Proċedura : 2010/0207(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0225/2011

Testi mressqa :

A7-0225/2011

Dibattiti :

PV 15/02/2012 - 18
CRE 15/02/2012 - 18

Votazzjonijiet :

PV 16/02/2012 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0049

RAPPORT     ***I
PDF 821kDOC 1296k
14 ta' Ġunju 2011
PE 460.614v01-00 A7-0225/2011

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid)

(COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Peter Simon

(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (Tfassil mill-ġdid)

(COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0368),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0177/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, mill-Bundestag Ġermaniż, il-Budesrat Ġermaniż u l-Parlament Svediż, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-16 ta' Frar 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta’ Frar 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87, 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0225/2011),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sustanza,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex ikun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati d-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li għalihom dawn l-istituzzjoni huma soġġetti.

(2) Sabiex ikun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fis-swieq f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li għalihom huma suġġetti dawn l-istituzzjonijiet.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Sabiex jiġu evitati pretensjonijiet futuri fuq l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, l-attenzjoni għandha tiffoka fuq azzjoni u superviżjoni preventivi, li jiżguraw valutazzjoni koordinata u trasparenti ta’ mudelli ta’ negozju ta’ atturi ġodda u eżistenti, ibbażata fuq approċċ komuni maqbul bejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1 (ABE) u l-awtoritajiet kompetenti, li potenzjalment jirriżultaw f’rekwiżiti superviżorji addizzjonali, limitazzjonijiet tal-attivitajiet, bidliet mandatorji tal-mudell tan-negozju, jew saħansitra l-esklużjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu li jieħdu riskji irresponsabbli.

 

____________________

 

1 ĠU L 331, 15.12.2010, p.12.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Din id-Direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-Suq Intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, filwaqt li tiżdied l-istabbiltà tas-sistema bankarja u tal-protezzjoni tad-depożitarji.

(3) Din id-Direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, filwaqt li tiżdied l-istabbiltà tas-sistema bankarja u tal-protezzjoni tad-depożitarji. Rigward l-ispejjeż makroekonomiċi tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu u l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja tad-depożitanti, wieħed għandu jipprovdi billi mhux biss jaħseb għar-rimborż tad-depożitanti iżda wkoll biex tinħoloq biżżejjed flessibilità sabiex l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jimplimentaw miżuri ta' prevenzjoni u appoġġ. Peress li f'dan il-każ l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati infushom ikopru l-ispejjeż ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jeżistu inċentivi adegwati sabiex jiġu identifikati problemi fl-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati fi stadju bikri u biex jiġu evitati każijiet pendenti ta' garanzija permezz ta' miżuri adegwati bħal kundizzjonijiet li jikkonċernaw ir-ristrutturazzjoni. B'hekk Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, li jistgħu jieħdu wkoll azzjoni preventiva, jikkonstitwixxu suppliment importanti għall-azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji fis-superviżjoni ta' kuljum u fil-kuntest tal-istralċ ordinat tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. Miżuri ta' appoġġ provduti minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom, madankollu, dejjem ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet, u l-azzjonijiet tagħhom għandhom dejjem ikunu konformi mal-liġi tal-kompetizzjoni.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Inċentivi adegwati għal interventi effikaċi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jeżistu partikolarment jekk ikun hemm il-korrispondenza massima possibbli bejn il-kamp tal-kompetenza tagħhom u l-kuntest fejn isiru l-ispejjeż tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu. Sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni l-integrazzjoni dejjem tikber tas-suq intern, b'hekk, għandu jkun possibbli li jkun hemm fużjoni bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ta' Stati Membri differenti jew li jiġu kreati skemi transkonfinali differenti fuq bażi volontarja. Prekondizzjoni għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun stabbiltà suffiċjenti u kompożizzjoni bilanċjata tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ġodda u eżistenti. Għandhom jiġu evitati effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, pereżempju f'każ ta' fużjonijiet ta' diversi entitajiet tal-kreditu b'riskju għoli, li, kieku kienu jippreżentaw biss riskju medju fi ħdan l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom, filwaqt li jitnaqqsu kontribuzzjonijiet minn Skemi eżistenti ta’ Garanzija tad-Depożiti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-Direttiva 94/19/KE kienet ibbażata fuq il-prinċipju tal-armonizzazzjoni minima. Konsegwentement, fl-Unjoni ġew stabbiliti diversità ta Skemi ta Garanzija tad-Depożiti bkaratteristiċi differenti ħafna. Dan ikkawża distorsjoni fis-suq tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u llimita l-benefiċċji tas-Suq Intern għad-depożituri.

(5) Id-Direttiva 94/19/KE kienet ibbażata fuq il-prinċipju tal-armonizzazzjoni minima. Konsegwentament, fl-Unjoni attwalment hemm diversità ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti b'karatteristiċi differenti ħafna. Riżultat tal-formulazzjoni tar-rekwiżiti komuni applikabbli għal Skemi ta' Garanzija tad-Depożitu fl-Unjoni, inter alia rigward depożiti koperti, il-livell tal-kopertura, il-livell ta' mira, il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-użu ta' fondi u l-arranġamenti għal ħlasijiet, id-depożitaturi jiġi garantit livell protettiv unformi fl-Unjoni filwaqt li tiġi żgurata l-istess stabbiltà tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti komuni għall-Iskemi ta’ Granzija tad-Depożitu hija tal-akbar importanza sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni fis-suq. B'hekk din id-Direttiva tikkontribwixxi sabiex is-suq intern ikun komplut.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-Direttiva għandha tippermetti kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu, tippermetti lid-depożituri jifhmu faċilment il-karatteristiċi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti u tiffaċilita pagament lura malajr lid-depożitanti permezz ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti sodi u kredibbli fl-interess tal-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tkun armonizzata u ssimplifikata sal-massimu possibbli.

(6) Din id-Direttiva għandha sservi biex tinforma lid-depożitanti dwar il-prodotti finanzjarji koperti u mhux koperti u tispjega dwar il-funzjonament ta' Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti. Il-possibilità ta’ prevenzjoni ta' falliment ta' entità tal-kreditu permezz ta' miżuri adegwati adottati mill-Iskema tal-Garanzija tad-Depożitu, għandha tipproteġi l-fiduċja fl-istabbiltà finanzjarja u għandha tkun fl-interess ta' depożitanti privati, awtoritajiet lokali li għandhom bżonn ta' protezzjoni u fuq kollox l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). B'hekk tista' tiġi evitata l-maġġorparti tal-konsegwenzi negattivi ta' falliment ta' entità ta’ kreditu bħal qtugħ f’daqqa fir-relazzjoni mal-bank. Jekk ħlas ikun dovut minħabba każ ta’ garanzija, din id-Direttiva għandha tassigura rimborż rapidu lid-depożitaturi permezz ta' Skemi solidi u kredibbli ta' Garanzija ta' Depożiti.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għalhekk, fil-prinċipju, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha għandhom ikunu membri ta’ Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti, għandu jkun irrikonoxxut li hemm sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess (Skemi tal-Protezzjoni tal-Istituti ) u, partikolarment, jiżguraw il-likwidità u s-solvenza tagħha. Dawn l-iskemi jiggarantixxu protezzjoni lid-depożitanti lil hinn dik ipprovduta minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti. Jekk dawn l-iskemi huma differenti mill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, ir-rwol addizzjonali ta’ salvagwardja tagħhom għandu jitqies meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet tal-membri fl-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti. Il-livell armonizzat ta’ kopertura ma għandux jaffettwa skemi li jipproteġu l-istituzzjoni tal-kreditu stess sakemm ma jħallsux lura lid-depożitanti. Id-depożitanti għandhom ikollhom pretensjoni fuq l-iskemi kollha, partikorlament jekk il-protezzjoni mill-Iskema ta’ Garanzija Reċiproka ma tistax tkun żgurata. L-ebda skema jew sistema ma għandha għalhekk tiġi eskluża minn din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 9 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħmel parti mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuta skont din id-Direttiva, li b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u kundizzjonijiet indaqs bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll tiġi evitata l-kompetizzjoni regolatorja. Skema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tkun tista’ tipprovdi din il-protezzjoni f’kwaunkwe ħin.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Il-funzjoni prinċipali ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti hija li tipproteġi d-depożitanti kontra l-konsegwenzi tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu. Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu din il-protezzjoni b'diversi modi: għalhekk, fuq naħa waħda tal-ispettru tal-attivitajiet ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu possibbli skemi b'funzjoni ta' rimborż ('paybox') biss.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 9 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Iżda għandu jkun possibbli wkoll li Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jmorru lil hinn minn funzjoni ta' rimborż biss billi jitolbu lil istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali u, fuq din il-bażi, jibnu sistemi ta' twissija minn kmieni. B'dan il-mod, kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju jistgħu jiġu aġġustati fi stadju bikri jew jistgħu jiġu proposti miżuri preventivi kontra riskji magħrufa. Fl-eventwalità ta' żbilanċi imminienti, l-operaturi ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar miżuri ta' appoġġ jew li jużaw ir-riżorsi tagħhom biex jappoġġaw l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu problematiċi ħalli jevitaw l-ispejjeż ta' rimborż tad-depożitaturi u l-impatti negattivi l-oħra tal-insolvenza.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 9 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d) Man-naħa l-oħra tal-firxa ta’ attivitajiet, għandu jkun possibbli għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti li jieħdu l-forma tal-iskemi tal-protezzjoni istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 relatati mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu1. Huma jipproteġu l-istituzzjoni tal-kreditu innifisha, partikolarment billi jassiguraw il-likwidità u s-solvenza tagħha. Dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtorità responsabbli jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu msemmi u mid-Direttiva. Permezz ta' dawn il-kriterji jiġi partikolarment assigurat li, bħal fi Skemi oħra ta' Garanzija tad-Depożiti, dejjem ikun hemm biżżejjed mezzi disponibbli f'każ ta' pagament potenzjali.

 

____________________

 

1 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-iskemi tal-protezzjoni tal-instituzzjonijiet huma ddefiniti fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 fir-rigward tal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) [traduzzjoni mhux uffiċjali] u jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti mill-awtoritajiet kompetenti jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati f’dak l-Artikolu u f’din id-Direttiva.

imħassar

__________________

 

1 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

 

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-kriżi finanzjarja riċenti, żidiet mhux koordinati fil-livelli tal-koperta madwar l-UE wasslu biex id-depożitanti jieħdu l-flus f'banek f'pajjiżi fejn il-garanziji tad-depożiti kienu ogħla. Dan xorob il-likwidità mill-banek fi żminijiet ta’ diffikultà. Fi żminijiet ta' stabbiltà, livelli differenti ta' kopertura jistgħu jwasslu biex id-depożitanti jagħżlu l-ogħla protezzjoni tad-depożiti minflokk l-aktar prodott depożitarju adattat. Dan jista' jwassal għal distorsjoni fil-kompetittività fis-Suq Intern. Huwa għalhekk indispensabbli li jiġi żgurat livell ta' armonizzazzjoni tal-protezjoni tad-depożiti kull fejn jinsabu d-depożiti fl-Unjoni. Madankollu, ċerti prodotti marbuta mas-sitwazzjoni personali tad-depożitanti jistgħu jiġu koperti f’livell ogħla iżda għal żmien limitat.

(11) Fil-kriżi finanzjarja riċenti, żidiet mhux koordinati fil-livelli tal-koperta madwar l-Unjoni wasslu biex f'xi każijiet id-depożitanti jieħdu l-flus f'banek f'pajjiżi fejn il-garanziji tad-depożiti kienu ogħla. Dan xorob il-likwidità mill-banek fi żminijiet ta’ diffikultà. Fi żminijiet ta' stabbiltà, livelli differenti ta' kopertura jistgħu jwasslu biex id-depożitanti jagħżlu l-ogħla protezzjoni tad-depożiti minflok l-aktar prodott depożitarju xieraq għalihom. Dan jista' jwassal għal distorsjoni fil-kompetittività fis-suq intern. Huwa għalhekk indispensabbli li jiġi żgurat livell ta' armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-depożiti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuti kollha kull fejn jinsabu d-depożiti fl-Unjoni. Madankollu, ċerti prodotti marbuta mas-sitwazzjoni personali tad-depożitanti jistgħu jiġu koperti f’livell ogħla iżda għal żmien limitat.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Matul il-kriżi finanzjarja, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti eżistenti wrew li ma setgħux jagħmlu tajjeb għat-telf kollu b’mod li jipproteġu lid-depożitanti. Huwa għalhekk indispensabbli li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jammontaw sa ċertu livell fil-mira u li jkunu jistgħu jinġabru kontribuzzjonijiet straordinarji. Fejn meħtieġ, l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ finanzjar alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom jiksbu fondi f’qasir żmien ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet li jsiru fuqhom.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-istess livell ta’ kopertura għandu japplika għad-depożitanti kollha irrispettivament minn jekk il-munita tal-Istat Membru hijiex l-euro jew le u irrispettivament minn jekk bank hux membru ta' sistema li tipproteġi lill-istituzzjoni tal-kreditu stess. L-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom il-possibbiltà li jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni għall-eqreb numru sħiħ mingħajr ma jikkompromettu l-protezzjoni ekwivalenti tad-depożitanti.

(12) Għad-depożitanti għandu japplika l-istess dritt legali rigward l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti bi qbil mal-livell ta' kopertura stabbilit f'din id-Direttiva, irrispettivament minn jekk il-munita tal-Istat Membru hijiex l-euro jew le. L-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom il-possibbiltà li jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni għall-eqreb numru sħiħ mingħajr ma jikkompromettu l-protezzjoni ekwivalenti tad-depożitanti.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jistabbilixxu sistemi li jipproteġu l-pensjonijiet inġenerali, li għandhom joperaw separatament mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jipproteġu ċerti depożiti għal raġunijiet soċjali jew b'rabta ma' tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet ta' reżidenza privata. Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu osservati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(15) L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li depożiti li jirriżultaw minn ċerti tranżazzjonijiet ikunu kompletament koperti mill-Iskemi ta Garanzija tad-Depożiti għal perjodu stabbilit. Dawn jinkludu depożiti konnessi mal-akkwist jew bejgħ ta' proprjetajiet residenzjali privati. Dan għandu japplika wkoll għal depożiti li huma protetti għal raġunijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u huma konnessi ma' avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajja bħat-twelid, żwieġ, divorzju u b’mod partikolari l-għotjiet għall-anzjani jew li jirriżultaw minn ċerti benefiċċji jew kumpens tal-assikurazzjoni. Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu osservati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Huwa indispensabbli li jkunu armonizzati skemi finanzjarji li jiggarantixxu depożiti jew lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom. Min-naħa l-waħda, li l-ispiża tal-finanzjament ta’ dawn l-iskemi trid tintrefa' prinċipalment mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom; Min-naħa l-oħra, li l-kapaċità finanzjarja ta’ dawn l-iskemi għandha tkun proporzjonata mal-obbligazzjonijiet tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li d-depożitanti fl-Istati Membri kollha jgawdu livell għoli simili ta' protezzjoni u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jsellfu flus lil xulxin fil-każ biss li jkunu saru sforzi sustanzjali ta' finanzjament mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata, il-finanzjament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi armonizzat f'livell għoli. Dan madankollu ma għandux ifixkel l-istabbiltà tas-sistema bankarja tal-Istat Membru konċernat.

(16) Huwa indispensabbli li jkunu armonizzati skemi finanzjarji li jiggarantixxu depożiti jew lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom. Min-naħa l-waħda, li l-ispiża tal-finanzjament ta’ dawn l-iskemi trid tintrefa', fil-prinċipju, mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom; Min-naħa l-oħra, li l-kapaċità finanzjarja ta’ dawn l-iskemi għandha tkun proporzjonata mal-obbligazzjonijiet tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti fl-Istati Membri kollha juru livell għoli simili ta' stabbiltà, għandu jiġi stipulat livell finanzjarju fil-mira ex ante uniformi għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ċerti depożitanti ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-depożiti, partikolarment l-awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-għadd limitat tagħhom meta mqabbel mad-depożitanti l-oħra kollha jimminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja f'każ li jfalli bank. Barra minn dan l-awtoritajiet għandhom aċċess ħafna aktar faċli għall-kreditu milli għandhom iċ-ċittadini. In-negozji mhux finanzjarji għandhom fil-prinċipju jkunu koperti, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

(18) Ċerti depożitanti ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-depożiti, partikolarment l-awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-għadd limitat tagħhom meta mqabbel mad-depożitanti l-oħra kollha jimminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja f'każ li jfalli bank. Barra minn dan l-awtoritajiet għandhom aċċess ħafna aktar faċli għall-kreditu milli għandhom iċ-ċittadini. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti tal-awtoritajiet lokali li għandhom bżonn ta’ protezzjoni jkunu koperti wkoll. In-negozji mhux finanzjarji għandhom fil-prinċipju jkunu koperti, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-mezzi finanzjarji tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom prinċipalment jintużaw biex jitħallsu lura d-depożitanti. Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jkun iffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjonijiet tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istitut tal-kreditu konċernat. Jistgħu wkoll sa ċertu punt, kif iċċirkoskrit fid-Direttiva, jintużaw biex tiġi ffinanzjata l-privenzjoni ta' fallimenti ta' banek. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan huwa bla preġudizzju għall-politika futura tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' fondi ta' risoluzzjoni mill-banek nazzjonali.

(22) Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jkollhom mezzi finanzjarji biżżejjed biex jitħallsu lura d-depożitanti f'każ ta' falliment tal-istituzzjoni tal-kreditu. Fil-maġġoranza tal-każijiet, madankollu, għandhom jiġu applikati miżuri ta’ appoġġ biex jipprevjenu l-falliment ta’ istituzzjoni tal-kreditu minħabba l-fatt li jirriżultaw aktar favorevoli, għall-fini tal-garanzija tad-depożiti, mir-rimborż. Minbarra dan, tali miżuri jistgħu jagħmluha possibbli li jiġu evitati iktar spejjeż u effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja tad-depożitanti. Għalhekk, ir-riżorsi tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jintużaw ukoll għall-miżuri ta’ appoġġ. Miżuri ta’appoġġ għandhom dejjem jinkludu kundizzjonijiet li l-istituzzjoni li tirċievi l-għajnuna għandha tkun konformi magħhom. Huma għandhom madankollu jkunu jistgħu jintużaw wkoll b'rabta mal-istralċ ordinat ta' istituzzjoni tal-kreditu, sakemm dan jirriżulta fl-aktar alternattiva rħisa għall-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu. L-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta Garanzija tad-Depożiti għalhekk m’għandhomx jaqbżu l-ammont ta depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernat. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-politika futura tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' fondi ta' riżoluzzjoni mill-banek nazzjonali ma għandhiex tiġi affettwata mill-possibilitajiet għal azzjoni tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-fondi tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw il-kontinwità tat-tħaddim tal-kont fir-rigward tas-sehem ta’ depożiti koperti ta’ istituzzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-kontribuzzjonijiet lil Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iqisu l-grad ta' riskju li jieħdu l-membri tagħhom. Dan għandu jippermetti li l-profili tar-riskji tal-banek individwali jiġu riflessi u jwassal għal kalkolu ġust tal-kontribuzzjonijiet u biex jingħataw inċentivi ħalli joperaw skont mudell ta negozju inqas riskjuż. L-iżvilupp ta’ sett mandatorju ta’ indikaturi ewlenin għall-Istati Membri kollha u sett ieħor fakultattiv u supplementari ta’ indikaturi għandu jintroduċi din l-armonizzazzjoni gradwalment.

