– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta’ Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta’ Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn 'il quddiem “il-ftehim”),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet tar-rappreżentanti ta’ interessi (lobbyists) fl-istituzzjonijiet Ewropej(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 127(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0174/2011),
A. billi l-Artikolu 11(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara: “L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rapperżentattivi u mas-soċjetà ċivili",
B. billi t-trasparenza ta’ dak id-djalogu tissaħħaħ meta jkun hemm reġistru komuni tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE,
C. billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tat-8 ta’ Mejju 2008 stabbiliet prinċipji li fuq il-bażi tagħhom il-Parlament daħal f’negozjati mal-Kummissjoni dwar ir-reġistru komuni,
D. billi l-bidliet meħtieġa lir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament huma introdotti fid-deċiżjoni tiegħu ta’ ........... 2011 dwar l-emendar tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament wara l-istabbiliment mill-Parlament u mill-Kummissjoni ta' Reġistru tat-Trasparenza komuni(2),
1. Iqis il-ftehim bħala l-ewwel pass importanti lejn trasparenza akbar u għandu l-ħsieb li meta jkun il-waqt jipproponi li l-istandards jitgħollew ħalli jiġu żgurati l-integrità konsistenti tal-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni u t-tisħiħ tar-regoli istituzzjonali tagħha;
2. Jirrimarka li, b’reġistru komuni, it-tagħrif kollu jkun jista’ jinstab f’post wieħed, u b’hekk ikun aktar faċli għaċ-ċittadini li jaċċertaw liema atturi jinsabu f’kuntatt mal-istituzzjonijiet; josserva li jaġevola wkoll il-kompitu tar-rappreżentanti ta’ interessi li min-naħa tagħhom huma meħtieġa li jirreġistraw darba biss;
3. Itenni, madankollu, li l-Parlament iżomm id-dritt tiegħu bla rbit li jiddeċiedi min għandu jkollu permess ta’ aċċess għall-bini tiegħu;
4. Hu tal-fehma li l-ftehim se jipprovdi inċentiv qawwi għar-reġistrazzjoni peress li se jagħmilha ħaġa impossibbli li xi ħadd jikseb beġġ li tagħti aċċess għall-Parlament mingħajr ma jkun irreġistra minn qabel;
5. Itenni, madankollu, it-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni mandatorja tal-lobbyists kollha fir-Reġistru tat-Trasparenza u jitlob li jittieħdu l-passi meħtieġa fil-qafas tal-proċess ta' rieżami li se jsir dalwaqt bil-ħsieb li ssir tħejjija għal tranżizzjoni lejn reġistrazzjoni mandatorja;
6. Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma sarx parti fil-ftehim, għalkemm dik il-ħaġa hija kruċjali sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-istadji kollha fil-proċess tat-tiswir tal-liġijiet fil-livell tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jingħaqad fir-reġistru komuni mill-aktar fis possibbli;
7. Jilqa’, b’mod partikolari, l-aspetti li ġejjin li jinsabu fil-ftehim:
(a) it-tibdil tal-isem tar-reġistru għal “ir-Reġistru tat-Trasparenza”;
b) l-ambitu tar-reġistru, li jkopri lill-atturi kkonċenati kollha, bl-eċċezzjoni, b'mod partikolari, tal-imseħbin soċjali bħala atturi tad-djalogu soċjali, kif ukoll il-Knejjes, il-partiti politiċi, l-awtoritjiet lokali, reġjonali u muniċipali, inklużi r-rappreżentanti li jagħmlu parti mill-amministrazzjoni tagħhom; meta jitqies ir-rwol istituzzjonali tagħhom bis-saħħa tat-trattati kif ukoll tal-paragrafu 10, punt b), u tal-paragrafi 11, 12 u 13 tal-ftehim, dawn tal-aħħar ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistru; din il-ħaġa trid tiġi ċċarata waqt l-ewwel reviżjoni tal-ftehim; il-Parlament jixtieq li l-Kummissjoni kienet tat tagħrif dwar il-qbil tagħha f'dan ir-rigward;
c) il-fatt li r-reġistru joħloq trasparenza għall-kuntatti varjati ħafna tal-istituzzjonijiet Ewropej u jerġa jiġbor fi gruppi ġodda b’mod notevoli, taħt kapitli distinti, rappreżentanti ta’ interessi partikolari, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li b’hekk jiddistingwi r-rwoli differenti tal-lobbyists u tal-interlokuturi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
(d) it-talba għal tagħrif finanzjarju relevanti;
(e) miżuri vinkolanti fil-każ li dak li jkun jonqos li jikkonforma mal-kodiċi ta' kondotta anness mal-ftehim;
8. Iqis li r-regoli applikabbli għar-rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi u ta’ organizzazzjonijiet, li, fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom, iservu l-interessi pubbliċi u huma marguta bir-regoli kostituzzjonali tagħhom u d-drittijiet fundamentali, ma jistgħux ikunu identiċi għal dawk applikabbli għar-rappreżentanti ta’ interessi partikolari; iqis b’mod partikolari li l-istedina għar-reġistrazzjoni indirizzata lill-organiżmi bi status pubbliku tista’ tikkonċerna biss organiżmi li għandhom status awtonomu, imma mhux l-awtoritajiet pubbliċi infushom ;
9. Jitlob li l-Bureau joħloq sistema li permezz tagħha l-lobbyists kollha li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru u li jkunu kisbu laqgħa ma' Membru relevanti dwar dossier leġiżlattiv speċifiku jiġu rreġistrati li jkunu għamlu dan fin-nota spjegattiva għar-rapport jew ir-rakkomandazzjoni relatati mal-abbozz ta' att leġiżlattiv relevanti;
10. Japprova l-konklużjoni tal-ftehim anness hawnhekk, waqt li jqis il-kontenut ta' din id-Deċiżjoni, u jiddeċiedi li jannettaha mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.
