Proċedura : 2011/2032(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0231/2011

Testi mressqa :

A7-0231/2011

Dibattiti :

PV 06/07/2011 - 13
CRE 06/07/2011 - 13

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2011 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0334

RAPPORT     
PDF 281kDOC 241k
16 ta' Ġunju 2011
PE 458.744v02-00 A7-0231/2011

dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni

(2011/2032(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Véronique De Keyser

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni

(2011/2032(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kunsidra d-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-impenji ta’ l-OSKE li sar ftehim fuqhom f’Kopenħagen fl-1990 u fis-Samit ta’ Istanbul fl-1999, li matulhom l-Istati parteċipanti kollha tal-OSKE impenjaw ruħhom li jistiednu osservaturi internazzjonali, u b'mod speċifiku lill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) għall-elezzjonijiet tagħhom,

–   wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 169 tal-ILO dwar Popli Indiġeni u Tribali tas-7 ta’ Ġunju 1989,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 8 u 21 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (2000),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet uniti tal-4 ta’ Diċembru 2000 bl-isem “Il-promozzjoni u l-konsolidament tad-demokrazija”(1), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-istess korp tal-20 ta’ Diċembru 2004 bl-isem “It-titjib tar-rwol ta’ organizzazzjonijiet reġjonali, subreġjonali u oħrajn fil-promozzjoni u l-konsolidament tad-demokrazija”(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 1996 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tar-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (COM(1995)0216)(3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “L-Għajnuna u l-Osservazzjoni tal-UE waqt l-Elezzjonijiet”(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Is-sehem tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi” (COM(2001)0252)(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 bl-isem “Il-missjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE: objettivi, prattiki u sfidi futuri”(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-25 ta' Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 bl-isem “It-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjieg fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq ’il quddiem”, b’mod partikolari l-paragrafi 71, 72 u 73 tiegħu(10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(11),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(12),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem “It-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa”(14),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ April 2011 bl-isem “Il-flussi tal-migrazzjoni li qed jirriżultaw mill-instabilità: l-ambitu u r-rwol tal-politika estera tal-UE”(15),

–   wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f’dawk il-ftehimiet,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2009 dwar “l-Appoġġ għall-Governanza Demokratika: lejn qafas imsaħħaħ tal-UE”,

–   wara li kkunsidra ż-żewġ ġabriet tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-appoġġ għad-demokrazija fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea”: dawk tas-17 ta’ Novembru 2009 u dawk tat-13 ta’ Diċembru 2010 li fihom “Rapport ta’ progress 2010 u lista ta’ pajjiżi pilota”,

–   wara li kkunsidra d-dokument konġunt tal-Kummissjoni / is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar “Il-Bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE” (SEC(2009)1095),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem "Sħubija għad-demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran" (COM(2011)0200),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tat-22 ta’ Ġunju 1993,

   wara li kkunsidra l-istrumenti finanzjarji tematiċi u ġeografiċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u t-traffikar tal-bnedmin (bħalma huma AENEAS, is-suċċessur tiegħu il-Programm Tematiku għall-Migrazzjoni u l-Ażil, MIEUX, EIDHR, TAIEX, ENPI eċċ.),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta’ Marzu 2011 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi oħra(16),

–   wara li kkunsidra l-ħolqien tal-kariga ta’ Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u ta’ Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) operattiv mill-1 ta’ Jannar 2011,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0231/2011),

A. billi t-Trattati tal-Unjoni jipproklamaw id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija bħala valuri fundaturi tal-UE u bħala prinċipji u objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, li din jeħtiġilha tippromwovihom bħala universali,

B.  billi d-demokrazija hija l-aqwa salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, tat-tolleranza tal-gruppi kollha fis-soċjetà u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għal kull persuna,

C. billi d-demokrazija evolviet f’valur universali, imma s-sistemi demokratiċi jistgħu jvarjaw fis-sura u l-forma, kif jixhdu l-forom differenti iżda validi ndaqs ta’ demokrazija fis-27 Stat Membru tal-UE, ilkoll imsawra mill-istorja, il-kultura u ċ-ċirkustanzi, u kif tixhed l-UE nnifisha, li tirrappreżenta forma ta’ demokrazija sovranzzjonali li hija unika fid-dinja; billi ma jeżisti l-ebda mudell waħdieni tad-demokrazija, u l-ebda pjanta waħdanija tagħha, iżda hemm qbil komuni dwar l-elementi essenzjali tad-demokrazija,

D. billi dawn huma definiti f’żewġ riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tal-Unjoni Ewropea(17),

E. billi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma konnessi b’mod li ma jistax jinfirdu, u billi l-individwi jistgħu jgawdu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom biss f’demokrazija; u billi d-demokrazija tista’ teżisti biss meta d-drittijiet tal-bniedm ikunu rrispettati,

F. billi jeħtieġ li l-istat tad-dritt jirbaħ, billi jiżgura l-ugwaljanza quddiem il-liġi, ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-proprjetà privata u in-nuqqas ta’ interferenza arbitrarja mill-awtoritajiet pubbliċi, kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika, u għaldaqstant jeħtieġ li l-istituzzjonijiet pubbliċi jeżerċitaw is-setgħat tagħhom permezz ta’ uffiċjali eletti u pubbliċi li jkunu trasparenti u responsabbli, b’ġudikatura indipendenti u imparzjali,

G. billi l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni huma ta’ importanza vitali; u billi kulħadd huwa intitolat li jgawdi d-drittijiet kollha tal-bniedem mingħajr diskriminazzjoni rigward razza, sess, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew ta’ tip ieħor, oriġini nazzjonali jew soċjali, l-istatus tat-twelid jew ta’ tip ieħor; billi d-demokrazija għandha tiżgura d-drittijiet ta’ kulħadd, inklużi dawk ta’ persuni li jappartjenu lil minoranzi, ta’ popli indiġeni u ta’ gruppi oħra vulnerabbli; billi l-kapaċità tal-irġiel u tan-nisa li jipparteċipaw b'mod indaqs fil-ħajja politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija prerekwiżit tad-demokrazija vera,

H. billi l-governanza demokratika tħaddan, fost affarijiet oħra, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-aċċess għall-ġustizzja, rwol importanti għall-parlamenti u l-awtoritajiet lokali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll, ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi; billi r-responsabbiltà ta’ rendikont tal-mexxejja u l-uffiċjali pubbliċi taċ-ċittadini hija element essenzjali tad-demokrazija; billi, f’dan il-kuntest, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija kruċjali; u billi l-governanza demokratika tinvolvi wkoll il-kontroll ċivili tas-settur tas-sigurtà,

I.  billi ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li perjodikament jivvutaw f’elezzjonijiet ħielsa u ġusti u joħorġu għal kariga pubblika,

J.  billi l-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni dwar kwistjonijiet politiċi, soċjali, u ekonomiċi, fis-sens wiesa’ tagħhom, mingħajr ir-riskju ta’ kastig mill-istat, huwa dritt universali, kif inhi l-possibilità li wieħed ifittex sorsi differenti ta’ informazzjoni,

K. billi ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jifformaw assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet indipendenti, inklużi partiti politiċi u gruppi ta’ interess,

