażliet possibbli ta' politiki elenkati għandhom jinkudu wkoll il-possibilità li ma tittieħed ebda azzjoni. Il-konsegwenzi speċifiċi għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għandhom jitqiesu wkoll fejn ikun xieraq. Fl-aħħarnett, il-valutazzjonijiet tal-impatt iridu dejjem jiġu adattati għall-iżviluppi attwali fil-proċess leġiżlattiv.

Potenzjal għal titjib fil-livell tal-Kummissjoni

Il-Parlament jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tejbet il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (Impact Assessment Board). Madankollu, kif turi l-esperjenza, mill-kummenti mill-Membri tal-Parlament u, ta' importanza ugwali, mir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni fil-forma preżenti tagħhom iħallu lok għal aktar titjib. Dan jinkludi impenn eqreb mill-kumitati tal-Parlament Ewropew u spjegazzjoni dettaljata għala l-Kummissjoni kultant iżżomm lura milli toħroġ valutazzjoni tal-impatt għal proposti leġiżlattivi individwali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun lesta tagħti opinjoni dwar valutazzjonijiet tal-impatt kummissjonati mill-Parlament.

Potenzjal għal titjib fil-livell tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament diġà kapaċi jagħmel il-valutazzjonijiet tal-impatt tiegħu stess u jissottometti għal skrutinju l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni. Fil-prattika, madankollu, dan rari jifforma parti mix-xogħol tal-Parlament. Għalhekk, il-Parlament jitlob lill-kumitati konċernati tiegħu biex jagħmlu użu aktar intensiv mill-valutazzjonijiet tal-impatt sabiex tisseddaq il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tagħha. Ta' min iqis ukoll jekk terz mill-membri ta' kumitat għandux ikollu l-kapaċità li jordna li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt.

Il-ħolqien ta' struttura awtonoma għall-valutazzjonijiet tal-impatt għall-Parlament Ewropew u l-prospetti għall-futur

It-talba prinċipali tal-Parlament hija li tinħoloq struttura awtonoma għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt fil-Parlament bil-għan li titjieb aktar il-kwalità tal-leġiżlazzjoni u jinħolqu sinerġiji. F'terminu itwal ta' żmien, trid titqies il-possibilità ta' mekkaniżmu komuni għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (7.10.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti

(2010/2016(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Derk Jan Eppink

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-Parlament bosta drabi enfasizza li l-indipendenza tal-valutazzjonijiet tal-impatt hija garanzija tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni, u ripetutement talab li l-valutazzjonijiet isiru soġġetti għal skrutinju estern u indipendenti;

B.  billi l-Kummissjoni tqis li l-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt huwa indipendenti minkejja li jinsab taħt l-awtorità tal-President tal-Kummissjoni u huwa magħmul minn uffiċjali għolja minn diversi Direttorati Ġenerali u ppresedut mill-Viċi Segretarju Ġenerali; billi dan iwassal għal informazzjoni mxaqilba u għaldaqstant għal ksur tan-newtralità meħtieġa,

C. billi l-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jintużaw biex jinħolqu ostakli burokratiċi bla bżonn għall-iżvilupp ulterjuri jew għad-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni jew politiki Ewropej,

D. billi m'hemm l-ebda stampa ġenerali ċara la tal-kost totali tal-valutazzjonijiet tal-impatt u lanqas analiżi tal-kost tagħhom għad-Direttorati Ġenerali rispettivi,

1.  Iqis li l-proċess tal-valutazzjonijiet tal-impatt jeħtieġ li jkun soġġett għal kontroll tal-kwalità indipendenti u estern;

2.  Jemmen li l-kompożizzjoni u l-lokazzjoni attwali tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt ma jaqblux mar-rekwiżit għal valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti, minħabba li huwa nieqes l-iskrutinju estern;

3.  Iqis li proċess indipendenti ta' kontroll tal-kwalità, flimkien ma' analiżi tal-kost u l-benefiċċji għandu jevalwa, inter alia, il-ħtieġa ta' valutazzjoni tal-impatt, fil-qies tal-kosts u tad-dewmien li din tikkawża għal-leġiżlazzjoni u l-politiki;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tfittex tispira ruħha mill-aqwa prattiki fl-Istati Membri għall-garanzija ta' valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament juża valutazzjonijiet tal-impatt immirati biss f'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tinbidel drastikament waqt il-proċedura ta' kodeċiżjoni.

