– wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 1976, kif emendata(1), b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' qabel dwar il-proċedura elettorali tal-Parlament, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Lulju 1998(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew(3),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2007,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2010 dwar l-abbozz ta’ protokoll li jemenda l-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-kumplament tal-leġiżlatura 2009-2014; l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48(3) tat-Trattat UE)(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 10, 14(2) u 48(2), (3) u (4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 22, 223 u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,
– wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2006 (COM(2006)0791) li temenda d-Direttiva 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar ċerti arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 41, 48(3) u 74a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0176/2011),
Billi:
A. il-Parlament għandu d-dritt li jibda r-riforma tal-proċedura elettorali proprja, u li jagħti l-kunsens tiegħu għaliha,
B. il-Parlament għandu d-dritt li jibda bidla fil-kompożizzjoni tiegħu, u li jagħti l-kunsens tiegħu għaliha,
C. il-Parlament għandu d-dritt li jibda reviżjoni tat-Trattati,
D. il-Parlament ilu sa mill-1979 jiġi elett direttament kull ħames snin u ra l-poteri u l-influwenza tiegħu jiżdiedu tul dan il-perjodu kollu, b’mod partikulari l-aktar bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;
E. it-Trattat ta' Liżbona biddel il-mandat tal-Membri tal-Parlament Ewropew, b'tali mod li għamilhom rappreżentanti diretti taċ-ċittadini tal-Unjoni(5),
F. anki jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar proċedura elettorali uniformi, kien hemm konverġenza gradwali tas-sistemi elettorali tul dan il-perjodu, b’mod partikulari bl-adozzjoni universali ta’ rappreżentanza proporzjonali fl-1999, it-twaqqif formali ta’ partiti politiċi fil-livell Ewropew(6) u t-tneħħija tal-mandat doppju(7),
G. il-kunċett ta’ ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea, introdott formalment fl-ordni kostituzzjonali bit-Trattat ta’ Maastricht fl-1993, inkluż id-dritt ta’ parteċipazzjoni skont b'ċerti kundizzjonijiet f’elezzjonijiet Ewropej u muniċipali f’Istati Membri minbarra f'dak proprju, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li issa għandha forza legali vinkolanti skont it-termini tat-Trattat ta' Lisbona, saħħu dan id-dritt u drittijiet ċiviċi oħra ,
H. ir-rikonoxximent popolari tal-funzjoni demokratika tal-Parlament għadu limitat, il-partiti politiċi fil-livell Ewropew għadhom fl-ewwel stadji ta' żvilupp, il-kampanji elettorali għadhom aktar nazzjonali milli Ewropej u r-rappurtar tal-midja dwar il-proċedimenti tal-Parlament mhuwiex regolari;
I. l-ammont globali ta’ persuni li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament naqas b'mod konsistenti minn 63% fl-1979 għal 43% fl-2009,
J. in-numru ta’ ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhuwiex dak tagħhom u li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa baxx, u n-numru ta' dawk li jikkontestaw l-elezzjoni huwa negliġibbli; il-kwalifiki ta’ residenza għad-dritt tal-vot ivarjaw fost l-Istati, kif ivarja wkoll iż-żmien li jrid jgħaddi biex iċ-ċittadini tagħhom li jgħixu xi mkien ieħor fl-UE jkunu miċħuda mid-dritt tal-vot fl-Istat ta' oriġini tagħhom; barra minn hekk, l-iskambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri dwar ċittadini ta' Stati Membri oħra li ddaħħlu fir-reġistru elettorali jew li ħarġu bħala kandidati, mhuwiex effiċjenti,
K. skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li l-Istati jgawdu minn diskrezzjoni sostanzjali fid-definizzjoni ta’ min jista’ jivvota fl-elezzjonijiet parlamentari Ewropej, madankollu huma marbuta li jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u ma jistgħux jittrattaw kategoriji differenti ta’ ċittadini tal-Unjoni fl-istess ċirkustanzi b’mod li jiddiskrimina bejniethom(8); bl-istess mod, filwaqt li huma l-Istati individwali li jistgħu jistipulaw il-kundizzjonijiet tagħhom stess għall-akkwist u t-telf ta' nazzjonalità, fl-istess waqt jeħtieġ li jagħtu kunsiderazzjoni għall-istatus taċ-ċittadinanza tal-Unjoni(9);
L. il-proposti attwali tal-Kummissjoni biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat tagħhom jinsabu wieqfa fil-Kunsill(10),
M. fis-27 Stati kollha l-età minima għall-eliġibilità biex toħroġ bħala kandidat issa tvarja bejn it-18 u l-25 sena, u l-eleġibilità biex tivvota tvarja bejn is-16 u t-18; huwa importanti li ż-żgħażagħ ikunu mħeġġa jipparteċipaw fl-elezzjonijiet,
N. in-numru ta' nisa li huma MPE issa hu ta' 35 fil-mija; għandhom isiru sforzi biex jitnaqqas aktar l-iżbilanċ bejn is-sessi fil-Parlament, speċjalment f'ċerti Stati,
O. baqa' għadd ta' kwistjonijiet oħra li tista’ ssir reviżjoni tagħhom rigward l-elezzjonijiet, inkluża l-kwistjoni ta' limiti minimi, il-verifika tal-kredenzjali tal-MPE u kif jimtlew il-postijiet vakanti,
P. il-Parlament ħeġġeġ lill-Kunsill biex iqarreb id-data tal-elezzjoni għal Mejju sabiex ikun jista' jorganizza ruħu aħjar biex titħaffef l-elezzjoni tal-President ġdid tal-Kummissjoni u jevita l-bidu tal-vaganzi tas-sajf f'bosta Stati(11),
Q. il-Parlament għandu s-setgħa u l-obbligu bit-Trattat ta' Lisbona li jagħti bidu għal deċiżjoni dwar ir-ridistribuzzjoni ta' siġġijiet bejn l-Istati fi ħdan il-limitazzjonijiet stipulati ta' livell minimu, livell massimu u daqs komprensiv, waqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva;il-Parlament diġà kkonkluda li għandu jikkoreġi l-inugwaljanza storika fid-distribuzzjoni tas-siġġijiet u li l-kompożizzjoni tkun adattata regolarment sabiex jiġu tirrifletti t-tibdiliet fid-demografija u fis-sħubija tal-Unjoni(12); barra minn hekk, iqis li huwa importanti li l-pluralità ta' partiti politiċi u s-solidarjetà bejn l-Istati jiġu espressi fil-kompożizzjoni tal-Parlament,
R. il-Parlament nieqes minn sistema awtonoma li tirregola l-privileġġi legali u l-immunitajiet tal-Membri; il-Kunsill preċedentement qabel li jeżamina t-talba tal-Parlament li jirrevedi l-Protokoll tal-1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ladarba l-Istatut tal-Membri ikun daħal fis-seħħ(13),
S. minkejja li l-Kunsill preċedentement kien qabel li jżomm l-Att tal-1976 taħt reviżjoni, l-aħħar reviżjoni formali tal-proċedura elettorali mill-Parlament tmur lura sa mhux eqreb mill-1998(14),
T. il-proċedura elettorali tal-Parlament trid tirrispetta l-prattika ta' elezzjonijiet ħielsa, ġusti u sigrieti, tikseb proporzjonalità ta' rappreżentanza ġenerali, u tkun durabbli u komprensibbli;
U. is-sistema elettorali tal-Parlament hija kompromess bejn il-prinċipju demokratiku tal-ugwaljanza ("bniedem wieħed, vot wieħed") u l-prinċipju tal-liġi internazzjonali ta' ugwaljanza bejn l-Istati, u t-TUE jistipula l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni filwaqt li jipprojbixxi diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità,
V. ir-riforma tal-proċedura elettorali trid ukoll tirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarjetà u proporzjionalità u m'għandhiex tipprova tfittex li timponi uniformità bħala fini fiha nnifisha,
W. il-Parlament kien preċedentement diġà kkonkluda li jistudja l-possibilità li jeleġġi xi MPE fuq lista transnazzjonali, billi dan jipprovdi dimensjoni Ewropea ġenwina lill-kampanja, b'mod partikulari billi jafda rwol ċentrali lill-partiti politiċi Ewropej(15),
X. l-ugwaljanza elettorali għandha tibqa' l-prinċipju superjuri fil-każ li jiddaħħlu listi transnazzjonali; l-istatus tal-Membri fil-Parlament għandu għalhekk jibqa' ugwali irrispettivament minn jekk ġewx eletti minn listi transnazzjonali jew nazzjonali,
Y. It-TUE jipprovdi li "partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni"(16), u għal dan il-għan, il-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regulament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom(17), stieden lill-Kummissjoni biex tibda proċedura legiżlativa għal status komuni tal-UE għall-partiti u għall-fondazzjonijiet politiċi ,
1. Jiddeċiedi li jirriforma l-proċedura elettorali tiegħu fi żmien xieraq qabel l-elezzjonijiet tal-2014 bl-iskop li tisseddaq il-leġittimità u l-effikaċja tal-Parlament billi tissaħħaħ id-dimensjoni demokratika Ewropea u billi jkun hemm distribuzzjoni iktar ġusta ta’ siġġijiet fost l-Istati skont it-Trattati;
2. Jipproponi li 25-il Membru Parlamentari ieħor jiġu eletti b’kostitwenza unika ffurmata mit-territorju sħiħ tal-Unjoni Ewropea; il-listi tranżnazzjonali ser ikunu magħmula minn kandidati magħżula minn mill-inqas terz tal-Istati, u jistgħu jiżguraw rappreżentanza adegwata bejn is-sessi; kull elettur ikun jista’ jitfa’ vot wieħed għal-lista tal-UE minbarra l-vot tiegħu għal-lista nazzjonali jew reġjonali: il-votazzjoni għall-kostitwenza tal-UE se tkun konformi mas-sistema proporzjonali ta' lista magħluqa; u s-siġġijiet se jkunu allokati mingħajr limitu minimu skont il-metodu D’Hondt(18); barra minn hekk, jipproponi li tiġi stabbilita awtorità elettorali fil-livell tal-UE sabiex tirregola t-twettiq u tivverifika r-riżultati tal-elezzjoni li ssir minn fost il-lista tal-UE kollha;
3. (i) Jiddetermina li l-Parlament għandu jressaq proposta għal deċiżjonili tistabbilixxi d-distribuzzjoni mill-ġdid tas-751 siġġu fost l-Istati, jekk dan ikun iġġustifikat b' mod oġġettiv biċ-ċifri stabbiliti mill-Eurostat, qabel kull elezzjoni; din id-deċiżjoni għandha tiġi adottata qabel tmiem ir-rabà sena kalendarja tat-terminu parlamentari;
(ii) Jipproponi li jinbeda djalogu mal-Kunsill sabiex tiġi esplorata l-possibilità li jintlaħaq ftehim dejjiemi u trasparenti fuq formola matematika għad-distribuzzjoni tas-siġġijiet parlamentari li tirrispetta l-kriterji stabbiliti fit-Trattati kif ukoll il-prinċipji ta' pluralità ta' partiti politiċi u solidarjetà bejn l-Istati;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal regolament biex titjieb il-konsistenza u l-kumparabbiltà ta' dejta dwar il-popolazzjonijiet imressqa mill-Istati;
5. Jiddetermina li d-data tal-elezzjonijiet Ewropej titressaq ‘il quddiem minn Ġunju għal Mejju;
6. Jitlob lill-Istati u lill-partiti politiċi sabiex jippromwovu rappreżentanza aħjar ta' nisa u ta' kandidati minn minoranzi; jikkunsidra li huwa importanti għal-leġittimità tal-Unjoni li l-kompożizzjoni tal-Parlament tirrefletti d-diversità tal-popli Ewropej;
7. Jagħmel enfasi ugwali sabiex iħeġġeġ lill-partiti politiċi jimxu b'konformità ma' prinċipji demokratiċi fl-għażla tal-kandidati;
8. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jgħinu liċ-ċittadini tal-UE residenti fi Stat li mhux dak proprju tagħhom biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej fil-pajjiż ta' residenza tagħhom; f'dan il-kuntest jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta ġdida għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u l-ħruġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħala kandidati għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu qed jgħixu fi Stat Membru li ma jkunux ċittadini tiegħu(19) u biex tissuġġerixxi l-abolizzjoni tas-sistema attwali ta' skambju ta' informazzjoni, li l-funzjoni tagħha tista' tittieħed minn reġistru elettorali fil-livell tal-UE għall-elezzjonijiet tal-Parlament;
9. Itenni t-talba li ilu jagħmel li l-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet tal-1965 jiġi emendat sabiex tiġi stabbilita sistema uniformi sopranazzjonali għall-Membri tal-Parlament Ewropew(20);
10. Jippreżenta lill-Kunsill bl-emendi li jinsabu fl-Anness II għall-emenda tat-Trattati;
11. Jippreżenta lill-Kunsill il-proposta li tinsab fl-Anness III għall-emenda tal-Att dwar l-elezzjoni ta’ Membri tal-Parlament Ewropew permezz ta’ suffraġju dirett universali;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/ECSC, KEE, Euratom (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).
Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).
Il-Każ C-145/04 Spanja v Renju Unit [2006] ECR I-7917 (Ġibiltà) u l-Każ C-300/04 Eman u Sevinger v. College van burgemeester en wethouders van Den Haag [2006] ECR I-8055 (Aruba).
Ara d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta’ Settembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 93/109/KE rigward ċerti arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u kontestazzjoni f’elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu m’humiex ċittadini (ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 193).
Kif propost fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU C 285, 22.11.2006, p. 137).
Dikjarazzjoni tal-Kunsill 6151/02 tat-22 ta’ Frar 2002 ġie deċiż 'li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom ikunu riveduti qabel it-tieni elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Att tal-1976 li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni’ - jiġifieri, qabel l-2009.
Il-metodu Sainte-Laguë juża diviżjonijiet ta’ 1, 3, 5, 7 eċċ, u ntuża fl-elezzjonijiet Ewropej fl-2009 fil-Ġermanja, fil-Latvja u fl-Iżvezja. Huwa jipproduċi riżultat ftit aktar proporzjonali mill-metodu D’Hondt.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar modifika tal-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet (ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 830), li fiha l-Parlament ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li juża l-Istatut tal-Membri bħala bażi parzjali għar-reviżjoni proposta (Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-adozzjoni ta’ Statut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 115)).
ANNESS I – Verżjoni kkonsolidata tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b'vot dirett universali annessa mad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 1976, u tal-emendi sussegwenti tiegħu
li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri għall-Parlament Ewropew
b'suffraġju dirett universali
Artikolu 1
1. F'kull Stat Membru, il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu eletti fuq il-bażi ta' rapreżentanza proporzjonali, bl-użu tas-sistema ta' lista jew tal-vot wieħed trasferibbli.
2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw votazzjoni bbażata fuq sistema ta' lista preferenzjali bi qbil mal-proċedura li jadottaw.
3. L-elezzjonijiet għandhom ikunu b'vot dirett universali u għandhom ikunu ħielsa u sigrieti.
Artikolu 2
Bi qbil mas-sistwazzjoni nazzjonali speċifika tiegħu, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi kostitwenzi għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jew jaqsam iż-żona elettorali tiegħu b'mod differenti, mingħajr ma jaffettwa b'mod ġenerali n-natura proporzjonali tas-sistema tal-votazzjoni.
Artikolu 3
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu minimu għall-allokazzjoni ta' siġġijiet. Fil-livell nazzjonali, dan il-limitu minimu ma jistax jeċċedi l-5 fil-mija tal-voti mitfuha.
Artikolu 4
Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi limitu massimu għall-ispejjeż tal-kampanja elettorali tal-kandidati.
Artikolu 5
1. Il-mandat ta' ħames snin li għalih jiġu eletti l-Membri tal-Parlament Ewropew għandu jibda mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni ta' wara kull elezzjoni.
Dan jista' jiġi estiż jew imnaqqas skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2).
2. Il-mandat ta' kull Membru għandu jibda u jispiċċa fl-istess żmien bħall-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 6
1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jivvutaw fuq bażi individwali u personali. Huma m'għandhomx ikunu marbuta bi kwalunkwe istruzzjoni u m'għandhomx jirċievu mandat vinkolanti.
2. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli għalihom bis-saħħa tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 7
1. Il-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun inkompattibli ma' dik ta':
-membru tal-gvern ta' Stat Membru,
-membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,
-Imħallef, Avukat Ġenerali jew Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Qorti ta' Prim Istanza,
-membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali Ewropew,
-membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Komunità Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
-membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,
-membru ta' kumitati jew korpi oħra mwaqqfa skont it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-finijiet ta' mmaniġġjar tal-fondi tal-Komunitajiet jew għat-twettiq ta' ħidma amministrattiva diretta permanenti,
-membru tal-Bord tad-Diretturi, tal-Kumitat Maniġerjali jew tal-istaff tal-Bank Ewropew tal-Investiment,
-uffiċjal attiv jew impjegat tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-korpi speċjalizzati marbuta magħhom jew tal-Bank Ċentrali Ewropew.
2. Mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004, il-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun inkompattibli ma' dik ta' membru ta' parlament nazzjonali.
Permezz ta' deroga minn dik ir-regola u bla ħsara għall-paragrafu 3:
-il-Membri tal-Parlament Nazzjonali Irlandiż li jiġu eletti fil-Parlament Ewropew f'votazzjoni sussegwenti jista' jkollhom mandat doppju sal-elezzjoni sussegwenti tal-Parlament Nazzjonali Irlandiż, meta allura għandu japplika l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu;
-il-membri tal-Parlament tar-Renju Unit li jkunu wkoll Membri tal-Parlament Ewropew matul il-perjodu ta' ħames snin ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004 jista' jkollhom mandat doppju sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009, meta allura għandu japplika l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
3. Barra minn hekk, kull Stat Membru jista', fiċ-ċirkustanzi stipulati fl-Artikolu 8, jestendi fil-livell nazzjonali r-regoli relatati mal-inkompatibbiltà.
4. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jibdew japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 matul il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom jiġu sostitwiti skont l-Artikolu 13.
Artikolu 8
Suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, il-proċedura elettorali għandha tkun irregolata f'kull Stat Membru permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu.
Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jistgħu, jekk ikun xieraq, iqisu s-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri, m'għandhomx jaffettwaw in-natura proporzjonali essenzjali tas-sistema tal-votazzjoni.
Artikolu 9
Ħadd ma jista' jivvota iktar minn darba fi kwalunkwe elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 10
1. L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom isiru fid-data u l-ħinijiet stabbiliti minn kull Stat Membru; għall-Istati Membri kollha din id-data għandha tkun fl-istess perjodu li jibda l-Ħamis filgħodu u jispiċċa l-Ħadd ta' wara.
2. L-Istati Membri ma jistgħux jippubblikaw b'mod uffiċjali r-riżultati tal-għadd tagħhom qabel ma jingħalqu l-votazzjonijiet fl-Istat Membru li l-eletturi tiegħu jkunu l-aħħar li jivvutaw fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 11
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'uninamità wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jiddetermina l-perjodu elettorali għall-ewwel elezzjonijiet.
2. L-elezzjonijiet sussegwenti għandhom isiru fil-perjodu korrispondenti fl-aħħar sena tal-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5.
Jekk jirriżulta impossibbli li jsiru l-elezzjonijiet fil-Komunità f'dak il-perjodu, il-Kunsill filwaqt li jaġixxi b'unanimità għandu, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jiddetermina, tal-anqas xahar(2) qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5, perjodu elettorali ieħor li m'għandux ikun iktar minn xahrejn qabel jew xahar wara l-perjodu stabbilit skont is-subparagrafu preċedenti.
3. Bla ħsara għall-Artikolu 196 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 109 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew għandu jiltaqa', mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda intervall ta' xahar minn tmiem il-perjodu elettorali.
4. Is-setgħat tal-Parlament Ewropew għandhom jintemmu mal-ftuħ tal-ewwel seduta tal-Parlament Ewropew il-ġdid.
Artikolu 12
Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika l-kredenzjali tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Għal dan l-iskop għandu jieħu nota tar-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-Istati Membri u għandu jagħti deċiżjoni dwar xi kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Att barra minn dawk li jirriżultaw mid-disposizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi dan l-Att.
Artikolu 13
1. Siġġu jispiċċa vojt meta l-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew jintemm b'riżultat ta' riżenja, mewt jew l-irtirar ta' dak il-mandat.
2. Suġġett għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi l-proċeduri xierqa għall-mili ta' kwalunkwe siġġu li jispiċċa vojt ma' tul it-terminu ta' ħames snin tal-uffiċċju msemmi fl-Artikolu 5 għall-kumplament ta' dak il-perijodu.
3. Meta l-liġi ta' Stat Membru tagħmel disposizzjoni espliċita għat-tneħħija tal-mandatt ta' Membru tal-Parlament Ewropew, dak il-mandatt għandu jispiċċa permzz ta' dawk id-disposizzjonijiet legali. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew b'dan.
4. Meta siġġu jispiċċa vojt b'riżultat ta' riżenja jew mewt, il-President tal-Parlament Ewropew għandu immedjatament jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat b'dan.
Artikolu 14
Jekk ikun jidher neċessarju li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Att, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Parlament Ewropew wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jadotta dawn il-miżuri wara li jkun għamel ħiltu biex jintlaħaq ftehim mal-Parlament Ewropew f'kumitat ta' konċiljazzjoni magħmul mill-Kunsill u minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 15
Dan l-Att huwa mħejji fil-lingwa Daniża, Olandiż,a Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża, filwaqt li t-test f'kull waħda minn dawn il-lingwi huwa ugwalment awtentiku.
L-Annessi I u II għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan l-Att.
Artikolu 16
Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar li matulu tasal l-aħħar waħda min-notifiki msemmija fid-Deċiżjoni.
Udfærdiget i Bruxelles, den tyvende september nitten hundrede og
seksoghalvfjerds.
Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten September neunzehnhundert-
sechsundsiebzig.
Done at Brussels on the twentieth day of September in the year one
thousand nine hundred and seventy-six.
Magħmul fi Brussell, fl-għoxrin ta’ Settembru tas-sena elf disa’ mija sitta u sebgħin.
Fait à Bruxelles, le vingt septembre mil neuf cent soixante-seize.
Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an fichiú lá de mhí Mhéan Fómhair, míle
naoi gcéad seachtó a sé.
Fatto a Bruxelles, addì venti settembre millenovecentosettantasei.
Gedaan te Brussel, de twintigste september negentienhonderd zesenze-
ventig.
ANNESS I
Ir-Renju Unit għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att biss f’dak li jirrigwarda r-Renju Unit.
ANNESS II
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 14
Fir-rigward tal-proċedura li għandha tiġi segwiti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, hemm ftehim li jsir rikors għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5, 6 u 7 tal-proċedura stipulata fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 1975(3).
N.B.: Dan id-dokument huwa konsolidazzjoni prodotta mis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew abbażi tal-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assemblea permezz tas-suffraġju dirett universali (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5), kif emendat bid-Deċiżjoni 93/81/Euratom, ECSC, EEC li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew permezz tas-suffraġju dirett universali, anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2002 u t-23 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1). Dan ma jaqbilx mal-verżjoni kkonsolidata li pproduċa l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (CONSLEG. 1976X1008-23/09/2002 ) fuq żewġ punti: jinkorpora inċiż għall-Artikolu 6(1) ' - membru tal-Kumitat tar-Reġjuni' li jirriżulta mill-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Amsterdam (ĠU C 340, 10.11.1997) u huwa nnumerat mill-ġdid skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom.
Fil-verżjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/772/KE, Euratom kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, minbarra fil-verżjonijiet Ingliżi u Spanjoli, hemm iddikjarat li dan il-perjodu huwa ta' sena.
2. Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Dawn m'għandhomx jaqbżu l-għadd ta' seba' mija u ħamsin, minbarra l-President. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru.. Ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.
2. Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni.
2a. Għandu jkun hemm seba’ mija u wieħed u ħamsin siġġu allokati għall-kostitwenzi stabbiliti fl-Istati Membri. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.
Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'mod unanimu, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bil-kunsens tiegħu, deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li tirrispetta l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu.
Id-distribuzzjoni ta’ dawk is-siġġijiet bejn l-Istati għandha tiġi rieżaminata regolarment. Qabel tmiem ir-raba’ sena kalendarja tat-terminu parlamentari, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'mod unanimu, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bil-kunsens tiegħu, deċiżjoni dwar id-distribuzzjoni tas-siġġijiet matul it-terminu parlamentari li jkun imiss.
2b. Barra minn hekk, għandu jkun hemm ħamsa u għoxrin siġġu allokati għal kostitwenza unika magħmula fit-territorju kollu tal-Unjoni.
PROTOKOLL (NRU 7) DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Emenda B
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea
Artikolu 7
Protokoll (Nru 7)
Emenda
M’għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort’oħra fuq il-moviment liberu ta’ membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu mill-moviment ħieles madwar l-Unjoni Ewropea.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta’ dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
Dak id-dritt ma jistax jiġi limitat bil-liġi jew l-ordni ta' awtorità pubblika jew il-qorti.
(a) mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;
(b) mill-Gvernijiet ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ Gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.
Emenda C
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea
Artikolu 8
Protokoll (Nru 7)
Emenda
Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Membri tal-Parlament Ewropew fl-ebda ħin m’għandhom ikunu suġġetti għal forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni li tittieħed, votazzjoni jew dikjarazzjoni li ssir fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom.
Il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi, meta japplika Membru, jekk saretx azzjoni jew dikjarazzjoni fl-eżerċizzju tal-mandat tiegħu/tagħha.
Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
Emenda D
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea
Artikolu 9
Protokoll (Nru 7)
Emenda
Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:
1. Kwalunkwe restrizzjoni tal-libertà personali ta’ Membru tkun permessa biss bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, ħlief meta jinqabad iwettaq reat.
(a) fit-territorju ta' l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
2. Il-konfiska tad-dokumenti jew ir-rekords elettroniċi ta’ Membru jew it-tfittxija tiegħu stess, jew l-uffiċċju jew il-post ta’ residenza tiegħu jew l-interċezzjoni tal-posta jew it-telefonati tiegħu jistgħu jiġu ordnati li jsiru biss bil-kunsens tal-Parlament Ewropew.
(b) fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.
3. Membru għandu jkun intitolat li ma jaċċettax li jagħti evidenza dwar informazzjoni li Membru jkun kiseb fl-eżerċizzju tal-mandat tiegħu jew dwar persuni mingħand min ikun kiseb din l-informazzjoni lil min ikun taha.
L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.
4. Investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali kontra Membru għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Parlament Ewropew.
L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.
5. Il-kunsens skont il-paragrafu 2 jista’ jintalab biss mill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali.
6. Il-kunsens skont il-paragrafu 2, jew is-sospensjoni skont il-paragrafu 4, jista’ jingħata kondizjonalment, għal perjodu limitat ta’ żmien jew fuq bażi ristretta.
ANNESS III - Abbozz ta' proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali tal-20 ta’ Settembru 1976
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrigwardaw il-proċedura elettorali għandhom jiġu implimentati,
ADOTTA d-dispożizzjonijiet annessi ma' din id-deċiżjoni u jirrakkomanda li jiġu approvati mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.
Din id-deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet mehmuża hawnhekk għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li wettqu l-proċeduri meħtieġa skont ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni tar-riżoluzzjonijiet annesi ma' din id-deċiżjoni.
L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar wara l-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni mill-Istati Membri, skont il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Anness għall-abbozz ta' proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett tal-20 ta’ Settembru 1976(1)
Emenda 1
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 1 – paragrafu 1
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
1. F'kull Stat Membru, il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu eletti fuq il-bażi ta' rapreżentanza proporzjonali, bl-użu tas-sistema ta' lista jew tal-vot wieħed trasferibbli.
1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu eletti bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni fuq il-bażi ta' rappreżentanza proporzjonali, bl-użu tas-sistema ta' lista jew tal-vot wieħed trasferibbli.
Emenda 2
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 2 a (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Artikolu 2a
1. Bl-iskop li s-siġġijiet jitqassmu bejn l-Istati Membri b'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva skont l-Artikolu 14(2a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-proporzjon bejn il-popolazzjoni u n-numru ta' siġġijiet ta' kull Stat, qabel ma n-numru deċimali jingħadd bħala numru sħiħ, għandu jvarja skont il-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom, b'tali mod li kull Membru elett fi Stat b'popolazzjoni ikbar ikun jirrappreżenta iktar ċittadini minn kull Membru elett fi Stat b'popolazzjoni iżgħar u wkoll, bil-maqlub, li hemm inqas Membri eletti fi Stat b'popolazzjoni iżgħar milli fi Stat b’popolazzjoni ikbar.
2. Fil-każ li Stat jaderixxi mal-Unjoni matul terminu parlamentari, dan għandu jiġi allokat siġġijiet li għandhom jiġu miżjuda man-numru tas-siġġijiet provdut fl-Artikolu 14(2a) u (2b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fuq bażi tranżizzjonali għall-bqija ta’ dak it-terminu parlamentari.
Emenda 3
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 2 b (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Artikolu 2b
1. Skont l-Artikolu 14(2b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm kostitwenza addizzjonali waħda ffurmata mit-territorju kollu tal-Union minn fejn għandhom jiġu eletti ħamsa u għoxrin Membru.
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu awtorità elettorali biex tmexxi u tivverifika l-proċess elettorali tal-kostitwenza tal-Unjoni Ewropea.
3. Listi transnazzjonali ta’ kandidati għall-elezzjoni fil-kostitwenza tal-Unjoni Ewropea ppreżentati minn partiti politiċi Ewropej għandhom jiġu permessi biss:
(a) jekk ikunu magħmula minn kandidati residenti f'tal-anqas terz tal-Istati, u
(b) jekk ikunu bbilanċjati rigward il-ġeneru.
4. Kull elettur għandu jkollu vot supplementari li jista' jintefa' għal-lista tal-Unjoni Ewropea kollha. Is-siġġijiet għandhom jiġu allokati skont il-metodu Sainte-Laguë.
5. Għandhom jiġu stipulati arranġamenti dettaljati għall-elezzjoni tal-kostitwenza tal-Unjoni Ewropea, fil-miżuri ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 14.
Emenda 4
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 3
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu minimu għall-allokazzjoni ta' siġġijiet. Fil-livell nazzjonali, dan il-limitu minimu ma jistax jeċċedi l-5 fil-mija tal-voti mitfuha.
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu minimu għall-allokazzjoni ta' siġġijiet. Fil-livell nazzjonali, dan il-limitu minimu ma jistax jeċċedi l-5 fil-mija tal-voti mitfuha.
2. M'għandu jkun hemm l-ebda limitu minimu għall-allokazzjoni ta' siġġijiet mill-kostitwenza tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 5
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 4
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi limitu massimu għall-ispejjeż tal-kampanja elettorali tal-kandidati.
Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi limitu massimu għall-ispejjeż tal-kampanja elettorali tal-kandidati u l-partiti politiċi fil-livell nazzjonali u/jew f'dak reġjonali. L-awtorità elettorali għandha tistabbilixxi limitu massimu għall-ispejjeż tal-kampanja elettorali tal-kandidati u l-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 6
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Dan jista' jiġi estiż jew imnaqqas skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2).
Dan jista' jiġi estiż jew imnaqqas skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2).
Emenda 7
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 6 - paragrafu 2
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
2. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhomigawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli għalihom bis-saħħa tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandujkollhom id-drittijiet u l-obbligi stipulati fl-Istatut tal-Membri u tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 8
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 7 – paragrafu 1 – inċiż 1 a (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
– membru ta' parlament nazzjonali jew reġjonali b'setgħat leġiżlattivi,
Emenda 9
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 7 – paragrafu 2
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
2. Mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004, il-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun inkompattibli ma' dik ta' membru ta' parlament nazzjonali.
imħassar
Permezz ta' deroga minn dik ir-regola u bla ħsara għall-paragrafu 3:
– membri tal-Parlament Nazzjonali Irlandiż li huma eletti lejn il-Parlament Ewropew f'votazzjoni sussegwenti jistgħu jkollhom mandatt doppju sa l-elezzjoni li tmiss tal-Parlament Nazzjonali Irlandiż, meta allura l-ewwel sub-paragrafu ta' dan il-paragrafu jsir applikabbli;
– membri tal-Parlament tar-Renju Unit li huma wkoll membri tal-Parlament Ewropew ma tul it-terminu ta' ħames snin li jippreċiedu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004 jistgħu jkollhom mandat doppju sa l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009, meta l-ewwel sub-paragrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun applikabbli.",
Emenda 10
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 7 – paragrafu 4
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
4. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jibidew japplikaw il-paragrafi 1,2 u 3 matul il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom jiġu sostitwiti skont l-Artikolu 13.
4. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jibdew japplikaw il-paragrafi 1 jew 3matul il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom jiġu sostitwiti skont l-Artikoli 13u 13b.