L. billi l-partiti politiċi u l-firxa ta’ fehmiet politiċi, interessi, affiljazzjonijiet reġjonali jew komunali li dawn jirrappreżentaw huma ta’ importanza vitali; billi l-partiti politiċi jeħtieġ jaħdmu b’mod ħieles mill-interferenza tal-gvern u tal-uffiċjali eżekuttivi; billi r-rappreżentanti eletti, sew jekk jappoġġjaw jew inkella jopponu lill-gvern, jeħtiġilhom l-awtorità u r-riżorsi biex jiddibattu u japprovaw il-liġijiet u l-baġits nazzjonali, li jżommu l-gvern responsabbli għall-imġiba tal-amministrazzjoni pubblika u l-użu tal-fondi; billi parlamenti b’saħħithom, bħala l-forum pubbliku għan-negozjar ta’ kunċetti kompetittivi b’mod paċifiku u ordni soċjali, u korpi nazzjonali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet leġiżlattivi huma essenzjali għall-esperjenza ta’ demokrazija inklussiva,

M. billi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi mhux statali huma komponenti vitali fil-bini ta’ demokrazija li tiffunzjona tajjeb u għandhom rwol importanti fl-istabbiliment ta’ kultura demokratika b’għeruq fondi fis-soċjetà; billi dawn jiggwidaw ir-rieda pubblika u jżommu lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom,

N. billi mezzi tax-xandir indipendenti u differenti huma essenzjali biex jiġi żgurat li firxa wiesgħa ta’ opinjonijiet u fehmiet ikunu espressi u kkomunikati lill-pubbliku; u billi aċċess ħieles għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u aċċess mhux iċċensurat għall-internet (il-libertà tal-internet) huma drittijiet universali u indispensabbli għall-iżgurar tat-trasparenza u r-responsabbiltà ta’ rendikont fil-ħajja pubblika,

O. billi l-edukazzjoni dwar il-valuri demokratiċi hija importanti biex tiġi sostnuta d-demokrazija, kif inhi l-parteċipazzjoni xierqa, skont l-età, fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni,

P. billi l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jieħdu dawn l-elementi ewlenin tad-demokrazija bħala komponenti tal-appoġġ tal-UE f’oqsma speċifiċi biex tgħin lil pajjiżi terzi ħalli jsegwu t-triq tagħhom stess lejn id-demokrazija,

Q. billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-appoġġ għad-demokrazija fil-qafas tar-relazzjonijiet esterni tal-UE” tal-2009 u l-2010 jirriflettu dawn l-elementi,

R.  billi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR) issaħħaħ is-sistema Ewropea tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tqawwi l-pożizzjoni tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi,

S.  billi huwa tal-akbar importanza li nsostnu mill-ġdid li d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali huma interdipendenti u jsaħħu ‘l xulxin reċiprokament, u li biss l-infurzar tagħhom kollha jista’ jikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ demokrazija ġenwina; billi d-demokrazija hija l-aqwa mezz biex tiggarantixxi u tħares id-drittijiet tal-bniedem u tippermetti żvilupp ekonomiku sostenibbli; billi l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ governanza, u l-kontribuzzjoni tagħha għal dan tal-aħħar, huma ta’ importanza kruċjali, u billi spiss wisq jibqgħu ttraskurati,

T.  billi, fl-Aġenda tiegħu għal Azzjoni dwar id-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE, il-Kunsill afferma r-rieda tiegħu li jkabbar il-koerenza u l-effikaċja tal-appoġġ tiegħu, imma billi sar ftit progress f’dan is-sens,

U. billi l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha firxa wiesgħa ta’ strumenti biex tappoġġa d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (fosthom ftehimiet u sħubijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, li fihom klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-arranġament ta’ inċentivi speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-govrnanza tajba (GSP+), djalogi politiċi, azzjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), missjonijiet tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD), strumenti finanzjarji speċjalizzati, proġetti ta’ ġemellaġġ u missjonijiet ta’ osservazzjoni); iżda billi huwa essenzjali li niżviluppaw politika koerenti u orjentata lejn ir-riżultati dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, ibbażata fuq metodoloġija standard imfassla għas-sitwazzjoni f’kull pajjiż, li twarrab l-inkonsistenzi eżistenti u kriterji mhux trasparenti fil-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni u tevita li ddaħħal oħrajn ġodda, tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sitwazzjonijiet fraġġli u ta’ wara l-kunflitti u ġġib ‘il quddiem id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp bħala objettivi interkonnessi,

V. billi l-UE għandha tkun aktar sensittiva għar-realtajiet soċjali, politiċi, ekonomiċi u strateġiċi ta’ pajjiż hija u tiddeċiedi jekk tagħtix jew tirtirax preferenzi kummerċjali bħall-SPĠ+,

W. billi l-UE għandha tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi normi u elementi marbutin mad-demokrazija permezz tal-attivitajiet tagħha fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali u għandha tkompli tippromwovi l-implimentazzjoni effikaċi tal-impenji u l-obbligi meħuda fi ħdan jew permezz il-fora li fihom jipparteċipaw l-Istati Membri tal-UE,

X. billi għad hemm sfidi kbar rigward il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-klawsoli vinkolanti relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali tal-UE; billi s-sospensjoni ta’ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż sieħeb tagħha b’reazzjoni għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-demokrazija hija għodda li teżisti biex tintuża f’ċerti sitwazzjonijiet; billi, minkejja l-ksur frekwenti tal-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u n-nuqqas ta’ ċerti pajjiżi terzi li josservaw l-impenji li jinsabu fil-ftehimiet internazzjonali rilevanti, il-gvernijiet tal-pajjiżi kkonċernati rari jiġu ssanzjonati jew jinżammu responsabbli biżżejjed, anki f’każijiet ta’ ksur sfaċċatt tad-drittijiet tal-bniedem; billi n-nuqqas tal-UE li tuża din l-għodda b’konsistenza jimmina l-kredibbiltà tal-Unjoni bħala attur b’saħħtu u determinat fix-xena internazzjonali,

Y. billi l-għażla tas-sanzjonijiet għandha ssir b’mod ġust, meqjus u intelliġenti, u billi l-popolazzjonijet tal-pajjiż ikkonċernat fl-ebda każ m’għandhom ikunu l-vittmi ewlenin ta’ dawn is-sanzjonijiet,

Z.  billi l-Unjoni għandha politika reali ta’ inċentivi f’dan il-qasam bil-għan li ssaħħaħ ir-riformi, imma billi l-potenzjal sħiħ ta’ dawn l-inċentivi ma ġiex sfruttat, għal raġunijiet politiċi u b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ qbil fl-UE kollha dwar l-importanza tal-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward meta mqabbla ma’ prijoritajiet oħra; billi teoretikament m’hemm l-ebda ostakolu strutturali jew legali għall-użu kkoordinat tal-istrumenti finanzjarji esterni għall-appoġġ tad-demokratizzazzjoni,

AA.  billi r-Riżoluzzjoni 63/168 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Diċembru 2008 titlob moratorju globali dwar l-użu tal-piena tal-mewt; billi l-piena tal-mewt għadha tintuża bħala metodu ta’ kastig f’ħafna pajjiżi tad-dinja u f’xi każijiet anki fuq minorenni,