ANNESS: FTEHIM BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IT-TWAQQIF TA’ “REĠISTRU TAT-TRASPARENZA” GĦAL: ORGANIZZAZZJONIJIET U INDIVIDWI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM U LI HUMA INVOLUTI FIL-FORMULAZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-UE
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (il-“Partijiet"):
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (2) tiegħu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-"Trattati");
Billi dawk li jifformulaw l-politika Ewropea ma joperawx iżolati mis-soċjetà ċivili, imma jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili;
JIDDEĊIEDU:
I.It-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza
1. Konformement mal-impenn tagħhom favur it-trasparenza, il-partijiet jaqblu li jwaqqfu u joperaw - " Reġistru tat-Trasparenza" komuni (aktar ’il quddiem imsejjaħ ir-"reġistru”) – għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet u l-individwi involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.
II. Il-prinċipji tar-reġistru
2. It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru għandhom jibnu fuq is-sistemi eżistenti ta' reġistrazzjoni mwaqqfin u mnedijin mill-Parlament Ewropew fl-1996 u mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju 2008, issuplimentat bil-ħidma tal-grupp konġunt ta’ ħidma rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll bl-adattamenti li saru fid-dawl tal-esperjenza u tal-input miġbur mill-istakeholders kif jingħad fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 ntitlotata“Ir-reġistru tar-rappreżentanti tal-interessi, sena wara”(1). Dan l-approċċ ma jaffettwax, u lanqas ma jippreġudika, l-objettivi tal-Parlament Ewropew kif espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interessi fl-istituzzjonijiet Ewropej tat-8 ta' Mejju 2008(2).
3. It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali tad-Dritt tal-UE, inklużi l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-non-diskriminazzjoni.
4. It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru għandhom jirrispettaw il-jeddijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr restrizzjoni, u ma għandhomx jaġixxu ta’ impediment għall-aċċess tal-kosistwenti tal-Membri għall-bini tal-Parlament.
5. It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru ma għandux iledi l-kompetenzi jew il-prerogattivi tal-Partijiet u lanqas ma jaffettwalhom il-poteri tagħhom organizzattivi.
6. Il-partijiet għandhom jipprovaw jittrattaw l-operaturi kollha involuti f’attivitajiet simili b' mod simili, u għandu jkun hemm l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom ivoluti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.
III. L-istruttura tar-reġistru
7. Ir-reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
a) gabra ta’ linjigwida dwar ir-reġistru:
- l-ambitu tar-reġistru, l-attivitajiet eliġibbli u l-eżenzjonijiet
c) mekkaniżmu ta’ lmenti u miżuri li għandu jiġi applikat f’każ ta’ nonottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta inkluża l-proċedura għat-trattament tal-ilmenti (Anness 4).
IV. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru
Attivitajiet koperti
8. L-ambitu tar-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha, għajr dawk esklużi mill-parti IV, magħmulin bl-iskop li j influwenzaw direttament jew indirettament il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Ewropej, irrispettivament mill-kanal jew mezz ta' komunikazzjoni użat, li jista', inter alia, jinkludi l-outsourcing, mezzi tax-xandir, kuntratti ma’ intermedjarji professjonisti, think-tanks, "pjattaformi”, fora, kampanji jew inizjattivi tal-grassroots. Dawn l-attivitajiet jinkludu: inter alia, kuntatt mal-Membri, uffiċjali jew persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE, tħejjija, ċirkolazzjoni, u komunikazzjoni ta’ ittri, materjal informattiv jew papers ta’ diskussjoni u ta' pożizzjoni, u l-organizzazzjoni ta' eventi, laqgħat jew attivitajiet promozzjonali u eventi soċjali, jew konferenzi li l-istediniet għalihom ikunu ntbagħtu lill-Membri, ufficjali jew persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet volontarji u l-parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet formali dwar proposti leġislattivi ippjanati tal-UE jew atto legali oħrai u konsultazzjonijiet miftuħin oħrajn huma inklużi wkoll.
9. L-organizzazzjonijiet kollhau individwi li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom, imdaħħlin f’attivitajiet li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru hu mistenni minnhom li jirreġistraw(3).
Attivitajiet esklużi
10.L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-reġsitru:
a) attivitajiet dwar l-għoti ta’ pariri legali jew professjonali oħra, sa fejn dawn jirrigwardaw l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali ta' klijent għal smigħ xieraq, inkluż id-dritt għad-difiża fi proċedimenti amministrattivi, kif imwettqa mill-avukati jew minn professjonisti oħrajn involuti. Dawn li ġejjin ma jidħlux fl-ambitu tar-reġistru (irrispettivament mill-partijiet effettivi involuti):xogħol ta’ konsulenza u kuntatti ma’ korpi pubbliċi bl-iskop li l-klijenti ikunu infurmat aħjar dwar is-sitwazzjoni ġuridika ġenerali, il-pożizzjoni ġuridika speċifika tagħhom, jew biex jagħtu parir dwarjekk pass legali jew amministrattiv partikolari jkunx xieraq jew ammissibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi; parir mogħti lil klijenti biex jgħinhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jottemperaw mal-liġi; rappreżentazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni jew medjazzjoni bil-għan ta' prevenzzjoni tat-tressiq ta' tilwima quddiem korp ġudizzjarju jew amministrattiv. Dan jgħodd għall-oqsma kollha tan-negozju fl-Unjoni Ewropea u ma huwiex ristrett għal ċerti proċeduri speċifiċi (kompetizzjoni). Safejn kumpannija u l-konsulenti tagħha huma involuti bħala parti f'każ speċifiku legali jew amministrattiv jew proċediment, kwalunkwe attività marbuta direttament magħhom li ma tippruvax tbiddel il-qafas legali eżistenti ma jaqax fl-ambitu tar-reġistru.