Emenda 11
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 9
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Ħadd ma jista' jivvota iktar minn darba fi kwalunkwe elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2b, ħadd ma jista' jivvota iktar minn darba fi kwalunkwe elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Sabiex jiġi żgurat li dan il-prinċipju jkun rispettat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu lista elettorali fil-livell tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 12
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 11 – paragrafu 1
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'uninamità wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew,għandu jiddeterminal-perjodu elettorali għall-ewwel elezzjonijiet.
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsillgħandhom jiddeterminawil-perjodu elettorali mill-inqas sentejn qabel it-tmiem tat-terminu parlamentari ta' ħames snin, skont l-Artikolu 14.
Emenda 13
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 11 – paragrafu 2
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
2. L-elezzjonijiet sussegwenti għandhom isiru fil-perjodu korrispondenti fl-aħħar sena tal-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5.
imħassar
Jekk jirriżulta impossibbli li jsiru l-elezzjonijiet fil-Komunità f'dak il-perjodu, il-Kunsill filwaqt li jaġixxi b'unanimità għandu, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jiddetermina, tal-anqas xahar(2) qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5, perjodu elettorali ieħor li m'għandux ikun iktar minn xahrejn qabel jew xahar wara l-perjodu stabbilit skont is-subparagrafu preċedenti.
Emenda 14
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 11 – paragrafu 3
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
3. Bla ħsara għall-Artikolu 196 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeau l-Artikolu 109 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew għandu jiltaqa', mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda intervall ta' xahar minn tmiem il-perjodu elettorali.
3. Bla ħsara għall-Artikolu 229 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jiltaqa', mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda intervall ta' xahar minn tmiem il-perjodu elettorali.
Emenda 15
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 12
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika l-kredenzjali tal-membri tal-Parlament Ewropew. Għal dan l-iskop għandu jieħu nota tar-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-Istati Membri u għandu jagħti deċiżjoni dwar xi kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Att barra minn dawk li jirriżultaw mid-disposizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi dan l-Att.
Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika l-kredenzjali tal-Membri tal-Parlament fuq il-bażi tar-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-awtorità elettorali li jirreferi għaliha l-Artikolu 2b(2) u-Istati Membri.
Emenda 16
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 13
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
1. Siġġu jispiċċa vojt meta l-mandat ta' membru tal-Parlament Ewropew jintemm b'riżultat ta' riżenja, mewt jew l-irtirar ta' dak il-mandat.
Siġġu li jispiċċa vojt meta l-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew jintemm b'riżultat ta' riżenja, mewt jew tneħħija ta' dak il-mandatt.
2. Suġġett għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi l-proċeduri xierqa għall-mili ta' kwalunkwe siġġu li jispiċċa vojt ma' tul it-terminu ta' ħames snin tal-uffiċċju msemmi fl-Artikolu 5 għall-kumplament ta' dak il-perijodu.
3. Meta l-liġi ta' Stat Membru tgħamel disposizzjoni espliċita għat-tneħħija tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew, dak il-mandat għandu jispiċċa permzz ta' dawk id-disposizzjonijiet legali. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew b'dan.
4. Meta siġġu jispiċċa vojt b'riżultat ta' riżenja jew mewt, il-President tal-Parlament Ewropew għandu immedjatament jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat b'dan.
Emenda 17
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 13 a (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Artikolu 13a
1. Fil-każ tal-Membri eletti fl-Istati Membri, u suġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att, kull Stat għandu jistabbilixxi l-proċeduri xierqa għall-mili ta' kwalunkwe siġġu li jispiċċa vojt matul il-mandat ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għall-kumplament ta' dak il-perjodu.
2. Fejn il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi għas-sostituzzjoni temporanja ta’ membru tal-parlament nazzjonali tiegħu, dak l-Istat jista' jiddeċiedi li dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'dak l-Istat.
3. Meta l-liġi ta' Stat Membru tagħmel dispożizzjoni espliċita għall-irtirar tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett f'dak l-Istat Membru, dak il-mandat għandu jispiċċa skont dawk id-dispożizzjonijiet legali. Dispożizzjonijiet bħal dawn ma għandhomx jiġu adottati b’effett retroattiv. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew b'dan.
4. Meta s-siġġu ta' Membru elett fl-Istati Membri jispiċċa vojt b'riżultat ta' riżenja jew mewt, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat b'dan.
(Din l-Emenda ttenni parzjalment il-kliem tal-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 13 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976 Ara l-emenda għall-Artikolu 13.)
Emenda 18
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 13 b (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Artikolu 13b
1. Fil-każ tal-Membri eletti għall-kostitwenza tal-Unjoni Ewropea, u soġġetti għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan l-Att, proċeduri xierqa għall-mili ta’ kariga għall-bqija tal-mandat ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom jiġu stabbiliti fil-miżuri ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 14.
2. Meta l-liġi tal-Unjoni tagħmel dispożizzjoni espliċita għall-irtirar tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett fuq il-lista tal-Unjoni Ewropea kollha, dak il-mandat għandu jispiċċa skont dawk id-dispożizzjonijiet legali. L-awtorità elettorali għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'dan.
3. Meta siġġu ta’ Membru elett għall-kostitwenza tal-Unjoni Ewropea jispiċċa vojt b'riżultat ta' riżenja jew mewt, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jinforma immedjatament lill-awtorità elettorali b'dan.
Emenda 19
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 13 c (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Artikolu 13c
Il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe tilwima li tista' tinqala' fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u li tkun tinvolvi l-liġi tal-Unjoni.
Emenda 20
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 14
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Jekk ikun jidher neċessarju li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Att,il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Parlament Ewropew wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għandu jadotta dawn il-miżuri wara li jkun għamel ħiltu biex jintlaħaq ftehim mal-Parlament Ewropew f'kumitat ta' konċiljazzjoni magħmul mill-Kunsill u minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.
Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Att għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, u wara li l-Parlament ikun ta l-kunsens tiegħu.
Emenda 21
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 15 – paragrafu 2
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
L-Annessi I u II għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan l-Att.
imħassar
Emenda 22
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
Skont it-Trattati tal-Adeżjoni, il-verżjonijiet Bulgari, Ċeki, Estonjani, Latvjani, Litwani, Ungeriżi, Maltin, Pollakki, Rumeni, Slovakki u Sloveni ta' dan l-Att għandhom ikunu awtentiċi ukoll.
Emenda 23
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
ANNESSºI
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
ANNESSºI
imħassar
Ir-Renju Unit għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att biss f’dak li jirrigwarda r-Renju Unit.
Emenda 24
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Anness II
L-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-1976
Emenda
ANNESSºII
imħassar
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 14
Fir-rigward tal-proċedura li għandha tiġi segwiti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, hemm ftehim li jsir rikors għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5, 6 u 7tal-proċedura stipulata fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 1975.
L-emendi f'dan id-dokument huma bbażati fuq konsolidazzjoni mis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew fuq il-bażi tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assamblea b'vot dirett universali (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5), kif emendat bid-Deċiżjoni 93/81/Euratom, KEFA, KEE li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal-25 ta' Ġunju 2002 u tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1). Din il-konsolidazzjoni hija differenti mill-verżjoni kkonsolidata li pproduċa l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (CONSLEG. 1976X1008-23/09/2002 ) fir-rigward ta' żewġ punti: jinkorpora inċiż għall-Artikolu 6(1) ' - membru tal-Kumitat tar-Reġjuni' li jirriżulta mill-Artikolu 5 tat-rattat ta' Amsterdam (ĠU C 340, 10.11.1997) u huwa nnumerat mill-ġdid skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom.
Fil-verżjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/772/KE, Euratom kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, minbarra fil-verżjonijiet Ingliżi u Spanjoli, hemm iddikjarat li dan il-perjodu huwa ta' sena.
NOTA SPJEGATTIVA
IR-RIFORMA ELETTORALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Andrew Duff MEP
L-oriġini
Parlament Ewropew elett permezz ta' vot dirett universali huwa fattur importanti ħafni tal-ordni kostituzzjonali tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-1951, l-Artikolu 20 tat-Trattat ta' Pariġi dwar il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar kien jipprovdi għal Assemblea magħmula minn 'rappreżentanti tal-popli tal-Istati miġburin flimkien fil-Komunità'. L-Artikolu 21(3) kien jgħid:
L-Assemblea għandha tħejji proposti għall-elezjonijiet b'vot universali dirett skont proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha.
Il-Kunsill għandu, b'vot unanimu, jistabilixxi d-dispożizzjonijiet li jirrakkomanda għall-adozzjoni mill-Istati Membri skont ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
L-istess dispożizzjoni kienet adottata bl-Artikolu 138(3) tat-Trattat ta' Ruma (1957) li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea.(1)
L-Assemblea Komuni tal-KEFA ħeġġet l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni sa mill-1954(2). Fl-1960 l-Assemblea Parlamentari Ewropea għamlet abbozz ta' Konvenzjoni dwar l-introduzzjoni ta' elezzjonijiet diretti li ppreżentat lill-Kunsill għall-eżami(3). Madankollu ma kien sar l-ebda progress dwar il-kwistjoni qabel ma s-samit tal-Aja f'Diċembru tal-1969 reġa' poġġa s-suġġett fuq l-aġenda tal-Kunsill. Ir-Rapport Vedel (1972), ordnat mill-Kummissjoni Ewropea, irrakkomanda implimentazzjoni bikrija tad-dispożizzjoni tat-Trattat fir-rigward tal-elezzjonijiet diretti(4). Vedel issuġġerixxa li t-terminu 'proċedura elettorali uniformi' mhux neċessarjament għandha tfisser li għandha tinkiseb uniformità sħiħa tas-sistema elettorali f'pass wieħed: il-Parlament ikun jista' jersaq lejn liġi elettorali unika ladarba jirbaħ iktar leġittimità bis-saħħa tal-ewwel elezzjoni diretta tiegħu.
F'Diċembru 1974, waqt laqgħa f'Pariġi taħt il-Presidenza ta' Valéry Giscard d’Estaing, il-kapijiet ta' stat ħadu d-deċiżjoni biex fil-prinċipju jipproċedu b'elezzjonijiet diretti 'kemm jista' jkun malajr ... f'kwalunkwe żmien fl-1978 jew wara'(5). Din ikkumplimentat id-deċiżjoni tagħhom li jittrasformaw il-laqgħat tas-samit ad hoc tagħhom stess f'Kunsill Ewropew formali – u seta' kien ukoll quid pro quo.
Il-Parlament Ewropew kien diġà beda biex jerġa' jagħti ħarsa lejn l-abbozz ta' Konvenzjoni tal-1960. Ir-Rapport Patijn ippropona Parlament elett direttament b'mandat ta' ħames snin(6). Fil-bidu kellhom jiġu applikati s-sistemi elettorali nazzjonali iżda dan għal perjodu tranżitorju biss, sakemm tiġi introdotta sistema elettorali uniformi, li preżumibbilment kellha tkun lesta fil-ħin għat-tieni elezzjonijiet. L-elezzjonijiet kellhom isiru madwar il-Komunità fl-istess tlett ijiem. Il-mandati parlamentari doppji kellhom ikunu permessi iżda mhux imħeġġa. Intlaħaq ftehim dwar lista ta' karigi fil-livell tal-KE meqjusa inkompatibbli ma' mandat Parlamentari Ewropew. 355 siġġu (għad-disa' Stati ta' dak iż-żmien) kienu se jinqasmu fuq bażi proporzjonali, kif ġej: il-Ġermanja 71, ir-Renju Unit 66, Franza 65, l-Olanda 27, il-Belġju 23, id-Danimarka 17, l-Irlanda 13, il-Lussemburgu 6. Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew eletti direttament kellhom ikunu dawk bħal tal-ekwivalenti nazzjonali tagħhom. Id-diskrezzjoni nazzjonali kellha tapplika wkoll għall-età eliġibbli tal-eletturi u tal-kandidati, għall-mili tal-postijiet vojta, għar-regoli dwar il-partiti politiċi, u għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Sakemm tidħol fis-seħħ il-proċedura elettorali uniformi, il-Parlament kellu jiddeċiedi dwar il-verifika tal-kredenzjali tal-Membri.
Ir-Rapport Patijn irriżulta pragmatiku biżżejjed sabiex l-Istati Membri jiħduh bħala l-bażi għan-negozjati fil-Kunsill. Il-Gvern Brittaniku rrifjuta li jadotta sistema elettorali li permezz tagħha s-siġġijiet mirbuħa fil-Parlament Ewropew ikunu jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-voti mitfugħin fil-kaxxa tal-voti u dan kien ta' ostaklu kbir biex jintlaħaq ftehim. Minkejja l-fatt li n-nuqqas ta' proċedura elettorali uniformi dak iż-żmien ikkawża frustrazzjoni kbira, meta wieħed iħares lura żgur li l-Parlament kellu raġun li l-ewwel jikkonċentra fuq l-introduzzjoni tal-elezzjonijiet diretti u jipposponi għal aktar tard l-ipperfezzjonar tas-sistema.
Saflaħħar isiru elezzjonijiet diretti
Fl-20 ta’ Settembru 1976 il-Kunsill laħaq ftehim dwar Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew permezz ta’ vot dirett universali. L-Att, li għandu l-istatus ta’ liġi primarja u li kellu jiġi rratifikat minn kull Stat Membru, kien mehmuż ma’ Deċiżjoni.(7)
Il-Kunsill waqqaf kamra ta’ 410 deputati (għad-disa’ Stati ta’ dak iż-żmien), u l-akbar erba' Stati kellhom għadd ta' siġġijiet indaqs. Filwaqt li ġie mtenni l-objettiv ta' proċedura elettorali uniformi fil-ġejjieni, ma ngħatatx skadenza biex dan l-objettiv jintlaħaq. Il-votazzjoni kellha ssir bejn il-Ħamis u l-Ħadd. Sa ma tfasslet proċedura elettorali uniformi, il-verifika mill-Parlament tal-kredenzjali ta' min ġiet elett kellha tqis ir-riżultati uffiċjali ddikjarati f’kull Stat Membru u minn kull Stat Membru. Twaqqfet proċedura ta' konċiljazzjoni mal-Parlament sabiex jintlaħaq ftehim dwar id-dettalji.(8) Wara ċertu dewmien, l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew saru f'Ġunju 1979.
Il-Parlament il-ġdid ma damx ma ttratta l-kwistjoni biex l-Att tal-1976 jinbidel fi proċedura elettorali uniformi. L-abbozz tar-Rapport Seitlinger saħaq fuq il-kwistjoni tat-twessigħ tar-rappreżentanza proporzjonali(9). Ippropona kostitwenzi plurinominali ta’ bejn tlieta u ħmistax-il MPE, filwaqt li s-siġġijiet jiġu allokati bis-sistema D'Hondt, u ħaseb għall-possibilità ta’ votazzjoni preferenzjali għal kandidati individwali fil-listi. Innota li wieħed seta’ jitbiegħed min-norma għal raġunijiet ta’ ‘fatturi ġeografiċi jew etniċi speċjali’. Seitlinger insista wkoll li ċittadini ta’ Stat Membru li jkunu residenti fi Stat Membru ieħor għal aktar minn ħames snin għandhom jingħataw id-dritt li jivvutaw fil-pajjiż tar-residenza tagħhom. Kien propost li l-votazzjoni titnaqqas għal jumejn (Il-Ħadd u t-Tnejn). Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni politika ġenerali fil-Komunità, flimkien mar-rifjut kontinwu tar-Renju Unit li jitlaq is-sistema tiegħu ta’ maġġoranza sempliċi f’kostitwenzi b’membru wieħed, ma setax isir progress fil-Kunsill.
L-istess ħaġa ġrat lil Reinhold Bocklet, li nħatar bħala Rapporteur dwar il-kwistjoni fil-leġiżlatura li kien imiss, 1984-89. L-isforzi tiegħu fallew minħabba l-ostaklu tar-Renju Unit. L-inġenjożità ma rnexxilhiex tassoċja s-sistemi elettorali proporzjonali u mhux proporzjonali f’qafas li seta’ kredibilment jissejjaħ ‘uniformi’ u li, fl-istess ħin, seta’ jwassal għal konsensus fil-Parlament jew fil-Kunsill.