BA.  billi l-Istrument Ewropew ta’ Finanzjament għall-Promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) huwa ċentrali għall-politika Ewropea, minħabba l-konċentrazzjoni tiegħu fuq miżuri li ma jistgħux jitwettqu permezz ta’ strumenti ta’ koperazzjoni bilaterali,

CA.  billi l-EIDHR jiffinanzja l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE, strumenti essenzjali ta’ interazzjoni fil-qasam tal-konsolidament demokratiku, imma billi r-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn il-missjonijiet f’bosta każijiet ma sarulhomx segwitu u implimentazzjoni adegwati,

DA.  billi din is-sitwazzjoni jista’ jkun li tirriżulta minn nuqqas ta’ impenn politiku min-naħa tal-gvernijiet tal-pajjiżi ospitanti ta’ dawn il-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE kif ukoll mill-inkapaċità tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri li jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet jiġu segwiti minn programmi ta’ appoġġ speċifiku, b’mod partikolari favur parlamenti li jkunu għadhom kif ġew eletti,

EA.   billi l-Parlament Ewropew għad m’għandux għad-dispożizzjoni tiegħu studji dettaljati biżżejjed biex ikun jista’ jevalwa l-ambitu tal-appoġġ għad-demokrazija mogħti mill-Unjoni, inkluż mill-Istati Membri tagħha; billi dan huwa dovut, parzjalment, għal kwistjonijiet ta’ trasparenza, ta’ aċċess għad-dokumenti li l-Kunsill għadu ma rrisolvihomx,

FA.   billi l-uniku mod biex jinkisbu l-għanijiet ta’ demokratizzazzjoni ġenwina, rispett ġenwin għad-drittijiet tal-bniedem u prospetti ekonomiċi ġenwinament aħjar għal popolazzjonijiet lokali huwa li jiġi applikat prinċipju ta’ kundizzjonalità sħiħa; billi dan il-prinċipju ta’ kundizzjonalità għandu jiġi definit flimkien ma’ pajjiżi benefiċjarji, b’konsultazzjoni mill-qrib mhux biss ma’ gvernijiet, iżda wkoll mas-soċjetà ċivili, u bir-rispett dovut għall-ħtiġijiet reali tal-popolazzjonijiet lokali,

GA.  billi partiti politiċi u parlamenti eletti b’mod ħieles u ġust huma ta’ importanza ċentrali għal kull demokrazija u proċess ta’ demokratizzazzjoni, u billi l-appoġġ għall-EDHR u l-applikazzjoni tiegħu ma kkorrispondewx mal-importanza ta’ dawn l-atturi fl-imgħoddi,

HA.  billi x-xogħol tal-Nisa tan-NU huwa kruċjali għall-appoġġ tan-nisa fil-kontribuzzjoni u parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess ta’ demokratizzazzjoni,

IA.    billi hemm qbil ġenerali fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar in-natura multidimensjonali, kumplessa u fit-tul tad-demokrazija, iżda billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma qisux iċ-ċiklu elettorali sħiħ huma u jipprogrammaw u jimplimentaw miżuri ta’ appoġġ tad-demokrazija,

JA.   billi, fi stati li għaddejjin mid-demokratizzazzjoni, in-nisa u t-tfal żgħar huma partikolarment vulnerabbli għat-traffikar tal-bnedmin, inklużi għal finijiet ta’ prostituzzjoni,

Il-ħtieġa ta’ bidla tal-paradigma

1.  Jemmen li biss id-demokraziji bbażati fuq l-istat tad-dritt jistgħu jiffunzjonaw bħala sisien għal sħubijiet strutturali bbilanċjati bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni, li wkoll jirrispettaw il-bżonnijiet u l-interessi taż-żewġ partijiet u tal-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom;

2.  Jenfasizza li sħubijiet ibbażati fuq id-djalogu u l-konsultazzjoni jsaħħu s-sjieda ta’ proċessi tal-bini tad-demokrazija u elementi tal-governanza demokratika; jappella lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex jagħmlu aktar sforzi ħalli jużaw dawn id-djalogi b’mod aktar koerenti, konsistenti u koordinat;

3.  Iqis li r-rwol tal-UE bħala “setgħa ta’ persważjoni” fis-sistema internazzjonali jista’ jiġi kkonsolidat biss jekk il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tikkostitwixxi prijorità reali għaliha fil-politika tagħha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi;

4.  Jirrimarka li huwa essenzjali, jekk l-UE għandu jkollha politika estera kredibbli u konsistenti u tappoġġja l-iżvilupp tad-demokrazija, li politika eżemplari ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għandha tiġi segwita fi ħdan l-UE u l-Istati Membri tagħha, sew illum kif ukoll fil-ġejjieni;

5.  Iqis, madankollu, li l-ġlieda kontra l-faqar u l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-iżvilupp jistgħu jagħtu kontribut deċiżiv għall-proċessi demokratiċi;

6.  Jinnota li l-avvenimenti li qed iseħħu fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani wrew il-limitazzjonijiet ta’ fokus fuq is-sigurtà – partikolarment il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari – u l-istabbiltà, approċċ li ma rnexxilux inaqqas il-faqar u l-inġustizzja soċjali; jenfasizza li “s-sigurtà kontra d-demokrazija” hija dilemma falza, għax ma jistax ikun hemm sigurtà għall-bnedmin mingħajr gvern demokratiku u b’responsabbiltà ta’ rendikont; jemmen li. minkejja t-tkabbir ekonomiku li sar, il-benefiċċji ma tqassmux b’mod ġust; iqis għalhekk li l-kwistjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi għandha ssir objettiv essenzjali tal-politika esterna tal-Unjoni, għaliex hija fattur indispensabbli għall-bini ta’ soċjetà paċifika, għanja u demokratika;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa għal bidla tal-paradigma favur konsolidament ġenwin tad-demokrazija abbażi ta’ żvilupp endoġenu, sostenibbli u komprensiv li minnu tgawdi l-popolazzjoni u li jirrispetta l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet bażiċi; huwa tal-fehma li l-UE jeħtiġilha tħeġġeġ l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta’ soċjetà demokratika;

8.  Jenfasizza li d-demokrazija bħala sistema ta’ ggvernar tipprovdi mekkaniżmi għall-allokazzjoni tal-poter politiku u l-ġestjoni tal-kunflitti, li huma essenzjali għal soċjetajiet stabbli u paċifiċi; jinnota, madankollu, li d-demokrazija jeħtiġilha titrawwem lokalment u ma tistax tiġi imposta b’mod artifiċjali minn aġenti esterni; isostni li l-UE, flimkien mal-komunità internazzjonali, jista’ jkollha rwol attiv ta’ appoġġ għal proċessi ta’ konsolidament demokratiku;

9.  Iqis li, biex proċess ta’ demokratizzazzjoni jirnexxi, huwa kruċjali li jindirizza l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż ikkonċernat, sabiex ikun żgurat li l-abitanti igawdu d-drittijiet bażiċi, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi;