b) attivitajiet tal-imseħbin soċjali bħala parteċipanti fid-djalogu soċjali (trade unions, assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem) meta jwettqu l-irwol assenjat lilhom mit-Trattati.. Dan jgħodd mutatis mutandis għal kull entità speċifikament indikata fit-Trattati biex tiżvolġi rwol istituzzjonali;
c) atttivitajiet b'risposta għal talba diretta u individwali minn istituzzjonijiet tal-UE jew Membri tal-Parlament Ewropew, bħalma huma talbiet ad hoc jew regolari għal informazzjoni fattwali, data jew għarfien espert, u/jew stediniet individwalizzati għal attendenza għal smigħ pubbliku, jew għal parteċipazzjoni fil-ħidma ta' kumitati konsultattivi jew fora simili.
Dispożizzjonijiet speċifiċi
11. Knejjes u komunitajiet reliġjużi mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, uffiċċji u networks maħluqa biex jirrappreżentawhom relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija li jirreġistraw..
12. Il-partiti politiċi mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. Madankollu, kwalunkwe organizzazzjonijiet maħluqa jew sostnuti minnhom li huma ingaġġati f'attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru huma mistennija jirreġistraw..
13. L-awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, uffiċċji u networks maħluqa biex jirrappreżentawhom fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija li jirreġistraw..
14. Netwerks, pjattaformi jew forom oħrajn ta’ attività kollettiva mingħajr status ġuridiku jew personalità ġuridika imma li jkunu jikkostitwixxu sors de facto ta’ influwenza organizzata, u li jkunu nvoluti f’attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru huma mistennija jirreġistraw.. F’każ bħal dan, il-membri tagħhom għandhom jidentifikaw wieħed minnhom bħala l-kuntatt responsabbli għar-relazzjonijiet tagħhom mal-amministrazzjoni tar-reġistru.
15. L-attivitajiet li għandhom jitqiesu għad-dikjarazzjoni finanzjarja fir-reġistru huma dawk immirati lejn l-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-UE kollha, u l-membri tagħhom, l-uffiċjali u l-persunal l-ieħor. Dawn l-attivitajiet jinkludu wkoll l-attivitajiet diretti lejn il-korpi tal-Istati Membri li joperaw f'livell ta' UE u li huma nvoluti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE.
16. In-netwerks, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew pjattaformi Ewropej huma mħeġġin jipproduċu linji-gwida komuni u trasparenti għall-membri tagħhom, li jkunu jidentifikaw l-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru. Huma mistennija li jagħmlu dawk il-linji-gwida pubbliċi.
V.Regoli applikabbli għar-reġistranti
17. Meta jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet u l-individwi kkonċernati:
-jaqblu li t-tagħrif li huma jipprovdu għall-inklużjoni fir-reġistru għandha tkun pubblika;
-jaqblu li jaġixxu f’ottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta; u fejn rilevanti, li jipprovdi t-test ta' kull kodiċi ta' kondotta professjonali li jkunu marbutin bih;
-jiggarantixxu li t-tagħrif mogħti għall-inklużjoni fir-reġistru jkun korrett;
-jaċċettaw li kull ilment kontrihom jiġi ttrattat abbażi tar-regoli fil-kodiċi ta’ kondotta li jirfdu r-reġistru;
-jaqblu li jkunu l-oġġett ta’ kull miżura li tkun applikata f’każ ta’ ksur tal-kodiċi ta' kondotta u jirrikonoxxu li l-miżuri previsti fl-Anness 4 jistgħu jiġu applikati għalihom f'każ ta' non-ottemperanza mar-regoli stabbiliti fil-kodiċi ta' kondotta;
-jinnotaw li l-partijiet jistgħu, fuq talba, u soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, Kunsill u tal-Kummissjoni(4), jiżvelawl-korrispondenza u dokumenti oħrajn li jkollhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tar-reġistranti.
VI.Miżuri f'każ ta' non-ottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta
18. In-non-ottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta minn reġistranti jew mir-rappreżentanti tagħhom tista' twassal, wara investigazzjoni mwettqa fir-rispett dovut għall-prinċipju ta' proporzjonalità u għad-dritt tad-difiża, li l-applikazzjoni ta' miżuri stabbiliti fl-Anness 4 bħal sospensjoni jew esklużjoni minn ir-reġistru u, jekk applikabbli, l-irtirar tal-badges jagħtu aċċess lill-Parlament Ewropew maħruġ lill-persuni kkonċernati u, jekk xieraq, l-organizzazzjonijiet tagħhom. Id-deċiżjoni biex jiġu applikati tali miżuri tista' tiġi ppubblikata fil-websajt tar-reġistru.
.
19. Kulħadd jista’ jippreżenta lment, sostanzjat bil-fatti materjali, dwar suspett ta’ non-ottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta, konformement mal-proċedura stabbilita fl-Anness 4.
VII.Implimentazzjoni
20. Is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni tas-sistema u u għall-aspetti operattivi kollha essenzjali l-, u għandhom bi qbil komuni jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim.