RIŻULTAT TAL-VOT FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

29

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Udo Bullmann, Pascal Canfin, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Íñigo Méndez de Vigo, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Băsescu, David Casa, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Siiri Oviir, Gianni Pittella


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U SIKUREZZA TAL-IKEL (9.11.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti

(2010/2016(INI))

Rapporteur: Martin Callanan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel qed jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.        Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt obbligatorji tal-proposti leġiżlattivi kollha, billi dan hu meħtieġ biex jiġi stabbilit il-bżonn għal-leġiżlazzjoni u jekk hemmx “valur miżjud għall-UE”;

2.        Minħabba l-ispejjeż biex isiru dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt, jipproponi li dawn għandhom jiġu prijoritizzati għall-proposti leġiżlattivi;

3.        Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt iservu ta' gwida biex il-leġiżlazzjoni tkun aħjar, u jistgħu jkunu biss ta' għajnuna għad-deċiżjonijiet politiċi, u fl-ebda każ m'għandhom jieħdu post id-deċiżjonijiet politiċi fi ħdan il-proċess deċiżjonali demokratiku u lanqas ifixklu s-sehem ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u li huma politikament responsabbli għalihom;

4.        Jenfasizza, barra minn hekk, li l-valutazzjonijiet tal-impatt m'għandhomx idewmu l-proċeduri leġiżlattivi, u lanqas m'għandhom jintużaw bħala strument li jservi ta' xkiel proċedurali bil-għan li tiġi mblukkata leġiżlazzjoni mhix mixtieqa;

5.        Jisħaq fuq il-fatt li l-partijiet interessati għandhom ikunu kkonsultati fil-proċess tat-tfassil tal-valutazzjonijiet tal-impatt u li l-abbozzi tal-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu disponibbli għall-kummenti qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument finali;

6.        Jipproponi li fl-oqsma ta’ kompetenza speċjali, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jitolbu li jiġu kkummissjonati valutazzjonijiet tal-impatt esternament minn esperti fil-qasam rilevanti;

7.        Jitlob li f’kull valutazzjoni tal-impatt għandha tiġi inkluża analiżi obbligatorja tal-benefiċċji u l-ispejjeż, bil-benefiċċji u l-ispejjeż ikkwantifikati b’mod ċar, sabiex ikunu jistgħu jitqabblu l-għażliet alternattivi;

8.        Jitlob li l-kunċett tal-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tal-valutazzjonijiet tal-impatt dwar proposti leġiżlattivi jiġi estiż biex jinkludi indikaturi speċifiċi tar-riżorsi naturali u kulturali, sabiex tiġi evitata l-possibilità li jinqerdu, billi dawn ir-riżorsi jeħtieġu valutazzjoni speċifika u differenti;

9.        Jitlob li analiżi obbligatorja tal-impatti ekonomiċi, soċjali, ambjentali u tas-saħħa għal żmien medju u fit-tul tiġi inkluża b'mod ibbilanċjat fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha; jikkunsidra li, meta ma jkun hemm l-ebda impatt ta’ dan it-tip, dan għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu fil-valutazzjoni tal-impatt;

10.      Jipproponi li l-valutazzjonijiet tal-impatt dwar proposti leġiżlattivi jinkludu valutazzjoni ekonomika tal-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sostituzzjoni;

11.      Jenfasizza l-importanza u l-bżonn li l-Kumitati tal-Parlament, bi qbil mal-Approċċ Komuni Interistituzzjonali għall-valutazzjoni tal-impatt, jeżaminaw il-valutazzjonijiet tal-impatt u r-rapporti tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanjawhom fil-fażi inizjali tal-proċedura, u li jipproduċu valutazzjonijiet tal-impatt huma wkoll fil-każ ta’ emendi sostantivi li jbiddlu b’mod sinifikanti l-proposti tal-Kummissjoni;