(24) Il-kontribuzzjonijiet lil Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iqisu l-grad ta' riskju li jieħdu l-membri tagħhom. Dan għandu jippermetti li l-profili tar-riskji tal-banek individwali, inklużi l-mudelli tan-negozju differenti tagħhom, jiġu riflessi u jwassal għal kalkolu ġust tal-kontribuzzjonijiet u biex jingħataw inċentivi ħalli joperaw skont mudell ta' negozju inqas riskjuż. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit approċċ standard għall-identifikazzjoni ta' kontribuzzjonijiet li jiddependu mir-riskju ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożitu. L-iżvilupp ta’ sett ta’ indikaturi ewlenin li jkun mandatorju għall-Istati Membri kollha u sett ieħor fakultattiv u supplementari ta’ indikaturi, ibbażati fuq approċċ komuni maqbul bejn l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti, għandu jintroduċi din l-armonizzazzjoni gradwalment. Madankollu, in-natura tar-riskji aċċettati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tista’ tvarja skont iċ-ċirkustanzi tas-suq u l-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. B'hekk, minbarra l-approċċ standard, jagħmel sens li Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jużaw ukoll proċeduri tagħhom stess li jiddependu mir-riskju sakemm dawn ikunu konformi mal-linji gwida li jkunu stabbiliti mill-Awtorità Bankarja Ewropea wara konsultazzjoni mal-Forum Ewropew ta' Assikuraturi tad-Depożitu (EFDI). Dan jikkunsidra l-profil tar-riskju ta' banek individwali, iwassal għal kalkolu iktar preċiż tal-kontribuzzjonijiet, adattati għal ċirkostanzi fis-suq tal-Istati Membri, u jipprovdi inizjattivi sabiex jopera taħt mudell kummerċjali b'inqas riskji. Sabiex pereżempju jikkunsidra setturi b'riskju partikolarment baxx ta' self li jitmexxew minn regoli speċjali, għandu jiġi provdut tnaqqis rispettiv fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 24 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Huwa nnotat li l-profittabbiltà, f’xi każijiet, intużat bħala indikatur ta’ tnaqqis tar-riskju għal primjums ibbażati fuq ir-riskju. Dan ma jqisx il-mudell tan-negozju ta’ mutwalitajiet li ma jfittxux li jagħmlu l-ogħla qligħ possibbli. Barra minn hekk, ix-xewqa biex jiżdied il-qligħ tista’ toħloq inċentiv pervers għall-adozzjoni ta’ strateġiji aktar riskjużi. Għandha tiġi kkunsidrata stampa olistika ta’ mudell ta’ negozju sod.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-perijodu għall-iżborż ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010 , imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-iżborż għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta’ ġimgħa

(26) Il-perijodu għall-iżborż ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010 , imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-iżborż għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta' ħamest ijiem ta' xogħol.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 26 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Iżda f'ħafna każijiet, għadhom ma jeżistux il-proċeduri neċessarji għal limitu qasir għall-iżborż. Jekk madankollu, id-depożitaturi huma żgurati li l-limitu ta’ żmien għal żborż se jkun qasir u mbagħad, bil-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, il-limitu ta’ żmien ma jiġix rispettat, dan jaf ikun ta’ ħsara permanenti għall-fiduċja tad-depożitaturi fi skemi ta’ garanzija, b'hekk jitfixklu l-effett ta’ stabilizzazzjoni u l-għan tagħhom. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla, waqt perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2016, li jadottaw limitu ta’ żmien għall-iżborż ta' għoxrin jum ta’ xogħol jekk, wara eżami mill-awtoritajiet kompetenti, ikun ġie aċċertat li ż-żmien limitu mqassar għall-iżborż ma jistax jiġi realizzat. F'dak il-każ, il-proċeduri meħtieġa għal-limitu ta’ żmien ta' ħamest ijiem ta’ xogħol għall-iżborż għandu jiġi żviluppat u ttestjat sal-31 ta' Diċembru 2016. Sabiex jiġi assigurat li, waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni li jtemm fil-31 ta' Diċembru 2016, id-depożitanti ma jiltaqgħux ma' diffikultajiet finanzjarji fil-każ ta' falliment tal-istituzzjoni tal-kreditu tagħhom, id-depożitanti għandhom madankollu jkunu jistgħu jirċievu żborż sa EUR 5 000 mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti applikabbli fi żmien ħamest ijiem fuq id-depożitu eliġibbli għar-rimbors.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-informazzjoni hija element essenzjali fil-protezzjoni ta’ depożitanti . Għalhekk, id-depożitanti eżistenti għandhom ikunu infurmati, fir-rapporti dwar il-kontijiet tagħhom, dwar il-kopertura u l-iskema responsabbli tagħhom, filwaqt li dawk b'intenzjoni li jsiru depożitanti billi jikkontrofirmaw karta standardizzata ta' informazzjoni. Il-kontenut ta' din l-informazzjoni għandu jkun identiku għad-depożitanti kollha. L -użu mhux regolat fir-reklamar ta’ referenzi lejn l-ammont u l-ambitu ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti tista’ taffettwa l-istabbiltà tas-sistema bankarja jew tal-fiduċja tad-depożitanti . Għalhekk, referenza għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fir-riklami għandha tkun limitata għal referenza qasira u fattwali. Sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess għandhom jinfurmaw b'mod ċar lid-depożitanti dwar il-funzjoni tagħhom mingħajr ma jwiegħdu protezzjoni bla limiti tad-depożiti.

(28) L-informazzjoni hija element essenzjali fil-protezzjoni ta’ depożitanti . Għalhekk, id-depożitanti eżistenti għandhom ikunu infurmati, fir-rapporti dwar il-kontijiet tagħhom, dwar il-kopertura u l-iskema responsabbli tagħhom, filwaqt li dawk b'intenzjoni li jsiru depożitanti billi jikkontrofirmaw karta standardizzata ta' informazzjoni. Il-kontenut ta' din l-informazzjoni għandu jkun identiku għad-depożitanti kollha. L -użu mhux regolat fir-reklamar ta’ referenzi lejn l-ammont u l-ambitu ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti tista’ taffettwa l-istabbiltà tas-sistema bankarja jew tal-fiduċja tad-depożitanti . Għalhekk, referenza għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fir-riklami għandha tkun limitata għal referenza qasira u fattwali. Sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess għandhom jinfurmaw lid-depożitanti dwar id-dritt legali tagħhom fil-qafas tal-livell ta' kopertura stabbilita f'din id-Direttiva u dwar kif jopera mingħajr ma jwiegħdu protezzjoni bla limiti tad-depożiti.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti mill-Istati Membri, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jsir eħfef għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jibdew u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għad-depożitanti. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet tas-self bejn l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti stipulati f’din id-Direttiva huma ssodisfati u tiddikjara, fil-limiti stretti stabbiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li jistgħu jissellfu minn kull skema, ir-rata ta’ mgħax inizjali kif ukoll it-tul tas-self. F’dan ir-rigward, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha wkoll tiġbor l-informazzjoni dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fuq l-ammonti ta depożiti koperti minnhom, kif ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinfurma lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti l-oħra dwar l-obbligu tagħhom li jsellfu.

(32) Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti mill-Istati Membri, l-ABE għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jsir eħfef għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jibdew u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għad-depożitanti u jimminimizzaw ir-riskju għall-persuni li jħallsu t-taxxa. F'dan ir-rigward, l-ABE għandha tiġbor l-informazzjoni dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fuq l-ammonti ta' depożiti koperti minnhom, kif ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Hemm ħtieġa li jiġi introdott strument effikaċi biex jiġu stabbiliti standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji ħalli jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-Ewropa. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati sabiex tiġi standardizzata l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju.

imħassar

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Kif diġà msemmi fir-Regolament (UE) Nru. 1093/2010, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2010 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni tal-Kriżijiet Transkonfinali fis-Settur Bankarju, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-bżonn għal mekkaniżmu Ewropew li jsolvi l-kriżi bankarja. Mekkaniżmu bħal dan għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet bankarji għandu jitwaqqaf mingħajr ħsara għall-protezzjoni tad-depożitaturi permezz tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Artikolu 5(5).

(36) Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex taġġusta l-livell ta' kopertura għad-depożiti kollha tal-istess depożitant kif stabbilit f'din id-Direttiva skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-kambjamenti fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumaturi.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 35 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata l-poter li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji li jirrigwardaw id-definizzjonijiet u l-metodi tal-approċċ standard li jikkalkulaw kontribuzzjonijiet aġġustati skont ir-riskji minn istituzzjonijiet tal-kreditu għal Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti deskritti f'din id-Direttiva skont il-proċeduri provduti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiżviluppa tali standards regolatorji tekniċi u tippreżentahom lill-Kummissjoni biex taċċettahom sal-31 ta' Diċembru 2012.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar il-funzjonament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

1. Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar il-funzjonament tas-sistema Ewropea tal-Iskemi ta Garanzija tad-Depożiti nazzjonali biex jitwaqqaf netwerk ta’ sigurtà komuni li jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni lid-depożitanti fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha fuq bażi statutorja jew kontrattwali kif ukoll għall-iskemi tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha rikonoxxuti skont Artikolu 3(1) u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tagħhom. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jistgħu jassumu l-forma fuq bażi statutorja jew kontrattwali jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-iskemi tal-protezzjoni tal-instituzzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtoritajiet kompetenti jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati f'dak l-Artikolu u f'din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-iskemi tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet li mhumiex rikonoxxuti skont il-paragrafu 3 u li ma jiggarantixxux depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva, ħlief għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(5) u tal-aħħar subparagrafu tal-Anness III.

4. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, l-iskemi tal-protezzjoni li mhumiex rikonoxxuti skont l-Artikolu 3(1) ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva, ħlief għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 14(6a) u tal-aħħar subparagrafu tal-Anness III.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fl-ipoteżi li jiġi stabbilit Fond Ewropew għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet bankarji, il-Kummissjoni għandha tiżgura, bl-appoġġ tal-ABE, li l-livell ta’ protezzjoni tad-depożitaturi jibqa’ wieħed għoli.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "depożitu" tfisser kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skont il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli.

(a) "depożitu" tfisser:

 

(i) kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali, inklużi depożiti għal terminu fiss, depożiti ta’ tfaddil u depożiti reġistrati, u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skont il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli jew

 

(ii) kwalunkwe dejn ipprovat minn ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ta’ kreditu.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – subparagrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-eżistenza tiegħu tista' tiġi ppruvata biss b'ċertifikat li mhumiex rapport tal-kont;

għandu jkun reġistrat fuq id-detentur u mhux fuq isem ta’ persuna;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) ‘depożitatur’ tfisser id-detentur jew, fil-każ ta’ kont konġunt, kull wieħed u waħda mid-detenturi tad-depożitu;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – subpunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li fl-aspett tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista’ għal issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li jitħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan.

(i) l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li, skont l-informazzjoni li jkollhom attwalment disponibbli, l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ma tkunx tista’ għal dak il-perjodu, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, tħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; jew

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; or

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tiċċara dispożizzjonijiet legalment wisq vagi, li ma joffrux biżżejjed ċertezza legali. Id-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti relevanti li istituzzjoni finanzjarja mhix solventi għandha tkun sostnuta minn evidenza bbażata fuq l-informazzjoni li jkollhom dak il-ħin, mhux fuq il-fehmiet tagħhom (kif propost mill-Kummissjoni) għall-prevenzjoni ta' kull kontroversja possibbli fil-ġejjieni dwar id-deċiżjonijiet bla bażi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) ‘miżuri flimkien mal-istralċ ordinat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu’ tfisser miżuri biex jiġi evitat milli tiddaħħal l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu fost oħrajn:

 

(i) assistenza fl-akkwist ta' istituzzjoni ta’ kreditu li saret żbilanċjata;

 

(ii) trasferiment tad-depożiti u tal-beni korrispondenti, inklużi setturi tan-negozju lil istituzzjoni ta’ kreditu li sservi ta' konnessjoni;

 

(iii) obbligu ta' fużjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-kreditu;

 

(iv) stralċ ordinat bil-parteċipazzjoni ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'livell fil-mira' tfisser 1.5% tad-depożiti eleġibbli għal kopertura li tkun responsabbli għalihom Skema ta' Garanzija tad-Depożiti;

(h) 'livell fil-mira' tfisser 1.5% tad-depożiti koperti li tkun responsabbli għalihom Skema ta' Garanzija tad-Depożiti;

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) 'mezzi finanzjarji disponibbli ' tfisser kontanti, depożiti u assi b'riskju baxx bi żmien residwu għall-maturazzjoni finali ta' 24 xahar jew anqas, li jkunu jistgħu jiġu likwiditati f'limitu ta' żmien li ma jaqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 7(1);

(i)mezzi finanzjarji disponibbli tfisser kontanti, depożiti u assi briskju baxx, li jkunu jistgħu jiġu likwiditati flimitu ta żmien li ma jaqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 7(1) u sa 10% tal-assi mirhuna;

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) ‘Assi mirhuna’ tfisser impenji ta’ ħlasijiet appoġġjati kif xieraq minn kollaterali ta’ kwalità għolja u soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

- il-kollaterali jikkonsistu f’assi b’riskju baxx li ma jkunu mxekkla minn ebda drittijiet ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni libera, u allokati għall-użu esklussiv tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti li għandha d-dritt irrevokabbli li tikklejmja dawn il-ħlasijiet meta jkun hemm talba;

 

- istituzzjoni tal-kreditu hija intitolata għar-redditu fuq l-assi mirhuna minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu bħala kollaterali;

 

-il-kollaterali hija soġġetta għal analiżi “mark to market”, u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni “mark to market” tal-kollaterali tkun mill-anqas ugwali għall-impenn ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu fl-iskema; u

 

- ‘stimi tat-telf tal-valutazzjoni’ jiġu applikati fil-valutazzjoni tal-assi sottostanti u l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tirrikjedi li l-valur tas-suq aġġustat għall-istima tat-telf tal-assi sottostanti jinżamm tul iż-żmien;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ma għandux jeskludi fużjoni ma' skemi ta' Stati Membri differenti.

Dan ma għandux jeskludi l-istabbiliment ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti transkonfinali mill-Istati Membri jew il-fużjoni minn naħa tagħhom ma' skemi ta' Stati Membri differenti. F’dan il-każ l-approvazzjoni għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti bil-parteċipazzjoni tal-ABE.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tar-rikonoxximent u l-awtorizzazzjoni ta' Skemi ta' Garanzija tad-depożiti, wieħed għandu jagħti każ li jkollhom biżżejjed stabbiltà u li jkun hemm kompożizzjoni bilanċjata tal-Iskemi ġodda u eżistenti ta' Garanzija tad-Depożiti relatati ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu affiljati.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi mitfuħa fuqha bħala membru ta’ Skema ta’ Garanzija ta’ Depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati u, b’kollaborazzjoni mal-iskema ta’ garanzija, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta’ sanzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha.

2. Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi imposti fuqha bħala membru ta’ Skema ta’ Garanzija ta’ Depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati minnufih u, b’kollaborazzjoni mal-Iskema ta’ Garanzija ta’ Depożitu, għandhom jieħdu fil-pront il-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta’ sanzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' problemi finanzjarji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jiġu informati bla dewmien u li sussegwentement l-awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, jaġixxu malajr sabiex iħarsu lill-konsumatur.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu supervizzati għall-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi kontinwa.

5. L-Iskemi ta Garanzija tad-Depożiti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu sorveljati bi qbil mar-regoli eżistenti tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) għall-konformità tagħhom ma din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi kontinwa, f’konformità mar-regoli eżistenti tas-sistema Ewropea ta’ superviżjoni.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti transkonfinali, is-superviżjoni għandha tkun f'idejn l-ABE bil-parteċipazzjoni ta' korp, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi rispettivi fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu affiljati.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta’ Garanzija għad-Depożiti jwettqu testijiet tas-sistemi tagħhom u li jiġu infurmati fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi fistituzzjoni ta kreditu li xaktarx jagħtu lok għall-intervent ta’ Skemi ta Garanzija għad-Depożiti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-approċċi alternattivi adottati minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3a) jew mal-linji gwida adottati mill-ABE skont l-Artikolu 11(5), li jwettqu testijiet tas-sistemi tagħhom u li jiġu infurmati immedjatament fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi f'istituzzjoni ta' kreditu li x'aktarx jagħtu lok għal intervent ta' Skemi ta' Garanzija għad-Depożiti. L-ABE għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn it-testijiet għandhom isiru tal-anqas kull tliet snin jew meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi. L-ewwel test għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2013.

Dawn it-testijiet għandhom isiru tal-anqas kull tliet snin jew b'mod aktar frekwenti meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi. L-ewwel test għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2013.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ABE għandha tibgħat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru.1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (BERS) fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-BERS, l-informazzjoni rigward l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti li hija meħtieġa għall-analiżi tar-riskju sistematiku.

 

____________________

 

1ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fdan ir-rigward l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha twettaq perjodikament analiżijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 15 tar-[regolament tal-ABE]. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 56 ta' dak ir-Regolament meta jiskambjaw informazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea.

F'dan ir-rigward l-ABE għandha mill-inqas kull ħames snin twettaq analiżi bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Tali eżamijiet mill-ġdid bejn il-pari għandhom jinkludu fost l-oħrajn prattiki ta’ governanza korporattiva skont il-paragrafu 7a. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru. 1093/2010 meta jiskambjaw informazzjoni mal-ABE.

 

Barra minn hekk l-ABE għandu jkollha s-setgħa li teżamina r-reżistenza għall-istress tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kull sena bi qbil ma’ xenarji differenti ta’ punti determinanti predefiniti, abbażi ta’ ċifri aġġornati, biex jiġi deċiż jekk ikunx xieraq li jsir aġġustament tal-mudell ta’ kalkolu attwali u l-livell fil-mira. F’dan il-kuntest it-test tar-reżistenza għall-istress għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarji li ġejjin:

 

(a) xenarju ta’ impatt żgħir;

 

(b) xenarju ta’ impatt medju;

 

(c) xenarju ta’ impatt kbir.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom jirċievu mingħand il-membri tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja ripagament tad-depożitanti, fosthom il-marki taħt l-Artikolu 4(2). L-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq test tal-istress għandha tkun ippreżentata lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti fuq bażi kontinwa. Din l-informazzjoni għandha tkun anonima. L-informazzjoni miksuba tista' tintuża biss għat-twettiq tat-test tal-istress jew fit-teħħija ta' ripagamenti u ma għandhiex tinżamm aktar milli hu meħtieġ għal dawk il-finijiet.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom jirċievu mingħand il-membri tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja ripagament tad-depożitanti, fosthom il-marki taħt l-Artikolu 4(2). L-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq test tal-istress għandha tkun ippreżentata lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti fuq bażi kontinwa. Din l-informazzjoni għandha tkun anonima. L-informazzjoni miksuba tista tintuża biss għat-twettiq tat-test tal-istress, għall-analiżi tal-evoluzzjoni storika tar-reżistenza tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jew għall-preparazzjoni ta’ ħlasijiet lura u għandha tinżamm kunfidenzjali.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti tagħhom ikollhom prattiki sodi ta’ governanza korporattiva fis-seħħ. B'mod partikolari:

 

(a) bordijiet tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom jinkludu mill-anqas membru mhux eżekuttiv wieħed u għandu jkollhom proċessi miftuħa u trasparenti biex jaħtru l-bord;

 

(b) L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom jipproduċu rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) depożiti li joriġinaw minn tranżazzjonijiet li b’konnessjoni magħhom kien hemm kundanna kriminali għal kif definit fl-Artikolu 1 (C) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE

(c) depożiti li joriġinaw minn tranżazzjonijiet li b’konnessjoni magħhom kien hemm kundanna kriminali għal ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu1;

 

__________________

 

1 ĠU L 309, 25.11.05, p. 15.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) id-depożiti li fir-rigward tagħhom id-depożitant u l-istituzzjoni tal-kreditu jkunu qablu kuntrattwalment li d-depożitu għandu jiġi applikat it-trasferiment ta’ obbligi speċifiċi tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu jew xi parti oħra, bil-kundizzjoni li bis-saħħa tal-liġi jew ta’ arranġamenti kuntrattwali, l-ammont tad-depożitu jista’ jinbeda mid-depożitant jew jinbeda awtomatikament permezz ta’ tali obbligi f’ċirkostanzi fejn id-depożitu altrimenti kien isir depożitu mhux disponibbli;

Ġustifikazzjoni

Depożiti li jaġixxu bħala kollaterali u jkunu legalment marbuta strettament ma’ self jew obbligu ieħor tad-depożitant għandhom jiġu eżentati. Dawn id-depożiti ma jaġixxux bħala tfaddil tad-depożitanti iżda bħala kollaterali għall-obbligi u jonqsu wara t-trasferiment tal-obbligi tad-depożitant.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) depożiti li d-detenturi tagħhom qatt ma ġew identifikati skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/308/KEE, meta ma jiqbgħux disponibbli,

(f) depożiti li d-detenturi tagħhom ġew identifikati skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/308/KEE fil-mument tal-attivazzjoni, waqt u wara l-ħlas lura tal-garanziji tad-depożitu;

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta’ din l-emenda huwa biex tikkjarifika li l-garanziji tad-depożitu li jkunu tħallsu bi żball minħabba l-insolvenza ta’ istituzzjoni tal-kreditu lil detentur li jkun għadu mhux identifikat skont l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 91/308/KEE fil-mument tal-iżborż jistgħu jiġu rtirati.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) depożiti minn fondi tal-pensjonijiet u tal-irtirar,

(i) depożiti minn fondi tal-pensjonijiet u tal-irtirar, barra dawk fi skemi ta’ pensjoni personali jew fi skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali ta’ impjegatur li ma jkunx kumpanija kbira;

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) depożiti mill-awtoritajiet,

(j) depożiti mill-Istat u minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali u lokali;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti mill-awtoritajiet lokali jkunu disponibbli għal ħlasijiet lura minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti sakemm tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

 

(i) ma jimġjegawx bħala rutina teżorier professjonali; jew

 

(ii) it-telf tad-depożiti jkun ta’ xkiel serju għall-għoti kontinwu tas-servizzi tal-gvern lokali.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Minbarraa dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, li d-depożiti li ġejjin ikunu protetti b'mod komplut:

 

(a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari relatati ma proprjetajiet reżidenzjali privati sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat jew mill-mument li fih tali depożiti jsiru legalment trasferibbli;

 

(b) depożiti li jissodisfaw skopijiet definiti fil-liġi nazzjonali li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, ħruġ bil-pensjoni, tkeċċija, senjsar, invalidità għax-xogħol jew mewt ta' depożitant, għal perjodu ta' mhux iktar minn tnax-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat;

 

(c) depożiti li jissodisfaw għanijiet definiti fil-liġi nazzjonali u jibbażaw fuq il-ħlas ta' benefiċċji ta’ assikurazzjoni, kumpens għal korrimenti kriminali jew kundanni żbaljati, għal tul ta' żmien ta' mhux iktar minn tnax-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kreditat jew mill-mument meta tali depożiti jkunu jistgħu jiġu trasferiti b’mod legali.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jikkonferixxu dritt legali skont il-paragrafu 1. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti li ġejjin ikunu koperti sakemm l-ispejjeż ta' dawn ir-ripagamenti ma jkunux soġġetti għall-Artikoli 9, 10 u 11:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitaturi jkunu legalment intitolati għal-livell ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 1.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet reżidenzjali sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat;

imħassar

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) depożiti li jissodisfaw kunsiderazzjonijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u li huma marbuta ma’ avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, invalidità jew mewt ta’ depożitant. Il-kopertura ma għandhiex taqbeż perjodu ta' 12-il xahar wara dan l-avveniment.

imħassar

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 2 ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu skemi li jipproteġu prodotti ta' provediment u pensjonijiet tal-anzjanità, sakemm dawn l-iskemi ma jkoprux biss id-depożiti iżda joffru kopertura komprenżiva tal-prodotti u s-sitwazzjonijiet rilevanti f'dan ir-rigward.