21. Sabiex jimplimentaw is-sistema, is-servizzi tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jistabbilixxu struttura operattiva konġunta li għandha tkun magħrufa bħala "is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru". Dan għandu jkun magħmul minn grupp ta’ uffiċjali mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea skont arranġament li għandu jsir bejn is-servizzi kompetenti. Is-Segretarjat konġunt tar-Reġistru għandu jopera taħt il-kordinazzjoni ta' Kap ta' Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kompiti tiegħu ser jinkludu l-implimentazzjoni tal-miżuri li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-kontenut tar-reġistru.
22. Il-ħruġ u l-kontroll ta' badges li jagħtu aċċess fit-tul għall-bini tal-Parlament Ewropew jibqgħu proċess imħaddem minn din l-istituzzjoni. Dawn il-badges jinħarġu biss għal individwi li jirrappreżentaw, jew li jaħdmu għal organizzazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru, fejn dawk l-organizzazzjonijiet jew individwi jkunu rreġistraw. Madankollu, ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali badge.
23. Minkejja li s-sistema ser titħaddem b’mod konġunt, partijiet jibqgħu liberi li jużaw ir-reġistru indipendentement għall-finijiet speċifiċi tagħhom inkluż l-għoti ta' inċentivi, bħalma hija t-trażmissjoni ta' tagħrif lir-reġistranti meta jitniedu konsultazzjonijiet pubbliċi jew jiġu organizzati l-eventi.
24. Il-partijiet għandhom jorganizzaw taħriġ u proġetti ta' komunikazzjoni interna xierqa biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru komuni u l-proċedura ta' lmenti fost il-Membri u l-persunal tagħhom.
25. Il-partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa esternament biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u jippromwovu l-użu tiegħu.
26. Serje ta' statistika bażika estratta mid-database tar-reġistru għandha tiġi ppubblikat regolarment fuq il-websajt Europa u għandha tkun aċċessibbli permezz ta' search engine faċli għall-utent.. Il-kontenut pubbliku ta’ dik id-database għandu jkun disponibbli meta jintalab, f’formati elettroniċi li jinqraw minn magni.
27. Wara konsultazzjoni mal-istakeholders, għandu jiġi ppreżentat rapport ta’ kull sena dwar il-ħidma tar-reġistru min-naħa tas-Segretarjati Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea lill-Viċi Presidenti tal-Parlament Eworpew u tal-Kummissjoni Ewropea.
VIII.Involviment ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn
8. Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill huma mistednin jissieħbu f’dan ir-reġistru. Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE huma mħeġġin juża din is-sistema huma wkoll bħala strument ta' riferenza għall-interazzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet u individwi mdaħħlin fil-għemil tal-politika u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.
IX. Dispożizzjonijiet tal-aħħar
29. Il-bidla mir-reġistri eżistenti tal-partijiet, għar-reġistru komuni ġdid għandha ssir fuq perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tnax-il xahar mill-jum li fih jibda jopera ir-reġistru komuni. Organizzazzjonijiet u individwi attwalment irreġistrati f’kwalunkwe miż-żewġ sistemi għandhom jiġu mistiedna jġeddu r-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema komuni.
Ladarba r-reġistru komuni jkun beda jopera:
·Reġistranti se jkunu jistgħu jaqilbu r-reġistrazzjoni eżistenti tagħhom għar-reġistru komuni fid-data tal-għażla tagħhom imma mhux aktar tard mill-jum tat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tagħhom mal-Kummissjoni Ewropea, jew, għal dawk irreġistrati biss mal-Parlament mhux aktar tard mit-tmiem ta' perjodu ta' tnax-il xahar minn meta beda jopera.
·kull reġistrazzjoni ġdida jew aġġornament ta’ data eżistenti għandha tkun possibbli biss permezz tar-reġistru komuni.
30. Ir-reġistru komuni għandu jkun soġġett għal rieżami mhux aktar tard minn sentejn minn meta jkun beda jopera.
Anness 1
“Ir-Reġistru tat-Trasparenza"
Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom u huma ivoluti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE
Taqsimiet
Karatteristiċi /rimarki
I – Konsulenzi professjonali / ditti legali
Sub-taqsima
Konsulenzi professjonali
Ditti li jwettqu, f'konformita' ma'-kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma' awtoritajiet pubbliċi
Sub-taqsima
Ditti legali
Ditti legali li jwettqu, f'konformita' ma'-kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma' awtoritajiet pubbliċi
Sub-taqsima
Konsulenti indipendenti
Konsulenti li jaħdmu għal rashom jew avukati li jwettqu, f'konformita' ma'-kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma' awtoritajiet pubbliċi
II – “Lobbyists in house”, u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ / professjonali
Sub-taqsima
Kumpaniji & gruppijiet
Kumpaniji jew gruppijiet ta’ kumpaniji (bi jew mingħajr status ġuridiku) li jwettqu in-house, f'konformita' ma'-kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma' awtoritajiet pubbliċi
Sub-taqsima
Assoċjazzjonijiet ta’ kummerċ, negozju & professjonali
Sub-taqsima
Trade Unions
Sub-taqsima
Oħrajn jixtiebħu
III - Organizzazzjonijiet mhux governattivi
Sub-taqsima
Organizzazzjonijiet, pjattaformi u netwerks, u oħrajn simili - non-governattivi
Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru bi jew mingħajr status ġuridiku, indipendenti minn awtoritajiet pubbliċi, partiti politiċi jew organizzazzjonijiet kummerċjali Inklużi l-fondazzjonijiet, entijiet tal-karità, eċċ.
IV – Think tanks, istituzzjonijiet ta’ riċerka u akkademiċi
Sub-taqsima
Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka
Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka speċjalizzati li jittrattaw inter alia l-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea.
