Proċedura : 2008/0147(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0171/2011

Testi mressqa :

A7-0171/2011

Dibattiti :

PV 07/06/2011 - 7
CRE 07/06/2011 - 7

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2011 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0252

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 289kDOC 390k
25 ta' Mejju 2011
PE 458.661v03-00 A7-0171/2011

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

(15145/1/2010 – C7-0045/2011 – 2008/0147(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Saïd El Khadraoui

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

(15145/1/2010 – C7-0045/2011 – 2008/0147(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15145/1/2010 – C7-0045/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' 16 ta' Dicembru 2009(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta'12 ta' Frar 2009(2),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0069),

–   wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0436)(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0171/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(5a) Mezzi oħra ta’ trasport barra mit-trasport fit-toroq diġà bdew jinternalizzaw l-ispejjeż esterni u l-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni jew tintroduċi din l-internalizzazzjoni gradwalment jew għall-inqas ma tipprevjenihiex. L-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni diġa huma inklużi fl-Iskema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS) skont id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-ETS tkopri wkoll l-elettriku prodott għat-treni. Spejjeż esterni oħra jistgħu jiġu internalizzati permezz ta’ imposti fuq l-ajruporti,li jistgħu jiġu modulati għal finijiet ambjentali skont id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti, kif ukoll permezz ta’ imposti għall-użu tal-infrastrutturi ferrovjarji skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà. Fis-settur tat-trasport bit-triq, diġà japplikaw diversi taxxi u tariffi, inklużi taxxi u tariffi li jikkompensaw parzjalment għall-ispiża esterna bħal dik tas-CO2, kif inhu pereżempju l-każ tat-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwil. Madankollu, dan il-proċess jeħtieġ li jkun immonitorjat u inkuraġġit aktar bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas madwar l-Unjoni għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni fil-modi kollha tat-trasport.

 

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(10) Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-mudell li fasslet il-Kummissjoni biex tikkalkula l-ispejjeż esterni tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju minħabba t-traffiku jipprovdi metodi affidabbli u firxa ta’ valuri unitarji li diġà jistgħu jservu bħala bażi għall-kalkolu tat-tariffi għall-ispejjeż esterni.

(10) Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-mudell li fasslet il-Kummissjoni biex tikkalkula l-ispejjeż esterni jipprovdi metodi affidabbli u firxa ta’ valuri unitarji li diġà jistgħu jservu bħala bażi għall-kalkolu tat-tariffi għall-ispejjeż esterni.

Ġustifikazzjoni

B’konformità mal-Emenda 9 tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(12) Ħlasijiet fuq l-utent ibbażati fuq il-ħin li jiġu imposti kull ġurnata, kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-utenti okkażjonali, peress li parti kbira minn dawn l-utenti x'aktarx ikunu trasportaturi tal-merkanzija li mhumiex nazzjonali. Għalhekk għandu jiġi stabbilit proporzjon aktar dettaljat bejn ir-rati ta' kull ġurnata, ta' kull ġimgħa, ta' kull xahar u ta' kull sena għal vetturi tqal tal-merkanzija.

(12) Ħlasijiet fuq l-utent ibbażati fuq il-ħin jikostitwixxu sistema tranżitorja biex jibda jiġi applikat il-prinċipju li “l-utent iħallas”, meta sistema ta’ ħlas ibbażata fuq id-distanza magħmula, li aktar tirrefletti l-użu reali tal-infrastruttura, għadha ma tistax tiġi implimentata. Ħlasijiet fuq l-utent ibbażati fuq il-ħin li jiġu imposti kull ġurnata, kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-utenti okkażjonali, peress li parti kbira minn dawn l-utenti x'aktarx ikunu trasportaturi tal-merkanzija li mhumiex nazzjonali. Għalhekk għandu jiġi stabbilit proporzjon aktar dettaljat bejn ir-rati ta' kull ġurnata, ta' kull ġimgħa, ta' kull xahar u ta' kull sena għal vetturi tqal tal-merkanzija.

Ġustifikazzjoni

Sostituzzjoni tal-Emenda 11 tal-ewwel qari tal-PE (kif ukoll l-Artikolu 11 tal-ewwel qari tal-PE).

Ara wkoll l-Artikoli 7 u 2 dwar il-possibilitajiet ta’ kombinazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas ibbażati fuq il-ħin u bbażati fuq il-kilometraġġ.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(12a) Għandhom isiru sforzi fuq terminu ta’ żmien medju biex tinkiseb konverġenza fil-metodi li jużaw is-sistemi tariffarji kollha tal-Istati Membri biex jikkalkulaw l-ispejjeż esterni sabiex jiġi żgurat li t-trasportaturi Ewropej tal-merkanzija bit-triq jirċievu indikazzjonijiet ta’ prezz ċari, li jservu ta’ inċentiv ħalli jottimizzaw l-imġiba tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Emenda 10 tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 18 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(18a) Meta tiġi applikata varjazzjoni biex tonqos il-konġestjoni f’sezzjoni partikolari tat-triq, il-varjazzjoni għandha tiġi ppjanata u applikata b’mod newtrali fil-konfront tad-dħul finanzjarju, li jagħti vantaġġi finanzjarji sinifikanti lit-trasportaturi tal-merkanzija li jagħżlu li jużaw is-sezzjoni tat-triq ikkonċernata tul perjodi ta’ traffiku mhux intensiv fuq dawk li jagħżlu li jużawha waqt ħinijiet ta' traffiku intensiv.