Bil-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u bl-integrazzjoni tal-Ġermanja tal-Lvant fil-Komunità kien meħtieġ li ssir reviżjoni tal-għadd ta’ Membri Ġermaniżi fil-Parlament Ewropew. Wara l-elezzjonijiet tal-1989 (fit-12-il Stat ta' dak iż-żmien), Karel De Gucht inħatar Rapporteur dwar id-dossier. Irnexxielu jipproduċi żewġ ‘rapporti interim’ li permezz tagħhom sar progress. Fl-ewwel wieħed, De Gucht tenna l-proposta li kien għamel il-Parlament għall-użu tas-sistema D’Hondt(10). Billi kien preokkupat dwar il-fatt li fl-1984 u fl-1989 naqas l-għadd ta’ persuni li vvutaw, daħħal fid-dibattitu l-kwistjoni dwar kif għandha titmexxa u tkun iffinanzjata l-kampanja tal-elezzjonijiet parlamentari Ewropej. Fit-tieni rapport tiegħu, De Gucht ippropona li l-għadd ta’ siġġijiet tal-Ġermanja magħquda għandu jiżdied għal 99, filwaqt li Franza, l-Italja u r-Renju Unit ikollhom 87 siġġu kull wieħed(11). Fl-aħħarnett De Gucht ippropona sistema li bl-applikazzjoni tagħha żewġ terzi tas-siġġijiet tar-Renju Unit setgħu jiġu eletti b’maġġoranza sempliċi f’kostitwenzi b’membru wieħed, iżda t-terz li fadal kellu jitqassam b’mod proporzjonali lit-totali tal-voti ta’ kull partit.
Madankollu, minkejja l-isforzi tal-Parlament, kienet l-elezzjoni ta’ gvern Laburist fir-Renju Unit f’Mejju tal-1997, bl-appoġġ tad-Demokratiċi Liberali, li fl-aħħar ippermetiet li tinstab soluzzjoni fir-rigward tas-sistema elettorali. Għall-elezzjonijiet tal-1999 il-Gran Brettanja daħħlet sistema ta’ lista magħluqa b’rappreżentanza proporzjonali reġjonali(12). Riformi simili ddaħħlu fi Franza qabel l-elezzjonijiet tal-2004.
Bidla utli fit-Trattat
Sadattant, fit-Trattat ta’ Maastricht (1992) sar progress kuraġġuż fil-qasam taċ-ċittadinanza Ewropea. L-Artikolu 8b(2) stipula li:
... Kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skont arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati qabel il-31 ta’ Diċembru 1994 mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew: dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun ġustifikat minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.(13).
Dan kien utli billi pprovda bażi legali għal miżuri li jistimulaw il-politiki elettorali transnazzjonali u biex tiżdied il-parteċipazzjoni ċivika.
Fl-istess ħin, it-Trattat ta’ Maastricht emenda l-Artikolu 138 biex il-Parlament jingħata d-dritt ta’ kunsens għall-proposta tal-Kunsill għal proċedura elettorali uniformi. Daħħal ukoll Artikolu ġdid 138a li jistipula li:
Il-partiti politiċi fuq livell Ewropew huma importanti bħala fattur ta’ integrazzjoni fl-Unjoni. Dawn jgħinu biex tinħoloq kuxjenza Ewropea u biex jesprimu r-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Ir-rebħa ta’ Tony Blair f’Mejju tal-1997 kellha effett tajjeb fuq l-aħħar l-istadji tal-Konferenza Intergovernattiva li wasslet għall-iffirmar tat-Trattat ta' Amsterdam. L-ewwelnett, it-Trattat il-ġdid stabbilixxa limitu massimu ta’ 700 Membru għall-Parlament - 99 Membru għall-Ġermanja u 87 Membru kull wieħed għal Franza, għall-Italja u għar-Renju Unit(14). It-tieni, żied klawsola mistura ġdida, kif ġej:
Fil-każ ta' emendi għal dan il-paragrafu, in-numru ta' rappreżentanti eletti f'kull Stat Membru għandu jassigura rappreżentanza xierqa tal-popli tal-Istati miġburin flimkien fil-Komunità.
It-tielet, it-Trattat ta’ Amsterdam daħħal subparagrafu ġdid li jistabbilixxi li l-mandat tal-Parlament huwa ta’ ħames snin(15). Ir-raba’, it-Trattat il-ġdid emenda l-Artikolu 190(4) (li qabel kien l-Artikolu 138(3)), kif ġej:
Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta għall-elezzjonijiet b'vot dirett universali skont il-proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skont il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha.(16)
Din ir-reviżjoni wriet l-approċċ aktar prammatiku tal-Parlament kif imsemmi fir-Rapport De Gucht. B’mod partikulari, il-bidla kienet tippermetti li l-Irlandiżi jibqgħu jużaw is-sistema tal-Vot Wieħed Trasferibbli (VWT) minflok sistema tal-akbar lista medja.
Fl-aħħarnett, it-Trattat ta’ Amsterdam daħħal l-Artikolu utli ġdid 190(5).
Il-Parlament Ewropew għandu, wara li jfittex l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi unanimament, jistabbilixxi r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eżekuzzjoni tad-doveri tal-Membri tiegħu.
Ir-Rapport Anastassopoulos
Minnufih wara l-iffirmar tat-Trattat ta’ Amsterdam fl-1997, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ħatar lill-Viċi President tal-Parlament, Georgios Anastassopoulos, bħala r-Rapporteur tiegħu dwar il-proċedura elettorali. Il-kompitu tiegħu kien li jara setax jintlaħaq ftehim dwar proposta ġdida fuq il-bażi tal-Artikolu rivedut 190(4), jiġifieri, jekk ‘il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha’ kinux bażi aqwa għall-uniformità milli ‘proċedura elettorali uniformi fl-Istati Membri kollha’.
Is-Sur Anastassopoulos sab ‘konsensus kbir ħafna’ fost l-Istati dwar għadd ta’ prinċipji komuni, fosthom dwar ir-rappreżentanza proporzjonali. Neħħa l-idea li jipprova jfassal il-kostitwenzi nazzjonali b’mod uniformi, iżda insista li dawn jinħolqu fi Stati b’aktar minn 20 miljun ruħ. Partikolarment, qajjem il-kwistjoni dwar jekk parti mis-siġġijiet – ippropona 10 fil-mija – setgħux jitqassmu b’mod proporzjonali minn listi transnazzjonali (bilanċjati fir-rigward tas-sessi) mill-elezzjonijiet tal-2009. Il-limiti minimi nazzjonali għandhom jibqgħu mhux obbligatorji. Il-votazzjoni preferenzjali għandha titħeġġeġ bħala inċentiv biex jivvutaw aktar nies. Il-mandati parlamentari doppji jkunu pprojbiti. Ippropona li l-elezzjonijiet jibdew isiru f'Mejju minflok f’Ġunju (sabiex ikunu evitati l-vaganzi tas-sajf fl-istati tat-Tramuntana), u biex ż-żmien għall-votazzjoni jitnaqqas għal massimu ta’ jumejn. Ir-Rapport eżawrjenti tas-Sur Anastassopoulos ġie adottat mill-Parlament fil-15 ta’ Lulju 1998 bi 355 vot favur, 146 vot kontra u b'39 astensjoni(17).
Fl-2002 il-Kunsill immodifika l-Att tal-1976 sabiex tkun ikkodifikata l-introduzzjoni kullimkien tar-rappreżentanza proporzjonali, sabiex tkun permessa b’mod espliċitu l-votazzjoni preferenzjali u b’vot wieħed trasferibbli, biex jipprovdi għall-kostitwenzi territorjali, biex ikun stabbilit limitu minimu ta’ 5 fil-mija, biex jinqata’ gradwalment il-mandat doppju, u sabiex il-liġi nazzjonali tkun tista' tapplika għall-irtirar tal-mandati u biex jimtlew il-postijiet tax-xogħol battala(18). Il-proposti aktar kuraġġjużi tar-Rapport Anastassopoulos tal-Parlament ma ġewx adottati mill-Kunsill(19).
Nizza, Laeken u l-Konvenzjoni
Il-Parlament ma rnexxilux iqajjem il-kwistjoni tal-proċedura elettorali tiegħu fil-Konferenza Intergovernattiva ta’ Nizza. Minflok, l-aħħar stadji tal-KIG f’Diċembru 2000 kienu kkaratterizzati mit-tilwima dwar it-tqassim mill-ġdid tas-siġġijiet fil-Parlament. Fl-aħħar, id-daqs tal-Kamra għall-2004-2009 (għall-ħamsa u għoxrin Stat Membru ta’ dak iż-żmien) kellu jiżdied għal 732 siġġu: il-Ġermanju żammet 99 siġġu, Franza, l-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-istess bi 78 siġġu, u Spanja u l-Polonja kellhom 54 siġġu kull wieħed. ('Il quddiem, wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, intlaħaq ftehim li mill-2009 se jkun hemm 736 siġġu: għal darb’oħra l-Ġermanja għandha żżomm 99 siġġu, Franza, l-Italja u r-Renju Unit għandu jkollhom anqas siġġijiet, jiġifieri 72 kull wieħed, u Spanja u l-Polonja b'50 siġġu kull wieħed).
It-Trattat ta’ Nizza emenda l-Artikolu 190(5), kif ġej:
Il-Parlament Ewropew, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jifformula r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eserċizzju tal-funzjonijiet tad-doveri tal-Membri tiegħu. Ir-regoli u l-kondizzzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tal-Membri jew tal-Membri ta’ qabel ikunu jeħtieġu l-unanimità fil-Kunsill (20).
Saret emenda għall-Artikolu 191 sabiex tinħoloq bażi legali għall-ħolqien ta’ statut għall-partiti politiċi Ewropej. Il-Kunsill ingħata s-setgħa li jistabbilixxi regolamenti li jirregolaw il-partiti Ewropej, partikolarment il-finanzjament tagħhom, permezz ta’ kodeċiżjoni mal-Parlament.
Filwaqt li l-Parlament beda jirkupra mid-diżappunt tat-Trattat ta' Nizza, id-Dikjarazzjoni ta' Laeken, f'Diċembru 2001, qajmet diversi mistoqsijiet pertinenti dwar ir-rwol futur tal-Parlament Ewropew. ‘Ir-rwol tal-Parlament Ewropew għandu jissaħħaħ? Għandna nestendu d-dritt tal-kodeċiżjoni? Għandu jkun rivedut il-mod li bih neleġġu l-membri tal-Parlament Ewropew? Għandha tinħoloq kostitwenza elettorali Ewropea? Il-kostitwenzi għandhom jibqgħu jiġu stabbiliti b’mod nazzjonali? Iż-żewġ sistemi jistgħu jingħaqdu? Meta l-Konvenzjoni kostituzzjonali ddiskutiet dawn il-mistoqsijiet, madankollu, wieħed għandu jammetti li s-sistema elettorali kellha anqas prijorità mis-setgħat tal-Parlament u postu fil-bilanċ interistituzzjonali(21).
Il-Konvenzjoni pproponiet, kif jixraq, li s-sistema elettorali għandha tkun suġġetta għal liġi jew liġi ta’ qafas tal-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Parlament u bil-kunsens tiegħu(22). Fir-rigward tal-istruttura tal-Parlament, il-Konvenzjoni pproponiet li l-Kunsill Ewropew għandu jieħu deċiżjoni, bl-unanimità, dwar proposta mill-Parlament u bil-kunsens tiegħu. Il-limitu massimu sar ta’ 736 siġġu. ‘Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini Ewropej għandha tkun proporzjonali b’mod digressiv, b’limitu minimu ta’ erba’ membri għal kull Stat Membru’(23). Barra minn hekk, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kellha ssir obbligatorja, u l-Artikolu 39 tagħha stipula d-dritt ta' kull ċittadin li jivvota jew li joħroġ għall-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej fl-Istat Membru li joqgħod fih, skont l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat.
Il-KIG tal-2003-2004 li kompliet fuq il-ħidma tal-Konvenzjoni ma bidlitx il-proċeduri iżda adattat il-klawsola rilevanti (li issa saret l-Artikolu I-20(2)) kif ġej:
Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni. M’għandhomx ikunu aktar minn 750. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun garantita b'mod proporzjonali digressiv, b'limitu minimu ta' sitt membri għal kull Stat Membru. L-ebda Stat Membru m'għandu jingħata aktar minn 96 siġġu.
Dan kien simili ħafna għal proposta li saret mill-Ġermanja fiż-żmien ta’ Maastricht, iżda li f’dak l-istadju ġiet irrifjutata. Uħud kienu tal-fehma li s-sinifikat tal-bidla tal-kliem storiku – minn ‘rappreżentanti ... tal-popli tal-Istati magħqudin fil-Komunità’ għal ‘rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni’ – ma kellux l-effett mistenni fuq xi osservaturi. Għalkemm il-kelma ‘popli’ x’aktarx li m’għandhiex xi tifsira legali preċiża fit-Trattat attwali, il-bidla għal ‘ċittadini’ ma saritx bi żball: tabilħaqq, l-importanza mogħtija liċ-ċittadin tal-UE kienet enfasizzata f’partijiet oħra tat-trattat kostituzzjonali(24). U r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew fil-Konvenzjoni u fil-Konferenzi Intergovernattivi sussegwenti kienu qed jittamaw li l-bidla kienet se tinkuraġġixxi aktar żvilupp tal-politiki transnazzjonali, li jwasslu għal rikonoxximent aktar popolari tal-ispazju politiku postnazzjonali.
It-Trattat ta' Lisbona
L-istorja riċenti tal-‘perjodu ta’ riflessjoni’ u tan-negozjati tat-Trattat ta’ Lisbona hija aktar familjari. Fil-Konferenza Intergovernattiva, il-Parlament għażel li ma jinsistix għal proċedura elettorali uniformi u lanqas, kif darba kien issemma, li jirriforma l-privileġġi u r-reġim tal-immunitajiet.
Lil hinn min-negozjati kostituzzjonali kien hemm progress kbir. L-ewwel statut għall-partiti politiċi Ewropej ingħata fl-2003, li ġie estiż għal sisien tal-partiti politiċi fl-2007(25). Bl-istess mod, l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew ġie fl-aħħar miftiehem fl-2005(26).
Filwaqt li l-kwistjoni tal-proċedura elettorali ma qajmitx kontroversja matul in-negozjar mill-ġdid tat-trattat kostituzzjonali, il-proposta biex is-siġġijiet jitqassmu mill-ġdid għall-Parlament li se jkun elett fl-2009, qajmet kontroversja intensa. Il-Parlament issodisfa t-talba tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007 biex jagħmel proposta għat-tqassim mill-ġdid tas-siġġijiet. Fir-Rapport Lamassoure-Severin (2007), il-Parlament irnexxielu jistabbilixxi b’mod konvinċenti kif il-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva għandu jkun applikat fil-prattika, għalhekk: ‘il-proporzjon bejn il-popolazzjoni u n-numru ta' siġġijiet ta' kull Stat Membru għandu jvarja skont il-popolazzjoni rispettiva tiegħu, b'tali mod li kull Membru Parlamentari ta' Stat Membru b'popolazzjoni kbira jirrappreżenta iktar ċittadini minn kull Membru Parlamentari ta' Stat b'popolazzjoni żgħira u bil-maqlub, iżda wkoll li kull Stat Membru li għandu popolazzjoni żgħira ma jkollux aktar siġġijiet minn Stat Membru li għandu popolazzjoni kbira’.(27)
Madankollu, Stat wieħed, l-Italja, oġġezzjona għall-proposta, li skontha kellu jingħata 72 siġġu meta mqabbel mar-Renju Unit (73) u ma’ Franza (74). Fl-aħħar minuti tal-KIG instab kompromess li żied id-daqs tal-Parlament għal 751 Membru – jiġifieri 750 Membru u l-President – u s-siġġu żejjed ingħata lill-Italja. Sfortunatament, madankollu, dan l-arranġament kiser l-applikazzjoni stretta tal-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva (kif definit mill-Parlament), għax MPE Taljan jirrappreżenta anqas nies minn kollega Spanjol, minkejja l-fatt li Spanja għandha popolazzjoni iżgħar mill-Italja(28). Minkejja din il-qabża minn dak li hu ġust, id-definizzjoni Lamassoure-Severin tal-proporzjonalità digressiva ġiet aċċettata, għall-anqas teoretikament, kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill.
F’kull każ, wara t-tilwima żgħira dwar is-siġġijiet parlamentari, fl-aħħar it-Trattat ta' Lisbona ġie finalment iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 u daħal fis-seħħ ħdax-il xahar wara, fl-1 ta' Diċembru 2009.
L-Artikolu 14 tat-Trattat il-ġdid dwar l-Unjoni Ewropea, kif rivedut f'Lisbona, jgħid:(29)
1. Il-Parlament Ewropew għandu, flimkien mal-Kunsill, jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji. Huwa għandu jeżerċita funzjonijiet ta' kontroll politiku u ta' konsultazzjoni skont il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Huwa għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni.
2. Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawn m'għandhomx jaqbżu l-għadd ta' seba' mija u ħamsin, minbarra l-President.. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru.. Ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu..
Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'unanimità, fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li tirrispetta l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu..
3. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu eletti għal mandat ta' ħames snin b'vot universali dirett, liberu u sigriet.
4. Il-Parlament Ewropew għandu jeleġġi l-President u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu..
L-Artikolu 223 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jgħid:
1. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex il-membri tiegħu jiġu eletti b'vot dirett universali skont il-poċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skont il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha.
Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skont il-proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
2. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skont il-proċedura leġislattiva speċjali, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill għandu jifformula r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eserċizzju tal-funzjonijiet tad-doveri tal-Membri tiegħu. Ir-regoli u l-kondizzzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tal-Membri jew tal-Membri ta' qabel ikunu jeħtieġu l-unanimità fil-Kunsill.
B'mod parallel man-negozjati twal dwar ir-reviżjoni tat-trattat, l-UE diġà għamlet progress sostanzjali biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet bażiċi għall-elezzjoni uniformi tal-Parlament Ewropew minkejja n-nuqqas ta’ liġi elettorali waħda. Mill-problemi li kellhom jaffrontaw rapporteurs preċedenti dwar dan id-dossier, diġà nstab tarf ta’ bosta minnhom b’mod sodisfaċenti, partikolarment:
·ġiet stabbilita forma ta’ rappreżentanza proporzjonali fl-Istati Membri kollha;
·il-mandat doppju tneħħa;
·ġew stabbiliti u ffinanzjati l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
·ġew armonizzati t-termini u l-kundizzjonijiet tal-MPE.
Hemm kategorija oħra ta’ kwistjonijiet li setgħu dehru problematiċi fil-bidu tal-eżerċizzju biex jiddaħħlu l-elezzjonijiet diretti iżda, bis-saħħa tal-esperjenza, m’għadhomx - bħall-eliġibilità tal-kandidati indipendenti u l-kontroll tal-ispejjeż tal-elezzjoni. Jidher li hawn ma qamux problemi bl-applikazjzoni tad-diskrezzjoni nazzjonali u tal-prattika elettorali.
Minkejja l-progress li sar sal-lum, huwa mistenni li dan ir-Rapport jittratta r-reviżjoni tal-Att tal-1976 dwar l-elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew. U tnax-il sena wara li l-Parlament iddiskuta l-aħħar id-dossier bir-Rapport Anastassopoulos, u erba' snin qabel ma tidħol fis-seħħ riforma prattikabbli tal-proċedura elettorali (fl-2014), dan tassew jidher li huwa żmien xieraq biex jinbdew riformi oħra.
L-importanza u s-setgħat tal-Parlament żdiedu b’mod sostanzjali mill-1979. Iżda din iż-żieda żgur ma dehritx fir-reviżjonijiet x’aktarx limitati għall-Att tal-1976 minn dak iż-żmien ’l hawn. Issa li fl-aħħar it-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ, l-MPE sar għandhom ħafna aktar saħħa. Il-Parlament jeħtieġ u ħaqqu sistema elettorali u organizzazzjoni interna li jkunu jixirqu għad-dmirijiet ġodda tiegħu.
It-tiftix għal proporzjonalità digressiva
Billi t-Trattat ta’ Lisbona kien għadu ma daħalx fis-seħħ, l-elezzjonijiet tal-2009 kienu kkuntestati fuq il-bażi tat-Trattat ta’ Nizza (736 siġġu b’firxa ta’ 5 siġġijiet sa 99 siġġu għal kull Stat Membru). Għalhekk, f'kwalunkwe każ irid ikun hemm tqassim mill-ġdid komplut tas-siġġijiet qabel l-elezzjonijiet tal-2014 biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona kif ukoll it-tibdil demografiku u l-adeżjoni possibbli ta' Stati ġodda mal-Unjoni.(30)
Il-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva huwa kunċett federalista eleganti skont liema huma protetti l-interessi ta' minoritajiet iżgħar billi l-Istati b'popolazzjoni iżgħar jingħataw rappreżentazzjoni relattivament akbar minn dawk l-Istati b'popolazzjoni akbar. Minkejja l-ftehim tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2007 li jaċċetta l-proposta tal-Parlament Ewropew, il-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva għadu ma ġiex applikat fil-prattika. Fil-Parlament tal-2004, kien hemm għaxar Stati li kellhom ftit wisq jew wisq ftit MPE. Fil-Parlament preżenti, elett f'Ġunju 2009, hemm disgħa. Anki wara l-ammissjoni tat-18-il MPE ta' 'Lisbona' żejjed, jibqa' ħames 'transgressjonijiet', kif juru ċ-ċart u l-grafika tal-Anness II.
Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li s-sistema preżenti għad-distribuzzjoni ta' siġġijiet m'hija xejn iżjed minn tiswija politika – u waħda li hija kostantament instabbli. Fattur distabbilizzanti huwa li l-Ġermanja għandha popolazzjoni li qed tonqos b'mod rapidu, u d-differenza bejnha fuq naħa u Franza, ir-Renju Unit u l-Italja fuq in-naħa l-oħra, b'popolazzjonijiet dejjem jikbru, se tonqos matul id-deċennji li ġejjin. Jekk il-Ġermanja tibqa' bin-numru massimu ta' siġġijiet (96) minkejja l-popolazzjoni dejjem nieżla tagħha, l-istati li jmiss bl-ogħla popolazzjoni jridu jingħataw numru ferm akbar ta' siġġijiet milli kif qegħdin fil-preżent. Riżultat bħal dan jippreġudika b'mod sever l-interessi tal-istati b'daqs medju, b'hekk titfixkel il-proporzjonalità digressiva. Għalhekk it-tibdil demografiku jippreżenta sfida formidabbli għall-kontinwazzjoni tal-arranġamenti preżenti, apparti t-tpartit politiku li inevitabbilment jakkumpanja t-tqassim mill-ġdid tas-siġġijiet.
It-Trattat, għall-inqas, jgħid li l-ebda stat m'għandu jiġi allokat aktar minn 96 siġġu, li jiftaħ l-l-opzjoni li n-numru tal-Ġermanja jitnaqqas gradwalment biex jirrifletti l-popolazzjoni dejjem nieżla tagħha(31). Madankollu, man-naħa l-oħra tal-iskala, m'hemmx din il-flessibilità. sitt siġġijiet huwa l-limitu bażiku. Wieħed ifakkar li matul iż-żewġ deċennji li ġejjin, stati prospettivi għall-adeżjoni jinkludu mill-inqas il-Kroazja, l-Iżlanda, is-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija.
Il-problema li kulħadd jiddaħħal taħt il-limitu ta' 751 skont il-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva tinsab direttament quddiem il-Parlament li, skont Lisbona, jakkwista d-dritt (u d-dmir) li jibda tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-Kamra matul kull mandat. Il-Parlament huwa wkoll responsabbli biex jipproponi ż-żieda temporanja ta' MPE mill-istati ta' adeżjoni matul mandat ta' ħames snin.
Il-fatt li l-Ġermaniżi huma sottorappreżentati b'mod mhux proporzjonat fil-Parlament Ewropew ifforma parti mill-motivazzjoni tal-atturi li ressqu każ kontra t-Trattat ta' Lisbona quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża. Fis-sentenza tagħha ta' Ġunju 2009, il-Qorti kkonkludiet, wara diskussjoni devjanti tal-merti tal-proporzjonalità digressiva, li s-sistema kif inhi proposta fit-Trattat hija aċċettabbli għax l-UE mhijiex stat federali. Il-Qorti sabet li, minkejja l-pretensjonijiet tal-Unjoni għaċ-ċittadinanza Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa fil-fatt magħmul minn kontinġenti nazzjonali. Bid-differenza tal-Bundestag, il-Parlament Ewropew mhuwiex assemblea ta' persuni ugwali. Lanqas ma hija l-awtorità suprema tal-poplu sovran Ewropew. Ir-rappreżentazzjoni tal-Ġermanja f'postijiet oħra fis-sistema governattiva tal-Unjoni tikkumpensa għal dak li f'ċirkustanzi oħra jista' jitqies bħala trattament mhux ġust fil-Parlament. Barra minn hekk, it-Trattat għandu fih strumenti opzjonali ta' demokrazija parteċipatorja transnazzjonali, bħal ma hija l-inizjattiva taċ-ċittadini, li tikkumplimenta b'mod utli r-rwol tal-MPE.(32)
Is-sentenza dwar Lisbona tal-Qorti Karlsruhe tibqa' kontroversjali. Madankollu, wieħed m'għandux għalfejn jaċċetta s-sejbiet tagħha biex jieħu nota tas-sensittività tal-kwistjoni dwar kif irid ikun magħmul il-Parlament fil-futur. Għall-inqas, issa li t-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ, huwa essenzjali li jekk trid tiġi evitata l-litigazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, id-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni futura tal-Parlament trid tapplika b'mod skrupluż il-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva.
Jista' jkun ukoll li wasal iż-żmien li wieħed ifittex b'aktar serjetà formula matematika għat-tqassim tas-siġġijiet li jkun għat-tul, trasparenti u imparzjali għall-politika.(33)
Estensjoni tad-dritt tal-votazzjoni
Huwa ċar li, peress li l-liġijiet dwar in-nazzjonalità jvarjaw ħafna, m’hemmx aċċess ugwali għad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE bejn Stat Membru u ieħor. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta’ ċittadini ta’ Stat li jgħixu għal żmien twil fi Stat ieħor, ukoll mhijiex uniformi. Dan huwa rilevanti partikolarment fir-rigward ta’ meta jintilef id-dritt tal-vot fil-pajjiż u tal-kapaċità li jinkiseb, jew li ma jinkisibx skont il-każ, fl-Istat ospitanti(34). Jekk minbarra s-sebgħa u għoxrin liġi dwar in-nazzjonalità jitqiesu wkoll sebgħa u għoxrin liġi elettorali kumplessa, ma jkunx prattiku jew politiku li l-Unjoni tniedi programm ta’ armonizzazzjoni ġenerali.(35)
Għalhekk għad baqa' problema serja ta' tneħħija tad-dritt tal-vot ta' ċittadini tal-UE li jagħżlu li jeżerċitaw id-dritt tagħhom mogħti mill-UE li jgħixu fi Stat Membru ieħor. It-tneħħija ta' ostakli legali għall-moviment ħieles fil-prattika ma rriżultatx f'estensjoni tad-dritt tal-vot demokratiku.(36)
Madankollu, saru ħafna sforzi matul is-snin biex il-poplu jitħeġġeġ jivvota fl-elezzjonijiet Ewropej. Ingħatat attenzjoni partikolari għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat Membru li mhuwiex tagħhom – għadd dejjem jiżdied ta’ nies li issa huwa madwar 2 fil-mija tal-popolazzjoni totali tal-UE. Il-Kummissjoni Barroso I ippruvat tirrevedi d-Direttiva 93/109 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u l-ħruġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħala kandidati għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu qed jgħixu fi Stat Membru li ma jkunux ċittadini tiegħu.(37)
Il-Parlament appoġġja l-proposti tal-Kummissjoni biex ikunu ssimplifikati l-proċeduri burokratiċi biex wieħed jirreġistra biex jivvota jew biex joħroġ għall-elezzjoni, kif ukoll il-proċeduri ta’ verifika mill-Istati Membri tal-eliġibilità ta’ dawn ir-reġistrazzjonijiet. Madankollu, il-Parlament oġġezzjona għall-projbizzjoni ġenerali fil-leġiżlazzjoni tal-1993 kontra kandidati li joħorġu f’aktar minn Stat wieħed fl-istess elezzjoni, u talab lill-Kunsill biex jillaxka r-restrizzjonijiet attwali. Il-Parlament ibbaża l-pożizzjoni tiegħu fuq il-fatt li, filwaqt li l-Artikolu 8 tal-Att tal-1976 jipprojbixxi l-votazzjoni doppja, l-ebda projbizzjoni bħal din ma tapplika għall-kwistjoni tal-kandidatura u, barra minn hekk, li estensjoni tal-karatteristika transnazzjonali tal-politika tal-UE tiddependi sa ċertu punt mill-possibilità potenzjali li wieħed jivvota għal kandidati ta' nazzjonalità differenti minn tiegħu. Il-Parlament irid jiżgura wkoll li l-Istat ta’ residenza ma jkunx obbligat awtomatikament li jipprojbixxi lil ċittadin milli jivvota jekk ikunu tneħħewlu d-drittijiet elettorali tiegħu fi Stat ieħor. L-MPE huma tal-fehma li, fiż-żewġ każijiet, l-Istati konċernati stess għandhom jiddeċiedu każ każ, sabiex ma ssirx diskriminazzjoni. Jirreferu għall-istipulazzjoni mdaħħla mit-Trattat ta’ Maastricht li tgħid li kull ċittadin għandu d-dritt li jivvota fl-elezzjonijiet jew li joħroġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Istat fejn joqgħod, bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-Istat.(38)
Għażla iktar radikali tkun dik li jiġi estiż l-ambitu tal-liġi tal-UE b'mod usa' ħalli ċ-ċittadini tal-UE jingħatalhom id-dritt li jipparteċipaw mhux biss fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali imma wkoll fl-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali u reġjonali. Żgur li l-parlamenti nazzjonali jakkużaw inizjattiva bħal din fil-livell tal-UE bħala waħda li tikser il-prinċipji doppji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Għalhekk il-proposta, li jkollha bżonn tibdil fl-Artikolu 22 TFUE, trid tiġi diskussa sew f'Konvenzjoni li ovvjament tinkludi l-parlamentari nazzjonali kif ukoll il-gvernijiet, il-Kummissjoni u l-MPE.
Fl-assenza ta' tibdil bħal dan fit-Trattat, grupp ewlieni tal-Istati li jxaqleb favur l-idea federali jista' jfittex kooperazzjoni miżjuda fil-liġi elettorali. Estensjoni tad-drittijiet tal-vot reċiproċi u bilaterali, bħalma hemm bejn ir-Renju Unit, l-Irlanda, Ċipru u Malta, hija mod ieħor biex jiġu żviluppati d-drittijiet politiċi taċ-ċittadini tal-UE bla intervent formali tal-UE(39). Wieħed jista’ jantiċipa wkoll petizzjoni dwar il-kwistjoni tad-drittijiet elettorali skont id-dispożizzjoni l-ġdida tat-Trattat ta’ Lisbona għall-inizjattivi taċ-ċittadini.(40) F’kull każ, kieku l-ambjent politiku qatt kellu jsir aktar favorevoli biex tingħata spinta lill-kontenut politiku taċ-ċittadinanza tal-UE, il-Kunsill dejjem jista’ jaġixxi biex jestendi l-qasam ta’ applikazzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini bla ma jkollu jirrikorri għall-parafernalja kollha ta’ KIG.(41)
Nazzjonalità u ċittadinanza
Il-protesta Taljana, li bdiet fil-KIG ta’ Liżbona, dwar l-għadd ta’ siġġijiet tagħha fil-Parlament wara l-2009, kienet ibbażata, parzjalment, fuq il-pretensjoni li t-Trattat il-ġdid se jibdel il-bażi li fuqha l-Parlament għandu jkun iffurmat minn bażi ta' popolazzjoni għal bażi ta' ċittadini. It-tnejn huma differenti, bla dubju, speċjalment f’dawk il-pajjiżi, bħall-Italja, li sabuha aktar bi tqila biex jinnaturalizzaw l-immigranti tagħhom minn pajjiżi oħra. Madankollu, skont l-Eurostat, huwa impossibbli li wieħed ikun preċiż rigward ċifri, speċjalment f’dan iż-żmien ta’ moviment fuq skala kbira ta' persuni minn pajjiż għal ieħor tal-UE. L-Eurostat jibqa’ jsostni, skont il-konvenzjonijiet tan-NU, li t-total tal-popolazzjoni ta' residenti huwa l-komparatur demografiku l-aktar affidabbli. L-istima tal-Eurostat hija li 94 fil-mija tal-popolazzjoni tal-UE huma residenti fl-istat tagħhom, 4 fil-mija mhumiex ċittadini tal-UE, u li 2 fil-mija biss huma ċittadini tal-UE li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor.