Sub-taqsima
Istituzzjonijiet akkademiċi
Istituzzjonijiet li l-iskop primarju tagħhom huwa l-edukazzjoni imma li jittrattaw l-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea.
V – Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi
NB: Il-knejjes infushom mhumiex ikkonċernati mir-reġistru
Sub-taqsima
Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi
Entitajiet ġuridiċi, uffiċji jew netwerks imwaqqfin għal attivitajiet ta’ rappreżentanza.
VI - Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ.
NB: L-awtoritajiet pubbliċi nfushom mhumiex ikkonċernati mir-reġistru.
Sub-taqsima
Awtoritajiet lokali & reġjonali (livell sottonazzjonali)
Entitajiet ġuridiċi, uffiċji ta’ rappreżentanza, assoċjazzjonijiet jew netwerks imwaqqfin biex jipprażentaw l-awtoritajiet lokali & reġjonali (livell sottonazzjonali)
Sub-taqsima
Entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn eċċ.
Inklużi organizzazzjonijiet oħrajn bi status pubbliku jew imħallat (pubbliċi/privati).
Anness 2
Tagħrif li għandu jingħata mir-reġistranti
TAGĦRIF ĠENERALI & BAŻIKU
- isem/ismijiet, indirizz, numru tat-telefon, indirizz elettroniku, websajt tal-organizzazzjoni.
- (a) identità tal-persuna legalment responsabbli mill-organizzazzjoni u (b) l-isem tad-direttur jew soċju manaġerjali jew, jekk applikabbli, kuntatt prinċipali tal-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet koperti mir-reġistru; l-ismijiet tal-persuni li għalihom jintalbu l-badges ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew(5)
- il-għadd ta’ persuni (Membri, persunal, eċċ) involuti f'attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru.
- objettivi / ambitu – oqsma ta’ interess – attivitajiet, pajjiżi fejn issir il-ħidma – affiljazzjonijiet ma' netwerks – tagħrif ġenerali li jaqgħa fl-ambitu tar-reġistru.
- jekk applikabbli, in-numru ta' membri (individwi u organizzazzjonijiet)..
TAGĦRIF SPEĊIFIKU
A.ATTIVITAJIET
Il-proposti leġislattivi ewlenin koperti fis-sena preċedenti minn attivajiet tar-reġistrant li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru tat-trasparenza.
B.TAGĦRIF FINANZJARJU
Iċ-ċifri finanzjarji kollha mogħtijin għandhom ikopru sena sħiħa ta’ ħidma u jirreferu għall-aktar sena finanzjarja magħluqa reċenti, li tingħadd mid-data tar-reġistrazzjoni jew tat-tiġdid.
L-għadd doppju mhux eskluż. Id-dikjarazzjoni finanzjarja magħmula minn konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom dwar klijenti tagħhom (lista u tabella) ma teżentax dawk il-klijenti mill-obbligu tagħhom li jinkludu dawk l-attivitajiet kuntrattwali fid-dikjarazzjonijiet tagħhom stess, sabiex jevitaw sottovalutazzjoni tan-nefqa finanzjarja iddikjarata tagħhom.
– Konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom (Taqsima I): għandhom jingħataw id-dettalji tal--fatturat attribwibbli għall-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru, kif ukoll il-piż relattiv marbut mal-klijenti tagħhom skont it-tabella li ġejja:
Il-fatturat f’€
Daqs tal-bracket f’€
0 – 500 000
50 000
500 000 – 1 000 000
100 000
> 1 000 000
250 000
– “Lobbyists in house”,u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ/professjonali (Taqsima II):għandha tingħata stima tal-ispejjeż ta' attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru
- Organizzazzjonijiet mhux governattivi, think tanks, istituzzjonijiet ta' riċerka u akkademiċi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet oħra pubbliċi jew imħallta, eċċ (Taqsimiet III sa VI ta 'Anness 1):il-baġit totali jrid jiġi speċifikat, flimkien mal-breakdown tas-sorsi ewlenin tal-finanzjamenttal-għejun ewlenin ta’ finanzjament
Barra minn dan, għar-reġistranti kollha:l-ammont u s-sors ta’ finanzjament riċevut mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-aktar sena finanzjarja reċenti magħluqa, mid-data tar-reġistrazzjoni jew ta' tiġdid.