3. Il-paragrafu 1 ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu skemi li jipproteġu prodotti ta' provediment u pensjonijiet tal-anzjanità, sakemm dawn l-iskemi ma jkoprux biss id-depożiti iżda joffru kopertura komprenżiva tal-prodotti u s-sitwazzjonijiet rilevanti f'dan ir-rigward.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fir-rigward ta’ depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin fl-Istati Membri li kienu diġà saru qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u fir-rigward ta’ depożiti ta’ depożitanti li l-post ta’ residenza prinċipali tagħhom ikun fi Stat Membru li, qabel Jannar 2008, kellu livell ta’ kopertura bejn EUR 100 000 u EUR 300 000 għal depożiti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, li l-livell ta’ kopertura fiss li kien fis-seħħ sa dak iż-żmien jista’ jibqa’ fis-seħħ bla ma jinbidel. F'dan il-każ, il-livell fil-mira u l-kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu aġġustati bl-istess mod.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-depożiti għandhom jitħallsu fil-munita li fiha jkun il-kont. L-ammonti espressi f’euro msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu kkonvertiti f'muniti nazzjonali oħra l-ammonti effettivament imħallsa lid-depożitanti għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

4. Id-depożiti għandhom jitħallsu fil-munita tal-Istat Membru, li fih ikun il-kont jew bl-euro. Fil-każ tad-depożiti espressi f’munita oħra, id-depożitaturi għandhom ikunu intitolati li jiddeċiedu jekk is-somom għandhomx ikunu:

 

(i) imħallsa fil-munita li fiha kien il-kont sa data speċifikata li jkun hemm qbil dwarha mal-awtoritajiet kompetenti u li hija aktar tard mill-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(1), jew

 

(ii) imħallsa fil-munita tal-Istat Membru li fiha kien il-kont li f’dak il-każ, ir-rata tal-kambju li tintuża għandha tkun dik għall-munita li fiha kien inżamm id-depożitu sad-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni mill-anqas kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, billi jitqies partikolarment ta’ żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja Unjoni. L-ewwel reviżjoni m’għandhiex isseħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 sakemm ma ssirx meħtieġa reviżjoni aktar kmieni minħabba avvenimenti mhux previsti.

6. L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni, appoġġat mill-ABE, mill-anqas darba kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, billi jitqies partikolarment ta’ żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja Unjoni. L-ewwel rieżami m’għandux iseħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2015 sakemm ma ssirx meħtieġa reviżjoni aktar kmieni minħabba avvenimenti mhux previsti.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammonti msemmija fil-paragraf 1 skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.

7. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 rigward l-aġġornament perjodiku, mill-inqas kull ħames snin, tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea mill-aħħar aġġustament.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skont l-Artikolu 16

 

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-data ta' referenza għall-kalkolu tal-ammont ripagabbli għandha tkun id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). L-obblikazzjonijiet tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-ammont ripagabbli.

4. Id-data ta' referenza għall-kalkolu tal-ammont ripagabbli għandha tkun id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). L-obbligazzjonijiet tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-ammont ripagabbli, sakemm ma jirrigwardax obbligazzjonijiet tad-depożitant li jagħlqu fid-data ta' referenza.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għall-fini tar-rimborż skont l-Artikolu 7(1), id-depożiti ta' depożitant mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu ma jistgħux jinġabru fejn il-liġi tal-Istat Membru huwa permess li istituzzjonijiet ta’ kreditu jidhru taħt ismijiet differenti. Id-depożiti mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu bl-istess isem tad-ditta għandhom ikunu aggregati, u għalihom għandu japplika l-livell ta’ kopertura stipulat fl-Artikolu 5(1). Jekk dan il-kalkolu jwassal għal ammont akbar ta’ depożiti koperti għal kull depożitant u għal kull istituzzjoni tal-kreditu minn dak stipolat fl-Artikolu 5, il-kontribuzzjonijiet lill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti kkalkulati skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiżdiedu skont dan.

 

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jippermettix protezzjoni separata tad-depożitu għad-ditti kollha fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu, allura d-detentur u d-ditti ma jkunux garantiti b’mod separat. L-aggregazzjoni ta’ depożiti għal ditti differenti mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex tapplika transkonfinalment.

 

L-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-Istati Membri li japplikaw din id-dispożizzjoni ma jistgħux joffru kopertura ta' dan it-tip f’dawk il-fergħat tagħhom operati fi Stati Membri li ma jippermettux li istituzzjonijiet ta' kreditu joperaw taħt ismijiet kummerċjali differenti.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7 jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li sal-31 ta' Diċembru 2016 japplika limitu ta’ żmien għar-rimborż ta' għoxrin ġurnata, sakemm wara analiżi bir-reqqa tal-fatti, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu, li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għadhom mhumiex fil-pożizzjoni li jiggarantixxu skadenza tar-rimborż ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Jekk l-Istati Membri jkunu adottaw estensjoni fl-iskadenza tar-rimborż ta' għoxrin ġurnata sal-31 ta' Diċembru, id-depożitant, jekk jiġi mitlub mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, għandu jitħallas somma ta’ darba li tista' tiġi rimborżata sa EUR 5 000 fi żmien limitu ta' ħamest ijiem ta’ xogħol.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Ħlas lura jew żborż kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun pospost fil-każijiet li ġejjin:

 

(i) ikun hemm inċertezza dwar jekk persuna hix intitolata legalment biex tirċievi ħlas lura jew id-depożitu jkun soġġett għal tilwima legali;

 

(ii) id-depożitu jkun soġġett għal penali ekonomiċi imposti minn gvernijiet nazzjonali jew entitajiet internazzjonali;

 

(iii) ma tkun saret l-ebda tranżazzjoni relatata mad-depożitu fi żmien 24 xahar (il-kont ikun inattiv);

 

(iv) l-ammont li jrid jitħallas lura jitqjies bħala parti minn bilanċ għoli temporanju kif definit fl- Artikolu 5(1a);

 

(v) l-ammont li jrid jitħallas lura jkollu jitħallas mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu tal-Istat Membru ospitanti bi qbil mal-Artikolu 12(2).

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kwalunkwe korrispondenza bejn l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti u d-depożitanti  għandh mħejjija fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun jinstab id-depożitu ggarantit. Jekk bank jopera direttament fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun stabbilixxa fergħat, l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa li kienet intgħażlet mid-depożitant meta nfetaħ il-kont.

3. Kwalunkwe korrispondenza bejn l-Iskema ta Garanzija tad-Depożiti u d-depożitanti għandha tkun imħejjija fil-lingwa uffiċjali tal-Unjoni li l-istituzzjoni ta’ kreditu fejn ikun jinsab id-depożitu garantit juża biex jikkomunika mad-depożitant jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun jinstab id-depożitu ggarantit. Jekk bank jopera direttament fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun stabbilixxa fergħat, l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa li kienet intgħażlet mid-depożitant meta nfetaħ il-kont.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Independentament mill-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragraf 1, meta depożitant jew xi persuna intitolata lejn jew interessata fis-somom miżmuma f’kont tkun ġiet akkużata b’offiża li toriġina minn jew b’relazzjoni mal-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/308/KEE, l-Iskema ta’Garanzija tad-Depożiti tista’ tissospendi l-pagament sakemm ikun hemm sentenza  mill-qorti.

4. Independentament mil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1, meta depożitant jew xi persuna intitolata lejn jew interessata fis-somom miżmuma f’kont tkun ġiet akkużata b’offiża li toriġina minn jew b’relazzjoni mal-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KEE, l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti tista’ tissospendi temporanjament il-pagament li jikkonċerna d-depożitant sakemm ikun hemm sentenza mill-qorti.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. M’għandu jkun hemm l-ebda ħlas lura fejn ma jkunx hemm tranżazzjoni relatata mad-depożitu fl-aħħar 24 xahar u l-valur tad-depożitu jkun aktar baxx mill-ispejjeż amministrattivi li joħorġu mill-ħlas lura.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tad-depożita għal kumpens jista’ jkun suġġett għal azzjoni mid-depożitant kontra l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tad-depożita għal kumpens jista’ jkun suġġett għal azzjoni kontra l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet oħra li huma jista’ jkollhom permezz tal-liġi nazzjonali u soġġett għall-paragrafu 3 , skemi li jagħmlu pagamenti permezz ta’ garanzija għandhom ikollhom id-dritt ta’ surrogazzjoni għad-drittijiet ta’ depożita fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammont ekwivalenti tal-pagamenti tagħhom.

2. Mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet oħra li huma jista’ jkollhom permezz tal-liġi nazzjonali, skemi li jagħmlu pagamenti permezz ta’ garanzija f’qafas nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt ta’ surrogazzjoni għad-drittijiet ta’ depożitanti fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammont ekwivalenti tal-pagamenti tagħhom.

 

Id-drittijiet soġġetti għad-dritt ta’ surrogazzjoni msemmi f’dan il-paragrafu għandu jkollhom prijorità immedjata wara d-dritt tad-depożitant imsemmi fil-paragrafu 1 u qabel id-drittijiet l-oħra kollha fuq il-likwidatur.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tintroduċi l-prinċipju li, fil-każijiet meta SGD tislef lil skema oħra, l-iskema li ssellef għandu jkollha l-ewwel post wara d-dritt tad-depożitanti fil-proċeduri tal-likwidazzjoni. Sabiex l-SGD kollha jiġu ttrattati bl-istess mod (irrispettivament minn jekk dawn sellfux lil skema oħra) dan il-prinċipju għandu jkun introdott bħala prinċipju ġenerali fil-każijiet kollha li fihom ifalli bank u sabiex jiġi assigurat trattament ugwali fost l-SGD kollha iżda fi ħdan qafas nazzjonali biss.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli permezz tal-kontribuzzjonijiet regolari mingħand il-membri tagħhom fit-30 ta' Ġunju u t-30 ta' Diċembru ta' kull sena. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra. Ma jistgħux jintalbu tariffi ta' darba mad-dħul.

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli permezz ta' kontribuzzjoni regolari għall-anqas darba fis-sena mingħand il-membri tagħhom. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra. Ma jistgħux jintalbu tariffi ta' darba mad-dħul.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mezzi finanzjarji disponibbli għandhom tal-anqas jilħqu l-livell fil-mira. Meta l-kapaċità finanzjarja ma tilħaqx il-livell fil-mira, għandu jerġa' jibda l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-anqas sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Meta il-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, il-kontribuzzjonijiet regolari ma għandhomx ikunu ta’ inqas minn 0.25% tad-depożiti eleġibbli.

Il-mezzi finanzjarji disponibbli għandhom tal-anqas jilħqu l-livell fil-mira. Meta l-kapaċità finanzjarja ma tilħaqx il-livell fil-mira, għandu jerġa jibda l-pagament tal-kontribuzzjonijiet sakemm jerġa’ jintlaħaq il-livell fil-mira. Il-kontribuzzjoni regolari għandha tqis kif suppost iċ-ċiklu tan-negozju u m’għandux ikun inqas minn 0.1% tad-depożiti koperti. L-obbligu li jitħallsu l-kontribuzzjonijiet japplika biss meta l-ammont ta’ fondi fl-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jkun anqas mil-livell fil-mira. Wara li l-livell fil-mira jkun intlaħaq għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira minħabba l-fondi li jkunu tħallsu, il-kontribuzzjonijiet regolari ma għandhomx ikunu ta’ inqas minn 0.25% tad-depożiti koperti.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammont kumulat ta' depożiti u investimenti ta' skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha. Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, kif definit fid-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini li jiġi kkalkulat dan il-limitu.

2. Il-mezzi finanzjarji disponibbli ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu investiti b'riskju żgħir u b'mod diversifikat biżżejjed, u m’għandhomx jaqbżu 5% tal-mezzi finanzjarji disponibbli tal-iskema, sakemm għal dawn id-depożiti jew l-investimenti ma japplikax ippeżar tar-riskju null skont l-Anness VI Parti I tad-Direttiva 2006/48. Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta kontijiet konsolidati, kif definit fid-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għal dan l-iskop.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jkunux suffiċjenti biex jitħallsu lura d-depożitanti meta d-depożiti ma jibqgħux disponibbli, il-membri tagħha għandhom iħallsu kontribuzzjonijiet straordinarji li ma jaqbżux 0.5% tad-depożiti eliġibbli tagħhom kull sena tal-kalendarju. Dak il-pagament għandu jsir jum qabel il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 7(1).

3. Jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jkunux suffiċjenti biex jitħallsu lura d-depożitanti meta d-depożiti ma jibqgħux disponibbli, il-membri tagħha għandhom iħallsu kontribuzzjonijiet straordinarji li ma jaqbżux 0.5% tad-depożiti koperti tagħhom kull sena tal-kalendarju. Dak il-pagament għandu jsir jum qabel il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 7(1).

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont kumulat tal-kontribuzzjonijiet imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jistax jaqbeż il-1% tad-depożiti eleġibbli kull sena tal-kalendarju.

L-ammont kumulat tal-kontribuzzjonijiet imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 ma jistax jaqbeż il-1% tad-depożiti koperti kull sena tal-kalendarju.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw parzjalment jew għal kollox istituzzjoni tal-kreditu mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 jekk is-somma tal-pagamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 thedded is-saldu tal-pretensjonijiet ta’ kredituri oħra fuqha. Dawn l-eċċezzjonijiet ma għandhomx jingħataw għal aktar minn 6 xhur iżda jistgħu jiġġeddu fuq talba tal-istituzzjoni tal-kreditu.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b’mod temporanju istituzzjoni tal-kreditu mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 jekk is-somma tal-pagamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 thedded is-saldu tal-pretensjonijiet ta’ kredituri oħra fuqha. Dawn l-eċċezzjonijiet ma għandhomx jingħataw għal aktar minn 6 xhur iżda jistgħu jiġġeddu fuq talba tal-istituzzjoni tal-kreditu. Is-somma konċernata għandha tkun fornuta aktar tard fiż-żmien, meta l-pagament ma jipperikolax aktar ir-riżoluzzjoni tal-klejms ta’ kredituri oħra. Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħarsu u jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva. Sa terz tal-mezzi finanzjarji disponibbli jistgħu jintużaw għal miżuri preventivi u ta' appoġġ skont din id-Direttiva. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tippreżenta rapport lill-awtorità kompetenti fi żmien xahar, fejn hija turi li nżamm il-limitu ta' terz tal-mezzi finanzjarji disponibbli.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F’dan il-każ, l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx.

imħassar

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jużaw il-mezzi finanzjarji tagħhom sabiex jevitaw falliment ta' bank mingħajr ma jkunu ristretti li jiffinanzjaw it-trasferiment tad-depożiti f'istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm ikunu ssodifati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

imħassar

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) wara din il-miżura l-mezzi ta' skema finanzjarja jaqbżu 1% tad-depożiti eleġibbli;

imħassar

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, fi żmien xahar mid-deċiżjoni tagħha li tieħu din il-miżura, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx. .

imħassar

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perċentwali msemmi f'(a) jista' jiġi stipulat bejn 0,75% u 1%, każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba motivata mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata.

imħassar

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli biex jaqbżu l-limitu minimu ta' paragrafu 5 għal miżuri preventivi u ta' appoġġ, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tiddisponi minn skemi adattati meta mqabbla mal-istituzzjonijiet konnessi magħhom għas-sorveljanza u l-klassifikazzjoni tar-riskji b'possibilitajiet rispettivi tal-eżerċitazzjoni tal-influwenza;

 

(b) l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tiddisponi mill-proċeduri u strutturi neċessarji għall-għażla, it-tmexxija u l-immonitorjar ta' miżuri preventivi u ta' appoġġ;

 

(c) l-għoti ta' miżuri preventivi u ta' appoġġ mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti huwa konness ma' kundizzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu, li jinkludi għall-anqas immonitorjar imsaħħaħ tar-riskji u aktar drittijiet tal-verifika tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti;

 

(d) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati jipprovdu b’mod immedjat lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti bil-mezzi użati għall-miżuri preventivi u ta' appoġġ fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji, f'każ ta' rimborż lid-depożitanti u l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw għal inqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira;

 

(e) il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati biex iħallsu l-kontribuzzjonijiet straordinarji skont punt (d) hu assigurat skont l-opinjoni tal-awtorità superviżorja kompetenti.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat l-istralċ ordinat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depożiti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-ABE fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kull xahar lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-ammont ta' depożiti eleġibbli u d-depożiti koperti fl-Istat Membru tagħhom u dwar l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom. Din l-infomazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u flimkien ma' din il-konferma għandha tintbagħat lill-Awtorità Bankarja Ewropea fi żmien għaxart (10) ijiem mill-aħħar tax-xahar.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kull tliet xhur lill-ABE dwar l-ammont ta’ depożiti eleġibbli u d-depożiti koperti fl-Istat Membru tagħhom u dwar l-ammont ta’ mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti tagħhom. Din l-infomazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u flimkien ma' din il-konferma għandha tintbagħat lill-ABE fi żmien xahar.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas darba fis-sena l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas darba fis-sena l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u tal-ABE.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom jissodisfaw ir-regoli speċifiċi ta’ governanza u għandhom jifformaw kumitat speċjali li jkun magħmul minn rappreżentanti għoljin tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti, il-membri tagħha u tal-awtoritajiet rilevanti li jfasslu u jiddeċiedu dwar linji gwida tal-investiment trasparenti għall-mezzi finanzjarji disponibbli. Dawn il-linji gwida għandhom jikkunsidraw fatturi bħat-tul ta’ żmien tal-ippariġġjar, il-kwalità, id-diversifikazzjoni u l-korrelazzjoni tal-investimenti.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Skema għandu jkollha d-dritt li tissellef mingħand l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) fi ħdan l-Unjoni sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) M'hemmx obbligu għall-għoti ta' kreditu bejn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom madankollu jkollhom l-għażla li jsellfu għal skemi oħra fi ħdan l-Unjoni fuq bażi volontarja, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) l-iskema li tissellef għandha tiddikjara l-ammont ta' flus mitluba.

f) l-iskema li tissellef għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ammont ta' flus mitluba;

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-ammont totali misluf ma jistax jaqbeż 0.5% tad-depożiti eleġibbli tal-iskema li tissellef.

(g) l-ammont totali misluf ma jistax jaqbeż 0.5% tad-depożiti koperti tal-iskema li tissellef;

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

imħassar

[l-ammont ta’ depożiti koperti li għandu jitħallas lura skont l-Artikolu 8(1)] – [mezzi finanziari disponibili] + l-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet straaordinarji msemmi fl-Artikolu 9(3)] + l-ammont ta’ skemi ta’ finanzjament alternattivi fl-Artikolu 9, paragrafu 3.

 

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra għandhom jaġixxu ta' skemi mutwanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri fejn huma stabbiliti aktar minn skema waħda għandhom jiddeżinjaw skema waħda li taġixxi ta' skema li ssellef ta' dan l-Istat Membru u tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi rrimburżata l-iskema tas-self mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra stabbiliti fl-istess Stat Membru, u kif.

imħassar

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) kull skema għandha ssellef l-ammont proporzjonat mal-ammont ta' depożiti eleġibbli f'kull skema mingħajr ma tqis l-iskema li tissellef u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmija fil-punt (a). L-ammonti għandhom jiġi kkalkulati skont l-aħħar informazzjoni mensili kkonfermata msemmija fl-Artikolu 9(7);

imħassar

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) ir-rata tal-imgħax għandha tkun ekwivalenti għar-rata marġinali tal-faċilità tas-self tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu tal-kreditu.