12.      Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt li jkun tassew indipendenti biex jipprovdi sorveljanza kritika esterna tal-valutazzjonijiet tal-impatt; jissuġġerixxi li dan għandu jkun magħmul minn membri indipendenti minn barra l-istruttura istituzzjonali tal-UE, approvati mill-Parlament u l-Kunsill u appoġġati minn segretarjat ta’ persunal tal-Kummissjoni; jissuġġerixxi li l-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt għandu jirrakkomanda lill-Parlament iċ-ċaħda ta' proposta leġiżlattiva jekk il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha ma tissodisfax l-istandards meħtieġa;

13.      Jissuġġerixxi li l-Qorti tal-Awdituri tkun responsabbli biex tissorvelja l-ħatra tal-membri l-ġodda tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt, biex teżamina r-rapporti inizjali prodotti mill-Bord il-ġdid u biex tiżgura li l-Parlament u l-Kunsill jimxu mar-regoli stipulati fl-Approċċ Komuni Interistituzzjonali msemmi aktar 'il fuq;

14.      Jistieden lill-presidenza tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt biex tidher quddiem il-kumitati konċernati u tindirizzahom, rispettivament u, b'talba tagħhom, kull sena wara l-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Bord;

15.      Iqis li l-indipendenza vera tal-valutazzjonijiet tal-impatt għandha ssir prinċipju ġenerali li jkun applikabbli għal kull tip ta' valutazzjoni bħal dan, u b'mod partikolari għall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali; iqis ukoll li fid-Direttiva dwar l-Istima tal-Impatt Ambjentali(1) għandha tkun inkluża garanzija li dan il-prinċipju japplika;

16.      Huwa konvint li l-Parlament għandu jitlob lill-Kummissjoni tipproponi bidliet fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (il-Konvenzjoni Espoo) li jiżguraw l-indipendenza tal-valutazzjonijiet tal-impatti ambjentali;

17.      Iqis li l-Kummissjoni għandu jkollha sehem attiv fid-difiża tal-interessi tal-UE u tal-Istati Membri kollha tagħha f'każijiet fejn il-proġetti ta' pajjiżi terzi jista' jkollhom impatt fuq l-Unjoni Ewropea jew fuq wieħed mill-Istati Membri tagħha jew aktar.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Julie Girling, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Christa Klaß, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Theodoros Skylakakis, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Christofer Fjellner, Matthias Groote, Philippe Juvin, Jiří Maštálka, Bill Newton Dunn, Alojz Peterle, Marianne Thyssen, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Zahradil

(1)

             Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kif emendata), ĠU L 175, 5.7.1985, p.40.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (3.11.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti

(2010/2016(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Giles Chichester

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija qed jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni għandu jiżgura kemm kontroll tal-kwalità riġidu kif ukoll trasparenza, għandu jinkludi persentaġġ raġonevoli ta’ esperti indipendenti mhux eżekuttivi proposti mill-Kummissjoni, suġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, u għandu jirrapporta lill-kumitat relevanti;

2.  Jemmen li l-valutazzjoni tal-impatt hija strument xieraq għall-verifika tar-rilevanza tal-proposti tal-Kummissjoni, u partikolarment skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u biex ikunu spjegati b’mod iktar ċar lill-koleġiżlaturi u lill-pubbliku inġenerali r-raġunijiet għall-għażla ta’ miżura partikolari;

3.  Iqis li l-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt għandu jiċċekkja l-valutazzjonijiet tal-impatt kollha tal-Kummissjoni u jressaq opinjonijiet dwarhom; iqis li, jekk wara opinjoni kritika mill-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tbiddilx il-proposta tagħha, għandha tiġi ppubblikata mal-proposta, dikjarazzjoni mill-Kummissjoni li tispjega din id-deċiżjoni, kif ukoll l-opinjoni tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt;