Anness 3
Kodiċi komuni ta’ kondotta
Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Membri, uffiċjali u l-persunal ieħor, ir-reġistranti għandhom:
a)dejjem jidentifikaw ruħhom bl-isem u bl-entità jew entitajiet li jaħdmu għalihom jew jirrappreżentaw; jiddikjaraw l-interessi, għanijiet jew miri promossi u fejn applikabbli jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri, li jirrappreżentaw;
b)ma jiksbux jew ma jipprovawx jiksbu tagħrif, jew kwlaunkwe deċiżjoni, b’mod diżonest jew bl-użu ta’ pressjoni indebita jew mġiba mhux xierqa;
c)li jkollhom relazzjoni formali mal-UE jew kwalunkwe mill-istituzzjonijiet fit-trattazzjonijiet ma 'partijiet terzi, u lanqas ħażina ma jippretendux li għandhom relazzjoni formali mal-UE ma’ xi waħda mill-istituzzjonijiet tagħha fit-transazzjonijiet tagħhom ma’ terzi, u lanqas ma jirrappreżentaw b'mod qarrieqi l-effett ta' reġistrazzjoni b' mod li jiżgwida lill-partijiet terzi jew uffiċjali jew persunal ieħor tal-UE;
d)jiżguraw li, safejn jafu huma, it-tagħrif li jkunu taw meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma' jiżgwidax;
e)ma jbigħux lil terzi kopji ta’ dokumenti ottenuti minn xi istituzzjoni tal-UE;
f)m'għandhomx jinduċi Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, uffiċjali jew persunal ieħor tal-UE, jew l-assistenti jew stagaires ta' dawk il-Membri, li jiksru r-regoli jew l-istandards ta' kondotta applikabbli għalihom;
g)jekk jimpjegaw persuni li qabel kienu uffiċjali jew persunal oħra tal-UE jew l-assistenti jew stagaires tal-Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jottemperaw ruħhom mar-regoli u r-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli għalihom;
h) josservaw kwalunkwe regola dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' dawk li qabel kienu Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea;
i) jinfurmaw lil kulmin jirrappreżentaw dwar l-obbligi tagħhom lejn l-istituzzjonijiet tal-UE;
L-individwi li jirrappreżentaw jew jaħdmu mal-entitajiet li rreġistraw mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jinħarġilhom badge personali u mhux trasferibbli għal aċċess għall-bini tal-Parlament għandhom:
j) josservaw strettament id-dispożizzjonijiet tar-Regola 9 ta', u l-Anness X u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness I, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew;
k) jaċċertaw ruħhom li kull għajnuna pprovduta fil-kuntest tal-Artikolu 2 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropewtitniżżel fir-reġistru xieraq;
l) bl-iskop li jevitaw kull kunflitt ta’ interess possibbli, jottjenu l-kunsens minn qabel tal-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernat/i dwar ir-relazzjoni kuntrattwali ma’ assistent ta’ Membru, jew l-impjieg tiegħu, u sussegwentement jiddikjaraw dan fir-reġistru.
Anness 4
Proċedura għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti
Stadju 1:Il-preżentazzjoni ta’ lment
1. L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati billi timtela formula standard fuq il-websajt tar-reġistru komuni. Dik il-formola għandha tinkludi t-tagħrif fuq ir-reġistrant li dwaru jkun qed isir l-ilment, l-isem u d-dettalji għall-kuntant ta' min jagħmel l-ilment u d-dettalji dwar l-ilment inklużi, fil-prinċipju, dokumenti u materjali oħra li jappoġġjaw l-ilment. Ilmenti anonimi għandhomx jiġu kkunsidrati.
2. L-ilment għandu jispeċifika klawsola waħda jew aktar tal-kodiċi ta' kondotta li min jagħmel l-ilment jallega li jkun hemm ksur tagħha/hom. Ilmenti dwar it-tagħrif li jiddaħħal fir-reġistru jiġu ttrattati bħala allegazzjonijiet ta' ksur tal-punt (d) tal-kodiċi ta' kondotta(6)
3. Min jagħmel ilment tagħhom għandu fil-prinċipju jipprovdi dokumenti u / jew materjali oħra ta' appoġġ għall-ilment tiegħu.
Stadju 2:Deċiżjoni dwar l-ammissibilità
4. Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru għandu
(a) Jivverifika li tkun tressqet xiehda suffiċjenti bħala appoġġ għall-ilment, sew jekk din tieħu l-forma ta' dokumenti, materjali oħra jew dikjarazzjonijiet personali; sabiex tkun ammissibbli, xhieda materjali għandha tiġi mir-reġistrant li dwaru jkun sar l-ilment jew minn dokument maħruġ minn parti terza;
(b) fuq il-bażi, ta' tali verifika, jiddeċiedi dwar l-ammisibilità tal-ilment;
(c) jekk jikkunsidra li l-ilment jkun ammissibbli, jirreġistra l-ilment u jiffissa skadenza (20 ġurnata tax-xogħol) għad-deċiżjoni dwar il-validità tal-ilment.
5. Jekk l-ilment jitqies inammissibbli, min jagħmel l-ilment għandu jiġi mgħarraf b’ittra, li għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni.Jekk l-ilment jitqies ammissibbli, għandu jiġi investigat skont il-proċedura stabbilita hawn taħt.
Stadju 3:L-investigazzjoni
6. Wara li jirreġistra l-ilment, is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru għandu jgħarraf lir-reġistrant bil-miktub dwar l-ilment magħmul kontra din reġistrant u l-kontenut ta' dak l-ilment, u għandu jistieden lir-reġistrant jippreżenta spjegazzjonijiet, argumenti jew elementi oħrajn ta' difiża tiegħu fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.
7. Kull tagħrif miġbur matul l-investigazzjoni għandu jiġi eżaminat mis-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru.
8. Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru jista’ jiddeċiedi li jisma’ lir-reġistrant li dwar ikun sar l-ilment, jew lil min jagħmel l-ilment.
Stadju 4:Deċiżjoni dwar l-ilment
9. Jekk l-investigazzjoni turi l-ilment huwa infondat, is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru għandu jinforma liż-żewġ partijiet fl-ilment dwar id-deċiżjoni f'dan is-sens.. Jekk l-ilment jintlaqa', ir-reġistrant jista' jiġi temporanjament sospiż mir-reġistru sakemm jittieħdu passi biex tiġi indirizzata l-problema (ara l-paragrafi 11 sa 14 hawn taħt) jew jista' jiġi soġġett għal miżuri li jvarjaw minn s-sospensjoni fit-tul mir-reġistru sa' esklużjoni mir-reġistru u l-irtirar, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe badge li tagħti aċċess għall-Parlament Ewropew (ara l-istadji 6 u 7 aktar ’ isfel).
Stadju 5:Miżuri f'każ ta' nonottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta
10. Il-miżuri li jistgħu jiġu applikati f’każijiet ta’ nonottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta għandhom jjvarjaw minnsospensjoni temporanja sat-tħassir mir-reġistru (ara t-tabella hawn taħt).