10. Huwa tal-fehma li l-esperjenza tat-tranżizzjoni demokratika wara l-waqgħa tar-reġimi dittatorjali Komunisti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għandha tkun kondiviża mal-forzi demokratiċi emerġenti ġodda fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani usa’; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-SEAE biex jieħdu sehem aktar attiv fil-proċess ta’ demokratizzazzjoni li qed iseħħ f’dar-reġjun ġar importanti; iħeġġeġ lill-Partijiet Ewropej biex jiżviluppaw programmi ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ma’ sħab emerġenti fir-reġjun;

11. Jissottolinja li jeħtieġ li minn issa l-prijorità tingħata lill-użu msaħħaħ u aktar enerġetiku tal-firxa eżistenti ta’ strumenti u inċentivi tal-Unjoni, miġjuba flimkien fl-istrateġiji mfassla għas-sitwazzjoni f’kull pajjiż, u lill-eliminazzjoni tal-inkonsistenzi u tal-istandards doppji fl-implimentazzjoni, li jimminaw il-perċezzjoni tal-Ewropa u l-ħila tagħha li timplimenta politika esterna b’saħħitha u konsistenti; jenfasizza li tali approċċ jeħtieġ bidla ġenwina tal-politika fejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem isiru l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-Unjoni, b’tali mod mhux biss jissarrfu f’ objettivi tal-politika, iżda wkoll isiru parti mill-artikolazzjoni u mill-istess struttura tagħha;

12. Jitlob li l-ftehimiet internazzjonali, id-dokumenti ta’ strateġija għal pajjiżi speċifiċi, il-pjanijiet ta’ azzjoni, il-programm SPĠ+ u kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali oħra bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għandhom jiġu msaħħa permezz ta’ formulazzjoni aktar preċiża tal-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, id-dritt tal-popli indiġeni għal konsultazzjoni qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet, il-governanza tajba, mekkaniżmi preċiżi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità (ibbażati, tal-anqas, fuq dawk imfissra fil-Ftehim ta’ Cotonou, impenji marbutin ma’ kriterji għall-valutazzjoni tal-progress li jkunu speċifiċi, jitkejlu, fattibbli u bi skeda ta’ żmien definita, u kalendarju speċifiku għall-implimentazzjoni; jiddispjaċih li, minkejja l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehim ta’ Cotonou, l-UE spiss tagħlaq għajnejha għal ksur kontinwu u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem li jsir minn uħud mill-gvernijiet sħab fil-Ftehim ta’ Cotonou, u tadotta relazzjoni ta’ ‘kollox jibqa’ għaddej bħas-soltu’; jistieden lill-Kummissjoni tadotta politiki konsistenti mmirati biex jiskuraġġixxu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-tnaqqis ta’ pakketti finanzjarji għal gvernijiet li ma jurux rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tiċħdilhom l-appoġġ baġitarju, filwaqt li tqawwi l-mezzi finanzjarji għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili li jaqbżu ‘l dawk il-gvernijiet;

13. Ifakkar li l-objettivi tal-politika kummerċjali komuni għandhom ikunu kkoordinati bis-sħiħ mal-objettivi globali tal-UE; jirrimarka li, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika kummerċjali komuni tal-UE għandha titwettaq “fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni” u li, skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-unjoni Ewropea, għandha tikkontribwixxi speċjalment għall-iżvilupp sostenibbli, għall-eliminazzjoni tal-faqar u għall-protezzjoni tad-drittijet tal-bniedem;

14. Jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ kostanti tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet u jappella f’dar-rigward għall-użu tal-istudji ta’ impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija flimkien ma’ dawk dwar l-iżvilupp sostenibbli sabiex tiġi assigurata l-evalwazzjoni kontinwa tal-ftehimiet;

15. Jinnota li l-prinċipji u l-valuri demokratiċi jistgħu jkunu inkoraġġiti aktar bil-promozzjoni tar-ratifikazzjoni tal-Istatut ta’ Ruma tal-QKI, li tagħti prijorità lir-reġjuni li huma anqas rappreżentati, sabiex jissaħħaħ il-karattru universali tagħha u l-ġlieda kontra l-impunità, il-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;

16. Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni rari ħafna timplimenta l-mekkaniżmi li jipprovdu għall-irtirar ta’ preferenzi SPĠ+, f’każ ta’ ksur tal-ftehimiet assoċjati magħhom; jikkundanna l-attitudni adottat mill-Kummissjoni, li minkejja r-rapporti konkordanti ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, tirrifjuta li tiftaħ inkjesti dwar diversi pajjiżi li jibbenefikaw mill-SPĠ+ li dwarhom hemm suspett kbir li ma jirrispettawx il-ftehimiet li ffirmaw;

17. Ifakkar fil-pożizzjoni soda adottata mill-Parlament favur l-inklużjoni, fil-ftehimiet kollha ta’ kummerċ ħieles, ta’ klawsoli legalment vinkolanti relatati mal-aspett soċjali, ambjentali u mad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li tittieħed bħala bażi minima l-lista ta’ ftehimiet inklużi fir-Regolament dwar il-SPĠ+;

18. Jerġa’ jafferma li hu neċessarju għall-Parlament Ewropew li jagħmel kontroll iktar strett fuq dawn l-elementi; jitlob, għalhekk, li l-Kunsill u l-Kummissjoni jinvolvu lill-Parlament Ewropew fl-istadji kollha tan-negozjar, il-konklużjoni, l-applikazzjoni u s-sospensjoni tal-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u b’mod partikolari fid-definizzjoni tal-mandat ta’ negozjar ta’ ftehimiet ġodda (b’mod partikolari fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem), fi djalogu fi ħdan il-kunsilli ta’ assoċjazzjoni jew kwalunkwe organu politiku ieħor ekwivalenti ta’ ġestjoni ta’ ftehim (dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tad-demokratizzazzjoni) u l-proċess ta’ deċiżjoni dwar il-bidu ta’ konsultazzjoni jew is-sospensjoni ta’ ftehim;

19. Iqis li għandhom jittieħdu lezzjonijiet mill-passat rigward il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rigward titjib ta’ relazzjonijiet ma’ pajjiżi sħab; jenfasizza li l-istatus avvanzat għandu jingħata biss jekk jintlaħqu r-rekwiżiti ċari tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija mill-pajjiżi sħab; jitlob għal darb’oħra li l-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni ċara li tiggarantixxi li l-Parlament jibqa’ jkun infurmat b’mod sħiħ fil-livelli kollha tan-negozjati;

20. Jemmen li huwa fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti li l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’kull pajjiż jirċievi l-leġittimità tiegħu, u jtenni l-ħtieġa ta’ pożizzjoni komuni tal-pajjiżi Ewropej fil-korpi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob, madankollu, lill-Kummissjoni u lill-SEAE jippreżentaw rapporti regolari u eżawrenti dwar l-implimentazzjoni mill-pajjiżi terzi tal-impenji fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem speċifikament inklużi fil-ftehimiet mal-Unjoni;

21. Jerġa’ jafferma l-appoġġ kontinwu tal-UE għax-xogħol tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, tan-Nisa tan-NU u tal-UNICEF; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkollaboraw mill-qrib mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;