Ġustifikazzjoni

Il-varjazzjoni għandha tiġi applikata sabiex tagħti inċentivi finanzjarji ċari biex l-użu waqt ħinijiet ta’ traffiku intensiv jinbidel. Din il-premessa tagħmilha ċara li meta tiġi applikata varjazzjoni fil-konġestjoni għandu jingħata kumpens fuq l-istess rotta. Il-kalkolu eżatt u l-varjazzjoni aritmetika tal-kumnpens għandu jsir bħall-varjazzjoni tad-Direttiva attwali, jiġifieri, fuq “in-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat” (Artikolu 7b(1)).

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 21 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(21a) Il-kuritur li fih mark-up hija permessa jista’ jinkludi sezzjonijiet ta’ toroq muntanjużi paralleli, viċini u li jikkompetu b’mod dirett ma’ xulxin li t-traffiku jista’ jiġi ddevjat fihom bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-mark-up. Fil-każ ta’ proġetti transkonfinali, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi miftiehma bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tqegħid utli tal-kliem “paralleli u muntanjużi” għandu jiġi integrat mal-kliem addizzjonali “viċini u li jikkompetu b’mod dirett ma’ xulxin”. Il-kelma “viċini” hija neċessarja biex mark-up jiġi evitat milli jkun permess f’sezzjonijiet ta’ toroq 'il bogħod mis-sezzjonijiet fejn il-mark-up huwa diġà permess. In-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għad-distanza jaf jippermetti l-possibbiltà li jitqiegħed mark-up f’kwalunkwe post b’mod arbitrarju. It-tqegħid tal-kelma “jikkompetu b’mod dirett” huwa neċessarju biex jintrabat il-mark-up ma’ devjazzjoni tat-traffiku sostanzjali.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(27) L-użu ta’ sistemi ta' ħlas għall-użu tat-triq elettroniċi huwa mixtieq biex jiġi evitat it-tfixkil għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex ma jinħolqux effetti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati minn kjuwijiet quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq. Huwa għalhekk mixtieq li tiġi imposta tariffa għall-ispiża esterna permezz ta' tali sistemi, f'konformità mad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità.

(27) L-użu ta’ sistemi ta' ħlas għall-użu tat-triq elettroniċi huwa mixtieq biex jiġi evitat it-tfixkil għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex ma jinħolqux effetti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati minn kjuwijiet quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq. Huwa għalhekk mixtieq li tiġi imposta tariffa għall-ispiża esterna permezz ta' tali sistemi, f'konformità mad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità. Huwa importanti li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jintlaħqu b’mod li ma jkunx ta’ ħsara għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern. Il-Kummissjoni għalhekk għandha timmonitorja l-progress miksub fil-qafas tad-Direttiva 2004/52/KE biex jiġi implimentat fir-rispett tad-data miftiehma Servizz Elettroniku Ewropew ġenwin tat-Taxxi tat-Toroq, li jillimita l-għadd ta’ strumenti għat-taxxi elettroniċi fil-vettura għal wieħed u li jkun kompletament kompatibbli man-netwerks tat-taxxi tal-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tappoġġja lill-Istati Membri li jixtiequ jikkooperaw biex idaħħlu sistema komuni ta’ taxxi applikabbli għat-territorji kkombinati tagħhom b’mod ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Premessa li tissostitwixxi l-emendi 15, 16, 17, 20, 51 u 53 fl-ewwel qari tal-PE.

L-emenda l-ġdida tiżgura li l-Kummissjoni tfakkar fir-rwol tagħha li timmonitorja l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar l-interoperabilità tat-taxxi elettroniċi sabiex l-interoperabilità ssir effettiva għal kollox skont id-dati miftiehma. Dan jinkludi t-tfassil ta’ rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu li jingħata lill-PE skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva. Ara wkoll il-Pożizzjoni Komuni fl-Artikolu 1 – punt 3 (Artikolu 8b – paragrafi 1 u 2).

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 28 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(28a) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-baġit tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) u l-Fondi Strutturali għat-titjib tal-infrastrutturi tat-trasport bil-għan li jnaqqsu l-ispejjeż esterni tat-trasport b’mod ġenerali u sabiex jiimplimentaw mezzi elettroniċi għall-ġbir tat-tariffi skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Emenda 18 tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(34) Meta jimplimentaw metodi xjentifiċi alternattivi għall-kalkolu tat-tariffi għall-ispejjeż esterni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu kont tal-valuri tal-ispejjeż monetarji tal-esternalitajiet li huma previsti mill-istudju "Handbook on estimation of external cost in the transport sector", li jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni l-aktar riċenti fit-teorija u l-prattika tal-kalkolu tal-ispejjeż esterni.