Wieħed ifakkar li d-definizzjoni ta’ ċittadin tal-UE tiddependi għalkollox fuq il-fatt li wieħed jikseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru. Wieħed ma jistax isir ċittadin tal-UE bla ma jkun ċittadin ta' Stat Membru. Wieħed jista’ jiddispjaċih għall-fatt li kważi fl-Istati Membri kollha l-proċess ta’ naturalizzazzjoni u tal-għoti taċ-ċittadinanza doppja qed isir aktar ikkumplikat milli kien. U l-Istati qed jimxu b’mod individwali bla ma jqisu l-effett tal-azzjonijiet tagħhom fuq il-kobor jew il-kwalità taċ-ċittadinanza tal-UE.
X'aktarx li tendenzi unilaterali bħal dawn mhumiex konformi mal-isforzi biex it-Trattati tal-UE jiġu riveduti b'tali mod li jkunu aħjar għaċ-ċittadini. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona, pereżempju, huwa ċar dwar xi tfisser ċittadinanza tal-UE, u jgħid:
Artikolu 9
Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jingħataw attenzjoni ndaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tagħha. Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina tal-Unjoni. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex.
Artikolu 10
1. Il-funzjonament tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva.
2. Fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew.
L-Istati Membri huma rappreżentati fil-Kunsill Ewropew mill-Kap tal-Istat jew tal-Gvern tagħhom u fil-Kunsill mill-gvernijiet tagħhom, li jkunu demokratikament responsabbli kemm lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom, kif ukoll lejn iċ-ċittadini tagħhom.
3. Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.
4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Għalhekk, l-UE m’għandhiex definizzjoni waħda taċ-ċittadinanza tagħha, iżda 27 varjetà nazzjonali. Il-firxa ta’ liġijiet dwar in-nazzjonalità fost is-sebgħa u għoxrin Stat Membru tal-UE hija tal-iskantament(42). Xi Stati jagħtu privileġġi speċjali lil ċittadini ta’ pajjjiżi terzi li għandhom parentela ma’ antenati ta’ dak l-istat; oħrajn bħala prinċipju ma jagħtuhomx. Uħud għandhom drittijiet residenzjali għal persuni ex-kolonjali; oħrajn m’għandhomx. L-Istati Membri jittrattaw id-drittijiet ċiviċi tat-territorji jew tad-dipendenzi barranin tagħhom b'ħafna modi differenti. L-UE ma ppruvatx tarmonizza dawn il-liġijiet, għalkemm hemm ħafna każijiet fejn l-Istati Membri għamlu bħal xulxin. Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddikjarat li d-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-regoli tagħhom dwar il-ksib jew it-telf tan-nazzjonalità huwa ristrett mill-ħtieġa li titħares il-liġi tal-UE(43). F'dan il-kuntest, ingħatat ħafna attenzjoni lid-deċiżjoni 2005 ta' Spanja li tinnaturalizza madwar 700 000 immigrant bla ma tikkonsulta lil sħabha.
Madankollu tkun xi tkun l-approssimazzjoni li tista’ tinkiseb fil-liġi elettorali, ikun għad fadal il-problema pendenti ta’ kif jitqassmu s-siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Il-bidliet li saru mit-Trattat ta' Lisbona fl-Artikolu 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus taċ-ċittadinanza tal-UE, huma rilevanti daqshekk f'dan il-kuntest? Għandna ngħoddu ċ-ċittadini tal-UE jew l-abitanti nazzjonali? Jekk ngħoddu ċ-ċittadini tal-UE, min hu preċiżament iċ-ċittadin tal-UE? Jew għandna nimxu skont il-fehma ta’ James Madison li, f’repubblika, ir-rappreżentanza parlamentari aktar hija dritt tat-twelid milli privileġġ ċiviku? L-approċċ Madisonjan jissuġġerixxi li l-Parlament Ewropew jirrappreżenta mhux biss ċittadini tal-UE de jure (kif stabbilit formalment mit-Trattat UE), iżda jirrappreżenta wkoll, u għandu dmir li jieħu ħsieb, kulmin jgħix fit-territorju tal-Unjoni, inklużi l-minorenni u l-barranin. Jekk huwa hekk, u jekk l-affarijiet l-oħra huma indaqs, jidher li l-metodu tradizzjonali ta’ tqassim ta’ siġġijiet fil-Parlament fuq il-bażi tal-popolazzjoni – kif ukoll l-għadd tal-voti fil-Kunsill – għadu l-metodu t-tajjeb u m’għandux ikun emendat tal-anqas mhux qabel ma ssir riflessjoni aktar profonda.
Il-bżonn għal riformi ulterjuri
Il-Parlament Ewropew m'għandux ikun sodisfatt dwar il-metodi elettorali tiegħu stess. Jekk irid ikompli jippriedka b'mod regolari lil pajjiżi oħra favur il-virtujiet ta' demokrazija liberali pluralista, huwa għandu bżonn iktar kritiku tiegħu nnifsu.
L-OSCE/ODIHR għamlet l-ewwel missjoni ta' osservazzjoni totali għall-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej fl-2009. Is-sejbiet tagħha huma interessanti(44). L-ewwel, it-tim tal-OSCE inħasad b'kemm kienu differenti l-elezzjonijiet f'kull Stat, billi nnutat varjanti fil-metodi tat-tqassim tas-siġġijiet, il-possibilità li jintefgħu voti preferenzjali, l-allokazzjoni ta' siġġijiet vakanti, is-sistemi elettorali, id-dritt tal-votazzjoni, il-kandidaturi, in-nomini ta' kandidati, il-kostitwenzi u l-ġranet tal-votazzjonijiet. L-osservaturi internazzjonali dehrilhom ukoll li kienet stramba li l-partiti politiċi Ewropej kienu effettivament miżmuma milli jagħmlu kampanji elettorali.(45)
L-OSCE/ODIHR ikkritikat b'mod partikolari:
·nuqqas ta' armonizzazzjoni ta' rekwiżiti tal-kandidaturi fl-UE sħiħa;
·nuqqas ta' dispożizzjonijiet f'ċerti Stati li jippermettu lil kandidati individwali biex joħorġu għall-elezzjonijiet b'konformità mal-impenji tal-OSCE;
·nuqqas ta' dispożizzjonijiet f'ċerti Stati dwar id-drittijiet tal-votazzjoni, b'mod partikolari għall-ħabsin u għar-residenti tal-UE li m'għandhomx ċittadinanza ta' xi Stat;
·nuqqas ta' possibilità li wieħed jappella deċiżjoni dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet quddiem il-qorti f'ċerti Stati;
·nuqqas ta' dispożizzjonijiet f'ċerti Stati biex jiġu żgurati aċċess u kooperazzjoni adegwati għall-osservaturi domestiċi u internazzjonali, b'konformità mal-impenji tal-OSCE.
Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jinkludu:
·reviżjoni ta' ftit prattiki attwali għal kampanji biex tiżdied il-kuxjenza bil-għan li tiżdied l-effettività u jiġu evitati perċezzjonijiet possibbli ta' partiġjaniżmu;
·żgurar li l-leġiżlazzjoni tal-kampanji nazzonali tindirizza b'mod adegwat l-attivitajiet tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew;
·it-twaħħid tad-dati tal-elezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-pubblikazzjoni tar-riżultati tirrispetta kemm il-bżonn għal trasparenza kif ukoll il-bżonn li tiġi evitata l-influwenza potenzjali fuq ir-riżultati ta' Stati oħrajn;
·it-titjib tal-proċess ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-vutanti reġistrati sabiex tiġi mħarsa l-ugwaljanza tal-votazzjoni u tiġi evitata l-votazzjoni multipla possibbli;
·l-emendar tal-leġiżlazzjoni, fejn hu meħtieġ, ħalli jiġi previst mekkaniżmu indipendenti ta' moniterjar tal-midja biex jivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet tal-midja humiex rispettati matul il-perjodu tal-kampanja.
Fir-rapport prezzjuż tagħhom, li ħaqqu attenzjoni mill-qrib, l-OSCE/ODIHR skoprew ilmenti numerużi miċ-ċittadini tal-UE li allegatament tneħħilhom id-dritt tal-votazzjoni meta dawn kienu residenti fi Stat ieħor apparti tagħhom stess. L-esperti jaqblu mal-Kummissjoni li ppruvat ittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tal-votazzjoni u l-ħruġ għall-elezzjoni bħala kandidati.
Petizzjonijiet
Il-Kumitat għall-Pensjonijiet tal-Parlament Ewropew irċieva numru ta' ilmenti serji dwar aspett jew ieħor tal-elezzjonijiet Ewropej. Ħafna minnhom joħorġu minn ċittadini tal-UE issa residenti fi Spanja jew Malta li joġġezzjonaw għall-fatt li mhux qed jitħallew jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej minħabba l-azzjoni (jew, aktar ta' spiss, in-nuqqas ta' azzjoni) tal-awtoritajiet elettorali lokali. Ilmenti oħra li rċieva l-Parlament kienu dwar nies li ma tħallewx jingħaqdu ma' partit politiku fl-Istat ta' residenza l-ġdid tagħhom għax mhumiex ċittadini ta' dan l-Istat.
L-aktar każijiet serji ta' diskriminazzjoni allegata li tkellmu dwarhom il-petizzjonanti jinstabu fil-Latvja u l-Estonja fejn sa 20% u 12% rispettivament tal-popolazzjoni li hija Russa huma meqjusin bħala mhux ċittadini għar-raġunijiet tal-elezzjonijiet Ewropej u oħrajn.
Ħafna petizzjonanti mill-Italja jixtiequ jeskludu l-kriminali li qegħdin il-ħabs milli joħorġu bħala kandidati għall-Parlament Ewropew. Madankollu r-regola ġenerali fl-UE hija li ladarba tkun ġiet servuta sentenza jew il-penali mħallsa, m'hemmx projbizzjoni ulterjuri għar-riabilitazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni elettorali. Ħafna Stati jħalluha f'id il-partiti politiċi - u fl-aħħar il-vutanti - biex jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom għal min għandu jiġi elett fil-Parlament.
Madankollu, wara investigazzjoni ulterjuri, jaf ikun possibbli li jiġi introdott id-dritt ta' rtirar ta' MPE, fejn Membru ħati ta' reat wara l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew jista' jiġi rtirat permezz ta' petizzjoni mill-vutanti. Dan jaf ikun partikolarment xieraq f'każ ta' użu ħażin ħafna tal-fondi pubbliċi.
Petizzjonant ieħor qajjem il-kwistjoni ta' għaliex fir-Renju Unit in-nobbli ereditarji li qegħdin fil-House of Lords huma skwalifikati milli joħorġu għall-elezzjoni bħala MPE.(46)
Il-Parlament irċieva wkoll petizzjonijiet dwar it-tneħħija tad-dritt tal-vot ta' nies (a) milli jivvutaw fl-elezzjonijiet wara perjodu ta' żmien fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, u (b) milli jivvutaw fil-pajjiż ta' residenza l-ġdid tagħhom fl-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali. Kif ġie diskuss qabel, il-kwistjoni tat-twessigħ tad-dritt tal-vot għall-elezzjonijiet nazzjonali tkun teħtieġ tibdil fit-trattat u għandha għalhekk tkun is-suġġett, kif inhu xieraq, ta' Konvenzjoni li tkun inkarigata li tqis ir-relazzjoni bejn iċ-ċittadinanza tal-UE u r-riforma elettorali.
Il-Konvenzjoni għandha tkun mistiedna biex tqis il-kwistjonijiet l-oħra kollha mqajma mill-petizzjonanti tal-Parlament u mill-OSCE/ODIHR.
Il-leġittimità u l-għadd ta' nies li jivvutaw
Il-Parlament Ewropew huwa korrett fix-xewqa tiegħu li jkollu pożizzjoni msaħħa f’għajnejn il-pubbliku sabiex isir il-pern tal-qasam politiku Ewropew il-ġdid, il-forum aċċettat tas-suq politiku wieħed: fejn isiru il-liġijiet u l-baġits Ewropej, u li jitlob rendikont mill-eżekuttiv. Sal-lum, it-tfittxija għal-leġittimità politika qed tiddgħajjef mit-tnaqqis kontinwu tal-għadd ta’ nies li jivvutaw fl-elezzjonijiet, mir-rappurtaġġ fqir tal-midja, minn partiti politiċi apatetiċi, kif ukoll mill-għira li għadha ma bdietx tidher ta’ xi parlamenti nazzjonali rigward is-setgħet tiegħu li qed jiżdiedu. Huwa diffiċli li wieħed ma jkunx dipress dwar il-fatt li l-għadd totali ta' nies li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qed dejjem jonqos, minn 63% fl-1979 għal 43.1% fl-2009.(47)
Dwar kwalunkwe miżura, l-għadd ta' nies li jivvutaw, li dejjem jonqos, huwa evidenza ta' livell ta' nuqqas ta' interess fl-affarijiet Ewropej. Madankollu, iċ-ċifri tal-għadd totali ta' nies li jivvutaw jgħattu varjazzjonijiet kbar ħafna bejn il-pajjiżi li joħorġu miċ-ċirkustanzi legali, storiċi u reali tagħhom. It-tul ta' żmien tas-sħubija fl-UE, il-livell ta' korruzzjoni, jew l-imminenza ta' elezzjoni ġenerali nazzjonali, per eżempju, jagħmlu differenza kbira fl-għadd ta' nies li jivvutaw(48). Fl-2009 l-għadd ta' nies li vvutaw fil-Lussemburgu kien ta' 90% filwaqt li fis-Slovakkja kien taħt l-20%. Il-fattur importanti huwa d-differenza bejn id-drawwiet tal-votazzjonijiet nazzjonali u Ewropej. id-differenza medja tal-UE fl-2009 kien ta' 25%, li jfisser li minn kull tliet votanti fl-elezzjonijiet nazzjonali, tnejn biss ivvutaw għall-Parlament Ewropew. Fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-proporzjon kien ta' tnejn għal wieħed.(49)
Riforma formali tal-proċedura elettorali tista’ ssolvi l-problema tal-għadd ta' nies li jivvutaw? Il-kriterji tagħna biex jinbeda perjodu ġdid ta’ riforma għandhom ikunu stabbiliti b’attenzjoni. Ma rridux l-uniformità f’ġieħ l-uniformità. Filwaqt li naħsbu għall-problemi nnutati fil-livell nazzjonali, l-approċċ tagħna għandu jkun realistiku. Il-gradwaliżmu, bilfors, irnexxa matul is-snin biex wassal għal bosta objettivi li tfasslu għall-ewwel darba minn missirijiet l-Unjoni fil-ħamsinijiet. X'aktarx li din ir-riforma ma tkunx l-aħħar waħda: il-parlamenti b’saħħithom jadattaw malajr għaċ-ċirkustanzi politiċi u tas-soċjetà li jinbidlu. Fil-każ tal-UE, ir-rata u l-kobor tat-tkabbir fil-ġejjieni mhumiex magħrufa. Jekk ma jkunux magħrufa d-daqs u l-għamla tal-Unjoni fil-futur, ikun sogru li wieħed jipprova jistabbilixxi llum id-destin finali tad-demokrazija parlamentari postnazzjonali fl-Ewropa.
Iżda tal-anqas nafu biżżejjed dwar il-possibilitajiet alternattivi għall-futur tal-Ewropa biex nistgħu nkunu ċerti li Parlament b’saħħtu, vitali u elett direttament għandu jkun - u se jkun - fiċ-ċentru tas-sistema ta’ governanza tagħha.
Privileġġi u Immunitajiet
Hemm xogħol importanti li għadu ma tlestiex dwar il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet. Dan l-istrument imur lura kważi ħamsin sena lejn żmien meta l-Membri tal-Parlament Ewropew kienu wkoll deputati tal-parlamenti nazzjonali tagħhom, u meta ma kienx hemm dubju li kien xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali kienu responsabbli biex jiddeċiedu meta u kif l-MPE kellhom ikunu eżenti mil-liġi nazzjonali. Madankollu, fiż-żmien tal-ftehim dwar l-Istatut tal-Membri fl-2005, il-Parlament kien tal-opinjoni li l-Protokoll kellu jieħu spinta 'l quddiem biex jaqbel mal-istatus kontemporanju tal-Parlament bħala assemblea indipendenti, eletta b'mod dirett u responsabbli għal kollox. Kien hemm numru ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitt bejn ir-reġimi nazzjonali u tal-UE dwar il-verifika tal-kredenzjali ta' MPE u għall-mili ta' postijiet vojta li rriżultaw f'diskrepanzi reali dwar il-pożizzjoni legali tal-MPE fis-27 Stat ta' oriġini differenti tagħhom. Il-Parlament għandu issa jkun jista’ jieħu azzjoni kontra l-irtirar ta’ mandat ta' MPE minn Stat Membru meta u sakemm dan ma jmurx kontra l-Att jew il-liġi tal-Unjoni Ewropea;
Bħala parti integrali mill-ftehim innegozjat dwar l-Istatut tal-Membri, il-Kunsill qabel li jirrevedi kwalunkwe konsegwenza li l-Istatut jaf ikollu f'sens ta' liġijiet primarji. Il-Parlament talab li r-riżoluzzjoni tiegħu ta' Ġunju 2003 li pproponiet dispożizzjonijiet ġodda dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-MPE għandhom jintużaw bħala bażi għal dik ir-reviżjoni(50). S'issa, għadu ma kienx hemm progress f'din il-kwistjoni. Issa, li hemm bżonn wara t-Trattat ta' Lisbona huwa li dawn il-kwistjonijiet importanti jitqiegħdu fl-aġenda ta' Konvenzjoni bil-ħsieb li tqis l-aspetti kollha tar-riforma parlamentari.