4.  Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt bl-ebda mod għandhom inaqqsi l-indipendenza tal-Kummissjoni fl-eżerċitar tal-prerogattivi istituzzjonali tagħha, u partikolarment id-dritt waħdieni tagħha li tipproponi leġiżlazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

5.  Jemmen li l-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt għandu jkun f'pożizzjoni li jivverifika l-kalkoli tan-nefqa tal-valutazzjoni tal-impatt u jistabbilixxi kalkoli tan-nefqa indipendenti bl-għajnuna tal-esperti indipendenti fejn ikun meħtieġ;

6.  Jemmen li l-impatt fuq is-sħubiji ekonomiċi tal-UE kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-għażla ta’ standard Ewropew speċifiku minflok standard internazzjonali għandu jitqies fil-valutazzjonijiet tal-impatt;

7.  Jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom isiru b'mod sistematiku għal kwalunkwe proposta leġiżlattiva u jitlob lill-Kummissjoni, għall-każijiet eċċezzjonali li għalihom ma tkunx tista' ssir valutazzjoni tal-impatt, biex dejjem tipprovdi ġustifikazzjoni raġunata għaliex ma tkunx saret valutazzjoni tal-impatt;

8.  Jemmen li approċċ ta’ kost u benefiċċji mhuwiex biżżejjed fir-rigward ta' valutazzjonijiet tal-impatt u għalhekk jenfasizza l-importanza ta’ approċċ integrat għall-valutazzjonijiet tal-impatt li jindirizza l-interazzjonijiet bejn kunsiderazzjonijiet ekonomiċi – b’enfasi partikolari fuq l-SMEs –, ambjentali, soċjali, territorjali u tas-saħħa;

9.  Jargumenta li kull valutazzjoni tal-impatt għandha tinkludi kunsiderazzjoni ta' politiki alternattivi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf mekkaniżmu biex tiġi żgurata kooperazzjoni interistituzzjonali akbar;

10. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsulta lill-partijiet interessati u r-rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE biex janalizzaw abbozzi qabel ma tiġi ffinalizzata l-proposta sabiex ikunu involuti fi stadju aktar bikri u b’mod aktar mill-qrib fil-proċess li jippermetti lill-Kummissjoni li timmira aħjar il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-kontenut tagħhom fejn huma kkonċernati l-għażliet tal-politika; jemmen aktar li s-sommarji eżekuttivi tal-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu pprovduti;

11. Jisħaq fuq il-fatt li l-valutazzjoni tal-impatt għandha tkun aġġornata matul iċ-ċiklu tal-leġiżlar, b'mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet sostantivi għall-proposta leġiżlattiva inizjali li titressaq mill-Kummissjoni, u li l-aġġornament ikun disponibbli qabel il-votazzjoni finali fil-Parlament; iħeġġeġ użu aktar sistematiku u mmirat tal-valutazzjonijiet tal-impatt fil-Parlament f’każijiet fejn il-proposti jkollhom bidliet sostantivi fil-kumitat, bi qbil mal-approċċ Interistituzzjonali komuni għall-valutazzjonijiet tal-impatt u l-Manwal tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Parlament;

12. Itenni li l-piż amministrattiv ta' leġiżlazzjoni ġdida li jrid jitpoġġa fuq in-negozju u l-amministrazzjoni pubblika huwa element sinifikanti meqjus mill-valutazzjonijiet tal-impatt, u l-ispejjeż amministrattivi u ta' konformità għandhom, jekk hu possibbli, jiġu kkwantifikati; jitlob biex jitqiesu kemm it-tnaqqis tal-piż amministrattiv kif ukoll l-ilħuq tal-miri tal-leġiżlazzjoni sabiex jiġi żgurat approċċ ibbalanċjat, u jħeġġeġ li l-effetti tar-regolament il-ġdid dwar l-industrija jridu jiġu vvalutati fid-dettall fir-rigward tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u d-diskussjonijiet attwali dwar politika industrijali ġdida għall-Ewropa;