(34) Meta jimplimentaw metodi xjentifiċi alternattivi għall-kalkolu tat-tariffi għall-ispejjeż esterni, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-metodi biex jikkalkolaw il-valuri tal-ispejjeż monetarji tal-esternalitajiet li huma previsti mill-istudju "Handbook on estimation of external cost in the transport sector", li jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni l-aktar riċenti fit-teorija u l-prattika tal-kalkolu tal-ispejjeż esterni.

Ġustifikazzjoni

B’konformità mal-Emenda 9 tal-ewwel qari tal-PE. Il-Handbook għandu jkun il-gwida użata biex jiġi kkalkolat il-valur tal-ispejjeż esterni, marbuta mal-premessa 10.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Stat Membru jista' jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-vetturi biss li għandhom piż massimu permissibbli mgħobbija ta' mhux inqas minn 12-il tunnellata jekk iqis li estensjoni għall-vetturi ta' inqas minn 12-il tunnellata tkun ser, fost oħrajn:

5. Stat Membru jista' jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-vetturi biss li għandhom piż massimu permissibbli mgħobbija ta' mhux inqas minn 12-il tunnellata jekk iqis li estensjoni għall-vetturi ta' inqas minn 12-il tunnellata tkun ser:

(a) toħloq effetti avversi sinifikanti fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku, l-ambjent, il-livelli ta' storbju, il-konġestjoni, is-saħħa, jew is-sikurezza fit-toroq minħabba d-devjazzjoni tat-traffiku;

(a) toħloq effetti avversi sinifikanti fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku, l-ambjent, il-livelli ta' storbju, il-konġestjoni, is-saħħa, jew is-sikurezza fit-toroq minħabba d-devjazzjoni tat-traffiku; jew

(b) tinvolvi spejjeż amministrattivi ta’ aktar minn 30 % tad-dħul addizzjonali li seta’ jiġi ġġenerat b’dik l-estensjoni.

(b) tinvolvi spejjeż amministrattivi ta’ aktar minn 30 % tad-dħul addizzjonali li seta’ jiġi ġġenerat b’dik l-estensjoni.

 

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw taxxi u/jew tariffi għall-użu tat-triq biss għal vetturi li għandhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' mhux inqas minn 12-il tunnellata għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.

Ġustifikazzjoni

Il-firxa tal-vetturi għandha tkun konformi mad-definizzjoni ta’ vettura li l-Kunsill għadu kemm tenna fl-Artikolu 1, 1 (d). Fi spirtu ta’ kompromess nistgħu naċċettaw li mmorru lura għall-kompromess li ntlaħaq fl-2006, fejn setgħet tingħata eżenzjoni mir-regola taħt ċerti kundizzjonijiet (a jew b). Raġunijiet oħra oltre dawk elenkati fil-ftehim tal-2006 jistgħu jiżdiedu. Barra minn hekk, hija tintroduċi qafas trasparenti fejn l-Istati Membri jispjegaw b’mod ċar ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet tagħhom li ma jiċċarġjawx vetturi ta’ 3.5 t.

Emenda  11

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 b – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. It-tariffa għall-infrastruttura għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tal-infrastruttura. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura għandha tkun relatata mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-ispejjeż tal-operat, manutenzjoni u żvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura tista’ jinkludi wkoll dħul fuq il-kapital jew marġni ta' profitt ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.

1. It-tariffa għall-infrastruttura għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tal-infrastruttura. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura għandha tkun relatata mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-ispejjeż tal-operat, manutenzjoni u żvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura tista’ tinkludi wkoll dħul fuq il-kapital u/jew fuq marġni ta' profitt ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Ta’ min jiġi enfasizzat li r-raġuni għal din il-proposta hija li jiġu protetti l-ekwilibriju ekonomiku u dak finanzjarju tal-konċessjonijiet eżistenti u dak tal-konċessjonijiet li għalihom diġà bdiet proċedura ta' assenjazzjoni. Tabilħaqq, kif inhu magħruf sew, il-livelli tan-nollijiet jaffettwaw il-livelli ta’ domanda tat-traffiku; jidher ċar li żieda eċċessiva fin-nollijiet, mhux maħsuba mill-kuntratt, tista’ twassal għal tnaqqis fid-domanda tat-traffiku b’riperkussjonijiet konsegwenti fuq il-konċessjonijiet u fuq il-pjanijiet ekonomiċi u finanzjarji relattivi tagħhom (li minn naħa tagħhom iwasslu għal numru ta’ tilwim).

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 c – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. It-tariffa għall-ispejjeż esterni tista' tkun relatata mal-ispiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku. F'taqsimiet tat-toroq li jgħaddu minn żoni b'konċentrazzjoni ta' popolazzjoni esposta għall-istorbju minħabba t-traffiku, it-tariffa għall-ispejjeż esterni tista' tinkludi l-ispejjeż għall-istorbju minħabba t-traffiku.