(c) ir-rata tal-imgħax stabbilita għandha tkun għallanqas ekwivalenti għar-rata marġinali tal-faċilità tas-self tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu tal-kreditu.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-istituzzjoni li tissellef għandha tinforma lill-ABE dwar ir-rata ta' imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta’ żmien tas-self.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkonferma li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew ssodisfati, jiddikjaraw l-ammonti li għandhom jissellfu minn kull skema kif ikkalkulati skont il-paragrafu 2(a) u r-rata inizjali tal-imgħax skont il-paragrafu 2(c) kif ukoll it-tul tal-perjodu tas-self.

L-ABE għandha tikkonferma li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu ġew ssodisfati.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tittrasmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmijia fil-paragrafu 1(h) lill-Iskemi ta Garanzija tad-Depożiti. Din il-konferma u din l-informazzjoni għandhom jaslu fi żmien jumejn (2) tax-xogħol. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li ssellfu għandhom, mingħajr dewmien iżda l-aktar tard fi żmien jumejn (2) tax-xogħol wara l-wasla jwettqu l-pagament tas-self lill-iskema li tissellef.

L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tittrasmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(h) lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Huma għandhom jirċievu din il-konferma u l-informazzjoni fi żmien 2-il jum.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-grad ta’ riskju li jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75% jew aktar minn 200% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta’ Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) iħallsu lill-Iskemi ta Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37.5% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank briskju medju.

(1) Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru proporzjonali għall-grad ta’ riskju li jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75% jew aktar minn 250% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta' skemi ta protezzjoni msemmija fl-Artikolu 1(4) iħallsu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37.5% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju.

 

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kontribuzzjonijiet aktar baxxi għal setturi b’riskju żgħir li huma gvernati minn liġijiet speċjali.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-determinazzjoni tal-grad ta' riskju mġarrab u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikun abbażi tal-elementi msemmija fl-Annessi I u II.

(2) Annessi I u II jiddeskrivu l-approċċ standardizzat għad-determinazzjoni tal-grad ta' riskju mġarrab u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmja fl-Artikolu 1(2).

imħassar

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Permezz ta’ deroga mill-approċċ standardizzat fil-paragrafi 1 u 2, Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-metodi bbażati fuq ir-riskju tagħhom stess bħala approċċi alternattivi biex jiddeterminaw il-grad ta' riskju li huma esposti għalihom il-membri u biex jikkalkulaw il-kontribuzzjonijiet ta' entitajiet membri għall-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu jkun proporzjonali għar-riskju kummerċjali tal-istituzzjoni kkonċernata u għandu jikkunsidra l-profili ta' riskju tad-diversi mudelli kummerċjali. L-approċċi alternattivi jistgħu jikkalkulaw ukoll il-bażi kontributtiva minn naħa tal-assi tal-attività ta' bilanċ u jikkunsidraw bħala indikaturi tar-riskju l-adegwatezza tal-kapital, il-kwalità tal-assi kif ukoll il-likwidità. L-approċċi alternattivi għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi u mill-ABE u għandhom jikkonformaw mal-linji gwida żviluppati mill-ABE skont l-Artikolu 11(5). L-ABE għandha tagħmel rieżami tal-konformità mal-linji gwida kull meta skema tkun mibdula u din għandha ssir regolarment li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex ikunu żgurati elementi speċifiċi tad-definizzjonijiet u l-metodi skont l-Anness II il-Part A, qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummussjoni. Dawn l-abbozzi ta' standards regolatorji għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 7 sa 7d ta' [ir-Regolament ABE]. L-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji biex tissottomettihom lill-Kummissjoni.

(4) Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tad-definizzjonijiet u l-metodi deskritti fl-Anness II il-Parti A għall-approċċ standardizzat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. Jekk ikun neċessarju, l-ABE tista’ tissuġġerixxi aġġustamenti għad-definizzjonijiet u metodi biex jiżguraw il-komparabbiltà sħiħa u jiġu evitati elementi li joħolqu d-distorsjonijiet. L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji tagħha lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.

 

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha affiljati mal-istess korp ċentrali skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/48/KE huma soġġetti b’mod ġenerali għall-ippeżar tar-riskju determinat għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati tiegħu fuq bażi konsolidata. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom iħallsu kontribuzzjoni minima, irrispettivament mill-ammont tad-depożiti koperti tagħhom.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkunsidra fl-analiżi tar-riskju tagħha, u għat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ standards regolatorji tal-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-governanza stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Hija għandha tiżgura t-tixrid ta’ eżempji tal-aħjar prattika permezz tas-SESF.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Anness II il-Parti B skont [l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-ABE].

(5) Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Anness II il-Parti B u dwar il-metodi separati bbażati fuq ir-riskju żviluppati mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti skont il-paragrafu 3a skont il-proċedura fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-depożitanti fil-fergħat stabbiliti minn istituzzjonijiet tal-kreditu fi Stati Membri oħra jew fi Stati Membri fejn istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor topera għandhom jiġu mħallsa lura mill-iskema tal-Istat Membru ospitanti f’isem l-iskema fl-Istat Membru tad-domiċilju. L-iskema tad-domiċiju għandha tirrimborża lill-iskema ospitanti.

Id-depożitanti fil-fergħat stabbiliti minn istituzzjonijiet tal-kreditu fi Stati Membri oħra jew fi Stati Membri fejn istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor topera għandhom jiġu mħallsa lura mill-iskema tal-Istat Membru ospitanti f’isem l-iskema fl-Istat Membru tad-domiċilju. L-iskema tad-domiċilju għandha tipprovdi l-fondi meħtieġa minn qabel biex tippermetti lill-iskema tal-Istat Membru ospitanti tissodisfa l-obbligu tal-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju li tħallas lura lid-depożitanti hekk kif stabbilit f’paragrafu 1.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Jekk istituzzjoni tal-kreditu ma tibqax membru ta' skema u tissieħeb fi skema oħra, il-kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-sitt (6) xhur ta' qabel ma tkun irtirat is-sħubija għandhom jiġi rimborżati jew ittrasferiti lill-iskema l-oħra. Dan ma għandux japplika jekk istituzzjoni tal-kreditu ġiet eskluża minn skema skont l-Artikolu 3(3).

(3) Jekk istituzzjoni tal-kreditu ma tibqax membru ta' skema u tissieħeb fi skema oħra, il-kontribuzzjonijiet mħallsa waqt l-aħħar sena ta' qabel ma tkun irtirat is-sħubija għandhom jiġu rimborżati jew ittrasferiti lill-iskema l-oħra, sakemm dawn mhumiex żidiet f’kontribuzzjonijiet regolari skont l-Artikolu 9(1), subparagrafu 3, sentenza 4 jew kontribuzzjonijiet straordinarji skont l-Artikolu 9(3). Dan ma għandux japplika jekk istituzzjoni tal-kreditu ġiet eskluża minn skema skont l-Artikolu 3(3).

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jixtiequ jitrasferixxu volontarjament minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti għal oħra, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, iridu jagħtu notifika ta’ mill-anqas sitt xhur ta’ din l-intenzjoni. Matul dan il-perjodu, l-istituzzjoni tal-kreditu tibqa’ taħt l-obbligu li tikkontribwixxi lill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti oriġinali tagħha kemm f’termini ta’ finanzjament ex-ante kif ukoll ex-post.

Ġustifikazzjoni

In the case of the expectation or threat of one credit institution becoming insolvent in the near future, other credit institutions, which are members of the same DGS as the failing institution, face a very likely increase in their contributions to the scheme (both in the form of ex-post and increased regular contributions). There is thus a strong financial incentive for these institutions to transfer to another DGS in the same Member State, where no additional contributions will be imposed, as no other member of this DGS is expected to become insolvent. The 6 months notice period is thus considered as an appropriate period of time to ensure that the reason for a transfer of an institution is not the avoidance of ex-post payments and increased regular contributions in the future.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali.

 

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-Iskema ta’Garanzija tad-Depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni  . Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont l-Artikolu, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni. Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont l-Artikolu 4(1)(a) sa (g) u (i) sa (k) u l-Artikolu 4(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ u f'dak il-każ id-depożitant għandu jingħata l-possibilità li jirtira d-depożiti tiegħu mingħajr ebda imposta ta' penalità, u bid-dritt għall-imgħax u l-benefiċċji akkumulati kollha.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Informazzjoni lid-depożitanti eżistenti għandha tingħata fir-rapporti tal-kontijiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn konferma li d-depożiti huma eleġibbli skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4. Barra minn dan, għandha ssir referenza għall-karta tal-informazzjoni fl-Anness III u minn fejn tista’ tinkiseb. Tista' wkoll tiġi indikata l-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

3. Informazzjoni lid-depożitanti eżistenti għandha tingħata fir-rapporti tal-kontijiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn konferma li d-depożiti huma eleġibbli skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4. Barra minn dan, għandha ssir referenza għall-karta tal-informazzjoni fl-Anness III u minn fejn tista’ tinkiseb. Il-karta ta' informazzjoni fl-Anness III għandha tiġi mehmuża wkoll ma' wieħed mir-rendikonti tal-kontijiet tagħhom tal-anqas darba fis-sena. Għandha wkoll tiġi indikata wkoll il-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli. Il-websajt għandu jkollha l-informazzjoni meħtieġa għad-depożitanti, b’mod partikolari l-informazzjoni li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar il-proċess u l-kundizzjonijiet tal-garanziji tad-depożiti kif previsti f’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għandhom ikunu faċilment aċċessibbli, sabiex jiġi assigurat li d-depożitanti jkunu konxji mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom imnissla minn din id-direttiva.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita.

4. L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita, u meta jitlob dan id-depożitant u l-fergħa tkun tista' tissodisfa dik it-talba, b'lingwi oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi soluzzjoni aktar flessibbli, li għandu jkun hemm qbil dwarha miż-żewġ partijiet, biex l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta wkoll f'lingwi oħrajn. Għażla ta' dan it-tip tintlaqa' tajjeb fir-reġjuni konfinali, mill-persuni espatrijati u se żżid il-kompetizzjoni transkonfinali fis-Suq Intern.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-użu fir-reklamar tal-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għal referenza fattwali għall-iskema li tiggarantixxi l-prodott li jsemmi r-reklam.

L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-użu fir-reklamar tal-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal referenza fattwali għall-iskema li tiggarantixxi l-prodott li jsemmi r-reklam.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijet tal-kreditu li jkunu membri ta' xi skema msemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) għandhom jinfurmaw adegwament lid-depożitanti dwar kif tiffunzjona l-iskema. Din l-informazzjoni ma jistax ikun fiha referenza għal kopertura illimitata tad-depożiti.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinfurmaw adegwatament u b’mod li jinftiehem faċilment lid-depożitanti dwar kif tiffunzjona l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti. F’dan il-qafas, madankollu, għandu wkoll jiġi indirizzat il-livell massimu ta’ kopertura kif ukoll għal sorsi oħra ta’ informazzjoni rigward l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti. Din l-informazzjoni ma jistax ikun fiha referenza għal kopertura illimitata tad-depożiti.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk isseħħ fużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, id-depożitanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-fużjoni mill-anqas xahar qabel issir legalment effettiva. Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati li meta fużjoni ssir effettiva, id-depożiti kollha tagħhom li jinsabu f'kull bank involut fil-fużjoni, wara l-fużjoni jkun aggregat sabiex tiġi ddeterminata l-kopertura tagħhom skont l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti.

6. Jekk isseħħ fużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, id-depożitanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-fużjoni mill-anqas xahar qabel issir legalment effettiva. Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati li meta fużjoni ssir effettiva, id-depożiti kollha tagħhom li jinsabu f'kull bank involut fil-fużjoni, wara l-fużjoni jkun aggregat sabiex tiġi ddeterminata l-kopertura tagħhom skont l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Id-depożitanti se jingħataw perjodu ta' tliet xhur wara n-notifika dwar il-fużjoni sabiex ikollhom l-opportunità li jittrasferixxu d-depożiti tagħhom li jaqbżu l-kopertura ggarantita fl-Artikolu 5(1) f'bank ieħor jew isem kummerċjali ta' bank ieħor mingħajr ma jġarrbu imposti ta' penalità, u bid-dritt għall-imgħax u l-benefiċċji kollha akkumulati. Matul dan il-perjodu ta' tliet xhur, jekk l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jinqabeż, il-protezzjoni tiġi estiża billi l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jiġi mmultiplikat bl-għadd ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu ffużjonaw.

Ġustifikazzjoni

Id-depożitanti mhux biss għandhom ikunu informati sew, imma għandu jkollhom ukoll il-possibilità biex, mingħajr penalitajiet, jittrasferixxu d-depożiti mhux garantiti f'istituzzjoni ta' kreditu oħra, peress li m'għandhomx "ibatu" minn anqas kopertura minħabba l-fużjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu tagħhom.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tirtira jew tiġi eskluża minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti, id-depożitaturi tagħha għandhom jiġu infurmati mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu fi żmien xahar.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jekk depożitant juża l-internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġa tiġi divulgata minn din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata b'mezz elettroniku b'mod li tiġi għall-attenzjoni tad-depożitant.

(7) Jekk depożitant juża l-internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġa tiġi divulgata minn din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata b'mezz xieraq b'mod li tiġi għall-attenzjoni tad-depożitant, jew fuq il-karta jekk id-depożitant jagħżel hekk.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri adegwati jkunu fis-seħħ biex l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni u jikkomunikaw b’mod effikaċi ma’ Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti oħra, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati u l-awtoritajiet relevanti fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom stess kif ukoll ma’ aġenziji oħra fuq bażi transkonfinali fejn ikun xieraq.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-lista tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li h meħtieġ li tkun imħejjija l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/48/KE , il-Kummissjoni għandha tindika l-istatus ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ din id-Direttiva.

Fil-lista tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li hija meħtieġa li tkun imħejjija skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/48/KE, il-Kummissjoni għandha tindika b’mod trasparenti l-istatus ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ din id-Direttiva.

Emenda                     129

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Is-setgħat ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

1a. Is-setgħat ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...*.

 

1b. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(7), tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fit-tmiem id-delega tal-poter speċifikat f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Is-setgħat li tadotta atti delegati jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 17 u 18.

 

3. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 5 (7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

______________

 

* Id-data ta' dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew minn kwalunkwe data oħra stabbilita mil-leġiżlatur.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Revoka tad-delegazzjoni

 

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega ta’ setgħa jew le għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjat jew f'jum aktar tard speċifikat fiha. Ma għandhiex taffetwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea.

 

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

imħassar

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-. Unjon Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom ikunu maqsuma bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1).

imħassar

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Jekk Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti ma tkunx kapaċi tiddetermina d-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-iskema meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-livell fil-mira skont l-Artikolu 2(1)(h) għandu jirreferi għad-depożiti eliġibbli fl-iskema. Mill-1 ta’ Jannar 2015 id-depożiti koperti huma validi bħala bażi tal-kalkolu tal-livell fil-mira għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kollha.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u jekk xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-għan li tiddetermina jekk l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti eżistenti għandhomx jinbidlu bi skema unika għall-Unjoni kollha.

4. Sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2014, data li taħbat mar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u jekk xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li juri kif l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, li joperaw fl-Unjoni jistgħu, taħt il-koordinazzjoni tal-ABE, jikkooperaw permezz ta’ Skema Ewropea biex jevitaw riskji li jirriżultaw minn attivitajiet transkonfinali u jipproteġu d-depożiti minn tali riskji.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni, sostnuta mill-[Awtorità Bankarja Ewropea], għandha tissottometti għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din d-Direttiva. Dan ir-rapport għandu speċjalment ikopri l-possibbiltà li jiġi determinat il-livell fil-mira abbażi tad-depożiti koperti, mingħajr ma jnaqqas il-protezzjoi tad-depożitanti.

5. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni, sostnuta mill-ABE, għandha tissottometti għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din d-Direttiva. Dan ir-rapport għandu speċjalment ikopri:

 

- il-livell fil-mira abbażi tad-depożiti koperti, b’evalwazzjoni tar-rilevanza tal-perċentwal iffissat jew b’evalwazzjoni ta’ possibilitajiet regolatorji oħra; f’dan il-kuntest il-livell fil-mira għandu jirrifletti l-falliment ta’ depożiti matul l-aħħar għaxar snin fi skema ta’ protezzjoni statutorja, kuntrattwali jew istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE;

 

- l-effett kumulat tal-obbligi regolatorji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħalma huma r-rekwiżiti tal-fondi kapitali;

 

- l-interkonnessjoni bejn il-leġiżlazzjoni dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-leġiżlazzjoni futura dwar l-għanijiet tal-immaniġġjar tal-kriżijiet;

 

- l-impatt fuq id-diversità tal-mudelli bankarji bil-ħsieb li titħares din id-diversità.

 

- l-adegwatezza tal-livell ta’ kopertura attwali għad-depożitaturi;

 

Dan ix-xogħol kollu għandu jsir filwaqt li titħares il-protezzjoni tad-depożitanti.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma Artikoli 1, 2(1)(a), (c), (d), (f), (h)-(m), 2(2), 3(1), 3(3), 3(5)-3(7), 4(1)(d)-(k), 5(2)-5(5), 6(4)-6(7), 7(1)-(3), 8(2)-(4), 9-11, 12, 13(1)-(2), 14(1)-(3), 14(5)-(7), 19 u l-Anness I-III sal-31 ta' Diċembru 2012 l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

imħassar

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 7(1) u 9(5) sal-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, il-perċetwali ta' depożiti eleġibbli msemmija fl-Artikolu 9(5)(a) ma għandux japplika qabel l-1 ta' Jannar 2014. Sal-31 ta' Diċembru 2017, għandu japplika perċentwali ta' 0.5%. Wara dik id-data u sal-31 ta' Diċembru 2020, għandu japplika perċentwali ta' 0.75%.

imħassar

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Anness 1 – punt 1 – punt c – paragrafu 2 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-bażi tal-kontribuzzjoni (jiġifieri d-depożiti eliġibbli)

il-bażi tal-kontribuzzjoni (jiġifieri id-depożiti koperti l-aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015 jew, fejn dawn ma jistgħux jiġu kkalkolati għall-istituzzjonijiet membri kollha tal-Iskema ta’ Garanzija, id-depożiti eliġibbli)

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – punt 1

Likwidità

Tiġi ddeterminata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(4)

Emenda

Klassi tar-riskju

Indikatur

Proporzjon

Adegwatezza tal-kapital

Partiti b’fondi proprji msemmija fl-Artikolu 57 (a) sa (ca) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-assi ppiżati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2006/48/KE

 

Fondi proprji

 

Kostijiet fuq l-introjtu

Kwalità tal-assi

Self li ma jrendix

 

Self li ma jrendix

 

Self gross

Profitabbiltà

Dħul mill-assi aġġustat skont ir-riskju

 

Introjtu nett

 

Medja tal-assi totali

Likwidità

Tiġi ddeterminata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(4)

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Anness II – parti A – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw indikaturi supplimentari għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju. Għal dan il-għan jistgħu jintużaw l-indikaturi kollha li ġejjin, jew xi wħud minnhom:

1. Għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju jistgħu wkoll jintużaw addizzjonalment l-indikaturi kollha li ġejjin, jew xi wħud minnhom:

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk depożitu li huwa dovut u pagabbli ma jkunx tħallas minn istituzzjoni tal-kreditu għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħha, id-depożitanti jiġu ripagati minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-[daħħal il-prodott] tal-[daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] huwa ġeneralment kopert mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

Jekk id-depożitu tiegħek li huwa dovut u pagabbli ma jkunx tħallas mill-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħha, inti, bħala depożitant, titħallas lura minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-[daħħal il-prodott] tal-[daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] huwa kopert mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli f'konformità mad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti*.

 

_______________

 

* In-numru u r-referenza tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi lingwaġġ li jista' jiftiehem aħjar mill-konsumatur, u tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti)

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-ripagament ikopri sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull bank. Dan ifisser li sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' kopertura, id-depożiti kollha fl-istess bank jiġu aggregati flimkien. Jekk pereżempju depożitant ikollu kont tat-tfaddil b'EUR 90.000 u kont kurrenti b'EUR 20.000, hu jew hi titħallas lura biss EUR 100.000.

Dan ir-ripagament ikopri sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull bank. Dan ifisser li sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' kopertura, id-depożiti kollha tiegħek fl-istess bank jingħaddu flimkien. Pereżempju, jekk inti għandek kont tad-depożitu b'EUR 90 000 u kont kurrenti b'EUR 40,000, inti titħallas lura biss EUR 100 000.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[Fejn applikabbli biss]: Dan il-metodu ser jiġi applikat anki jekk bank jopera b'ismijiet kummerċjali differenti. [Daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] tinnegozja wkoll bħala [daħħal id-ditti kollha l-oħra tal-istess istituzzjoni tal-kreditu]. Dan ifisser li d-depożiti kollha ma' wieħed jew aktar minn dawn l-ismijiet ta' ditti jinsabu fil-kopertura totali sa EUR 100 000.