22. Jitlob ukoll li l-UE, fir-rigward tal-qasam hekk sensittiv tad-demokratizzazzjoni, tibbaża l-istrateġiji tagħha relatati mad-demokrazija fuq analiżi dettaljata tal-possibilitajiet ta’ riforma fil-pajjiżi terzi, tar-rieda politika tal-mexxejja li jinvolvi ruħhom f’tali proċess, u biex tidentifika l-ostakli possibbli biex jiġu ddeterminati l-istrateġiji l-aktar xierqa; huwa tal-fehma li dan il-proċess ta’ identifikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq skambju ta’ fehmiet regolari mal-komponenti demokratiċi kollha ta’ pajjiż biex b’hekk ikun ibbażat fuq il-fiduċja u l-għarfien reċiproku;

23. Jinnota li l-għajnuna Ewropea mgħoddija bħala appoġġ baġitarju lil stati awtoritarji mhux dejjem tiggarantixxi żvilupp ekonomiku u li l-valutazzjoni tal-effikaċja tal-għajnuna għandha tiffoka fuq l-outputs, aktar milli l-inputs;

24. jirrakkomanda li, fil-każ tas-sħubijiet l-aktar diffiċli, l-Unjoni żżomm lura milli tiżola lill-pajjiżi kkonċernati, u li minflok li twettaq ir-relazzjonijiet magħhom fuq il-bażi ta’ kundizzjonalità xierqa u effikaċi, li sservi ta’ inċentiv reali għar-riformi demokratiċi, konformità mar-regoli ta’ governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u li l-Unjoni tiżgura ruħha li l-popolazzjonijiet jibbenefikaw verament minn din il-kooperazzjoni; japprova l-approċċ “aktar għal aktar” li jinsab fil-komunikazzjoni bl-isem ‘Sħubija għad-demokrazija u prosperità komuni man-Nofsinhar tal-Mediterran’; iqis li, bl-istess mod, l-Unjoni m’għandhiex toqgħod lura milli terġa’ talloka fondi preċedentement previsti għall-pajjiżi li l-gvernijiet tagħhom ma jonorawx l-impenji tagħhom fil-qasam tal-governanza demokratika lil pajjiżi li jkunu għamlu aktar progress biex jissodisfaw l-impenji li daħlu għalihom fi ħdan is-Sħubija Ewro-Mediterranja u s-Sħubija tal-Lvant, u jitlob li jsir aktar enfasi fuq il-promozzjoni tad-demokrazija fil-politiki tal-viċinanza u tal-viċinat;

25. Jitlob lil l-Unjoni ma toqgħodx lura milli timponi sanzjonijiet adegawti, proporzjonali u intelliġenti kontra l-awtoritajiet ewlenin tar-reġim – filwaqt li tipprovdi appoġġ għall-popolazzjoni u żżid l-għajnuna diretta għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili – f’pajjiżi li jonqsu milli jonoraw l-impenji tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u d-demokratizzazzjoni, b’qies xieraq, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni, tal-impatt ta' tali sanzjonijiet fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi benefiċjarji; jenfasizza li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi għandha tkun ibbażata fuq il-premessa ta’ rispett reċiproku u ndaqs bejn dawn il-pajjiżi; jitlob li l-ħolqien ta’ netwerk ta’ appoġġ finanzjarju, permezz ta’ Bank Ewro-Meditarranju, biex jippromwovi inizjattivi tekniċi u ta’ żvilupp intraprenditorjali;

26. Jinsisti, madankollu, li dan l-approċċ flimkien mal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) riveduta li jmiss, jimplika li l-approċċ differenzjat jista’ biss ikun strument prezzjuż u kredibbli jekk jesiġi l-istess objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija għall-pajjiżi sħab kollha tal-PEV; jenfasizza li l-UE tista’ titlef il-kredibilità tagħha għal darb’oħra jekk tagħmel differenza bejn l-“istandards minimi” li għandhom ikunu rrispettati mill-pajjiżi l-aktar diffiċli u standards aktar ambizzjużi għall-pajjiżi l-aktar avvanzati;

27. Jistieden lill-Kunsill u lill-SEAE biex jirrazzjonalizza l-użu ta’ sanzjonijiet “intelliġenti”, u t-theddida tagħhom, bħala strument tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tar-reġimi l-aktar ripressivi; huwa konvint li l-miżuri punittivi selettivi, bħall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti fuq individwi ta’ grad għoli, jistgħu u għandhom jintużaw b’mod li ma jfixklux aktar il-ħidma diplomatika, il-kummerċ bilaterali, l-għoti ta’ assistenza tal-UE, u l-kuntatti bejn il-popli; itenni, madankollu, li sabiex iservi ta’ deterrent effikaċi konta l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, għandhom jiġu applikati sanzjonijiet immirati b’mod sistematiku, konsistenti u bl-aktar kooperazzjoni internazzjonali wiesgħa possibbli;

28. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, meta meħtieġ, jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet ta’ stati magħrufa għall-istorja negattiva tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, sabiex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dawn l-istati u b’hekk iħaffu l-proċess tad-demokratizzazzjoni;

29. Jixtieq li jiġi stabbilit forum li jinvolvi lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew biex jiġu ttrattati kwistjonijiet ta’ politika barranija, speċjalment f’dak li jirrigwarda suġġetti sensittivi bħad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

L-approfondiment tad-dimensjoni politika

30. Iqis li approċċ globali u koerenti huwa meħtieġ, fuq bażi ta’ strateġiji mmirati li jirrigwardaw l-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-inklużjoni soċjali, il-promozzjoni tan-nisa u tal-minoranzi u t-tolleranza reliġjuża, bħala strument addizzjonali tal-politika estera tal-UE, u li dan huwa essenzjali bħala mezz biex jingħaqdu ż-żewġ approċċi eżistenti fil-qasam tal-promozzjoni tad-demokrazija, jiġifieri l-approċċ ta’ żvilupp, li jiffoka fuq il-progress soċjoekonomiku u t-tkabbir li jiffavorixxi l-foqra, u l-approċċ politiku, li jappoġġa l-pluraliżmu politiku, id-demokrazija parlamentari, l-istat tad-dritt, id-drittijiet talbniedem u l-libertajiet bażiċi u għal soċjetà ċivili li tiffunzjona sewwa; jinsisti li dan l-appoġġ għad-dimensjoni politika tal-pajjiżi terzi jeħtieġlu jikkonsisti f’appoġġ li jibni l-kapaċità għall-pluraliżmu – partikolarment fir-rigward tal-indipendenza u l-integrità tal-ġudikatura u għall-mekkaniżmi ta’ governanza tajba, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjon – u appoġġ istituzzjonali minflok l-indħil; jenfasizza l-valur miżjud tal-ex Membri tal-Parlament Ewropew fl-azzjonijiet tal-UE favur il-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni;

31. Jappoġġa bil-qawwa l-inizjattivi, l-inċentivi u l-miżuri kollha tal-bini tal-kapaċità li jinsabu fil-politiki esterni tal-UE biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha kemm fl-isfera pubblika kif ukoll f'dik privata, u jemmen li r-rappreżentanza ndaqs tan-nisa u tal-irġiel fit-teħid ta' deċiżjonijiet isservi biex tiżgura l-kunsiderazzjoni ta' kwistjonijiet li għandhom impatt fuq in-nisa;