1. It-tariffa għall-ispejjeż esterni tista' tkun relatata mal-ispiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku. F'taqsimiet tat-toroq li jgħaddu minn żoni b’popolazzjoni esposta għall-istorbju minħabba t-traffiku, it-tariffa għall-ispejjeż esterni tista' tinkludi l-ispejjeż għall-istorbju minħabba t-traffiku.

It-tariffa għall-ispejjeż esterni għandha tvarja u tiġi stabbilita f'konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi kif speċifikati fl-Anness IIIa u għandha tirrispetta l-valuri massimi stipulati fl-Anness IIIb.

It-tariffa għall-ispejjeż esterni għandha tvarja u tiġi stabbilita f'konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi kif speċifikati fl-Anness IIIa u għandha tirrispetta l-valuri massimi stipulati fl-Anness IIIb.

Ġustifikazzjoni

Kien impossibbli li jiġi ċċarat b’mod konvinċenti jekk it-terminu 'konċentrazzjoni ta' popolazzjoni' fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill jinkludix b’mod suffiċjenti l-widien muntanjużi.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7c – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. It-tariffa għall-ispejjeż esterni relatata mat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi li jikkonformaw mal-aktar standards tal-emissjonijiet stretti tal-EURO sa erba' snin wara d-dati ta' applikazzjoni stipulati fir-regoli li introduċew dawk l-istandards.

3. It-tariffa għall-ispejjeż esterni relatata mat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi li jikkonformaw mal-aktar standards tal-emissjonijiet stretti tal-EURO sa tliet snin wara d-dati ta' applikazzjoni stipulati fir-regoli li introduċew dawk l-istandards.

Ġustifikazzjoni

Emenda 35 tal-ewwel qari tal-PE. L-ebda ħlas estern ma huwa permess għall-Euro VI sa Jannar 2013/2014 (L-Euro VI ssir obbligatorja għall-approvazzjonijiet kollha ġodda tat-tip mill-31 ta’ Diċembru 2012 – reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda sena wara). Dan kien inċentiv effettiv għat-tiġdid tal-flotta. Il-pożizzjoni tal-Kunsill introduċiet deroga itwal li tista’ teżenta persentaġġ pjuttost importanti tat-trasport internazzjonali minn iċċarġjar għat-tniġġis tal-arja (madwar 60% fi tmiem l-2017). Deroga ta' tliet snin, għalhekk, għandha tkun il-massimu.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Article 7 f – paragraph 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. L-ammont ta’ mark-up għandu jitnaqqas mill-ammont tat-tariffa għall-ispiża esterna kkalkulat skond l-Artikolu 7c.

5. L-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mill-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 7c, barra għall-vetturi tal-klassijiet tal-emissjonijiet EURO 0, I, II u III. Id-dħul kollu ġġenerat għandu jiġi investit fl-iffinanzjar tal-kostruzzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew identifikati fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġu pprovduti inċentivi sħaħ biex tiġġedded il-flotta, flimkien ma’ inċentivi finanzjarji pożittivi għal vetturi aktar nodfa li għandhom ikunu akkumpanjati minn penalitajiet finanzjarji għat-trakkijiet li l-aktar iniġġsu. Fl-istess ħin, m’għandux jiġi skartat li, skont id-Direttiva, id-dħul li jiġi mill-mark-up huwa maħsub biex jiġu ffinanzjati proġetti prijoritarji li jappartjenu għan-netwerk TEN-T.

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 g – paragrafu 3 – punt (c)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 175 % 'l fuq mil-livell massimu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 7b; kif ukoll

(c) ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 200 % 'l fuq mil-livell massimu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 7b; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

Iċċarġjar intelliġenti jfisser sistema li tagħti indikazzjonijiet ta’ prezz ċari lill-utenti, element wieħed mill-politiki differenti neċessarji għall-kisba tal-għanijiet bħat-tiġdid tal-flotta, użu aktar effiċjenti tal-infrastruttura tat-trasport, li jillimita l-impatt ambjentali. Varjazzjoni newtrali fil-konfront tad-dħul finanzjarju hija diġà maħsuba fl-Eurovignette II (varjazzjoni inqas fil-perċentwali iżda l-ebda limitazzjoni f’sigħat kuljum). Iż-żieda fil-possibilitajiet ta’ varjazzjoni diġà proposta fl-ewwel qari tal-PE (ara l-Emenda 43) għandha tkun sinifikanti biżżejjed biex tagħti indikazzjonijiet ta’ prezz ċari.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 g – paragrafu 3 – punt d

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) il-perijodi bl-aktar traffiku li matulhom jiġu imposti tariffi ogħla għall-infrastruttura bl-iskop li tonqos il-konġestjoni ma jkunux itwal minn ħames sigħat kuljum.

(d) il-perijodi bl-aktar traffiku li matulhom jiġu imposti tariffi ogħla għall-infrastruttura bl-iskop li tonqos il-konġestjoni ma jkunux itwal minn tmien sigħat kuljum.