[Fejn applikabbli biss]: Dan il-metodu ser jiġi applikat anki jekk istituzzjoni ta’ kreditu topera b'ismijiet kummerċjali differenti għall-klijenti tiegħu. [Daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] tinnegozja wkoll bħala [daħħal id-ditti kollha l-oħra tal-istess istituzzjoni tal-kreditu]. Dan ifisser li d-depożiti kollha ma' wieħed jew aktar minn dawn l-ismijiet ta' ditti jinsabu rispettivament fil-kopertura totali sa EUR 100 000.

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ġeneralment, id-depożitanti kollha f'livell ta' konsumatur u n-negozji kollha huma koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fil-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli. Fuq talba, il-bank tiegħek ser infurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, il-bank għandu wkoll jikkonferma dan fir-rapport tal-kont.

Ġeneralment, id-depożitanti kollha f'livell ta' konsumatur u n-negozji kollha [safejn dan japplika fl-Istat Membru: u awtoritajiet lokali vulnerabbli huma koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fil-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli [daħħal il-websajt tas-SGD responsabbli]. Fuq talba, il-bank tiegħek ser infurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha wkoll tispeċifika dan fir-rapport tal-kont tiegħek.

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100.000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċmebru 2013 fi żmien ġimgħa.

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000) fi żmien ħamest ijiem [fejn applikabbli: 20 jum ] ta’ xogħol. [fejn applikabbli: Fuq talba lill-entità ta’ garanzija tad-depożitu jitħallsu lilek sa EUR 5 000 ta’ kreditu fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Mill-2017, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura lilek fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.]

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk tkun għandek ma tħallastx lura fi żmien dawk l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jista' jingħalaq wara ċertu limitu ta' żmien. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn [daħħal il-websajt tas-SGD responsabbli].

Jekk tkun għandek ma tħallastx lura fi żmien dawk l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jingħalaq wara [daħħal il-perjodu ta' żmien relevanti applikabbli fl-Istat Membru u r-referenza eżatta dwar l-att legali nazzjonali u l-Artikolu partikolari, li jirregolaw dawn id-dispożizzjonijiet]. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn [daħħal il-websajt tas-SGD responsabbli].

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[Fejn applikabbli biss]: Id-depożitu tiegħek huwa ggarantit minn skema ta' Garanzija tad-Depożiti [rikonoxxuta/mhux rikonoxxuta] bħala Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Dan ifisser li l-banek kollha li huma membri ta' din l-iskema jsostnu reċiprokament lil xulxin sabiex jevitaw falliment ta' bank. Madankollu, jekk bank ifalli xorta waħda, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura sa EUR 100,000.

[Fejn applikabbli biss]: L-istituzzjoni ta’ kreditu tiegħek hija parti minn skema ta' Garanzija Istituzzjonali. Dan ifisser li l-istituzzjonijiet kollha li huma membri ta’ din l-iskema jappoġġaw reċiprokament lil xulxin sabiex jevitaw l-insolvenza. Madankollu, jekk l-insolvenza ssir xorta waħda, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura sa EUR 100,000 skont il-qafas ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti msemmija hawn fuq rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali.

(1)

ĠU C 99, 31.3.2011, p.1..

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

L-iskema tar-Rapporteur

Is-sitwazzjoni oriġinali

Skemi nazzjonali ta’ Garanzija tad-Depożitu fl-UE iħallsu lura lid-depożituri fil-każ ta’ falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu sa livell ta’ kopertura. Wäqt il-kriżi finanzjarja u ekonomika l-livell ta’ kopertura ġie mtella’ skont id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-ewwel minn 20 000 EUR għal 50 000 EUR u mill-1 ta’ Januar 2011 finalment għal 100 000 EUR għal kull depożitant. Fl-istess ħin, l-iskadenza tar-rimborż tqassret għal massimu ta’ 30 jum ta’ xogħol. Il-livell ogħla ta’ protezzjoni jżid il-fiduċja tad-depożitanti u b’hekk jgħin biex jiġu evitati każi simultanji ta’ ġbid ta’ flus minn bosta depożituri (assedju fuq il-bank) ikkawżati mill-biża li jitilfu flushom.

Madankollu, livell ogħla ta’ kopertura waħdu mhuwiex biżżejjed biex jipproteġi lid-depożituri b’mod kredibbli. Biex wieħed jilqa’ għall-periklu ta’ assedju fuq il-bank u tiġi evitata distabbilizzazzjoni potenzjali tas-swieq finanzjarji, l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu ffinanzjati b’mod xieraq. Waqt il-kriżi finanzjarja u ekonomika, però, ħareġ ċar li numru ta’ Skemi nazzjonali ta’ Garanzija tad-Depożiti fl-Ewropa kienu ffinanzjati inadegwatament, biex l-Istat u fl-aħħar mill-aħħar il-poplu li jħallas it-taxxi kellhom ibatu l-konsegwenzi tal-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Sabiex l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jkollhom effett stabbilizzanti fi żminijiet ta’ tensjoni finanzjarja, għalhekk, huwa neċessarju li madwar l-UE l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti jiġu ffinanzjati adegwatament minn qabel (ex ante). Id-depożitanti għandhom ikunu infurmati aħjar milli huma issa dwar kif joperaw l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u għandhom jiġu rimborżati rapidament jekk jirriżulta l-każ. Il-ġbir flimkien ta’ miżuri fid-direttiva preżenti se jżid il-fiduċja tad-depożitanti, jippromwovi l-istabilità tas-sistema finanzjarja Ewropea u jikkontribbwixxi għall-bini tas-suq intern.

Kunċett

Fil-proposta tagħha biex temenda d-direttiva dwar il-Garanzija tad-depożiti, il-Kummissjoni tipprova tilħaq l-għanijiet tagħha permezz ta’ approċċ ‘one-size fits all’ għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti. Hija tinjora l-eteroġenità tas-swieq tal-banek fl-Istati Membri, li wasslet biex l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti joperaw b’modi differenti, u li f’xi każi Skemi li taw prova tas-saħħa tagħhom fil-kuntest nazzjonali. Mill-perspettiva tar-rapporteur, għalhekk, il-kompitu li għandu jiġi indirizzat hawnhekk huwa li tinkiseb protezzjoni aħjar tad-depożitanti, li huwa l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda fl-istess hin li tiġi kkunsidrata l-eteroġenità tas-swieq tal-banek u kif ukoll il-funzjonament pożittiv ta’ prattiki li taw prova tal-effikaċja tagħhom. Barra minn hekk, għandha tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-banek u l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u għanha titqies ukoll l-istabilità finanzjarja. Ir-rapporteur, għalhekk, jipproponi approċċ differenzjat, li jinvolvi l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti komuni applikabbli għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kollha, filwaqt li tiġi żgurata flessibilità suffiċjenti fir-rigward tal-mod speċifiku li bih joperaw, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni.

(1) Rekwiżiti komuni għal protezzjoni komprensiva tad-depożitanti u stabilità ugwali għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti fi ħdan l-UE

Sabiex ma jirriżultawx distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, id-depożitanti jkunu protetti bl-istess mod fl-Istati Membri u jiġi evitati li l-ispostamenti tad-depożiti jiġu distabilizzati, l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kollha fl-UE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti komuni. Ir-rekwiżiti komuni jinkludu essenzjalment:

· li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jappartjenu għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti

· id-depożitanti għandhom ikunu intitolati għal rimborż sa 100 000 EUR

· finanzjament ex ante u livel ta’ mira ugwali għas-sistemi kollha

· skadenza qasira għall-ħlasijiet lid-depożituri meta għandhom jitħallsu lura

· l-istess kundizzjonijiet ta’ qafas għall-użu ta’ fondi għal skopijiet ta’ prevenzjoni u appoġġ

Bl-istabbiliment ta’ rekwiżiti komuni li l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom jissodisfaw, se tinkiseb protezzjoni uniformi għad-depożitanti kollha fl-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin jiġu evitati d-ditorsjonijiet tal-kompetizzjoni. B’dawn il-prerekwiżiti jibqa’ l-marġini neċessarju ta’ flessibilità, biex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-banek fl-Istati Membri.

(2) Il-flessibilità għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ appoġġ tassigura l-istabilità

Huwa bla dubju li kwalunkwe Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti għandu jkollha fondi biżżejjed fir-riserva f’każ li jkun meħtieġ li tirrimborża lid-depożituri. Apparti dan, l-istabilità finanzjarja u l-interessi tad-depożitanti jistgħu jkunu mħarsa ugwalment jekk jiġi żgurat li l-ewwel nett l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ jfallux. Permezz ta’ ambitu aħjar għall-monitoraġġ u s-superviżjoni, l-intervent f’waqtu u l-introduzzjoni ta’ miżuri li jappoġġaw l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, spiss ikun possibbli li l-falliment imminenti ta’ bank jiġi previst fi stadju bikri u jiġi evitat. Anki l-istralċ ordinat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożitu warajhom, jekk ikunu mgħakksin bil-problemi, jistgħu jirrendu r-rimborż superfluwu. Fl-istess ħin, grazzi għal ambitu aħjar tal-monitoraġġ u s-superviżjoni, ikun hemm possibilitajiet ta’ influwenza, li jirriżultaw f’inċentivi xierqa għal użu responsabbli tal-fondi mill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, peress li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati magħhom iħallsu l-ispejjeż, u mhux dawk li jħallsu t-taxxi. Ir-rapporteur, għalhekk, jiffavorixxi flessibilità akbar fl-Istati Membri fid-deċiżjoni dwar il-qafas ta’ azzjoni għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti:

Il-firxa sħiħa tal-qafas ta’ azzjoni tkopri fuq estrem wieħed l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti li jirrimborżaw biss lid-depożitanti fil-każ ta’ falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u fl-estrem l-ieħor l-iskemi ddisinnjati biex jippreservaw l-istituzzjonijiet li l-għan prinċipali tagħhom hu li jevita l-falliment tal-istituzzjoni ta' kreditu. Fin-nofs ta’ dan il-kontinwum, barra minn hekk, jista’ jkun hemm ukoll skemi li jkunu msawra b’tali mod li jistfruttaw b’mod flessibbli l-possibilità ta’ intervent preventiv (ara r-rappreżentazzjoni grafika).

(3) Skadenza realistika tal-ħas fl-interess tad-depożitanti

Bejn il-perspettiva tad-depożitanti ta’ ħlas rapidu fil-każ ta’ rimborż u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti proċeduri affidabbli li jiffaċilitaw il-konformità mal-iskadenza stabbilita għall-ħlas. Fil-preżent, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu bil-parti l-kbira tagħhom mhumiex f’pożizzjoni li jikkalkolaw id-depożiti individwali ta’ kull klijent b’mod mgħaġġel (single customer view), li jfisser li wkoll ma jistgħux fi ftit jiem jippreżentaw lill-opatur tal-iskema informazzjoni dwar id-depożiti koperti mill-Iskemi ta’ garanzija tad-Depożitu għall-klijenti kollha tagħhom f’furmat partikolari determinat minn qabel. L-esperti kollha li ġew ikkonsultati ddikjaraw għalhekk li r-rimborż tad-depożiti fi żmien sebat ijiem (ħamest ijiem ta’ xogħol) bilkemm huwa prattiku f’bosta Stati Membri fil-mument. Iżda jekk id-depożitanti jiġu assigurati li ż-żmien limitu għar-rimborż se jkun qasir u mbagħad jekk tfalli l-istituzzjoni tal-kreditu, iż-żmien limitu ma jiġix rispettat, dan jista' permanentament iqiegħed f'riskju l-fiduċja tad-depożitanti fi skemi ta' garanzija u b'hekk inaqqas l-effett stabilizzanti u l-għan tagħhom. Ma jistax jiġi eskluż li telf ta’ fiduċja bħal dan jista’ jiġi traspost għall-iskemi kollha l-oħra fl-Ewropa. Dan min-naħa tiegħu jista’ jipperikola l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha fl-UE. Biex wieħed ikun jista’ jpoġġi fil-prattika l-perjodu ta’ skadenza għall-ħlas li hu mixtieq, għandu jkun iggarantit f’kull każ li din il-wegħda assolutament tkun tista’ tinżamm. Ir-rapporteur jixtieq jippromwovu l-prerekwiżiti meħtieġa permezz ta’ żewġ skemi ta’ inċentivi.

(a)  Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti li diġà jistgħu jiggarantixxu d-depożiti tal-sitituzzjonijiet affiljati li huma koperti mill-iskema tagħhom (jiġifieri d-depożiti, għal kull depożitant, li huma realment koperti) għandhom jikkalolaw il-livell ta’ mira fuq il-bażi tad-depożiti koperti. Għall-iskemi l-oħra kollha, id-depożiti potenzjalment eliġibbli għar-rimborż (jiġifieri d-depożiti totali) għandhom inizjalment jittieħdu bħala bażi biex tiġi stabbilit il-livell ta’ mira tal-fond, li jirriżulta f’kontribuzzjonijiet akbar għal dik il-kopertura. Mill-2015, il-bidla għall-kalkolu fuq il-bażi tad-depożiti koperti tkun obbligatorja. Din ir-regola tranżitorja toħloq inċentiv biex jiġu aċċertati d-depożiti koperti anki qabel l-2015, peress li dan inaqqas il-kontribuzzjonijiet li l-banek ikunu jridu jagħtu. Fl-istess ħin, fi stadju bikri dan joħloq waħda mill-prekundizzjonijiet li jagħmluha possibbli li d-depożitanti jiġu rimborżati malajr.

(b)  Bażikament, id-direttiva se tintroduċi perjodu ta’ skadenza ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol. Alternattuvament, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-perjodu ta’ skadenza ta’ 20 jum ta’ xogħol sal-31 ta’ Diċembru 2016, li ilu japplika mill-2011, jekk eżami mill-awtorità superviżorja kompetenti juri li l-proċeduri neċessarji għal ħlas rapidu ma jkunux stabbiliti. Sabiex jiġi żgurat li d-depożitanti ma jkollhomx problemi finanzjarji ikkawżati minn, f’dan il-każ, falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu tagħhom, madankollu, għandhom il-possibilità li jiksbu kreditu ta’ ammont sa EUR 5 000 mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu responsabbli fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Fir-rigward tal-iskadenza ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol li dejjem tkun obbligatorja għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kollha mill-2017, se jkun hemm inċentivi għal introduzzjoni kemm jista’ jkun malajr ta’ limitu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol fi kwalunkwe Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti li ma tkunx f’pożizzjoni li jintroduċiha meta d-direttiva tiġi implimentata.

(4) Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea

Fil-qasam tal-garanziji tad-depożiti għandu jkun hem il-possibilità li jiġu stabbiliti volontarjament skemi ta’ garanzija transkonfinali jew li skemi nazzjonali jiġu konnessi, fl-interess li jiġi realizzat is-suq intern komuni. Għaliex inċentivi adegwati għal interventi effikaċji tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jeżistu partikolarment jekk ikun hemm l-akbar korrispondenza possibbli bejn il-kamp tal-kompetenza tagħhom u l-kuntest fejn jirriżultaw l-ispejjeż finanzjarji tal-falliment ta' istitutuzzjoni tal-kreditu. Jekk Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti transkonfinali bħal din tiġi stabbilita volontarjament, l-EBA tkun responsabbli għas-superviżjoni b’kooperazzjoni ma’ bord magħmul mill-awtoritajiet superviżjorji nazzjonali. Meta jiġu stabbiliti Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti transkonfinali, waħda mill-kundizzjonijiet fundamentali għall-approvazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet li japprovawhom għandha tkun li jiżguraw stabilità suffiċjenti u kompożizzjoni bbilanċjata tal-iskemi ġodda u dawk qodma.

Il-kooperazzjonibejn l-iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti hija mixtieqa sabiex ikun aktar faċli għad-depożitanti li jagħmlu kuntatt mal-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin. Anki l-possibilità ta’ għoti ta’ kreditu transkonfinali bejn l-iskemi għandha tkun fuq bażi volontarja.

Pożizzjoni konklużiva

Il-formulazzjoni ta’ rekwiżiti komuni għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti tagħti l-possibilità lill-Istati Membri li jorganizzaw dawn l-iskemi b’mod mill-iktar flessibbli filwaqt li jipprovdu protezzjoni uniformi, jiżguraw stabilità ugwali u jevitaw distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. Billi jżommu l-istess livell ta’ kopertura u livell ta’ mira u billi jirrispettaw il-perjodi ta’ skadenza stipulati għar-rimborż u l-kundizzjonijiet relatati mal-użu tal-fondi, l-Istati Membri b’hekk ikollhom l-opportunità li jadattatw l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti tagħhom għall-karatteristiċi nazzjonali tas-swieq finanzjarji. Permezz ta’ dan l-approċċ tkun żgurata protezzjoni effettiva tad-depożitanti u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-proposta u l-ideat tar-rapporteur diġà ġew skambjati max-shadow rapporteurs fil-fażi ta’ tfassil ta’ dan ir-rapport. Tul it-tfassil tar-rapport is-suġġerimenti tagħhom ġew inkorporati f’bosta partijiet u ġew ikkunsidrati fil-kunċett totali b’mod korrispondenti.


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2011)16258

Is-Sra Sharon BOWLES

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

ASP 10G201

Brussell

Suġġett:       Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni)

                    (COM(2010)0368 - C7-0177/2010 - 2010/0207(COD))

Għażiża Sinjura,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija aktar ’il fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar ir-Riformulazzjoni, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:

Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-proposta, huwa għandu jinnotifika immedjatament l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' riformulazzjoni.

Wara l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jeżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u li jibqa' konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludix ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali.

Biex nikkonkludu, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tal-22 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'17-il vot favur u ebda astensjoni(1), jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 87.

Għoddni tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Klaus-Heiner Lehne, Tadeusz Zwiefka, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Jiří Maštálka, Kurt Lechner, Angelika Niebler, Jan Philipp Albrecht, Eva Lichtenberger, Sajjad Karim.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

 

Brussell, 29.9.2010

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI TA' IL-PARLAMENT EWROPEW

                                                       IL-KUNSILL

                                                       IL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti

COM(2010)368 finali 12.7.2010 - 2010/0207 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali, u b’mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-22 ta’ Lulju 2010 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt din il-laqgħa(1), l-evalwazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

1) Il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(1)(g) fit-test imfassal mill-ġdid propost tikkorrispondi mal-formulazzjoni tal-kliem tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 94/19/KE. Il-formulazzjoni tal-kliem tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 94/19/KE (“kwalunkwe numru ta’ postijiet ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ kreditu fl-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa singola.”) kellha tkun preżenti wkoll fit-test imfassal mill-ġdid; dik il-formulazzjoni kellha tiġi identifikata bl-użu ta’ tipa fuq sfond griż ikkombinat ma' linji doppji li jaqtgħu it-test, li huwa s-sinjal li ġeneralment jintuża fi proposti mfassla mill-ġdid biex jiġu mmarkati bidliet sostantivi li jikkonsistu fi tħassir tat-testi eżistenti.

2) Fl-Artikolu 4(1)(c) r-referenza magħmula għall-“Artikolu 1(C) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE" għandha tiġi adattata biex tinqara bħala referenza għall-“Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.

3) Fl-Artikolu 8(4)(c) r-referenza magħmula għall-“Artikolu 1 tad-Direttiva 91/308/KEE" għandha tiġi adattata biex tinqara bħala referenza għall-“Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.

B’konsegwenza ta’ dan, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr dissens, li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostantiva, għajr il-bidliet li ġew identifikati bħala tali fiha stess jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma kellhomx bidliet tal-att ta' qabel b'dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-test eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sostanza.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                                       Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

(1)

              Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu il-verżjoni fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tat-test bl-Ingliż, peress li dan huwa l-kopja tal-verżjoni tal-lingwa ewlenija tad-dokument diskuss.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sinjura Sharon Bowles

'Chairperson'

Kumitat għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji

Brussell

Suġġett:           opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (com(2010)0368 – c7-0177/2010 – 2010/0207(cod))(1)

Għażiża,

Ir-rapporteur għal opinjoni għal din il-proposta fil-kumitat għall-affarijiet legali, dimitar stoyanov, qajjem il-kwistjoni dwar jekk l-għażla ta’ bażi legali mill-kummissjoni (artikolu 53(1) tat-tfue) kinitx xierqa. Bħala riżultat, il-kumitat, fuq inizjattiva tiegħu stess, iddeċieda li jittratta l-kwistjoni tal-bażi legali għall-miżura proposta tal-kummissjoni skont l-artikolu 37(3) tar-regoli ta' proċedura. Waqt il-laqgħa tiegħu tas-27 ta' jannar 2011, il-kumitat wasal għall-konklużjoni msemmija hawn isfel.