32. Jappella għal titjib fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokraqzija, il-governanza demokratika u l-istat tad-dritt fl-attivitajiet tar-relazzjonijiet esterni kollha tal-UE konformi mal-impenji eżistenti u ġodda, kemm minn perspettiva istituzzjonali kif ukoll fil-politika u l-istrumenti ġeografiċi/tematiċi;

33. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jżommu n-natura apolitika tal-għajnuna umanitarja li tiġi pprovduta matul il-proċess ta’ demokratizzazzjoni;

34. Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Unjoni, ħafna drabi permezz tal-EIDHR, sabiex tappoġġa ċerti gruppi ta’ atturi involuti favur ir-riformi demokratiċi, inklużi fost oħrajn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-mezzi tax-xandir indipendenti; jinsisti, madankollu, fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ l-organizzazzjoni tal-partiti politiċi, partikolarment dawk li jippromwovu l-valuri demokratiċi, mingħajr part; jitlob li jkun hemm appoġġ sistematiku għall-parlamenti ġodda eletti b’mod demokratiku ħieles u ġust, speċjalment fil-pajjiżi fi tranżizzjoni u dawk fejn l-UE bagħtet missjonni tal-osservazzjoni tal-elezzjonijiet; iqis li tali appoġġ mhux biss għandu jkun awtomatikament iffinanzjat mill-EIDHR iżda wkoll minn strumenti ġeografiċi;

35. Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli li jappoġġaw l-istabbiliment ta’ Fond Ewropew għa-Demokratizzazzjoni (EED) biex jgħin lil atturi politiċi li jkunu qed jaħdmu favur bidla demokratika fil-pajjiżi tagħhom; jenfasizza li l-EED tal-ġejjieni la għandu jidduplika u lanqas jieħu post ix-xogħol tal-EIDHR u tal-għodod l-oħra tad-demokratizzazzjoni u l-istrumenti finanzjarji esterni diġà fis-seħħ, u għandu jkollu objettivi, modalitajiet finanzjarji u ta' ġestjoni differenti; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE jtejbu u jissimplifikaw l-istrumenti u l-oqfsa eżistenti mmirati biex jappoġġaw id-demokrazija f’pajjiżi terzi; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Presidenza Pollakka li ġejja jippreżentaw demarkazzjoni ċara tal-kompetenzi ta’ EED ġejjieni f’relazzjoni ma’ dawn l-istrumenti u oqfsa; jinsisti fuq id-dritt ta’ skrutinju tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-twaqqif tal-EED ġejjieni possibbli, fid-determinazzjoni tal-objettivi annwali, prijoritajiet, riżultati mistennija u allokazzjonijiet finanzjarji f’termini wiesgħa, u fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-attivitajiet;

36. Iħeġġeġ lid-donaturi tal-għajnuna jitrattaw il-bini tad-demokrazija bħala imperattiv politiku u morali, aktar milli sempliċi eżerċizzju tekniku, u jiżviluppaw l-għarfien lokali tagħhom tal-pajjiż li jirċievu biex l-għajnuna tkun tista’ tiġi mmirata b’mod effettiv li jkun adattat għaċ-ċirkostanzi lokali;

37. Jenfasizza li biex tkun kompletament leġittima u bbażata bis-sħiħ fuq ir-rieda tal-poplu, kwalunkwe strateġija li tippromwovi d-demokrazija għandha tkun ibbażata fuq id-djalogu ma’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ atturi lokali; iħeġġeġ lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħmlu konsultazzjonijiet wiesgħa u profondi mal-partijiet interessati kollha;

38. Jilqa’ r-rispons effikaċi, immedjat u integrat tal-Istrument tal-Istabilità għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u instabilità f’pajjiżi terzi, u l-għajnuna tiegħu biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-politiki appoġġati minn strumenti oħra, jiġifieri l-Istrument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, l-Istrument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp u l-Istrument ta’ Kooperazzjoni Ekonomika;

39. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politika tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun ivvalutata u evalwata sistematikament u li d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jkunu rispettati, speċjalment b'rabta mal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-UE;

40. Jippropni li l-mandat tal-Grupp għall-koordinament Elettorali (ECG) jitkabbar fid-dawl tal-politiki ta' appoġġ għad-demokrazija, u jħeġġeġ lill-Uffiċċju għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari (OPPD) jikkoopera mill-q’ib mal-ECG;

41. Jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jirrikonoxxu l-importanza tat-tkattir tas-għarfien tal-uffiċjali tad-delgazzjonijiet tal-UE dwar l-azzjonijiet marbuta mad-demokrazija, b’mod partikolari dwar l-appoġġ għall-parlamenti;

42. Jenfasizza kemm hu importanti li l-politiki dwar id-demokratizzazzjoni jiġu integrati fix-xogħol kollu tal-Parlament Ewropew kif ukoll f’dak tad-delegazzjonijiet tiegħu; jirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-kooperazzjoni globali interparlamentari dwar il-politiki dwar id-demokratizzazzjoni permezz ta’ fora bħall-Parlamentari għal Azzjoni Globali;

43. Jenfasizza r-rwol li jista’ jkollhom il-partiti politiċi demokratiċi leġittimi, il-movimenti soċjali ġenwini u stampa ħielsa fil-ħarsien tal-interessi pubbliċi billi jissorveljaw it-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni tal-gvernijiet, u b’hekk jagħtu lok lill-istati li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u jippromwovu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

44. Jissottolinja r-rwol importanti tas-soċjetà ċivili u ta’ parlamenti ta’ pajjiżi terzi fis-superviżjoni demokratika tal-baġit, u jinsab konvint li kwalunkwe appoġġ għall-baġit dirett provdut mill-Unjoni jrid ikun komplementat minn tisħiħ tekniku u politiku tal-kapaċità ta’ superviżjoni tal-parlamenti nazzjonali; jafferma li l-Unjoni għandha tinforma b’mod attiv lill-parlamenti tal-pajjiżi terzi dwar il-kontenut tal-kooperazzjoni tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-OPPD biex jieħu rwol attiv fl-appoġġ tal-parlamenti rigward is-superviżjoni demokratika baġitarja; jilqa’ bi pjaċir f’dan ir-rigward, it-titjib tal-koperazzjoni mal-parlamenti tas-Sħubija tal-Lvant fi ħdan l-assemblea Euronest, li kellha l-laqgħa kostitwenti tagħha fit-3 ta’ Mejju 2011, u għandha aspettattivi kbar ta’ tali koperazzjoni; jiġbed attenzjoni fuq l-importanza ta’ din l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew bħala aspett importanti tal-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni;

45. Iqis li huwa essenzjali li, fil-futur, is-soċjetà ċivili tikkontribwixxi direttament għall-proċessi ta’ governanza tajba u b’hekk għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex joħolqu mekkaniżmu strutturat ta’ monitoraġġ tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE li jinvolvi l-komponenti kollha tas-soċjetà ċivili ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-atturi mhux statali u l-imsieħba soċjali, fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet;

46. Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Unjoni li telabora strateġiji għal kull pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li dawn għandhom ikopru wkoll aspetti tad-demokratizzazzjoni; u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni rapida tagħhom sabiex l-Unjoni tkun tista’ minnufih ikollha analiżi komuni tas-sitwazzjoni u tal-bżonnijiet f’kull pajjiż, kif ukoll pjan ta’ azzjoni li jagħti dettalji dwar kif l-istrumenti tal-Unjoni se jintużaw b’mod sħiħ kumplimentarjament; jenfasizza, fl-istess waqt, li l-istrateġiji l-ġodda u l-mod kif jiġu implimentati għandhom jirriżultaw fl-eliminazzjoni tal-inkonsistenzi u l-istandards doppji eżistenti fil-politiki esterni tal-UE favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni u m’għandhom jintroduċu ebda oħrajn ġodda; jinnota li d-dokumenti dwar l-istrateġija tal-pajjiż għandhom jifformaw il-politiki esterni kollha li jappartjenu għall-pajjiż konċernat, fi;waqt li jifformaw l-użu tal-istrumenti tal-UE; jitlob li d-dokumenti dwar l-istrateġija tal-pajjiż ikunu disponibbli għall-Parlament.

47. Jistieden lill-UE biex tgħaqqad l-impenji finanzjarji futuri mal-progress magħmul minn pajjiżi tersi fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-progress demokratiku reali;

48. Jenfasizza il-fatt li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-isferi kollha tal-ħajja tirrappreżenta element kruċjali tad-demokrazija u li l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp tikkostitwixxi valur fundamentali u universalment aċċettat kif ukoll prekundizzjoni għall-iżvilupp soċjoekonomiku u għall-governanza demokratika tajba;

49. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-UE fil-proċess ta' demokratizzazzjoni tal-pajjiżi terzi u fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kemm fl-Istati Membri tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi, billi tissimplifika u tinforza kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fi prijoritajiet tematiċi u permezz tal-użu tal-approċċi parteċipatorji fit-tfassil u l-iżvilupp tal-programmi, b'enfasi fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi u kull forma ta' diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa, minbarra li tinvolvi lin-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u tagħtihom is-setgħa li jkunu ċittadini attivi, għall-benefiċċju tas-soċjetà, b'attenzjoni partikolari għal dawk minnhom li huma l-iktar vulnerabbli;

50. Jitlob għal approċċ strateġiku, prijoritizzat u fuq terminu ta' żmien itwal li jiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija fil-qalba tal-politiki, il-programmi, il-proġetti u l-attivitajiet kollha promossi fil-livell tal-UE, kif ukoll tar-relazzjonijiet kollha, inkluża l-kooperazzjoni interparlamentari bejn l-UE u pajjiżi terzi, peress li dan hu marbut direttament mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi u mal-garanzija tal-koeżjoni soċjali;

51. Jenfasizza l-ħtieġa li jinbnew koalizzjonijiet sodi ma’ atturi oħra fix-xena dinjija bħall-Unjoni Afrikana u l-Lega Għarbija sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi b’mod aktar effikaċi; iħeġġeġ lill-UE biex issegwi b’mod attiv dawn il-koalizzjonijiet, b’mod partikolari mal-Istati Unit ital-Amerka, fl-isfera tal-isforzi komuni tal-UE u tal-USA biex jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar l-iżvilupp;

52. Jilqa’ l-ħolqien ta’ Direttorat għad-Drittijet tal-Bniedem u d-Demokrazija fi ħdan is-SEAE, u jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni /lir-Rappreżentant Għoli biex jiżgura li kull rappreżentanza esterna tal-UE jkollha punt ta’ kuntatt għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

53. Jinnota li d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-SEAE teħtieġ reklutaġġ abbażi tal-mertu, u l-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha; jilqa’ l-isforzi li jiġi żgurat li tinkiseb distribuzzjoni 50/50 bejn in-nisa u l-irġiel fil-livell tal-Kap tad-Delegazzjoni(18); jistieden lis-SEAE jippromwovi b'mod attiv ir-rappreżentanza ndaqs bejn in-nisa u l-irġiel fl-istituzzjonijiet statali wara l-kunflitti;

54. Jenfasizza li d-demokrazija ma tistax verament tkun rappreżentattiva mingħajr l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u l-proċessi tad-demokratizzazzjoni; għalhekk, iħeġġeġ lill-UE biex tagħmel l-ugwaljanza bejn is-sessi prijorità fl-aġenda tagħha tal-promozzjoni tad-demokrazija; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u l-parlamentari nisa, inter alia billi jiġu żviluppati kapaċitajiet fl-ibbaġitjar ibbażat fuq is-sessi; b’mod partikolari, jistieden lill-UE biex tappoġġja finanzjarjament, u tipprovdi l-bini tal-kapaċitajiet lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u lill-kandidati politiċi nisa, kif ukoll lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija li qed ikollhom rwol importanti fir-rivoluzzjonijiet fid-dinja Għarbija;

55. Jippromwovi r-rwol ta' medjaturi tal-paċi fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u jagħmel ħiltu għal involviment attiv tagħhom għall-ġid tas-soċjetà;

56. Jenfasizza l-importanza li jiġu protetti d-drittijiet tat-tfal bniet u n-nisa, inklużi d-drittijiet għal trattament ugwali u għall-edukazzjoni, għad-demokratizzazzjoni ta’ kwalunkwe soċjetà;

57. Jappoġġa programmi reġjonali li jħarsu dawk li huma l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari favur it-tfal, in-nisa u l-anzjani;

58. Jemmen bil-qawwa li l-għoti ta’ setgħa lill-individwi, partikolarment lin-nisa, u lis-soċjetà ċivili permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tqajjim tal-kuxjenza, filwaqt li tkun iffaċilitata l-promozzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali kollha, huwa element essenzjali li jikkumplimenta l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi ta' demokratizzazzjoni, li għandu jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ għalihom;

59. Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ speċifiċi għall-imprendituri nisa biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji;

60. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħejju strateġija politika b'rabta mal-missjonijiet tal-UE ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet, partikolarment permezz tas-sottomissjoni tal-abbozz politiku assoċjat ma' kull missjoni; jirrikjedi, sentejn wara kull missjoni, stima tal-progress demokratiku li jkun sar u tal-punti li jkun għad baqa’ li jissaħħu, waqt id-dibattitu annwali tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Rappreżentant Għoli/Viċi President; jirriafferma l-benefiċċji li l-ex membri parlamentrau jiġu mistiedna jqiegħdu l-kompetenza u l-esperjenza tagħhom għad-disponibbiltà tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali jew is-segwitu tagħhom;

61. Jenfasizza, speċjalment fid-dawl tal-fondi limitati disponibbli, l-importanza li l-pajjiżi prijoritarji għall-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali jintgħażlu fuq il-bażi tal-potenzjal għal impatt reali li jista’ jkollha missjoni fuq il-promozzjoni ta’ demokratizzazzjoni ġenwina fit-tul; jistieden lis-SEAE jadotta approċċ selettiv ħafna għall-għażla ta' tali pajjiżi; jinnota li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Oservazzjoni tal-Elezzjonijiet, li jiġi kkonsultat dwar il-programm annwali tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-Unjoni, stabbilixxa kriterji preċiżi f’dan ir-rigward; jitlob li tiżdied il-viġilanza fuq il-konformità bil-metodoloġija u r-regoli stipulati fuq il-livell internazzjonali, b’mod partikolari rigward l-indipendenza u l-effikaċja tal-missjoni;