Żbilanċji tas-sessi u etniċi
In-numru ta' MPE nisa żdied b'iżjed mid-doppju mill-ewwel elezzjonijiet tal-1979 s'issa, u llum jagħmlu 35.5% tat-total. Għal darba oħra, hawnhekk jinstabu varjanti kbar fost l-Istati. Fil-Parlament tal-2009, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom maġġoranza ta' MPE nisa. inqas minn terz tal-MPE mis-Slovenja, il-Litwanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u l-Lussemburgu huma nisa. u Malta m'għandhiex MPE nisa.(51)
Aħna ma nipproponux li nimponu kwoti biex jitranġa l-iżbilanċ fis-sessi. Madankollu, il-partiti politiċi għandhom jitħeġġu li jfittxu l-għan li jkun hemm għall-inqas 40% nisa fl-2014, kif ġie rakkomandat mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
Għandu jitqies li kważi fl-Istati kollha, ir-rappreżentanza tan-nisa hija aħjar fil-Parlament Ewropew milli hija fil-parlamenti nazzjonali.
Il-pożizzjoni fir-rigward tal-minoritajiet etniċi hija ferm agħar. Hemm vera ftit MPE Ażjatiċi jew Afro-Karibej. Jekk iċ-ċittadinanza tal-UE trid issir realtà għall-komunitajiet immigranti u d-dixxendenti tagħhom, il-partiti politiċi jridu jiżguraw taħlita deċenti ta' etniċità fost l-aħjar kandidati tagħhom.
It-tfassil ta' konklużjonijiet
Jidher ċar minn din id-diskussjoni li għad baqa' għadd sinifikanti ta’ kwistjonijiet importanti tal-proċedura elettorali li, jekk ittrattati b’mod effettiv, jagħmlu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew aktar uniformi fil-ġejjieni milli kienu fl-imgħoddi u għandhom ikunu ta' benefiċċju fir-rigward tal-koeżjoni, tal-leġittimità, tal-effiċjenza u tal-pluraliżmu.(52)
Aħna diġà wrejna l-opinjoni tagħna li Konvenzjoni dwar ir-riforma elettorali hija kemm neċessarja kif ukoll mixtieqa biex jitqies b'mod demokratiku u komprensiv is-sett kumpless ta' kwistjonijiet inter-relatati tad-dritt tal-vot, tal-għadd ta' nies li jivvutaw, il-kompożizzjoni, il-privileġġi u s-sistema tal-votazzjoni. F'kawlunkwe każ ikun utli - u jekk xejn - biex jiġu riveduti s-sistemi elettorali nazzjonali differenti użati bil-għan li jissolvew in-nuqqas ta' similaritajiet u l-anomaliji l-aktar ovvji.(53)
Filwaqt li għandu jkun objettiv ewlieni tar-riforma elettorali li tħeġġeġ żieda fin-nies li jivvutaw, se jkun hemm xi proposti - per eżempju t-tnaqqis fl-età għall-votazzjoni - li jistgħu ma jwasslux biex jintlaħaq dak l-għan imma li madankollu jkollhom mertu intrinsiku.
L-għan kritiku huwa li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea għal dawn l-elezzjonijiet sabiex l-opinjoni pubblika u l-midja jfittxu li jagħmlu għażliet politiċi dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea. Hawnhekk, ir-rwol tal-partiti politiċi Ewropej se jkun kritiku. Mingħajr partiti politiċi vijabbli fil-livell federali, fergħa essenzjali tad-demokrazija tkun nieqsa. Huwa għalhekk li ġie propost li, flimkien mas-751 MPE elett bil-mod tradizzjonali mill-kostitwenti nazzjonali u reġjonali, suppliment ta' 25 MPE għandu jiżdied fil-Parlament li jmiss tal-2014 li jridu jiġu eletti minn kostitwenza waħda pan-UE. Huma l-partiti politiċi Ewropej li jridu jkunu responsabbli għall-għażla tal-kandidati, l-ordni tal-lista tagħhom, u l-kompetizzjoni ma' xulxin għall-voti. Innovazzjoni bħal din tbiddel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u żżid il-kapaċità rappreżentattiva tiegħu – b'hekk tirrifletti t-tibdil fit-Trattat ta' Lisbona li jistipula li l-MPE għandhom issa jkunu 'rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni' iżjed milli 'rappreżentanti tal-popli tal-Istati'.(54)
Il-votazzjoni għal-lista mal-UE kollha trid ovvjament ma tkunx obbligatorja, b'tieni karta tal-vot li tkun offruta lil kull votant fil-postijiet tal-votazzjonijiet. Wieħed jista' jistenna li l-aċċettazzjoni ta' din l-opzjoni għandha tikber biż-żmien għax l-elettorat ikun dara d-dimensjoni l-ġdida għall-politika u l-partiti politiċi jkunu ġabru l-ħiliet biex jagħmlu kampanji fuq bażi tal-UE kollha.
Jekk aħna għandna nkabbru l-karattru transnazzjonali tal-Parlament Ewropew, huwa fl-istess ħin importanti li tiġi evitata l-aljenazzjoni tal-votanti li jwaħħlu fid-daqs kbir tal-Unjoni u fid-distanza perċeputa ta' 'Brussell' miċ-ċittadini individwali. Kif jissuġġerixxu l-istħarriġ tal-opinjoni tal-Eurobarometer u oħrajn, l-elettorat rarament ikun infurmat sew dwar is-sistema ta' governanza tal-UE. Il-votanti għandhom ħabta jidentifikaw ruħhom l-aħjar ma' distretti elettorali iżgħar. Huma jirrispondu wkoll b'mod pożittiv għall-possibilità li jeżerċitaw għażla bejn, fuq naħa li sempliċiment jivvutaw en bloc għal lista determinata ta' partit, u fuq in-naħa l-oħra li jkunu jistgħu jindikaw preferenza għal kandidat individwali mil-lista tal-partit. Tista' tittieħed azzjoni biex jiġu trattati dawk iż-żewġ kwistjonijiet. Huwa għalhekk li r-Rapport jipproponi, l-ewwel, il-ħolqien mandatorju ta' kostitwenzi reġjonali, territorjali fi Stati akbar, u t-tieni, l-użu obbligatorju tas-sistema tal-lista preferenzjali semi-miftuħa.
Dawn huma l-proposti ewlenin fir-Rapport. Dawn huma mfassla biex iwessgħu il-leġittimità demokratika tal-Parlament Ewropew billi tissaħħaħ l-idea ta' ċittadinanza Ewropea. Dawn joffru raison d'être lill-partiti politiċi Ewropej li għalissa għad m'għandhomx. Dawn se jikkumplimentaw b'mod utli r-riformi introdotti diġà bit-Trattat ta' Lisbona fir-rigward ta' demokrazija rappreżentattiva u parteċipatorja.
Fil-qosor, għalhekk, il-proposti diskussi f'dan ir-Rapport jinkludu riformi biex:
1. tinħoloq kostitwenza transnazzjonali għal 25 MPE addizzjonali li jridu jintgħażlu b'tieni vot skont sistema ta' lista preferenzjali li tkun ibbilanċjata f'sens ta' sessi;
2. it-twaqqif ta' kostitwenzi territorjali fuq bażi reġjonali fi Stati aktar ippopolati jsir mandatorju;
3. ikun hemm insistenza fuq il-votazzjoni preferenzjali bis-sistema ta' lista semi-miftuħa (fejn biha l-eletturi jkunu jistgħu jivvotaw għal kandidati individwali f'lista ta' partit sabiex taqleb l-ordni tal-lista tal-partiti);
4. tiġi introdotta reviżjoni regolari tad-distribuzzjoni tas-751 siġġu matul kull mandat Parlamentari li ssir fil-ħin għall-elezzjonijiet li jkun imiss u li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva u, forsi, akkordi b'formula matematika li tkun għad trid tiġi miftiehma;
5. tiffaċilita arranġamenti għaċ-ċittadini tal-UE li jkunu qed jgħixu fi Stat barra dak tagħhom biex joħorġu bħala kandidati u biex jivvutaw;
6. tinħoloq awtorità elettorali tal-UE li timmaniġġja u tissorvelja l-elezzjoni tal-lista transnazzjonali, u li tanalizza l-appelli;
7. titnaqqas l-iskadenza tal-votazzjonijiet b'tali mod li jsiru f'weekend, kemm biex tiddrammatizza l-votazzjoni kif ukoll biex tnaqqas il-prattika ħażina ta' żvelar prematur ta' riżultati (teħtieġ tibdil fl-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit);
8. l-elezzjonijiet jitressqu minn Ġunju għal Mejju sabiex titħaffef l-elezzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida;
9. jiġu proposti etajiet minimi uniformi għall-eletturi u għall-kandidati;
10. titwaqqaf sistema supranazzjonali għall-privileġġi u l-immunitajiet tal-MPE;
11. tiġi studjata l-estensjoni tal-votazzjoni elettronika bħala inċentiv biex iċaqlaq il-votanti u biex il-votazzjoni tkun eħfef;
Il-proċess ta' riforma
Il-pakkett tar-riformi proposti hawnhekk jeħtieġ li jsir numru ta' strumenti ta' liġi primarja tal-UE skont proċeduri differenti.
(a) L-introduzzjoni ta' lista mal-UE kollha għal 25 MPE addizzjonali teħtieġ tibdil fl-Artikolu 14(2) TUE permezz ta' proċeduri stipulati għar-reviżjoni ordinarja tat-trattat, b'mod partikolari Konvenzjoni segwita minn KIG, b'ratifika mill-istati kollha.(55)
(b) Ir-reviżjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet teħtieġ l-istess proċedura.
(c) Id-distribuzzjoni mill-ġdid tas-751 siġġu li ssir fil-ħin għall-elezzjonijiet li jmiss teħtieġ deċiżjoni unanima tal-Kunsill Ewropew dwar proposta u bil-kunsens tal-Parlament.(56)
(d) Elementi oħra li jikkonċernaw il-proċedura elettorali jeħtieġu liġi speċjali tal-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu, dwar proposta u bil-kunsens tal-Parlament, li jaġixxi b'maġġoranza assoluta tal-Membri tiegħu, u li wara tintlaqa' mill-parlamenti nazzjonali kollha.(57)
Dik il-proċedura leġiżlattiva speċjali taf tieħu l-forma ta' emenda għall-Att tal-1976, kif inhu propost f'dan ir-Rapport. Madankollu jista' wkoll jitqies aktar xieraq, għal raġunijiet ta' trasparenza, li jiddaħħal protokoll ġdid mat-Trattati dwar il-proċedura elettorali li jieħu post il-leġiżlazzjoni oriġinali u li jinkorpora l-elementi differenti kollha tal-liġi primarja diskussi hawnhekk.
Ladarba jsiru r-riformi bażiċi proposti hawnhekk, fi żmien qasir tkun meħtieġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, per eżempju biex titwaqqaf l-awtorità elettorali tal-UE l-ġdida.
Minħabba dawn ir-riformi se jkun hemm bħala riżultat konsegwenzi baġitarji kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati.
Filwaqt li huma meħtieġa strumenti u proċeduri differenti, ir-riformi jikkostitwixxu pakkett koerenti ta' miżuri li għandhom jitqiesu fit-totalità tagħhom. Fortunatament, il-forum tal-Konvenzjoni jipprovdi l-mekkaniżmu perfett għal deliberazzjoni komprensiva dwar għadd ta' kwistjonijiet li huma kumplessi b'mod ġust, ikollhom impatt kbir fuq il-liġi nazzjonali u jkollhom implikazzjonijiet kostituzzjonali importanti.
Konvenzjoni tkun f'pożizzjoni tajba mhux biss biex iddaħħal lill-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali f'dibattitu sostantiv dwar ir-riforma parlamentari, imma wkoll biex tistimula konsultazzjoni usa' mar-rappreżentanti tal-partiti politiċi, l-akkademja, l-uffiċjali elettorali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi eċċ...
Ikun xieraq għall-Parlament, meta jressaq il-proposti tiegħu quddiem il-Kunsill għal reviżjoni tat-trattat, li jindika fl-istess ħin li jeħtieġ li ssir Konvenzjoni.
L-iskadenza nnifisha tissuġġerixxi: Lulju-Settembru 2010: approvazzjoni mill-Parlament tal-proposti tagħha; Ottubru-Diċembru: deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew biex tlaqqa' KIG; Ir-Rebbiegħa u s-Sajf tal-2011: it-twaqqif tal-Konvenzjoni u l-KIG; sa Ġunju 2012: ratifika nazzjonali u kunsens tal-Parlament Ewropew segwiti minn miżuri implimentattivi; sa Mejju 2013 l-aktar tard: deċiżjoni dwar it-tqassim mill-ġdid tas-siġġijiet, fil-ħin għall-elezzjonijiet li sal-bidu ta' Mejju 2014 iridu jsiru skont is-sistema riformata.
Ir-Rapport Teitgen, il-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u r-Relazzjonijiet Esterni, Dokument Nru 5 1954/1955 u r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Komuni tat-2 ta' Diċembru 1954 rigward is-setgħat tal-Assemblea Komuni u l-użu tagħhom; KEFA, ĠU 11.12.1954.
Il-paragrafu 12 tal-Communiqué tal-kapijiet tal-gvern, Pariġi, 9-10 ta' Diċembru 1974. Ir-Renju Unit u d-Danimarka rriżervaw il-pożizzjonijiet tagħhom. Id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Kunsill Ewropew f'Ruma f'Diċembru ta' wara.
Ir-Rapport Seitlinger, adottat fl-10 ta’ Marzu 1982 b’158 vot favur, 77 vot kontra u b’27 astensjoni; ĠU C 87, 5.4.1982. Iżda ara l-Opinjoni kritika tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (Rapporteur D’Angelosante).
L-Irlanda ta’ Fuq ibbenefikat minn sistema ta’ vot wieħed trasferibbli mill-1979 minħabba l-ħtieġa kbira li titqies l-opinjoni tal-minoranza fil-provinċja. Fl-1999 10 Demokratiċi Liberali, 2 Ħodor, 2 membri ta’ Plaid Cymru u 3 membri tal-UIK ġew eletti fil-Parlament, u dan jixhed l-importanza tar-rappreżentanza proporzjonali għal-leġittimazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Dan l-Artikolu sar l-Artikolu 19(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE). It-Trattat ta’ Maastricht irrikjeda reviżjoni tal-Att tal-1976, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81; ĠU L 33, 9.2.1993.
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 u tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew permezz ta’ vot dirett universali; ĠU L 283, 21.10.2002.
Għal rendikont sħiħ, ara: Dr. George N. Anastassopoulos, The Debate on the System of Electing the Members of the European Parliament, daħla mill-Professur Dimitris Th. Tsatsos MPE, Ateni u Brussell, 2002.
Ir-Rapporteur kien membru tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa (2002-2003) u kien wieħed mit-tliet rappreżentanti tal-Parlament għall-KIG tal-2007.
Partikolarment, l-Artikolu I-45(2) li jgħid li ‘Iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament f’livell tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew', (li 'l quddiem ġie mtenni mit-Trattat ta' Lisbona fl-Artikolu 10(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea).
Rispettivament, ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom; ĠU L 297, 15-11-2003; u r-Regolament (KE) Nru 1524/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007; ĠU L 343, 27-12-2007.
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom), ĠU L 262, 7.10.2005.
Mill-paragrafu 6 tar-Rapport Lamassoure-Severin, adottat fil-11 ta’ Ottubru 2007 bi 378 vot favur, 154 kontra, u b’109 astensjonijiet; A6-0351/2007 (ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 132).