I. Il-bażi legali proposta

Il-bażi legali mressqa mill-kummissjoni għall-miżura proposta hija l-artikolu 53(1) tat-tfue.

Artikolu 53

(ex artikolu 47 tat-tke)

1. Bil-għan li jkun eħfef għall-persuni li jridu jibdew u jkomplu attività bħala persuni li jaħdmu għal rashom, il-parlament ewropew u l-kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom joħorġu direttivi għar-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali kif ukoll għall-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-istati membri dwar il-bidu u t-tkomplija tal-attivitajiet ta' dawk li jaħdmu għal rashom.

2. ...

L-artikolu 53 għandu jinqara flimkien mal-artikolu 54 tat-tfue:

Artikolu 54

(ex artikolu 48 tat-tke)

Il-kumpanniji jew ditti stabbiliti konformement mal-liġijiet ta' stat membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat jew it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali ġewwa l-unjoni, għandhom, għall-fini ta' dan il-kapitolu jkunu meqjusa bħala persuni fiżiċi ċittadini tal-istati membri.

L-effett tal-qari tal-artikolu 53 flimkien mal-artikolu 54 huwa li jagħti poter lill-parlament ewropew u lill-kunsill, li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li joħorġu direttivi għall-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolazzjoni jew azzjoni amministrattiva fl-istati membri rigward il-bidu u t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ kumpaniji jew ditti ffurmati skont il-liġi ta’ stat membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali fl-unjoni. Dawn l-artikoli jitrattaw, għaldaqstant, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi.

Ii. L-għażla ta’ bażi legali min-naħa tal-kummissjoni

Il-bażi legali proposta mill-kummissjoni hija l-artikolu 53(1) tat-tfue. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-proposta ma għandhiex l-iskop li toħloq strument ġdid. Fil-fatt, id-direttiva proposta dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti hija riformulazzjoni.

Il-kummissjoni tispjega l-għażla tagħha tal-bażi legali f’dawn it-termini: “id-direttiva 94/19/ke tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Konsegwenzjalment, il-bażi legali tagħha huwa l-artikolu 57(2) tat-trattat li jistabbilixxi l-komunità ewropea, li jippreċedi l-artikolu 53(1) tat-trattat dwar il-funzjonament tal-ue (tfue). Flimkien mal-artikolu 54(1), l-artikolu 53 tat-tfue jipprovdi għall-ħruġ ta' direttivi dwar il-ftuħ u l-eżerċizzju ta' kumpaniji bħal mhuma l-istituti tal-kreditu. Għalhekk, din il-proposta hija bbażata fuq l-artikolu 53(1) tat-tfue. L-elementi kollha ta' din il-proposta jimmiraw lejn dan il-għan u huma aniċillari għalih.”

Iii. Approċċ tal-qorti tal-ġustizzja

Ċerti prinċipji joħorġu mill-każistika tal-qorti. L-ewwel, inkunsiderazzjoni tal-konsegwenzi tal-bażi legali f’termini ta’ kompetenza sostantiva u l-proċedura, l-għażla ta’ bażi legali korretta hija ta’ importanza kostituzzjonali(2). It-tieni, l-għażla tal-bażi legali għal att ma tidependix mill-konvinzjoni tal-istituzzjoni relevanti dwar l-objettiv segwit iżda għandha “tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju”(3), bħal ma huma l-għan u l-kontenut tal-miżura(4). F’bosta każijiet, miżura hija intenzjonata li tikseb objettivi stabbiliti f’artikolu speċifiku ta’ trattat, waqt li fl-istess ħin tinfluwenza l-funzjonament tas-suq intern.

Fejn, pereżempju, l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali hija biss effett inċidentali ta' miżura li primarjament issegwi objettiv ieħor, il-miżura għandha tiġi adottata biss fuq il-bażi tal-artikolu speċifiku tat-trattat li jikkorrispondi mal-iskop jew komponent ewlieni jew predominanti tagħha(5) . Dan ta' spiss issir referenza għalih bħala t-test taċ-"ċentru tal-gravità".

Iii. Għan u kontenut tal-miżura proposta

Il-kummissjoni tiddikjara fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta li “id-direttiva 94/19/ke tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.”

Dan joħroġ b’mod komplut mill-kontenut tal-proposta. Biżżejjed issir referenza għall-premessi li ġejjin:

Premessa (2): sabiex ikun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati d-differenzi bejn il-liġijiet tal-istati membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti li għalihom dawn l-istituzzjoni huma soġġetti.

Premessa (3): din id-direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, filwaqt li tiżdied l-istabbiltà tas-sistema bankarja u tal-protezzjoni tad-depożitarji.

Premessa (5): id-direttiva 94/19/ke kienet ibbażata fuq il-prinċipju ta’ armonizzazzjoni minima. Konsegwentement, fl-unjoni ġew stabbiliti diversità ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti b'karatteristiċi differenti ħafna. Dan ikkawża distorsjoni fis-suq tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u llimita l-benefiċċji tas-suq intern għad-depożituri.

Premessa (6): id-direttiva għandha tippermetti kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu, tippermetti lid-depożituri jifhmu faċilment il-karatteristiċi tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u tiffaċilita pagament lura malajr lid-depożitanti permezz ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti sodi u kredibbli fl-interess tal-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tkun armonizzata u ssimplifikata sal-massimu possibbli.

Premessa (33): hemm ħtieġa li jiġi introdott strument effikaċi biex jiġu stabbiliti standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji ħalli jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-ewropa. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġi standardizzat il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju.

Iv. Valutazzjoni

Huwa ċar li l-objettiv ewlieni jew iċ-ċentru tal-gravità tal-istrument propost huwa l-ħolqien tas-suq intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji.

Joħroġ ċar mill-analiżi ta’ hawn fuq li ċ-ċentru ta’ gravità tal-proposta huwa l-bidu u t-tkomplija ta’ attivitajiet ta’ kumpaniji jew ditti fil-kuntest usa’ tal-ħolqien ta’ suq intern. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa hija l-artikolu 53(1) tat-tfue, li jittratta l-bidu u t-tkomplija ta’ attivitajiet minn persuni li jaħdmu għal rashom, fil-kunsiderazzjoni li l-artikolu 54 tat-tfue jipprovdi li kumpaniji jew ditti ffurmati skont il-liġi tal-istat membru u li jkollhom uffiċċju reġistrat, it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali tan-negozju fl-unjoni, jiġu meqjusa bħala persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-istati membri għall-finijiet tal-artikolu 53.

V. Konklużjoni

Huwa meqjus li l-bażi legali xierqa għall-proposta hija l-artikolu 53(1) tat-tfue.

Għalhekk, fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ jannar 2011, il-kumitat għall-affarijiet legali ddeċieda unanimament(6) li jirrakkomandalek dan li ġej: il-proposta għal direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (com(2010)0368 finali) għandha tkun ibbażata fuq l-artikolu 53(1) tat-tfue.

Dejjem tiegħek,

Klaus-heiner lehne

(1)

3. Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-bażi legali tal-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jixraq lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.

(2)

Opinjoni 2/00 Carthagena Protocol [2001] E.C.R. I-9713, par. 5; Kawża C-370/07 Kummissjoni vs Kunsill, par. 46-49; Opinjoni 1/08 (30 ta’ Novembru 2009), General Agreement on Trade Services, għadu mhux rappurtat, par. 110.

(3)

Kawża 45/86 Kummissjoni vs Kunsill [1987] E.C.R. 1493, par. 11.

(4)

Kawża C-300/89 Kummissjoni vs Kunsill [1991] E.C.R. I-2867, par. 10.

(5)

Kawża 68/86 Renju Unit vs Kunsill [1988] E.C.R. 855, par. 14-16: Kawża C-70/88 Parlament Ewropew vs Kunsill [1991] E.C.R. I-4529, par. 16-18; Kawża C-155/91 Kummissjoni vs Kunsill [1993] E.C.R. I-939, par. 18-20; Kawża C-187/93 Parlament Ewropew vs Kunsill [1994] E.C.R. I-2857, par. 23-26; Kawża C-426/93 Kummissjoni vs Kunsill [1995] E.C.R. I-3723, par. 33; Kawża C-271/94 Parlament Ewropew vs Kunsill [1996] E.C.R. I-1689, par. 28-32; Kawża C-84/94 Renju Unit vs Kunsill [1996] E.C.R. I-5755, par. 11-12 u 22; Kawżi Magħquda C-164-165/97 Parlament Ewropew vs Kunsill [1999] E.C.R. I-1339, par. 16; Kawża C-36/98 Spanja vs Kunsill [2001] E.C.R. I-779, par. 59; Kawża C-281/01 Kummissjoni vs Kunsill [2002] E.C.R. I-12649, par. 33-49; Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, Kawża C-338/01 Kummissjoni vs Kunsill [2004] E.C.R. I-4829, par.55.

(6)

Il-persuni li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali: Klaus-Heiner Lehne (President), Raffaele Baldassarre (Viċi President), Evelyn Regner (Viċi president), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Piotr Borys, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid)

(COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

Rapporteur: Zuzana Roithová

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

B'mod ġenerali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jappoġġa r-reviżjoni tad-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (SGD), peress li s-sistema eżistenti teħtieġ soluzzjoni aktar armonizzata. Il-kriżi finanzjarja ta' dan l-aħħar tixhed li għandu jiġi pprovdut qafas aktar solidu biex jintgħelbu n-nuqqasijiet ta' stabilità tas-swieq finanzjarji. Attwalment, hemm madwar 40 SGD fl-UE, li jkopru gruppi differenti ta’ depożitanti u depożiti b'livelli ta’ kopertura differenti, u jimponu obbligi differenti fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Sistema tas-SGD daqstant frammentata tillimita l-benefiċċji tas-Suq Intern u ma tipprovdix bażi solida biex jiġu miġġielda kriżijiet fil-ġejjieni. Barra minn hekk, l-iskemi attwali mhumiex iffinanzjati biżżejjed f'ħafna Stati Membri.

Sabiex itejjeb iċ-ċarezza tat-test tal-Kummisjoni u jressaq xi osservazzjonijiet kritiċi dwar il-proposta, il-Kumitat qed jissuġġerixxi l-emendi sustanzjali li ġejjin:

- Li jitwessa' l-ambitu tad-direttiva sabiex tkopri l-istrumenti ta' tfaddil tradizzjonali bħal kotba tat-tfaddil jew ċertifikati tad-depożiti. Dawn id-depożiti, għalkemm mhux konnessi ma' kont bankarju, jintużaw bħala sostitut għall-kontijiet tat-tfaddil.

- Li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet vagi li ma joffrux ċertezza legali għall-konsumaturi u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

- Li jiġu introdotti dispożizzjonijiet għal proċeduri deċiżjonali aktar rapidi, peress li fil-każ ta' problemi finanzjarji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jiġu informati bla dewmien u li sussegwentement dawk l-awtoritajiet, flimkien mal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, jaġixxu malajr sabiex iħarsu lill-konsumatur.

- Li jiġi żgurat li anke d-depożiti tal-awtoritajiet lokali (il-muniċipalitajiet) jiġu koperti mis-SGD. Il-maġġoranza l-kbira tal-awtoritajiet lokali huma entitajiet żgħar b'baġits baxxi, bl-ebda konnessjoni diretta mal-baġit statali ċentrali u b'kapaċità limitata biex jivvalutaw il-kredibilità ta' istituzzjoni tal-kreditu.

- Li jiġi permess l-ambitu estiż ta' kopertura ta' bilanċi temporanjament għoljin għad-depożiti li jaqdu konsiderazzjonijiet soċjali ddefiniti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal sensji, klejms tal-assigurazzjoni, eċċ.).

- Li jiġi estiż il-perjodu ta' 7 ijiem propost għall-iżborż għal 7 ijiem ta' xogħol u li l-proċess ta' żborż isir obbligatorju, mhux fakultattiv.

- F'ħafna Stati Membri, istituzzjoni bankarja tista' topera taħt diversi ismijiet kummerċjali differenti imma teħtieġ awtorizzazzjoni waħda biss mir-regolatur. F'każ ta' dan it-tip, konsumatur li jkollu diversi kontijiet b'ismijiet kummerċjali differenti koperti b'liċenzja waħda jiġi kkumpensat biss sa massimu ta' EUR 100 000. Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jissuġġerixxi li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu li l-kopertura tas-SGD għandha tapplika separatament għad-depożiti ma' kull entità b'isem kummerċjali differenti anke jekk ikunu operati minn istituzzjoni ta' kreditu waħda.

- Li tiġi appoġġata l-bidla lejn finanzjament ex ante tas-SGD u jitbaxxew l-ispejjeż għall-armonizzazzjoni. Il-livell ta' mira stabbilit abbażi tad-depożiti eliġibbli jqiegħed piż insopportabbli fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji u jinterrompi r-rabta bejn l-ammont effettiv tad-depożiti u l-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet. Il-Kumitat għażel kunċett ieħor tad-depożiti koperti, li jinkludi l-ammont reali tad-depożiti u għaldaqstant jikkorrispondi aħjar mal-ħtiġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur.

- Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jinsab konvint ukoll li s-SGD għandhom ikunu jistgħu jużaw il-fondi tagħhom għal intervent bikri biex jimminimizzaw l-effetti ta' inadempjenza potenzjali tal-bank fuq il-klijenti tiegħu.

- Is-self reċiproku bejn is-sistemi minn Stati Membri differenti jista' potenzjalment jgħin, imma jista' wkoll jittrasferixxi kriżi minn pajjiż għall-ieħor. Għaldaqstant, il-Kumitat qed jipproponi li din id-dispożizzjoni tinbidel minn obbligi għall-mudell ta' qafas, li jista' jintuża jekk ikun meħtieġ, u jiddependi fuq l-Istati Membri jekk jipparteċipawx jew le f'sistema ta' dan it-tip (eż. billi jiffirmaw il-ftehimiet transkonfinali xierqa).

- Li jitħassru l-Annessi I u II dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju, peress li, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, dan għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri. Is-sistema proposta ma tiżgurax l-objettiv iddikjarat (i.e. l-istess kontribuzzjonijiet għall-banek bl-istess profil ta' riskju fi Stati Membri differenti) minħabba l-kundizzjonijiet differenti għas-swieq finanzjarji fl-UE kollha u fir-rigward tal-prodotti speċifiċi għall-konsumatur (i.e. depożiti fil-banek tat-tfaddil tal-bini).

- Li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u li tingħata l-possibilità lill-konsumatur (eż. fil-każ ta' fużjoni) li jittrasferixxi d-depożiti mhux protetti lejn istituzzjoni ta' kreditu oħra mingħajr penalitajiet. Id-depożitanti effettivi se jingħataw ukoll karta ta' informazzjoni (ibbażata fuq l-Anness III) fir-rendikonti bankarji tagħhom.

- Li tiġi permessa l-għażla ta' skema lingwistika ta' rekwiżiti ta' informazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu sabiex tiġi pprovduta soluzzjoni flessibbli għar-reġjuni konfinali u l-persuni espatrijati u sabiex tiżdied il-kompetizzjoni transkonfinali fis-Suq Intern b'mod ġenerali.

- Li tiġi ssemplifikata t-terminoloġija użata fl-Anness III, sabiex l-informazzjoni għall-konsumatur tingħata b'lingwaġġ li jinftiehem.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji, bħala l-kumitat risponsabbli, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Għandu jkun possibbli li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jmorru lil hinn minn funzjoni purament ta' rimborż billi jirrikjedu li l-istituzzjonijiet membri jipprovdu informazzjoni addizzjonali u fuq din il-bażi jibnu sistemi ta' twissija bikrija. B'dan il-mod, kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju jistgħu jiġu aġġustati fi stadju bikri jew jistgħu jiġu proposti miżuri preventivi kontra riskji magħrufa. Fl-eventwalità ta' żbilanċi fil-futur qarib l-operaturi ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar miżuri ta' appoġġ jew li jużaw ir-riżorsi tagħhom biex jappoġġaw l-istralċ ta' istituzzjonijiet problematiċi ħalli jevitaw l-ispejjeż ta' rimborż tad-depożitaturi u l-impatti negattivi l-oħra tal-insolvenza.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex il-protezzjoni tad-depożiti tiġi limitata safejn neċessarju ħalli tkun żgurata ċ-ċarezza legali u t-trasparenza għad-depożitanti u biex jiġi evitat li r-riskji tal-investiment jiġu ttrasferiti fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, ċerti prodotti finanzjarji b'karattru ta' investiment għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-kopertura, partikolarment dawk li mhumiex ripagabbli in par u dawk li l-eżistenza tagħhom tista' tiġi pprovata biss b'ċertifikat.

(17) Sabiex il-protezzjoni tad-depożiti tiġi limitata safejn neċessarju ħalli tkun żgurata ċ-ċarezza legali u t-trasparenza għad-depożitanti u biex jiġi evitat li r-riskji tal-investiment jiġu ttrasferiti fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, ċerti prodotti finanzjarji b'karattru ta' investiment għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-kopertura, partikolarment dawk li mhumiex ripagabbli in par.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa qed tinbidel skont l-emenda għall-Artikolu 2, paragrafu 1 - punt a - paragrafu 3 - inċiż 1.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ċerti depożitanti ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-depożiti, partikolarment l-awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-għadd limitat tagħhom meta mqabbel mad-depożitanti l-oħra kollha jimminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja f'każ li jfalli bank. Barra minn dan l-awtoritajiet għandhom aċċess ħafna aktar faċli għall-kreditu milli għandhom iċ-ċittadini. In-negozji mhux finanzjarji għandhom fil-prinċipju jkunu koperti, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

(18) Ċerti depożitanti ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-depożiti, partikolarment l-awtoritajiet governattivi u ċentrali, provinċjali u reġjonali jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-għadd limitat tagħhom meta mqabbel mad-depożitanti l-oħra kollha jimminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja f'każ li jfalli bank. Barra minn dan l-awtoritajiet governattivi u ċentrali, provinċjali u reġjonali għandhom aċċess ħafna aktar faċli għall-kreditu milli għandhom iċ-ċittadini. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti tal-muniċipalitajiet lokali jkunu koperti minn din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom, anke fil-każ ta' falliment tal-bank. In-negozji mhux finanzjarji għandhom fil-prinċipju jkunu koperti, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirreferi għall-bidliet li saru fl-Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt j.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-kontribuzzjonijiet lil Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iqisu l-grad ta' riskju li jieħdu l-membri tagħhom. Dan għandu jippermetti li l-profili tar-riskji tal-banek individwali jiġu riflessi u jwassal għal kalkolu ġust tal-kontribuzzjonijiet u biex jingħataw inċentivi ħalli joperaw skont mudell ta’ negozju inqas riskjuż. L-iżvilupp ta’ sett mandatorju ta’ indikaturi ewlenin għall-Istati Membri kollha u sett ieħor fakultattiv u supplementari ta’ indikaturi għandu jintroduċi din l-armonizzazzjoni gradwalment.

(24) L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet lil Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti li jirriflettu l-profili tar-riskji tal-banek individwali u jwasslu għal kalkolu ġust tal-kontribuzzjonijiet u jipprovdu inċentivi ħalli joperaw skont mudell ta' negozju inqas riskjuż. Fil-każ ta' setturi ta' self b’riskji partikolarment limitati u li jkunu koperti b’leġiżlazzjoni speċifika, inklużi l-banek tat-tfaddil tal-bini, għandhom jiġu previsti arranġamenti speċjali korrispondenti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-perijodu għall-iżborż ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-iżborż għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta’ ġimgħa

(26) Il-perijodu għall-iżborż ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010 , imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-iżborż għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta' sebat ijiem ta' xogħol sal-31 ta' Diċembru 2013.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirreferi għall-bidliet li saru fl-Artikolu 7.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti mill-Istati Membri, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jsir eħfef għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jibdew u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għad-depożitanti. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet tas-self bejn l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti stipulati f’din id-Direttiva huma ssodisfati u tiddikjara, fil-limiti stretti stabbiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li jistgħu jissellfu minn kull skema, ir-rata ta’ mgħax inizjali kif ukoll it-tul tas-self. F’dan ir-rigward, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha wkoll tiġbor l-informazzjoni dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fuq l-ammonti ta’ depożiti koperti minnhom, kif ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinfurma lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti l-oħra dwar l-obbligu tagħhom li jsellfu.

(32) Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti mill-Istati Membri, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jsir eħfef għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jibdew u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għad-depożitanti. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet tas-self bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti stipulati f'din id-Direttiva huma ssodisfati, ir-rata ta' mgħax inizjali kif ukoll it-tul tas-self. F’dan ir-rigward, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha wkoll tiġbor l-informazzjoni dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fuq l-ammonti ta’ depożiti koperti minnhom, kif ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirreferi għall-bidliet li saru fl-Artikolu 10.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Hemm ħtieġa li jiġi introdott strument effikaċi biex jiġu stabbiliti standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji ħalli jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-Ewropa. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati sabiex tiġi standardizzata l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju.