Ġustifikazzjoni

Il-kostrizzjonijiet f’sigħat fejn il-ħlas massimu jista’ jiġi ċċarġjat huma problematiċi (u mhux konformi mal-ewwel qari tal-PE) peress li jillimitaw il-marġini tal-Istati Membri biex jikkumbattu l-konġestjoni fejn din isseħħ. Is-sigħat reali ta’ intensità tat-traffiku fit-toroq tal-UE aktarx ikunu madwar tmien sigħat kuljum milli l-ħames sigħat proposti. Jekk tiġi kkombinata flessibilità raġonevoli għall-Istati Membri mal-ispeċifikazzjonijiet proposti (f’sezzjonijiet tat-triq b’konġestjoni biss), varjazzjoni fuq l-istess sezzjoni tat-triq (emendi 5 u 15) u obbligi ġodda (ara l-emendi 16 u 17), l-operaturi għandhom jingħataw assigurazzjonijiet addizzjonali biex jindirizzaw din il-miżura korrettament.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 g – paragrafu 3 – punt d a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(da) il-varjazzjoni tkun ippjanata u applikata fuq sezzjoni tat-triq effettwata mill-konġestjoni b’mod li toffri rati tal-ħlasijiet għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġjaw waqt perjodu bla traffiku u tapplika rati ta’ ħlasijiet ogħla għal dawk li jagħżlu li jivvjaġġjaw waqt is-sigħat ta’ traffiku intensiv fl-istess sezzjoni tat-triq.

Emenda  18

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 g – paragrafu 3 – punt d b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(db) Stat Membru li jixtieq jintroduċi tali varjazzjoni għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u jipprovdilha l-informazzjoni neċessarja biex jiżgura li l-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti.

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 g – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tfittex li jkun hemm gwida dwar l-użu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva li trid titfassal fil-lingwi ta' dawk l-Istati Membri li japplikawha, b'fokus speċjali fuq l-aġġustament tal-konġestjoni sabiex il-korpi pubbliċi u l-kumpaniji privati jkunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ negozju li jqisu l-effetti possibbli ta’ tali aġġustamenti. Din il-gwida għandha tiġi ppubblikata sa mhux aktar tard minn *. .

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju tal-aġġustamenti se jkollu implikazzjonijiet sinifikanti għat-tfassil tal-kuntratti għall-għoti ta’ servizzi tat-trasport minħabba n-nuqqas ta’ ċertezza dwar l-ispiża ta’ kull vjaġġ minn kumpanija tat-trasport. Ikun ta’ għajnuna li jiġi ċċarat kif din il-miżura se tkun implimentata mil-lat teknoloġiku u ekonomiku.

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 h – paragrafu 3 – punt (d a) (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(da) pjan speċifiku li jindika kif għandu jintuża d-dħul addizzjonali mill-imposti għall-ispejjeż esterni:

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 h – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta t-tariffa proposta għall-ispiża esterna sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9d.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jadatta t-tariffa proposta għall-ispiża esterna sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9d u għall-Parlament Ewropew.

Emenda  22

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 7 j – paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Fejn ikun ekonomikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jimponu u jiġbru t-tariffi għall-ispejjeż esterni permezz ta' sistema elettronika li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/52/KE.

4. Fejn ikun ekonomikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jimponu u jiġbru t-tariffi għall-ispejjeż esterni permezz ta' sistema elettronika li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/52/KE. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi kull kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li tista’ tirriżulta neċessarja biex tiżgura sistemi interoperabbi tal-ġbir tal-pedaġġ li jistgħu jintużaw fit-territorju ta’ xulxin.

Emenda  23

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta' dħul iġġenerat minn din id-Direttiva. Id-dħul iġġenerat mit-tariffi għall-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dan id-dħul, għandu jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport, biex it-trasport isir aktar sostenibbli u biex isir l-aħjar użu mis-sistema sħiħa tat-trasport, inter alia billi:

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta' dħul iġġenerat minn din id-Direttiva. Id-dħul iġġenerat mit-tariffi għall-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dan id-dħul, għandu jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport, biex it-trasport isir aktar sostenibbli u biex isir l-aħjar użu mis-sistema sħiħa tat-trasport, inter alia billi:

(a) jiġi ffaċilitat l-ipprezzar effiċjenti;

(a) jiġi ffaċilitat l-ipprezzar effiċjenti;

(b) jitnaqqas fis-sors it-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(b) jitnaqqas fis-sors it-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(c) jiġu mitigati fis-sors l-effetti tat-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(c) jiġu mitigati fis-sors l-effetti tat-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(d) jittejjeb ir-rendiment tas-CO2 u l-enerġija tal-vetturi;

(d) jittejjeb ir-rendiment tas-CO2 u l-enerġija tal-vetturi;

(e) tiġi żviluppata infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport u/jew il-kapaċità attwali li qiegħda tespandi;

(e) tiġi żviluppata infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport u/jew il-kapaċità attwali li qiegħda tespandi;

(f) jsir l-aħjar użu mil-loġistika; jew

(f) jsir l-aħjar użu mil-loġistika;

(g) tittejjeb is-sikurezza fit-toroq.