Il-ftehim politiku dwar it-tqassim mill-ġdid tas-siġġijiet kien ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew fl-14 ta' Diċembru 2007 (Paragrafu 5 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza). .
Fil-każ li l-Kroazja ssir membru tal-UE matul il-leġiżlatura tal-2009-2014 tal-Parlament, is-siġġijiet tagħha jiżdiedu temporanjament mas-751, kif sar fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija. L-istess bl-Iżlanda.
Artikolu 14(2) TUE. Madanakollu, wieħed jinnota li l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew , li issa huwa żejjed, dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament 2009-2014 jeħtieġ li 'in-numri minimi u massimi ... iridu jintużaw għal kollox biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni tas-siġġijiet ... jirriflettu kemm jista' jkun il-firxa tal-popolazzjonijiet'. Frankament, dan huwa stramb.
Ara per eżempju, Victoriano Ramirez et al, 'Degressively Proportional Methods for the Allotment of the European Parliament Seats Amongst the EU Member States' f'Mathematics and Democracy, Springer, Berlin 2006.
Sal-lum l-approċċ tal-UE kien wieħed ta’ prova: ara d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri; ĠU L 158, 30.04.2004.
Ara Dimitry Kochenov, 'Free Movement and Participation in the Parliamentary Elections in the Member State of Nationality: An Ignored Link?' f'Maastricht Journal of European and Comparative Law (MJ), 2009, no. 2.
Ir-Rapport Duff (A6-0267/2007) dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini. Adottat mill-Parlament fis-26 ta' Settembru 2007 (ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 193) il-kwistjoni tibqa' mhux solvuta fil-Kunsill.
Għal diskussjoni sħiħa ta’ dawn il-kwistjonijiet, ara Jo Shaw, The Transformation of Citizenship in the European Union: Electoral Rights and the Restructuring of Political Space, Cambridge, 2007.
Ara Rainer Bauböck, Eva Ersbøll, Kees Groenendijk u Harald Waldrauch (edi), Acquisition and Loss of Nationality: policies and trends in 15 European states, Institute for European Integration Research, Austrian Academy of Sciences, Vjenna, Jannar 2006.
Ara per eżempju, Każi C-369/90 Micheletti[1992], C-145/04 Spain v. United Kingdom [2006] (Gibraltar) u C-300/04 Eman and Sevinger v. College van burgemeester en wethouders van Den Haag [2006] (Aruba).
It-tweġiba hija għaliex, ironikament, l-element aristokratiku residwali fil-House of Lords huwa l-unika parti ta' dik il-Kamra li hija eletta minnha nnifisha (min-nobbli tagħha). Dawk li l-Ingliżi jsejħulhom 'life peers' mhumiex eletti fil-House of Lords u ma jistgħux jirriżenjaw minnha.
Ara l-istudju ta' Richard Rose u Gabriela Borz, Variability in European Parliament Turnout: political causes and implications, Studies in Public Policy Number 466, Centre for the Study of Public policy, University of Aberdeen, 2010.
Ir-Rapporteur huwa grat għall-istimolu mogħti mill-parteċipanti f’workshop dwar Ċittadinanza u Proċedura Elettorali, li sar fi Brussell fil-25-26 ta’ Marzu 2008. Ġew ippreżentati dokumenti minn Betty de Hart, Dieter Gosewinkel, Sara Hagemann & Simon Hix, Eva Østergaard-Nielsen, Ken Ritchie u Jo Shaw. Dawn id-dokumenti u d-diskussjoni fil-qosor huma disponibbli fuq is-sit: http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/hearings.do?body=AFCO&language=EN
ANNESS I TAN-NOTA SPJEGATTIVA: Riżoluzzjoni dwar abbozz ta' proċedura elettorali li jinkorpora prinċipji komuni għall-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew (Rapport Anastassopoulos)(1)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mis-Sur De Vries dwar il-proċedura elettorali uniformi għall-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew (B4-0723/96),
– wara li kkunsidra r-rapporti tiegħu dwar proċedura elettorali uniformi, u b’mod partikulari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Ottubru 1991(2) u tal-10 ta’ Marzu 1993(3),
– wara li kkunsidra l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 1976,
– wara li kkunsidra l-proposta tat-22 ta’ Ottubru 1996 dwar proċedura elettorali uniformi li tressqet mill-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Konferenza Intergovernattiva (KIG) u li ttenni l-aspetti ewlenin tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Marzu 1993,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 138(3) tat-Trattat KE u l-emenda tiegħu permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 148 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal- Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet taċ-Ċittadini (A4-0212/98),
A. A.billi t-Trattat ta’ Amsterdam idaħħal il-kunċett ta’ ‘prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha’, skont il-linji gwida stabbiliti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 1993 imsemmija hawn fuq, li ma pproponewx b’mod espliċitu sistema elettorali uniformi iżda biss linji gwida ġenerali,
B. billi l-Gvern tar-Renju Unit ressaq abbozz ta’ liġi fil-Parlament, li jdaħħal ir-rappreżentanza proporzjonali reġjonali għall-elezzjonijiet Ewropej fl-1999,
C. billi n-negozjati dwar it-tkabbir x’aktarx li jwasslu biex 10 Stati Membri ġodda jsiru Membri tal-Unjoni Ewropea,
D. billi hemm konsensus kbir ħafna fost l-Istati Membri dwar it-tfassil ta’ għadd ta’ prinċipji komuni,
E billi l-għan huwa li dawk il-prinċipji jiġu implimentati qabel kollox f’livell nazzjonali f’unjoni ta’ nies u ta’ stati; billi l-għadd ta’ Membri eletti f’kull Stat Membru huwa tali li tkun garantita rappreżentanza xierqa tal-popli u tal-istati li ngħaqdu fil-Komunità,
1. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim li ntlaħaq fil-KIG li jistabbilixxi għadd ta’ prinċipji komuni; huwa konvint li wħud mid-dispożizzjonijiet jistgħu jidħlu fis-seħħ għall-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, partikolarment sistema ta’ rappreżentanza proporzjonali, il-limitu minimu, inkompatibilitajiet u miżuri bil-għan li jintlaħaq l-objettiv tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, filwaqt li oħrajn għandhom jidħlu gradwalment;
2. Iqis li hemm kunsens ġenerali biex tiddaħħal votazzjoni bbażata fuq sistema ta’ rappreżentanza proporzjonali, u li din għandha tkun inkorporata fis-sistema elettorali Ewropea;
3. Jinnota li huwa impossibbli li tiġi stabbilita sistema ta’ kostitwenzi territorjali b’mod uniformi u li jrid ikun hemm distinzjoni bbażata fuq il-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru; jenfasizza, madankollu, li sistema ta’ kostitwenzi territorjali ma tridx taffettwa l-prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali, skont l-Artikolu 2 tal-abbozz tal-Att;
4. Iqis li, bil-għan ta’ għarfien politiku Ewropew u tal-iżvilupp ta’ partiti politiċi Ewropej, ċertu perċentwali ta’ siġġijiet jista’ jitqassam fuq bażi ta’ rappreżentanza proporzjonali b’kostitwenza waħda ffurmata mit-territorju tal-Istati Membri;
5. Josserva, fir-rigward tal-użu ta’ limitu minimu, li dan m’għandux ikun obbligatorju u f’kull każ m’għandux ikun aktar minn 5% tal-voti mitfugħa nazzjonalment;
6. Jinnota l-istimolu għall-parteċipazzjoni rappreżentata mill-votazzjoni preferenzjali, li m'għandhiex, madankollu, tkun obbligatorja għal kull Stat Membru;
7. Iqis li meta jitfasslu l-listi tal-kandidati għall-elezzjonijiet Ewropej għandu jitqies l-objettiv tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u li qabel xejn hija r-responsabilità tal-partiti politiċi li jilħqu dan l-objettiv direttament;
8. Jipproponi li l-elezzjonijiet Ewropej għandhom isiru f’data fix-xahar ta’ Mejju, sabiex joħorġu jivvutaw l-akbar għadd ta’ nies possibbli billi jkunu evitati l-vaganzi tas-sajf tal-iskejjel, li jibdew fil-bidu ta’ Ġunju f’diversi Stati Membri;
9. Jirrakkomanda li l-għadd ta’ ġranet li fihom jistgħu jsiru l-elezzjonijiet għandu jitnaqqas għall-minimu assolut, bil-għan li jintlaħaq kunsens dwar ġurnata ta’ votazzjoni waħda jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mhux aktar minn jumejn (eż. is-Sibt u l-Ħadd);
10. Jistieden lill-Kunsill biex jeżamina l-abbozz ta’ Att li ġej u biex jadottah malajr sabiex ikun jista’ jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-abbozz ta’ Att mehmuż magħha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
- Kull persuna bid-dritt li tivvota fl-elezzjonijiet tal-PE;
- Il-partiti rappreżentati fil-Folketing jew fil-PE;
- Il-partiti ġodda jeħtieġu l-firem tal-votanti li jikkorrispondu għal tal-anqas 2% tal-voti fl-elezzjoni preċedenti tal-Folketing;
Ebda ġurnata fissa
L-ESTONJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
D'Hondt
Età: 18
Età: 21
- Il-partiti politiċi rreġistrati jippreżentaw il-listi;
- Depożitu ta’ 5 darbiet il-paga minima fix-xahar
Il-Ħadd
IL-FINLANDJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
D'Hondt
Le
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- Il-partiti politiċi jew l-assoċjazzjoni ta’ votanti (ta’ mill-anqas 2 000 persuna) jinnominaw il-kandidati
Il-Ħadd
FRANZA
Tmien kostitwenzi reġjonali
Le
D'Hondt
5%
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 23
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- L-ugwaljanza bejn is-sessi
Il-Ħadd
IL-ĠERMANJA
Kostitwena nazzjonali waħda - iżda l-membri jiġu eletti minn listi Federali jew tal-Land
Le
Sainte-Laguë
(skont il-bidla fil-liġi tas-17 ta’ Marzu 2008); BGBl. I, p. 394)
5%
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- Il-listi jiġu ppreżentati mill-partiti politiċi stabbiliti fl-UE;
- Għal-lista Federali: il-partiti b’anqas minn 5 rappreżentanti fil-PE, fil-Bundestag jew fil-parlamenti tal-Land jeħtieġu 4 000 firma;
Għal-lista tal-Land: huma meħtieġa 2 000 firma
Il-Ħadd
IL-GREĊJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
Varjazzjoni ta’ Hare
3%
Età: 18
Età: 21
- Il-listi jiġu ppreżentati mill-partiti jew koalizzjonijiet politiċi;
Il-Ħadd
L-UNGERIJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
D'Hondt
5%
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 18
Il-votanti kollha għandhom id-dritt li joħorġu għall-elezzjoni bħala kandidati fuq listi tal-partiti
- Il-listi jiġu ppreżentati mill-partit irreġistrat u 20 000 approvazzjoni (votant jista’ japprova biss lista waħda)
Il-Ħadd
L-IRLANDA
Erba’ kostitwenzi reġjonali
Iva
Vot Wieħed Trasferibbli (VWT)
Le
Età: 18
Età: 21
- Il-listi jiġu ppreżentati mill-partiti politiċi rreġistrati;
- Il-kandidati indipendenti jeħtieġu 60 firma ta’ persuni fir-reġistru elettorali u mill-istess kostitwenza
Il-Ġimgħa
L-ITALJA
(qed tkun riveduta)
Ħames kostitwenzi reġjonali
Iva – u l-voti jistgħu jiġu trasferiti minn kostitwenza għal oħra
Hare
Le
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- ċittadini Taljani fi stati oħra tal-UE jistgħu jivvutaw fil-konsulati Taljani jew bil-posta; ċittadini Taljani li ma jgħixux fl-UE jekk jirritornaw biex jivvutaw fl-Italja;
- Il-votazzjoni mhijeix obbligatorja iżda hija ‘dmir ċiviku’
Età: 25
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- In-nomini individwali jeħtieġu 30 000 firma, li 10% minnhom iridu jkunu minn kull sottoreġjun tal-kostitwenza;
- Il-partiti u l-gruppi politiċi b’tal-anqas siġġu wieħed fil-PE jew fil-parlament Taljan jistgħu jippreżentaw listi bla firem
Is-Sibt / Il-Ħadd
IL-LATVJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
Sainte-Laguë
Le
Età: 18
Età: 21
- Il-listi jiġu ppreżentati mill-partiti politiċi rreġistrati;
- Depożitu ta’ LVL 1 000 (€ 1 450)
Is-Sibt
IL-LITWANJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
Hare-Niemeyer
5%
Età: 18
Età: 21
- Il-partiti politiċi biss jistgħu jinnominaw kandidati;
Il-Ħadd
IL-LUSSEMBURGU
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva – il-votanti għandhom 6 voti
D'Hondt / Hagenbach – Bischoff
Le
Età: 18
- ċittadini tal-UE residenti għal 5 snin;
- Il-votazzjoni hija obbligatorja
Età: 18
- ċittadini tal-UE residenti għal 5 snin
- Il-listi jeħtieġu 250 firma ta’ votanti rreġistrati jew ta’ MPE wieħed jew ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati;
- Il-listi jridu jkunu magħmula minn maġġoranza ta’ ċittadini tal-Lussemburgu
Il-Ħadd
MALTA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
VWT
Le
Età: 18
Età: 18
- Depożitu ta’ 40 lira Maltija (€ 95) (rimburżat jekk il-kandidat iġib 10% tal-vot)
Is-Sibt
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
D'Hondt
Le
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- Il-partiti mhux rappreżentati fil-PE jħallsu depożitu ta’ € 450;
- Il-listi jrid ikollhom tal-anqas 30 firma ta’ votanti
Il-Ħamis
IL-POLONJA
Tlettax-il kostitwenza reġjonali
Le
D'Hondt / Hare-Niemeyer
5%
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 21
- ċittadini tal-UE residenti għal 5 snin
- Il-listi jeħtieġu tal-anqas ħames ismijiet u 10 000 firma ta’ votanti tal-kostitwenza rilevanti
Il-Ħadd
IL-PORTUGALL
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
D'Hondt
Le
Età: 18
Età: 18
- Il-listi jrid ikun fihom kandidati daqs l-għadd ta’ MPE li jridu jiġu eletti, flimkien ma’ 3-8 sostituti
Il-Ħadd
IR-RUMANIJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
D'Hondt
5%
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 23
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- Il-listi jeħtieġu 200 000 firma; il-kandidati indipendenti jeħtieġu 100 000 firma
Il-Ħadd
IS-SLOVAKKJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
Droop
5%
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati li jkunu residenti u preżenti fil-ġurnata tal-elezzjoni
Età: 21
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- Il-partiti politiċi jridu jħallsu depożitu ta’ 50 000 SKK (€ 1 510)
Is-Sibt
IS-SLOVENJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
D'Hondt
4%
Età: 18
Età: 18
- Il-partiti politiċi jippreżentaw listi ssekondati minn erba’ membri tal-Assemblea Nazzjonali jew minn tal-anqas 1 000 votant;
- Il-kandidati indipendenti jridu jkunu approvati minn 3000 firma
Il-Ħadd
SPANJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Le
D'Hondt
Le
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
- Il-partiti jew il-koalizzjonijiet jippreżentaw listi bi 15 000 firma ta’ votanti jew ta’ rappreżentanti eletti
Il-Ħadd
L-ISVEZJA
Kostitwenza nazzjonali waħda
Iva
Sainte-Laguë
Il-partiti jridu jiksbu 4%; il-kandidati jridu jiksbu 5% tal-għadd totali tal-voti mitfugħa għall-partit tagħhom
Età: 18
- Ċittadini tal-UE rreġistrati
Età: 18
- Kulmin huwa intitolat li jivvota jista' joħroġ għall-elezzjoni
- Ebda kundizzjoni
Il-Ħadd
IR-RENJU
UNIT
Tnax-il kostitwenza reġjonali
Il-Gran Brettanja: Le
L-Irlanda ta' Fuq: Iva
Il-Gran Brettanja: D'Hondt;
L-Irlanda ta' Fuq: VWT
Le
Età: 18
- ċittadini reġistrati tal-UE residenti għal sena
Età: 21
- ċittadini reġistrati tal-UE residenti għal sena
- Depożitu ta’ £ 5 000 (€ 6 750)
- In-nomini fil-kostitwenzi jridu jkunu approvati minn 30 votant
Il-Ħamis
Rati tal-kambju ta’ Frar 2008
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
19.4.2011
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
20
4
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, József Szájer, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Guy Verhofstadt
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Elmar Brok, Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, Íñigo Méndez de Vigo, Helmut Scholz