(33) Hemm ħtieġa li jiġi introdott strument effikaċi biex jiġu stabbiliti standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji ħalli jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirreferi għall-bidliet li saru fl-Artikolu 11.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 24 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) L-awtoritajiet superviżorji għandhom japplikaw proċedura rigoruża għall-ħruġ tal-liċenzji għal kull istituzzjoni tal-kreditu li biħsiebha tkun parti minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta’ garanzija tad-depożiti tista’ toħloq problemi ta’ periklu morali. Jeħtieġ ikun hemm proċedura ta’ ħruġ tal-liċenzji rigoruża biex jiġi vvalutat il-pjan kummerċjali ta’ kull istituzzjoni li tagħmel użu mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti. Il-ħruġ tal-liċenzji għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet adegwati.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "depożitu" tfisser kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skont il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli.

(a) "depożitu" tfisser kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skont il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, kif ukoll kull dejn ipprovat minn ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni tal-kreditu.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – subparagrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-eżistenza tiegħu tista' tiġi ppruvata biss b'ċertifikat li mhumiex rapport tal-kont;

l-eżistenza tiegħu tista' tiġi ppruvata biss b'ċertifikat li mhuwiex rapport tal-kont, bl-eċċezzjoni tal-kotba tat-tfaddil;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti li jiġu koperti l-istrumenti ta' tfaddil tradizzjonali, bħall-kotba tat-tfaddil. Dawn id-depożiti jintużaw bħala sostitut għall-kontijiet tat-tfaddil u huma popolari fost il-konsumaturi f'ħafna Stati Membri.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li fl-aspett tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista’ għal issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li jitħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan.

(i) l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li, skont l-informazzjoni li jkollhom attwalment disponibbli, l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ma tkunx tista’ għal dak il-perjodu, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, tħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; jew

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; jew

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tiċċara dispożizzjonijiet legalment wisq vagi, li ma joffrux biżżejjed ċertezza legali. Id-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti relevanti li istituzzjoni finanzjarja mhix solventi għandha tkun sostnuta minn evidenza bbażata fuq l-informazzjoni li jkollhom dak il-ħin, mhux fuq il-fehmiet tagħhom (kif propost mill-Kummissjoni) għall-prevenzjoni ta' kull kontroversja possibbli fil-ġejjieni dwar id-deċiżjonijiet bla bażi.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'livell fil-mira' tfisser 1.5% tad-depożiti eleġibbli għal kopertura li tkun responsabbli għalihom Skema ta' Garanzija tad-Depożiti;

(h) 'livell fil-mira' tfisser 1.25% tad-depożiti koperti li tkun responsabbli għalihom Skema ta' Garanzija tad-Depożiti;

 

(Il-bidla minn "eliġibbli" għal "koperti" tapplika fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi u t-trażżin tal-ispejjeż, li jiġu ttrasferiti mill-istituzzjonijiet finanzjarji għall-konsumaturi, il-livell fil-mira u l-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-ammont effettiv tad-depożiti (id-depożiti koperti), mhux id-depożiti ipotetikament eliġibbli.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ebda istituzzjoni ta’ kreditu ma tista’ tieħu depożiti sakemm ma tkunx membru ta’ skema bħal dik.

L-ebda istituzzjoni ta’ kreditu ma tista’ tieħu depożiti sakemm ma tkunx membru ta’ skema bħal dik u ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet superviżorji. Jeħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom proċedura rigoruża għall-ħruġ tal-liċenzji biex jivvalutaw is-sodezza tal-pjan kummerċjali għal kull istituzzjoni li tuża Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

Ġustifikazzjoni

Rajna għadd ta’ każijiet fejn l-istituzzjonijiet jieħdu livelli estremi ta’ riskju u għalhekk ikunu jistgħu joffru rati għoljin fuq id-depożiti. Dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jiġbdu lejhom konsumaturi unikament minħabba l-protezzjoni mill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti. Għalhekk, jeħtieġ li tal-anqas ikun hemm jiġi vvalutat il-profil tar-riskji ta' kull istituzzjoni li tuża Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-ħruġ tal-liċenzji għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet adegwati.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi mitfuħa fuqha bħala membru ta’ Skema ta’ Garanzija ta’ Depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati u, b’kollaborazzjoni mal-iskema ta’ garanzija, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta’ sanzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha.

2. Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi imposti fuqha bħala membru ta’ Skema ta’ Garanzija ta’ Depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati minnufih u, b’kollaborazzjoni mal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti, fil-pront għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta’ sanzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' problemi finanzjarji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jiġu informati bla dewmien u li sussegwentement l-awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, jaġixxu malajr sabiex iħarsu lill-konsumatur.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn it-testijiet għandhom isiru tal-anqas kull tliet snin jew meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi. L-ewwel test għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2013.

Dawn it-testijiet għandhom isiru tal-anqas kull sena jew b'mod aktar frekwenti meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi. L-ewwel test għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2013.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) depożiti mill-awtoritajiet,

(j) depożiti mill-awtoritajiet governattivi u ċentrali, provinċjali u reġjonali,

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti li anke d-depożiti tal-awtoritajiet lokali (il-muniċipalitajiet) se jkunu koperti. Il-maġġoranza l-kbira tal-awtoritajiet lokali (il-muniċipalitajiet) huma entitajiet żgħar b'baġits baxxi li jistgħu jiġu serjament ipperikolati fil-każ ta' falliment bankarju.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri barra miż-żona tal-euro għandhom jipprevedu somma ekwivalenti ta' protezzjoni stabbilita fil-munita tagħhom, miġjuba għall-eqreb unità ta' 1 000.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri barra miż-żona tal-euro jonqoshom iċ-ċertezza ta' livell stabbilit għall-protezzjoni li hu ta' żvantaġġ għall-konsumaturi f'dawk l-Istati Membri. Is-somma stabbilita se tiżgura wkoll li l-fluttwazzjonijiet tar-rati tal-kambju ma jaffettwawx b'mod inġust il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jikkonferixxu dritt legali skont il-paragrafu 1. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti li ġejjin ikunu koperti sakemm l-ispejjeż ta' dawn ir-ripagamenti ma jkunux soġġetti għall-Artikoli 9, 10 u 11:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jikkonferixxu dritt legali skont il-paragrafu 1. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti li ġejjin ikunu protetti b'mod komplut:

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet reżidenzjali sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat;

(a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari relatati ma' proprjetajiet residenzjali privati għal 6 xhur wara li l-ammont ikun ġie kkreditat, jew aktar, skont id-diskrezzjoni tal-Istat Membru, sa massimu ta' 12-il xahar;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) depożiti li jissodisfaw kunsiderazzjonijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, invalidità jew mewt ta' depożitant. Il-kopertura ma għandhiex taqbeż perjodu ta' 12-il xahar wara dan l-avveniment.

(b) depożiti li jaqdu skopijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, irtirar, tkeċċija, sensjar, invalidità jew mewt ta' depożitant. Il-kopertura għandha tkun għal 6 xhur wara l-avveniment, jew aktar, skont id-diskrezzjoni tal-Istat Membru, sa massimu ta' 12-il xahar;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) depożiti definiti fil-liġi nazzjonali bħall-ħlas tal-klejms tal-assigurazzjoni, kumpens għal traskuraġni klinika u ħlasijiet mogħtija mill-qrati jew it-tribunali bħala kumpens għal danni kriminali jew kundanni inġusti. Il-kopertura għandha tkun għal 6 xhur wara li jkun ġie kkreditat l-ammont, jew aktar, skont id-diskrezzjoni tal-Istat Membru, sa massimu ta' 12-il xahar.

Ġustifikazzjoni

Bl-istess mod bħall-punti a) u b) f'dan il-paragrafu, l-emenda tippermetti kopertura ta' 100% għall-bilanċi temporanjament għoljin tal-kontijiet għal sena fil-każ ta' pagamenti speċjali bħal klejms assigurattivi, eċċ. L-Istati Membri qed jitħallew jippermettu possibilità ta' dan it-tip fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni mill-anqas kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, billi jitqies partikolarment ta’ żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja Unjoni. L-ewwel reviżjoni m’għandhiex isseħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2015 sakemm ma ssirx meħtieġa reviżjoni aktar kmieni minħabba avvenimenti mhux previsti.

6. L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni mill-anqas kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, waqt li tqis partikolarment l-iżviluppi fis-settur bankarju u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja fl-Unjoni, u speċifikament il-fluttwazzjonijiet tar-rati tal-kambju. L-ewwel rieżami m’għandux iseħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2015 sakemm ma ssirx meħtieġa reviżjoni aktar kmieni minħabba avvenimenti mhux previsti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) għandhom ikunu applikabbli għal depożiti aggregati mqiegħda mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu irrispettivament min-numru ta’ depożiti, il-munita u l-lokalità fl-Unjoni.

1. Il-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) għandhom ikunu applikabbli għal depożiti aggregati mqiegħda mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu irrispettivament min-numru ta’ depożiti, il-munita u l-lokalità fl-Unjoni. Fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li istituzzjoni ta' kreditu topera taħt ismijiet kummerċjali differenti, id-depożitanti għandhom jiġu informati jekk ikollhom aktar minn depożitu wieħed fl-istess istituzzjoni ta' kreditu. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti fl-istess istituzzjoni ta' kreditu għandhom jinġabru flimkien meta jkun qed jiġi kkalkulat l-ammont kopert u, fil-każ li l-ammont tad-depożiti miġbura flimkien ikun aktar mil-livell ta' kopertura għal kull depożitant stipulat fl-Artikolu 5(1), il-kontribuzzjonijiet skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiġu mgħollija bl-istess mod. L-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-Istati Membri li japplikaw din id-dispożizzjoni ma jistgħux joffru kopertura ta' dan it-tip fil-fergħat tagħhom operati fi Stati Membri li ma jippermettux li istituzzjonijiet ta' kreditu joperaw taħt ismijiet kummerċjali differenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti li jitħarsu wkoll dawk il-konsumaturi li għandhom diversi depożiti fl-istituzzjonijiet finanzjarji b'ismijiet kummerċjali differenti, imma bl-istess sid, jiġifieri taħt l-istess liċenzja. Dawn il-konsumaturi se jiġu kkumpensati b'massimu ta' EUR 100.000 għal kull depożitu jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li l-kopertura tas-SGD għandha tapplika għad-depożiti mqiegħda ma kull entità b'isem kummerċjali distint operata minn istituzzjoni ta' kreditu waħda.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7 jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

1. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom iħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli permezz tal-kontribuzzjonijiet regolari mingħand il-membri tagħhom fit-30 ta' Ġunju u t-30 ta' Diċembru ta' kull sena. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra. Ma jistgħux jintalbu tariffi ta’ darba mad-dħul.

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli permezz ta' kontribuzzjoni regolari mingħand il-membri tagħhom tal-anqas darba kull sena. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra. Ma jistgħux jintalbu tariffi ta’ darba mad-dħul.

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħalla f'idejn l-iskemi tal-garanzija tad-depożiti li jiddeċiedu b'liema frekwenza jiġbru l-kontribuzzjonijiet. Minħabba li l-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet huwa proċess li għandu ċertu piż, huwa biżżejjed li jsir darba fis-sena. Ladarba jeħtieġ li l-bażi tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tkun soda, din il-bażi normalment għandha tkun il-kontijiet annwali ċċertifikati. Din raġuni oħra għala l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet għandu jsir darba kull sena.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammont kumulat ta' depożiti u investimenti ta' skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha. Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, kif definit fid-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini li jiġi kkalkulat dan il-limitu.

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-ammont kumulat ta' depożiti u investimenti ta' skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha. Limiti oħra dwar l-investimenti ta' riskju baxx tal-iskemi għandhom jipprovdu protezzjoni stabbli. Emenda 69

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F’dan il-każ, l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddeċiedu li jużawhom biex jiffinanzjaw it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F’dan il-każ, l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx.

Ġustifikazzjoni

Il-modifika proposta mhux se tbiddel it-tifsira tal-artikolu propost. Madankollu, se tiċċara t-test u tagħmlu konsistenti mas-subparagrafu li jmiss li wkoll jittratta l-użu tal-fondi tas-SGD.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) wara din il-miżura l-mezzi ta' skema finanzjarja jaqbżu 1% tad-depożiti eleġibbli;

(a) wara din il-miżura l-mezzi ta' skema finanzjarja jaqbżu 0.75% tad-depożiti eleġibbli;

Ġustifikazzjoni

Sabiex iħarsu lill-konsumaturi b'mod aktar effikaċi, is-SGD għandhom ikunu jistgħu jużaw il-fondi tagħhom għal intervent bikri biex jimminimizzaw l-effetti fuq il-klijenti u l-ekonomija jekk bank ma jkunx jista' jħallas lura d-depożiti.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perċentwali msemmi f'(a) jista' jiġi stipulat bejn 1 u 0.75%, każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba motivata mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata.

Il-perċentwali msemmi f'(a) jista' jiġi stipulat bejn 0.5 u 0.75%, każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba motivata mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata.

Ġustifikazzjoni

Sabiex iħarsu lill-konsumaturi b'mod aktar effikaċi, is-SGD għandhom ikunu jistgħu jużaw il-fondi tagħhom għal intervent bikri biex jimminimizzaw l-effetti fuq il-klijenti u l-ekonomija jekk bank ma jkunx jista' jħallas lura d-depożiti.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 5 - subparagrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fuq bażi ta' każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti wara talba motivata mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti kkonċernata, il-perċentwali msemmi f'(a) jista' jiġi stabbilit f'valur taħt 0.5% bil-kundizzjoni li l-iskema ta' garanzija tkun implimentat sistema adegwata għal-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' riskju tal-membri tagħha u li tista' teżerċita influwenza korrispondenti.

Ġustifikazzjoni

L-inżul taħt il-limitu propost għandu jitħalla jsir biss f'każijiet fejn ikun jista' jiġi stabbilit li l-iskemi ta' garanzija jkunu implimentaw sistemi adegwati għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni ta' riskju tal-membri tagħhom u li jistgħu jeżerċitaw influwenza korrispondenti u jkollhom alternattivi ta' finanzjament biex ikunu jistgħu jiksbu rifinanzjament għaż-żmien qasir fejn ikun meħtieġ ħali jissodisfaw pretiżi fuqhom (dan jinkludi r-rimborż jekk il-falliment bankarju ma setax jiġi evitat).

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skema għandu jkollha d-dritt li tissellef mingħand l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) fi ħdan l-Unjoni sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. Skema għandu jkollha l-għażla li tissellef mingħand l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) fi ħdan l-Unjoni sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Is-self reċiproku bejn is-sistemi minn Stati Membri differenti jista' potenzjalment jgħin jew jittrasferixxi kriżi minn pajjiż għall-ieħor, u għaldaqstant, ir-Rapporteur qed tipproponi li din id-dispożizzjoni tinbidel minn obbligu għall-mudell ta' qafas, li jista' jintuża jekk ikun meħtieġ, u jiddependi fuq l-Istati Membri jekk jipparteċipawx jew le f'sistema ta' dan it-tip (eż. billi jiffirmaw il-ftehimiet transkonfinali xierqa).

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

1. Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-grad ta' riskju li huwa jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75% jew aktar minn 200% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta’ Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) iħallsu lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37.5% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b’riskju medju.

1. Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-grad ta' riskju li huwa jġorr.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta’ Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) iħallsu lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi.

2. Id-determinazzjoni tal-grad ta' riskju mġarrab u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikun abbażi tal-elementi msemmija fl-Annessi I u II.

2. Id-determinazzjoni tal-grad ta' riskju mġarrab u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri.

3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmja fl-Artikolu 1(2).

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta’ Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) u l-banek ta' tfaddil tal-bini iħallsu lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi.

4. Sabiex ikunu żgurati elementi speċifiċi tad-definizzjonijiet u l-metodi skont l-Anness II il-Part A, qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummussjoni. Dawn l-abbozzi ta' standards regolatorji għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 7 sa 7d ta' [ir-Regolament ABE]. L-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji biex tissottomettihom lill-Kummissjoni.

 

5. Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Anness II il-Parti B skont [l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-ABE].

 

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta' kalkolu ibbażat fuq ir-riskji tal-kontribuzzjonijiet għandha titħalla f'idejn l-Istati Membri, peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jitfasslu aħjar għall-bżonnijiet tal-konsumatur (eż. fil-każ ta' depożiti estensivi minn istituzzjonijiet finanzjarji speċjali, bħall-banek tat-tfaddil tal-bini).

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-Iskema ta’Garanzija tad-Depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni  . . Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont l-Artikolu 4  , l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, biżżejjed informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-Iskema ta’Garanzija tad-Depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni  . Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont l-Artikolu 4, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ u f'dak il-każ id-depożitant għandu jingħata l-possibilità li jirtira d-depożiti tiegħu mingħajr ebda imposta ta' penalità, u bid-dritt għall-imgħax u l-benefiċċji akkumulati kollha.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel nett, id-depożitanti għandhom ikunu informati biżżejjed f'każ ta' dan it-tip u għandu jkollhom il-possibilità li jirtiraw id-depożiti tagħhom mingħajr ebda imposta ta' sanzjoni, u bl-imgħax u l-benefiċċji miksuba kollha.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Article 14 – paragraph 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Informazzjoni lid-depożitanti eżistenti għandha tingħata fir-rapporti tal-kontijiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn konferma li d-depożiti huma eleġibbli skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4. Barra minn dan, għandha ssir referenza għall-karta tal-informazzjoni fl-Anness III u minn fejn tista’ tinkiseb. Tista' wkoll tiġi indikata l-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

3. Informazzjoni lid-depożitanti eżistenti għandha tingħata fir-rapporti tal-kontijiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn konferma li d-depożiti huma eleġibbli skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4. Barra minn dan, għandha ssir referenza għall-karta tal-informazzjoni fl-Anness III. Dik il-karta ta' informazzjoni għandha tiġi mehmuża ma' wieħed mir-rendikonti tal-kontijiet tagħhom tal-anqas darba fis-sena. Għandha wkoll tiġi indikata l-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

Ġustifikazzjoni

Biżżejjed informazzjoni dwar il-kopertura tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għad-depożitanti effettivi hi ta' importanza kruċjali u m'għandhiex tikkostitwixxi piż kbir għal istituzzjoni finanzjarja li tehmeż il-karta tal-informazzjoni fl-Anness III ma' wieħed mir-rendikonti tagħha.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita.

4. L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita, u meta jitlob dan id-depożitant u l-fergħa tkun tista' tissodisfa dik it-talba, b'lingwi oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi soluzzjoni aktar flessibbli, li għandu jkun hemm qbil dwarha miż-żewġ partijiet, biex l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta wkoll f'lingwi oħrajn. Għażla ta' dan it-tip tintlaqa' tajjeb fir-reġjuni konfinali, mill-persuni espatrijati u se żżid il-kompetizzjoni transkonfinali fis-Suq Intern.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk isseħħ fużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, id-depożitanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-fużjoni mill-anqas xahar qabel issir legalment effettiva. Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati li meta fużjoni ssir effettiva, id-depożiti kollha tagħhom li jinsabu f'kull bank involut fil-fużjoni, wara l-fużjoni jkun aggregat sabiex tiġi ddeterminata l-kopertura tagħhom skont l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti.

6. Jekk isseħħ fużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, id-depożitanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-fużjoni mill-anqas xahar qabel issir legalment effettiva. Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati li meta fużjoni ssir effettiva, id-depożiti kollha tagħhom li jinsabu f'kull bank involut fil-fużjoni, wara l-fużjoni jkun aggregat sabiex tiġi ddeterminata l-kopertura tagħhom skont l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Id-depożitanti se jingħataw perjodu ta' tliet xhur wara n-notifika dwar il-fużjoni fejn ikollhom l-opportunità li jittrasferixxu d-depożiti tagħhom li jaqbżu l-kopertura ggarantita fl-Artikolu 5(1) f'bank ieħor jew isem kummerċjali ta' bank ieħor mingħajr ma jġarrbu imposti ta' penalità, u bid-dritt għall-imgħax u l-benefiċċji kollha akkumulati. Matul dan il-perjodu ta' tliet xhur, jekk l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jinqabeż, il-protezzjoni tiġi estiża billi l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jiġi mmultiplikat bl-għadd ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu ffużjonaw.

Ġustifikazzjoni

Id-depożitanti mhux biss għandhom ikunu informati sew, imma għandu jkollhom ukoll il-possibilità biex, mingħajr penalitajiet, jittrasferixxu d-depożiti mhux garantiti f'istituzzjoni ta' kreditu oħra, peress li m'għandhomx "ibatu" minn anqas kopertura minħabba l-fużjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu tagħhom.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Jekk depożitant juża l-internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġa tiġi divulgata minn din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata b'mezz elettroniku b'mod li tiġi għall-attenzjoni tad-depożitant.