(g) tittejjeb is-sikurezza fit-toroq;

 

(ga) jiġu provduti postijiet tal-parkeġġ sikuri.

 

Stat Membru li fih tiġi imposta tariffa għall-infrastruttura għandu jiddetermina kif għandu jintuża d-dħul iġġenerat minn dik it-tariffa. Biex in-netwerk tat-trasport kollu jkun jista' jiġi żviluppat, id-dħul mit-tariffi għandu jintuża prinċipalment għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport fit-toroq u biex ikun jista' jsir l-aħjar użu mis-sistema tat-trasport fit-toroq.

 

Mill-inqas 15 % tad-dħul iġġenerat minn tariffi għall-ispejjeż esterni u minn tariffi infrastrutturali f’kull Stat Membru għandhom jiġu ddedikati għall-appoġġ finanzjarju tal-proġetti TEN-T sabiex tiżdied is-sostenibbiltà tat-trasport. Maż-żmien, dan il-persentaġġ għandu jiżdied gradwalment.

Ġustifikazzjoni

Fuq il-bażi tal-qari tal-emendi 55, 56 u 57 tal-Parlament Ewropew.

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 9 c

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward:

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward:

-l-adattament tal-Anness 0 għall-acquis tal-Unjoni;

- l-adattament tal-Anness 0 għall-acquis tal-Unjoni;

- l-adattament tal-formuli tat-Taqsimiet 4.1 u 4.2 fl-Anness IIIa għall-progress xjentifiku u tekniku.

- l-adattament tal-formuli tat-Taqsimiet 4.1 u 4.2 fl-Anness IIIa u l-metodi ta’ kalkolu tat-taqsimiet 2 u 3 fl-Anness III għall-progress xjentifiku u tekniku.

atti ddelegatiIl-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 9e, 9f u 9g għandhom japplikaw għall-atti ddelegati msemmija f'dan l-Artikolu.

atti ddelegatiIl-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 9e, 9f u 9g għandhom japplikaw għall-atti ddelegati msemmija f'dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

B’konformità mal-Emenda 58 tal-ewwel qari tal-PE. Ċerti adattamenti tekniċi għandu jsir qbil dwarhom fil-livell tekniku.

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Sa….*, u kull erba' snin wara dan, l-Istati Membri li jimponu tariffa għall-ispiża esterna u/jew t-tariffa għall-infrastruttura għandhom ifasslu rapport dwar il-ħlasijiet għall-użu tat-triq, inklużi l-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta' konċessjoni, li jkunu ġew imposti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni li għandha tqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħrajn. Dak ir-rapport jista' jeskludi l-arranġamenti ta' ħlas għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta' Ġunju 2008 u li ma jinkludux t-tariffa għall-ispiża esterna, dment li dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati sostanzjalment. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:

1. Sa….*, u kull erba' snin wara dan, l-Istati Membri li jimponu tariffa għall-ispiża esterna u/jew t-tariffa għall-infrastruttura għandhom ifasslu rapport dwar il-ħlasijiet għall-użu tat-triq, inklużi l-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta' konċessjoni, li jkunu ġew imposti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni li għandha tqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħrajn. Dak ir-rapport jista' jeskludi l-arranġamenti ta' ħlas għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta' Ġunju 2008 u li ma jinkludux t-tariffa għall-ispiża esterna, dment li dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati sostanzjalment. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a) it-tariffa medja ppeżata għall-ispiża esterna u l-ammonti speċifiċi imposti għal kull kombinazzjoni ta’ klassi ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta' żmien;

(a) it-tariffa medja ppeżata għall-ispiża esterna u l-ammonti speċifiċi imposti għal kull kombinazzjoni ta’ klassi ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta' żmien;

(b) il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont it-tip tal-vetturi u ż-żmien, u kif ukoll

(b) il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont it-tip tal-vetturi u ż-żmien, u kif ukoll

(c) it-tariffa għall-ispiża medja differenzjata ta’ l-infrastuttura u d-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-infrastruttura.

(c) it-tariffa għall-ispiża medja differenzjata ta’ l-infrastuttura u d-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-infrastruttura.

* OJ: jekk jogħġbok daħħal id-data: 48-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* OJ: jekk jogħġbok daħħal id-data: 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Żmien ta' skadenza iqsar b’konformità mal-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  26

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) l-użu ta’ dħul u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 9(2).