11. Jekk jiġi stabbilit li t-tagħrif mdaħħal fir-reġistru huwa żbaljat jew inkomplet, ir-reġistrant għandu jkun mitluba jikkoreġi dak t-tagħrif fi żmien tmien ġimgħat, matul liema perjodu r-reġistrazzjoni ta' dak ir-reġistrant għandha tiġi sospiża. Kwalunkwe badge li tagħtu aċċess lill-Parlament Ewropew, m'għandhiex tiġi rtirata matul dak il-perjodu.
12. Jekk ir-reġistrant jikkoreġi t-tagħrif fiż-żmien tat-tmien ġimgħat speċifikati fil-paragrafu 11, ir-reġistrazzjoni tiegħu għandha tiġi riattivata. Jekk ir-reġistrant ma jaġixxix matul il-perjodu tat-tmien ġimgħat speċifikati fil-paragrafu 11, tista' tiġi imposta miżura.
13. Jekk ir-reġistrant jitlob aktar żmien sabiex jirrettifika l-informazzjoni skond il-paragrafu 11, u jagħti raġunijiet suffiċjenti għal dik it-talba, il-perijodu ta' sospensjoni jista' jiġi mtawwal.
14. F’każ ta’ nonottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta fuq kriterji oħrajn, ir-reġistrazzjoni tar-reġistrant ikkonċernat għandha tkun sospiża għal perijodu ta’ tmien ġimgħat, matul liema żmien il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom jieħdu d-deċiżjoni finali dwar dwar kwalunkwe miżura jew miżuri, li għandhom jiġu imposti.
15. Kull deċiżjoni dwar it-tħassir ta’ reġistrant mir-reġistru għandha tinkludi projbizzjoni għar-reġistrazzjoni futura għal perjodu ta' sena jew sentejn.
Stadju 6:Deċiżjoni dwar il-miżura li għandha tiġi applikata
16. Abbozz ta 'deċiżjoni dwar il-miżura għandha tiġi applikata għandha tiġi mħejja b'mod konġunt mis-servizzi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea u mgħoddija għal deċiżjoni finali lis-Segretarji Ġenerali ta' dawk l-istituzzjonijiet. Il-Viċi-Presidenti kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati.
17. Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru għandu jinforma immedjatament liż-żewġ partijiet (min jagħmel l-ilment u r-reġistrant li dwaru jkun sar l-ilment) dwar il-miżura deċiża u għandu jimplimenta dik il-miżura.
Stadju 7:Irtitrar (jekk applikabbli) tal-badge li tagħti aċċess lill-Parlament Ewropew
18. Fejn deċiżjoni dwar tneħħija mir-reġistru tinvolvi l-irtirar ta' badge jew badges li jagħtu aċċess lill-Parlament Ewropew, hija għandha tintbagħat mis-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament Ewropew lill-Kwestur responsabbli, li għandhu jiġi mistieden jawtorizza l-irtirar ta' kwalunkwe badge jew badges ta' din ix-xorta miżmuma mill-organizzazzjoni jew individwu kkonċernat.
19. Ir-reġistrant għandu jiġi mistieden jirritorna kwalunkwe badge tal-PE fi żmien 15-il jum.
Tabella ta’ miżuri disponibbli f'każ ta' non-ottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta
Tip ta’ non-ottemperanza
Miżura
Indikazzjoni tal- -miżura fir-reġistru
Irtirar tal-badge li tagħti aċċess għall-PE
1
Non-ottemperanza mhux magħmula xjentement li tiġi korretta minnufih
Notika bil-miktub li tirrikonoxxi l-fatti u l-korrezzjoni tagħhom
Le
Le
2
Non-ottemperanza intenzjonata mal-kodiċi li teħtieġ bidla fl-imġiba jew rettifika ta' data fir-reġistru fl-iskadenza stipulata
Sospensjoni temporanja sa sitt xhur jew sa meta l-azzjoni korrettiva rikjesta tkun kompletata fl-iskadenza stabbilitali
Iva matul il-perijodu ta’ sospensjoni
Le
3
Non-ottemperanza persistenti mal-kodiċi
- Assenza ta’ bidla fl-ikondotta
- Nuqqas ta’ korrezzjoni tad-data fl-iskadenza prefissata mill-miżura 2
Tneħħija mir-reġistru għal sena waħda
Iva
Iva
4
Non-ottemperanza gravi u intenzjonata mal-kodiċi magħmula xjentement
3 Gvernijiet ta’ Stati Membri, gvernijiet ta’ pajjiż terzi, organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali kif ukoll il-missjonijiet diplomatiċi tagħhom ilkoll hu mistenni minnhom li jirreġistraw.
Ir-reġistranti jintalbu jipprovdu din l-informazzjoni fl-aħħar tal-proċess ta' reġistrazzjoni, biex tiġi sottomessa lill-Parlament Ewropew. L-ismijiet tal-individwi li jkun ġie allokat lilhom badge ta’ aċċess għandhom imbagħad jiddaħħlu b’mod awtomatiku mis-sistema fuq il-bażi tal-aġġornamenti u l-informazzjoni tal- Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal- Parlament Ewropew li jagħti l-badges. Ir-reġistrazzjoni ma tagħtix lok għal dritt awtomatiku għal badge li tagħti aċċess lill-Parlament Ewropew.
Dan il-punt (d) jirrikjedi li r-reġistranti, fir-relazzjonijiet tagħhom ma l-istituzzjonijiet u l-Membri uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, biex " jiżguraw li, safejn jafu huma, it-tagħrif li jkunu taw meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru tar-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax.".