13. Jitlob li t-test tal-SMEs jiġi applikat u ppubblikat b'mod konsistenti biex jiġi evalwat l-impatt tar-regolament il-ġdid b'mod partikolari fuq l-SMEs;

14. Iqis li l-metodoloġija għall-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt għandha tkun evalwata regolarment minn korp indipendenti bħal ma hija l-Qorti tal-Awdituri; iħeġġeġ li l-evalwazzjonijiet ex-post isiru biex juru jekk il-politika kinetx effettiva u biex jottimizzaw il-metodoloġija għall-evalwazzjonijiet tal-impatt;

15. Jenfasizza li dawk li jippromwovu l-proġetti jew il-benefiċjarji diretti jew indiretti tal-implimentazzjoni tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jwettqu jew japprovaw l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt, minħabba li hija meħtieġa valutazzjoni esterna indipendenti mandatorja;

16. Huwa tal-opinjoni li ma għandux ikun possibbli li l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali fuq proġetti jew leġiżlazzjoni mħallsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi jew l-intrapriżi dipendenti tagħhom jitwettqu jew jiġu approvati mill-amministrazzjoni kkonċernata;

17. Iqis li, minħabba l-ispejjeż tal-valutazzjonijiet tal-impatt, għandha tingħata prijorità lill-fatt li dawn jitwettqu fuq proposti leġiżlattivi li jistabbilixxu regoli vinkolanti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Ioan Enciu, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Arturs Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, Matthias Groote, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Oriol Junqueras Vies, Silvana Koch-Mehrin, Bernd Lange, Markus Pieper, Mario Pirillo


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (02.12.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-iżgurar ta’ valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti

(2010/2016(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Weiler

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu t-tagħlimiet mill-evalwazzjoni ex-post tal-leġilazzjoni eżistenti u minn analiżi tal-ġurisprudenza rilevanti tal-QEĠ, u li qabel ma tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida, issir diskussjoni xierqa dwar l-għażliet strateġiċi disponibbli għal qasam ta' politika speċifiku;

2.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt bħala prerekwiżit għal leġiżlazzjoni ta' kwalità għolja u għat-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar kif jixraq;

3.  Jinnota li, biex valutazzjoni tal-impatt tkun oġġettiva, jeħtieġ li l-Kummissjoni sistematikament tikkonsulta mal-partijiet kollha interessati, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumaturi;

4.  Iqis l-valutazzjoni tal-impatt bħala "dokument ħaj" li jifforma parti mill-proċess leġiżlattiv; jenfasizza l-ħtieġa li tkun garantita biżżejjed flessibbiltà biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjonijiet tal-impatt ulterjuri matul il-proċess leġiżlattiv;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li jitqiesu r-rekwiżiti tal-ħarsien tal-konsumatur billi tiżgura li l-valutazzjonijiet tal-impatt jeżaminaw l-effett potenzjali tal-proposti fuq il-konsumaturi, kif ukoll l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħhom;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-valutazzjonijiet tal-impatt ikun fihom valutazzjoni sinifikanti tal-impatt soċjali tal-proposti;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Linji Gwida l-ġodda tal-Kummissjoni dwar l-Istimi tal-Impatt fihom impenn li teżamina l-impatt potenzjali tal-proposti fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ħidma tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt tittejjeb billi jkun żgurat li sew l-esperti tal-Kummissjoni mill-oqsma kollha ta' politika milquta kif ukoll il-Parlament Ewropew ikunu rrappreżentati;

9.  Iħeġġeġ lill-Kumitati kollha biex, qabel ma jikkunsidraw proposta leġiżlattiva, jiddiskutu fil-fond mal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Gianni Pittella, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Anna Hedh, María Irigoyen Pérez, Morten Løkkegaard, Pier Antonio Panzeri, Konstantinos Poupakis, Wim van de Camp, Anja Weisgerber

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emma McClarkin, Jutta Steinruck


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

12.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Arlene McCarthy, Angelika Niebler

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Mejju 2011Avviż legali