7. Jekk depożitant juża l-internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġa tiġi divulgata minn din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata b'mezz elettroniku b'mod li tiġi għall-attenzjoni tad-depożitant, jew fuq karta jekk id-depożitant jagħżel hekk.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni, sostnuta mill-[Awtorità Bankarja Ewropea], għandha tissottometti għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din d-Direttiva. Dan ir-rapport għandu speċjalment ikopri l-possibbiltà li jiġi determinat il-livell fil-mira abbażi tad-depożiti koperti, mingħajr ma jnaqqas il-protezzjoi tad-depożitanti.

5. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni, sostnuta mill-[Awtorità Bankarja Ewropea], għandha tissottometti għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din d-Direttiva. Dan ir-rapport għandu speċjalment ikopri l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li l-livell ta' kopertura jiġi mgħolli għal EUR 150 000.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

L-Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Anness I għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi marbuta mal-bidla li saret fl-Artikolu 11.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Anness II għandu jitħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi marbuta mal-bidla li saret fl-Artikolu 11.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk depożitu li huwa dovut u pagabbli ma jkunx tħallas minn istituzzjoni tal-kreditu għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħha, id-depożitanti jiġu ripagati minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-[daħħal il-prodott] tal-[daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] huwa ġeneralment kopert mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

Jekk id-depożitu tiegħek li huwa dovut u pagabbli ma jkunx tħallas mill-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħha, inti, bħala depożitant, titħallas lura minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-[daħħal il-prodott] tal-[daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] huwa kopert mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli f'konformità mad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid)*.

 

________

* ĠU: żidu n-numru tad-direttiva u r-referenza tal-pubblikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi lingwaġġ li jista' jiftiehem aħjar mill-konsumatur, u tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti)

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-ripagament ikopri sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull bank. Dan ifisser li sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' kopertura, id-depożiti kollha fl-istess bank jiġu aggregati flimkien. Jekk pereżempju depożitant ikollu kont tat-tfaddil b'EUR 90,000 u kont kurrenti b'EUR 20,000, hu jew hi titħallas lura biss EUR 100,000.

Dan ir-ripagament ikopri sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull bank. Dan ifisser li sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' kopertura, id-depożiti kollha tiegħek fl-istess bank jiġu aggregati flimkien. Pereżempju: Jekk depożitant ikollu kont tat-tfaddil b'EUR 90 000 u kont kurrenti b'EUR 20 000, hu jew hi titħallas lura biss EUR 100 000.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi lingwaġġ li jista' jiftiehem aħjar mill-konsumatur, u tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti)

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[Fejn applikabbli biss]: Dan il-metodu ser jiġi applikat anki jekk bank jopera b'ismijiet kummerċjali differenti. [Daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] tinnegozja wkoll bħala [daħħal d-ditti kollha l-oħra tal-istess istituzzjoni tal-kreditu]. Dan ifisser li d-depożiti kollha ma' wieħed jew aktar minn dawn l-ismijiet ta' ditti jinsabu fil-kopertura totali sa EUR 100 000.

[Applikabbli biss jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li ma japplikax i d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 6(1)]: Dan il-metodu ser jiġi applikat anki jekk bank jopera b'ismijiet kummerċjali differenti għall-klijenti tiegħu. [Daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] tinnegozja wkoll bħala [daħħal d-ditti kollha l-oħra tal-istess istituzzjoni tal-kreditu]. Dan ifisser li d-depożiti kollha ma' wieħed jew aktar minn dawn l-ismijiet kummerċjali huma koperti sa EUR 100 000 kull wieħed.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tapplika l-bidla li saret fl-Artikolu 6 – paragrafu 1.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ġeneralment, id-depożitanti kollha f'livell ta' konsumatur u n-negozji kollha huma koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fil-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli. Fuq talba, il-bank tiegħek ser infurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, il-bank għandu wkoll jikkonferma dan fir-rapport tal-kont.

Ġeneralment, id-depożitanti (privati jew kummerċjali) huma koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fil-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli [daħħal il-websajt tas-SGD responsabbli]. Fuq talba, il-bank tiegħek għandu jinfurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, il-bank għandu wkoll jispeċifika dan fir-rapport tal-kont tiegħek.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi lingwaġġ li jista' jiftiehem aħjar mill-konsumatur, u tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti)

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100,000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċmebru 2013 fi żmien ġimgħa.

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċembru 2013 fi żmien 7 ijiem ta' xogħol.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi lingwaġġ li jista' jiftiehem aħjar mill-konsumatur, u tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti)

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk tkun għandek ma tħallastx lura fi żmien dawk l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jista' jingħalaq wara ċertu limitu ta' żmien. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn [daħħal il-websajt tas-SGD responsabbli].

Jekk tkun għandek ma tħallastx lura fi żmien dawk l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jingħalaq wara [daħħal il-perjodu ta' żmien relevanti applikabbli fl-Istat Membru u r-referenza eżatta tal-liġi nazzjonali u l-artikolu partikulari, li jirregolaw dawn id-dispożizzjonijiet]. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn [daħħal il-websajt tas-SGD responsabbli].

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tipprovdi lingwaġġ li jista' jiftiehem aħjar mill-konsumatur, u tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti) Il-perjodi ta' żmien biex jintalab ir-rimborż ivarjaw skont l-Istati Membri u hu aktar prattiku li l-istituzzjoni ta' kreditu toffri din l-informazzjoni lill-klijenti tagħha milli l-konsumaturi individwali jkollhom ifittxuha.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[Fejn applikabbli biss]: Id-depożitu tiegħek huwa ggarantit minn skema ta' Garanzija tad-Depożiti [rikonoxxuta/mhux rikonoxxuta] bħala Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Dan ifisser li l-banek kollha li huma membri ta' din l-iskema ssostnu reċiprokament lil xulxin sabiex jevitaw falliment ta' bank. Madankollu, jekk bank ifalli xorta waħda, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura sa EUR 100,000.

[Fejn applikabbli biss]: Id-depożitu tiegħek huwa ggarantit minn Skema ta' Garanzija Istituzzjonali Dan ifisser li l-banek kollha li huma membri ta' din l-iskema jsostnu reċiprokament lil xulxin sabiex jevitaw falliment ta' bank. Madankollu, jekk bank ifalli xorta waħda, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura sa EUR 100,000.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi mmirata biex tissemplifika t-terminoloġija użata fl-Anness III (Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti)

PROĊEDURA

Titlu

Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid)

References

COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

Data tal-ħatra

Zuzana Roithová

14.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

10.2.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Pier Antonio Panzeri, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Olle Schmidt


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (23.3.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni)

(COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dimitar Stoyanov

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta għal direttiva hija bil-għan li tikkodifika d-Direttiva 94/19/KE u d-Direttiva 2009/14/KE u l-emendi għalihom, permezz ta’ tfassil mill-ġdid. Hija għandha l-għan li tikseb armonizzazzjoni ulterjuri tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti (SGD) fl-Istati Membri u li ttejjeb is-sitwazzjoni tas-suq uniku f’termini tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi finanzjarji, u wkoll biex tiżdied l-istabilità tas-sistema bankarja u tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ min jiddepożita.

Il-fokus ċar tal-proposta tal-Kummissjoni huwa fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tad-depożituri f’każ li l-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha huma jkunu poġġew id-depożiti tagħhom issir insolventi. Dan huwa approċċ li ta’ min wieħed ifaħħar, iżda l-leġiżlazzjoni m’għandhiex titħalla tinjora lill-SGD infushom. Sa ċertu punt, il-proposta hija riġida wisq fir-rigward tal-SGD. Sabiex jittaffew l-effetti tal-proposta tal-Kummissjoni fuq l-SGD, filwaqt li fl-istess ħin l-ispirtu ta’ dik il-proposta fir-rigward tal-possibilitajiet miftuħa għad-depożituri ma jintmissx, qed nipproponu li jiġu adottati l-emendi li ġejjin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-perijodu għall-iżborż ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010 , imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-iżborż għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta’ ġimgħa

(26) Il-perijodu għall-iżborż ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-iżborż għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta’ erba’ ġimgħat.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-iskadenza tar-rimborż għal ġimgħa jkun ifisser jew li s-sistemi ma jkunux fil-pożizzjoni li jżommu ma' din l-iskadenza, jew inkella iwassal għal żbalji fir-rimborż jew għal żieda sinifikanti fl-ispejjeż amministrattivi. Qabel ma jiġi kkunsidrat tnaqqis ieħor fil-perjodu, għandhom l-ewwel jiġu evalwati l-esperjenzi attwali bl-iskadenza ta' erba' ġimgħat, li huma stabbiliti fid-Direttiva 2009/14/KE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a - subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ bilanċ ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli u r-regolamenti rigward il-kumpens u l-kontropretiżi skont il-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli għad-depożitu.

Ġustifikazzjoni

Ir-rikumpens reċiproku ta' pretiżi u kontropretiżi bejn banek u depożitaturi, bil-pagament lid-depożituri ta' bilanċi tal-kreditu biss, jiffaċilita s-saldu tal-pretiżi u kontropretiżi minn banek u depożitaturi. Jekk din il-prattika titneħħa, fil-futur is-saldu tal-pretiżi minn depożitaturi u l-irkupru ta' pretiżi mhux saldati se jsir iktar diffiċli.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma jiddevjawx mil-livell ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 1. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti li ġejjin ikunu koperti sakemm l-ispejjeż ta' dawn ir-ripagamenti mhumiex soġġetti għall-Artikoli 9, 10 u 11:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitaturi jkunu legalment intitolati għal-livell ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 1. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti li ġejjin ikunu koperti sakemm l-ispejjeż ta' dawn ir-ripagamenti ma jkunux soġġetti għall-Artikoli 9, 10 u 11:

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-depożiti għandhom jitħallsu fil-munita li fiha jkun il-kont. Jekk l-ammonti espressi f’euro msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu kkonvertiti  f'muniti nazzjonali oħra  l-ammonti effettivament imħallsa lid-depożitanti għandhom ikunu  ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

4. Id-depożiti għandhom jitħallsu fil-munita li fiha jkun il-kont. Jekk l-ammonti espressi f’euro msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu kkonvertiti  f'muniti nazzjonali oħra, l-ammonti effettivament imħallsa lid-depożitanti għandhom ikunu  ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

 

Bl-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tista’ tħallas id-depożiti fil-munita tal-Istat Membru jekk id-depożitu ma jkunx jista’ jitħallas fil-munita li fiha kien il-kont sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(1). F’dak il-każ, ir-rata tal-kambju li tintuża għandha tkun dik għall-munita li fiha kien inżamm id-depożitu sad-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

Ġustifikazzjoni

Il-fondi kumulati fl-SGD għandhom jiġu investiti minnhom f’assi ta’ riskju baxx awtorizzati. Filwaqt li teżisti l-ħtieġa li l-investiment ikun ta’ riskju baxx, m’hemm l-ebda ħtieġa li l-SGD tinvesti f’munita speċifika. Il-ħtieġa li d-depożitu jitħallas fl-istess munita li fiha jkun inżamm tista’ twassal għal diffikultajiet u telf sinifikanti għall-SGD minħabba l-iskadenza ġdida u iqsar ta’ żborż. Sabiex jitħarsu bis-sħiħ ukoll l-interessi tad-depożituri u tal-SGD, l-emenda tipprevedi l-possibilità ta’ ħlas fil-pront. Dik il-possibilità tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti u tidħol fis-seħħ biss meta jkun hemm periklu li d-data ta’ skadenza tal-ħlas ma tiġix rispettata.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

L-skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammont kumulat ta' depożiti u investimenti ta' skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha. Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, kif definit fid-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini li jiġi kkalkulat dan il-limitu.

2. L-ammont kumulat ta' depożiti u investimenti ta' skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha, minbarra l-investimenti f’bonds tal-gvern. Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, kif definit fid-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini li jiġi kkalkulat dan il-limitu.

Ġustifikazzjoni

L-SGD huma intitolati li jinvestu l-fondi kumulati fihom minħabba li l-kapital li jiċċirkola biss huwa ta’ ġid lill-ekonomija. Sikwit l-SGD huma ta’ għajnuna kbira lill-istat minħabba li jipparteċipaw b’mod attiv fix-xiri ta’ dejn sovran, li huwa investiment ta’ riskju baxx u b’rati ta’ profitti għoljin. Il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar tal-attivitajiet tal-istat permezz tax-xiri ta’ dejn sovran tibbenefika minnha s-soċjetà b’mod ġenerali, li fiha nnifisha tinkludi d-depożituri u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għaldaqstant m’għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-SGD li jkollhom ukoll portfolji ta’ investimenti akbar f’bonds tal-gvern, apparti r-restrizzjonijiet ġenerali applikabbli għal tipi oħrajn ta’ investiment.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva.

Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħarsu u jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-iskop għandu jkun li jipprova jipprevjeni l-insolvenzi minflok jikkumpensa d-depożituri biss wara li l-insolvenzi jkunu ġraw.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx.

Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-awtorità bankarja nazzjonali relevanti fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligi potenzjali tagħhom. Bl-istess mod, għandu jkun obbligatorju li wieħed jirrapporta lill-awtoritajiet bankarji nazzjonali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jużaw il-mezzi finanzjarji tagħhom sabiex jevitaw falliment ta' bank mingħajr ma jkunu ristretti li jiffinanzjaw it-trasferiment tad-depożiti f'istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm ikunu ssodifati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-mezzi finanzjarji tagħhom anki sabiex jevitaw falliment ta' bank mingħajr ma jkunu ristretti li jiffinanzjaw it-trasferiment tad-depożiti f'istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-iskemi ta' garanzija intiżi għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni ta' riskju tal-membri tagħhom jkollhom riżorsi finanzjarji alternattivi adegwati li jippermettulhom li jiksbu finazjamenti għal żmien qasir, jekk dan ikun meħtieġ, biex jiffaċċjaw pretiżi kontrihom.

Ġustifikazzjoni

Skemi ta' Garanzija li jillimitaw ruħhom għall-pagament tad-depożiti f'każ ta' insolvenza kif ukoll skemi istituzzjonali ta' garanzija li jużaw il-mezzi biex jevitaw l-insolvenza kompletament jew parzjalment, għandhom ikunu għażliet bl-istess validità.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) wara din il-miżura l-mezzi ta' skema finanzjarja jaqbżu 1% tad-depożiti eleġibbli;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skemi ta' Garanzija li jillimitaw ruħhom għall-pagament tad-depożiti f'każ ta' insolvenza kif ukoll skemi istituzzjonali ta' garanzija li jużaw il-mezzi biex jevitaw l-insolvenza kompletament jew parzjalment, għandhom ikunu għażliet bl-istess validità.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perċentwali msemmi f'(a) jista' jiġi stipulat bejn 0.75 u 1%, każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skemi ta' Garanzija li jillimitaw ruħhom għall-pagament tad-depożiti f'każ ta' insolvenza kif ukoll skemi istituzzjonali ta' garanzija li jużaw il-mezzi biex jevitaw l-insolvenza kompletament jew parzjalment, għandhom ikunu għażliet bl-istess validità.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra għandhom jaġixxu ta' skemi mutwanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri fejn huma stabbiliti aktar minn skema waħda għandhom jiddeżinjaw skema waħda li taġixxi ta' skema li ssellef ta' dan l-Istat Membru u tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi rrimburżata l-iskema tas-self mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra stabbiliti fl-istess Stat Membru, u kif.

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra għandhom jaġixxu ta' skemi mutwanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri fejn huma stabbiliti aktar minn skema waħda għandhom jiddeżinjaw skema waħda li taġixxi ta' skema li ssellef ta' dan l-Istat Membru u tinforma lill-ABE dwar dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi rrimburżata l-iskema tas-self mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra stabbiliti fl-istess Stat Membru, u kif. Fil-każijiet fejn l-iskemi nazzjonali ma jaslux għal ftehim dwar id-denominazzjoni ta' waħda minnhom bħala l-iskema ta' għoti ta' self tal-Istat Membru kkonċernat, l-ABE għandha taħtar lill-iskema abbażi tal-affidabbiltà finanzjarja tas-sistemi individwali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fi żmien jumejn ta’ xogħol mindu tirċievi l-konferma u l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe waħda mill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożitu li jsellfu tista’ titlob lill-ABE biex teżentaha mid-dmir li tħallas lura s-self. L-eżenzjoni għandha tingħata biss meta:

 

(а) l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu li ssellef tkun għamlet rikors għal kontribuzzjonijiet straordinarji skont l-Artikolu 9(3), jew

 

(b) l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu li ssellef, fit-talba tagħha biex tiġi eżentata mid-dmir tagħha, tippreżenta raġunijiet li minħabba fihom, flimkien mal-ħlas tas-self, iwassluha biex ma tkunx kapaċi tħallas lura lid-depożituri skont din id-Direttiva sad-data ta’ skadenza stipulata fl-Artikolu 7(1), f’każ li d-depożiti ggarantiti minnha ma jibqgħux disponibbli.

 

L-ABE għandha minnufih tgħarraf lill-iskemi kollha li jissellfu bit-talbiet għal eżenzjoni li hija tkun irċeciet u, wara li tkun evalwat x’se jkunu l-effetti li tingħata eżenzjoni lil xi Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti jew aktar fuq il-bqija tal-iskemi, għandha tieħu deċiżjoni dwar it-talbiet fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol mindu tirċevihom. L-ABE ma tistax tirrifjuta eżenzjoni fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punt a) tas-subparagrafu t’hawn fuq.

 

F’każ li t-talbiet kollha jiġu miċħuda, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożitu li jsellfu għandhom iħallsu s-somma speċifikata, b’konformità mal-konferma u l-informazzjoni, kif ukoll mal-iskadenza, stipulati fil-paragrafu 3, minn dakinhar li tiġi miċħuda t-talba.

 

Meta tintlaqa’ talba għal eżenzjoni jew aktar, l-ABE għandha, barra milli tgħarraf bid-deċiżjoni tagħha, tinnotifika lill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożitu li jsellfu li ma jkunux ġew eżentati mill-impenji tagħhom bl-ammonti li jridu jissellfu minn kull skema li ma tkunx ingħatat eżenzjoni, kif ikkalkulat skont il-paragrafu 2(a), u bir-rata ta’ interess inizjali skont il-paragrafu 2(c) u biż-żmien li jdum is-self. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożitu li ma jingħatawx eżenzjoni għandhom iħallsu s-somom lill-iskemi li jissellfu mhux aktar tard minn jumejn ta’ xogħol wara li jkunu rċevew in-notifika tal-ammont ikkalkulat. M’għandhom isiru l-ebda talbiet, skont dan il-paragrafu, għal eżenzjoni milli jitħallas is-self.

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, meta SGD tfittex li tieħu self, il-bqija tal-SGD jkunu obbligati li jtuha waħda. Madankollu, dan l-arranġament huwa aċċettabbli biss meta skema waħda biss tkun qed issibha diffiċli li tissodisfa l-impenji tagħha skont din id-Direttiva. L-emenda proposta hija bil-għan li tippermetti lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) biex tevalwa jekk, fil-każ li hija tirtira l-kontribuzzjonijiet ta’ SGD waħda jew aktar bi tweġiba għal talbiet espressi mill-SGD li jsellfu, tkunx qed toħloq katina ta’ reazzjoni u l-kollass ta’ ħafna SGD.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-grad ta' riskju jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75% jew aktar minn 200% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta' Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) iħallsu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37.5% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju.

1. Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-grad ta' riskju li huwa jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75% jew aktar minn 200% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta' Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) iħallsu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37.5% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju, jew 20% għal depożiti ma' banek li jagħtu kreditu ipotekarju.

Ġustifikazzjoni

Il-banek li jagħtu kreditu ipotekarju huma suġġetti għal regoli ħafna aktar rigorużi mill-banek kummerċjali (self lil depożituri biss, mogħti fuq bażi ferm selettiva, restrizzjonijiet fir-rigward tal-investiment ta’ fondi), li jfisser li jtnaqqas sostanzjalment ir-riskju tal-insolvenza. Dan jiġġustifika livell minimu aktar baxx minn dak ġeneralment applikabbli.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Paralment Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Paralment Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar.

(1) Il-Paralment Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Paralment Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċmebru 2013 fi żmien ġimgħa.

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Hija ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċmebru 2013 fi żmien erba’ ġimgħat.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1

PROĊEDURA

Titolu

Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

JURI

7.9.2010

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Dimitar Stoyanov

27.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

27.1.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Luis de Grandes Pascual, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler


PROĊEDURA

Titolu

Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.7.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

7.9.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

7.9.2010

JURI

 

JURI

7.9.2010

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Peter Simon

6.9.2010

 

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.3.2011

20.4.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Godfrey Bloom, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Robert Goebbels, Thomas Mann

Data tat-tressiq

14.6.2011

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2011Avviż legali