NOTA SPJEGATTIVA
It-trasparenza tal-istituzzjonijiet politiċi hija prerekwiżit għal-leġittimità. Għandu jkun faċli biex wieħed jiskrutinizza kif isiru d-deċiżjonijiet, x’inhuma l-influwenzi warajhom u finalment kif ir-riżorsi, jiġifieri flus min iħallas it-taxxa, qed jiġu allokati. Għalhekk ir-regoli għal-lobbying fl-aħħar mill-aħħar huma kwestjoni ta’ leġittimità.
Il-Parlament kien l-ewwel istituzzjoni Ewropea li indirizzat il-fenomenu ta’ għadd dejjem akbar ta’ gruppi ta’ interess fil-livell Ewropew u speċjalment dwar il-konsegwenzi ta’ din l-evoluzzjoni għall-proċess leġiżlattiv. Wara diversi rapporti u diskussjonijiet li saru bir-reqqa l-Parlament vara r-reġistru tiegħu għar-rappreżentanti ta’ interessi fl-1996.
Ir-rapport Stubb-Friedrich
Fl-2006 l-Kummissjoni ħarġet “Inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza” fejn ipproponiet reġistru uniku komuni li jiġbor kollox fih għal-lobbyists fil-Kummissjoni u fil-Parlament.
It-tweġiba tal-Parlament għal din l-inizjattiva tal-Kummissjoni kienet ir-rapport mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar l-Iżvilupp ta’ qafas għall-attivitajiet tar-rappreżentanti ta’ interessi (lobbyists) fl-istituzzjonijiet Ewropej. Ir-rapporteur kien Alexander Stubb (PPE, FI), imma wara li kien ġie nnominat Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Finlandja, ir-rapport għadda f’idejn Ingo Friedrich (PPE, DE). Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata fil-plenarja fit-8 ta’ Mejju 2008.
Ir-riżoluzzjoni tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u titlob li jsir ftehim interistituzzjonali dwar reġistru komuni bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill. Titlob lill-Kummissjoni tinnegozja mal-Parlament dwar kodiċi ta’ kondotta komuni għal-lobbyists u tenfasizza li s-sanzjonijiet (f'każijiet serji t-tneħħija minn fuq ir-reġistru) għandhom japplikaw għal-lobbyists li jkunu kisru l-kodiċi. Ir-riżoluzzjoni tipproponi grupp ta’ ħidma ta’ livell għoli konġunt tat-tliet istituzzjonijiet li huma biex jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ reġistru konġunt.
Il-grupp ta’ ħidma ta’ livell għoli konġunt
Tali grupp ta’ ħidma ġie stabbilit f’Novembru 2008 bejn il-Parlament u l-Kummissjoni - il-Kunsill ma rax li kien meħtieġ li jipparteċipa. F’April 2009 l-grupp ta’ ħidma adotta dikjarazzjoni konġunta u proposta għal kodiċi ta’ kondotta komuni. Wara l-elezzjonijiet Ewropej twaqqaf grupp ta’ ħidma ġdid bejn il-Parlament u l-Kummissjoni. Id-delegazzjoni tal-PE tmexxiet mill-Viċi President Diana Wallis flimkien ma’ Carlo Casini, Isabelle Durant u Jo Leinen bħala membri.
F’Novembru 2010 l-grupp ta’ ħidma seta' jadotta abbozz ta’ ftehim dwar l-istabbiliment ta’ “Reġistru tat-Trasparenza”.
Il-Parlament laħaq il-miri essenzjali tiegħu
Ir-riżultat miksub jikkorrispondi għall-objettivi spjegati mill-Parlament fl-iktar punti essenzjali:
1. Għalkemm ir-reġistrazzjoni mhijiex waħda obbligatorja - li kienet il-mira tal-Parlament - tista’ titqies bħala "obbligatorja de facto” għax l-aċċess permanenti għall-bini tal-Parlament huwa permess biss għar-rappreżentanti ta’ interessi li huma rreġistrati.
2. Ir-reġistru komuni jiżgura l-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa tal-kategoriji kollha tal-operaturi filwaqt li jirrispetta l-identitajiet differenti jew speċifiċi tagħhom. L-isem il-ġdid “Reġistru tat-Trasparenza” jagħmilha aktar faċli għall-organizzazzjonijiet mhux kummerċjali li jingħaqdu fir-reġistru.
3. Il-mekkaniżmu l-ġdid jipprovdi tagħrif addizzjonali bħalma huma l-għadd ta’ individwi involuti fl-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu mar-reġistru, u l-livell ta’ riżorsi tal-UE li jkun irċieva r-reġistrant. Se jipprovdi wkoll kjarifiki rigward l-attivitajiet eliġibbli li jaqgħu taħt l-ambitu tar-reġistru, u l-proċessi li bihom se jiġu ttrattati l-ilmenti.
Konklużjoni
Ir-rapporteur jinsab lest li jirrakkomanda l-adozzjoni tal-abbozz ta’ ftehim dwar l-istabbiliment ta’ Reġistru tat-Trasparenza. Ir-reġistru konġunt se jkun pass 'il quddiem lejn trasparenza akbar fl-istituzzjonijiet Ewropej, li wieħed jittama se tikkontribwixxi għal leġittimità akbar tal-proġett tal-Ewropa fost iċ-ċittadini tagħha.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
19.4.2011
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
22
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, József Szájer, Søren Bo Søndergaard, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
John Stuart Agnew, Elmar Brok, Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, Íñigo Méndez de Vigo, Helmut Scholz, Rainer Wieland