Ġustifikazzjoni

Iżżid it-trasparenza u r-responsabilità b’konformità mal-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Article 11 – paragraph 2 – subparagraph 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Sa….*, il-Kummissjoni, assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 9d, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż relatati mat-tniġġis minħabba t-traffiku, u dwar l-inklużjoni ta’ vetturi ta’ aktar minn 3,5 tunnellati u anqas minn 12-il tunnellata. Ir-rapport għandu wkoll janalizza, abbażi ta' monitoraġġ kontinwu u jivvaluta, fost l-oħrajn:

2. Sa….*, il-Kummissjoni, assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 9d, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż relatati mat-tniġġis minħabba t-traffiku, u dwar l-inklużjoni ta’ vetturi ta’ aktar minn 3,5 tunnellati u anqas minn 12-il tunnellata. Ir-rapport għandu wkoll janalizza, abbażi ta' monitoraġġ kontinwu u jivvaluta, fost l-oħrajn:

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 60-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Żmien ta' skadenza iqsar b’konformità mal-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) kemm huwa ekonomikament u teknikament prattiku li jiġu introdotti tariffi minimi bbażati fuq id-distanza fit-toroq interurbani ewlenin. Ir-rapport għandu jidentifika t-tipi ta’ partijiet ta’ toroq possibbli li għandhom jiġu ċċarġjati, il-modi possibbli ta’ kif dawn it-tariffi għandhom jiġu ntaxxati u infurzati b’mod kost-effettiv u metodu sempliċi komuni biex jiġu ffissati r-rati minimi.

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt ġie propost mill-Kummisssjoni u ġie kkonfermat fl-ewwel qari tal-PE.

Emenda  29

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt (c a) (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) il-livell ta’ interoperabilità bejn is-sistemi tal-pedaġġ differenti fl-Istati Membri kif meħtieġ mid-Direttiva 2004/52/KE.

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(cb) il-fattibilità teknika u ekonomika tat-tneħħija gradwali ta’ sistemi ta’ ċċarġjar ibbażati fuq il-ħin u l-introduzzjoni ta’ sistemi bbażati fuq id-distanza.

Ġustifikazzjoni

Dan jibni fuq l-Emenda 61 tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Dan jibni fuq l-Emenda 63 tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  32

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 11– paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni intermodali ġusta filwaqt li gradwalment jiġu imposti l-ispejjeż esterni tal-modi kollha ta' trasport, huwa għandu jinkludi skeda ta' żmien tal-miżuri li għad iridu jittieħdu biex jiġu ttrattati l-modi ta' trasport u/jew l-elementi tal-ispiża esterna li għadhom ma ġewx ikkunsidrati.

Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni intermodali ġusta filwaqt li gradwalment jiġu imposti l-ispejjeż esterni tal-modi kollha ta' trasport, huwa għandu jinkludi skeda ta' żmien tal-miżuri li għad iridu jittieħdu biex jiġu ttrattati kategoriji oħra ta’ vetturi, jew modi oħra ta' trasport u/jew l-elementi tal-ispiża esterna li għadhom ma ġewx ikkunsidrati, speċjalment l-ispiża tal-emissjonijiet CO2, jekk id-definizzjoni ta’ element komuni ta’ taxxa fuq il-fjuwil relatat mat-tibdil fil-klima ma tkunx tat riżultati sodisfaċenti, l-ispiża tal-konġestjoni u l-inċidenti u l-ispiża tat-telf ta’ bijodiversità.

Ġustifikazzjoni

Dan jibni fuq l-Emenda 62 tal-ewwel qari tal-PE u t-test tal-Kummissjoni dwar il-paragrafu 2 (a) + (B)..

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 2

Direttiva 1999/62/KE

Paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ….*. Dawn għandhom jibagħtu minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ….*. Dawn għandhom jibagħtu minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni kif ukoll tabella li turi l-korrelazzjoni bejniethom u din id-Direttiva.

* OJ: jekk jogħġbok daħħal id-data: 36-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

B’konformità mal-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-PE.

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Anness

Direttiva 1999/62/KE

Anness III a – punt 2 – sottopunt 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perijodu ta' bil-lejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa tal-ispejjeż esterni ogħla li tirrifletti storbju u fastidju akbar.

Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perijodu ta' bil-lejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa tal-istorbju tal-ispejjeż esterni ogħla li tirrifletti storbju u fastidju akbar.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-intenzjoni tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.

Emenda  35

Pożizzjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Anness

Direttiva 1999/62/KE

Anness III b – punt 1 – Tabella 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Tabella 1: Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja

Ċenteżmi ta' euro/vettura.kilometru

Toroq suburbani (inklużi l-awtostradi)

Toroq interurbani (inklużi l-awtostradi)

EURO 0

16

12

EURO I

11

8

EURO II

9

7

EURO II

7

6

EURO IV

 

3

EURO V

wara l-31 ta' Diċembru 2013

0

3

0

2

EURO VI

wara l-31 ta' Diċembru 2017

0

2

0

1

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

0

0

Emenda

Tabella 1: Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja

Ċenteżmi ta' euro/vettura.kilometru

Toroq suburbani (inklużi l-awtostradi)

Toroq interurbani (inklużi l-awtostradi)

EURO 0

16

12

EURO I

11

8

EURO II

9

7

EURO II

7

6

EURO IV

 

3

EURO V

mill-1 ta’ Jannar 2013

0

3

0

2

EURO VI

mill-1 ta’ Jannar 2017

0

2

0

1

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

0

0

Ġustifikazzjoni

Marbut mal-Emenda 13.

(1)

ĠU C 255, 22.9.2010, p. 92.

(2)

ĠU C 120, 28.5.2009, p. 47.

(3)

ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 345.


NOTA SPJEGATTIVA

Għadda ftit żmien mill-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari dwar il-Eurovignette III.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tħabbret mill-President tal-Parlament fil-plenarja II ta’ Frar u għandna żmien sa Ġunju biex ikun komplut it-tieni qari tagħna.

Ir-rapporteur jixtieq ifakkar fl-objettivi ewlenin tad-direttiva:

Hija għandha tippermetti lill-Istati Membri, jekk ikunu jixtiequ, jiċċarġjaw lill-utenti tat-toroq ukoll għal ċerti spejjeż esterni (limitati), sabiex finalment il-prinċipju li min iniġġes iħallas jiġi introdott fit-trasport bit-toroq.

Għandha tagħti possibilità addizzjonali lill-Istati Membri li jagħmlu s-sistemi nazzjonali tagħhom ta’ ħlasijiet għat-toroq aktar effiċjenti, li jfisser strument aħjar għall-ġestjoni tad-domanda tat-trasport.

Dawn l-objettivi ġew ikkonfermati mill-pożizzjoni tal-Kunsill.

Tafu l-aspirazzjoni u l-pożizzjoni politika tiegħi dwar dan id-dossier, li ġew spjegati wkoll fin-nota spjegattiva fir-rapport tal-ewwel qari.

Issa, milli jidher, wasal iż-żmien għal approċċ prammatiku sabiex ma jinħeliex iktar żmien u biex jintlaħaq l-aħjar kompromess possibbli mal-Parlament u mal-Kunsill.

L-emendi proposti huma r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet mal-gruppi politiċi.

Ir-rapporteur reġa’ daħħal, bl-aktar mod prammatiku, l-elementi essenzjali tal-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-PE (billi ħa kont tas-sitwazzjoni politika ġdida wara l-aħħar elezzjonijiet) u rrikonoxxa, fuq skala kbira, l-elementi raġonevoli l-ġodda introdotti mill-Kunsill.

B’mod partikolari, l-emendi tiegħi jikkonċentraw fuq l-elementi prinċipali li ġejjin:

1) Għażla ta’ spejjeż esterni u mekkaniżmi ta’ varjazzjoni fl-ispejjeż fl-infrastruttura b’mod newtrali fir-rigward tad-dħul finanzjarju minflok il-possibilità ta’ ċċarġjar għall-ispejjeż tal-konġestjoni. Dan jikkonċerna partikolarment in-numru massimu ta’ sigħat ta’ intensità tat-traffiku kuljum, il-possibilità ta’ varjazzjoni massima u formulazzjoni tal-kliem aktar preċiża, sabiex tkun iggarantita n-newtralità rigward id-dħul ta’ din il-varjazzjoni.

2) L-allokazzjoni tad-dħul tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni, li għandhom jintużaw b’mod partikolari għal trasport sostenibbli u n-netwerk trans-Ewropew: Allokazzjoni effiċjenti tad-dħul (li żżid ir-reponsabilità u t-trasparenza) ma żżidx biss l-aċċettazzjoni pubblika iżda wkoll taċċelera t-tnaqqis tal-ispejjeż esterni tat-trasport fit-toroq.

3) Inċentivi effiċjenti għat-tiġdid tal-flotta (deroga għall-ħlasijiet tat-tniġġis tal-arja għall-klassijiet tal-Euro V/VI u l-issue tal-mark-up.

4) Il-firxa tal-vetturi. Eżenzjonijiet mir-regola jistgħu jingħataw biss taħt kundizzjonijiet speċifikati.

5) Mekkaniżmu ta’ rapporti u passi li jkun imiss. L-importanza tas-sorveljanza regolari tas-sistemi nazzjonali ta’ ħlasijiet u inizjattivi ġodda mill-Kummissjoni sabiex wieħed jersaq pass pass lejn is-sistemi ta' ħlasijiet għat-toroq l-aktar effiċjenti.

Jien għandi fiduċja li, fuq il-bażi tal-abbozz ta' rapport tiegħi, nistgħu naħdmu mill-qrib ma' xulxin fil-ġimgħat li ġejjin sabiex niksbu l-aħjar ftehim possibbli mal-Kunsill.


PROĊEDURA

Titolu

Tassazzjoni fuq vetturi ta’ tagħbija tqal

Referenzi

15145/1/2010 – C7-0045/2011 – 2008/0147(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

11.3.2009                     T6-0113/2009

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0436 - C6-0276/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

17.2.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.2.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Saïd El Khadraoui

24.1.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2011

14.3.2011

11.4.2011

24.5.2011

Data tal-adozzjoni

12.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

1

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Spyros Danellis, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Guido Milana, Dominique Riquet, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gianluca Susta, Patrizia Toia

Data tat-tressiq

25.5.2011

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Mejju 2011Avviż legali