62. Jenfasizza l-importanza li, fl-aħħar ta’ kull missjoni ta’ osservazzjoni elettorali, jitfasslu rakkomandazzjonijiet realistiċi u li jistgħu jintlaħqu; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jallinjaw ruħhom mal-konklużjonijiet, u lill-Kummissjoni, l-SEAE u l-Istati Membri jagħmlu enfasi speċjali biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet permezz tal-kooperazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni ta' tali rakkomandazzjonijiet; jitlob li d-disseminazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu fdati lid-Delegazzjonijiet tal-UE, u li jiġu pprovduti l-mezzi meħtieġa; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-firmatarji tad-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji għall-Osservazzjoni Elettorali Internazzjonali biex tissaħħaħ l-effikaċja tal-ħidma demokratika madwar id-dinja;

63. Jenfasizza l-importanza ta’ proċess ta’ appoġġ politiku li ma jiffukax sempliċement fuq il-perjodu immedjatament qabel u wara l-elezzjonijiet , iżda li jkun ibbażat fuq il-kontinwità; f’dan ir-rigward, ifaħħar ix-xogħol utli mwettaq mill-fondazzjonijiet politiċi;

64. Jenfasizza li l-gvernijiet jridu jkunu responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, governanza ħażina, korruzzjoni u misapproprjazzjoni ta’ riżorsi nazzjonali maħsuba biex jintużaw għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu sforzi biex jippromwovu governanza tajba u biex jiġġieldu l-impunità, anke billi jitolbu l-kooperazzjoni sħiħa minn pajjiżi terzi mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u billi jassiguraw li ftehimiet ġodda jkun fihom impenji favur l-Istatut ta’ Ruma;

65. Jappella għaż-żamma u għat-tisħiħ tal-EIDHR fir-reviżjoni li jmiss tal-istrumenti finanzjarji u jitlob li jiġu allokati iktar riżorsi għalih;

L-appoġġ għas-soċjetà ċivili

66. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ deċentralizzat li jikkumplimenta d-dimensjoni politika u li jkun jista’ jikkunsidra iktar ir-realtajiet tal-ħajja ta' kuljum fil-pajjiżi kkonċernati, permezz ta’ appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali kif ukoll reġjonali, li jgħinu fit-tisħiħ tad-demokrazija billi joħolqu fora ta’ djalogu u skambju ta’ prattiki tajbin mal-Unjoni kif ukoll ma' pajjiżi sħab oħra fl-istess reġjun;

67. Jipproponi li tiġi żviluppata politika iktar miftuħa u iktar attiva ta’ appoġġ għas-soċjetà ċivili li tinkoraġġixxi d-demokratizzazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jissuġġerixxi li titrawwem l-influwenza ta' tali movimenti u individwi permezz ta' programmi speċifiċi u bl-inkorporazzjoni ta' dan il-kunċett fil-programmi eżistenti;

68. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mtejba l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili, permezz tal-edukazzjoni u s-sensibilizazzjoni, u biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċessi politiċi; jenfasizza li sħubija mill-qrib bejn is-settur pubbliku u dak privat, flimkien mat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ta’ sorveljanza, inklużi l-parlamenti nazzjonali, huma kruċjali għall-promozzjoni tad-demokrazija;

69. Jitlob li jkun hemm appoġġ immirat għal movimenti soċjali mhux estremisti, midja ġenwinament indipendenti u partiti politiċi li jaħdmu għad-demokrazija fi stati awtoritarji u demokraziji ġodda, sabiex ikunu promossi l-parteċipazzjoni pubblika, jingħata appoġġ lil sistemi multipartitiċi, u jitjiebu d-drittijiet tal-bniedem; hu tal-fehma li l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkollu rwol ewlieni f’dan ir-rigward.;

70. Jitlob appoġġ għall-parteċipazzjoni wiesgħa ta’ dawk kollha interessati fl-iżvilupp tal-pajjiżi u jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha tas-soċjetà biex jieħdu sehem fil-bini tad-demokrazija; jirrikonoxxi r-rwol vitali li għandhom l-NGOs u atturi oħra mhux governattivi fil-promozzjoni tad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem;

71. Jappoġġa l-prattika stabbilita għat-tfittix ta’ modi innovattivi biex jiġu involuti s-soċjetà ċivili, il-partiti politiċi, il-mezzi tax-xandir u atturi oħra politiċi mhux governattivi fid-djalogi tal-UE ma’ pajjiżi terzi;

72. Jappoġġa l-finanzjament għas-soċjetà ċivili permezz tal-EIDHR, u l-allokazzjoni ta’ fondi għal proġetti lokali mill-NGOs; jissuġġerixxi l-allokazzjoni ta’ aktar fondi b’mod progressiv, jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż tkun tali li jkun hemm soċjetà ċivili u demokrazija fit-triq tas-suċċess;

73. Jenfasizza l-fatt li l-aċċess għall-informazzjoni u l-mezzi tax-xandir indipendenti huwa kruċjali biex titrawwem it-talba pubblika għar-riformi demokratiċi, u għalhekk jitlob iżjed appoġġ fl-oqsma tal-promozzjoni tal-libertà tal-mezzi tax-xandir “qodma” u “ġodda”, tal-protezzjoni tal-ġurnalisti indipendenti, tat-tnaqqis tad-distakk fl-għarfien diġitali u tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-internet;

74. Ifaħħar il-passi meħuda mill-Istati Membri tal-UE biex jappoġġjaw id-demokratizzazzjoni fid-dinja, bħall-programm ta’ kooperazzjoni bejn l-Ombudsmen tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tal-2009-2013 li ġie stabbilit b’mod konġunt mill-Ombudsman Pollakk u dak Franċiż bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-uffiċji tal-Ombudsmen, tal-entitajiet governattivi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant bl-għan tal-ħarsien tad-drittijiet individwali u tal-bini ta' stati demokratiċi bbażati fuq l-istat tad-dritt; jenfasizza l-ħtieġa li tali azzjoni tiġi kkoordinata fl-UE u li l-istituzzjonijiet tal-UE jużaw l-esperjenza miksuba f’dan ir-rigward;

75. Jerġa’ jafferma l-impenn tal-UE biex tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni speċjali lil stati li għaddejjin mill-proċess ta' demokratizzazzjoni, minħabba li l-popolazzjonijiet tagħhom huma partikolarment vulnerabbli għall-possibilità li jkunu suġġeti għat-traffikar tal-bnedmin; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn id-DĠ DEVCO, id-DĠ ENLAR, id-DĠ HOME u l-Koordinatur ta’ Kontra t-Traffikar tal-UE dwar il-kwistjoni;

76. Jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tad-demokratizzazzjoni fid-dinja; jilqa’ l-bidu ta’ programmi konġunti tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa li jappoġġaw id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabilità fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

77. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

A/RES/55/96.

(2)

A/RES/59/201.

(3)

ĠU C 320, 28.10.96, p. 261.

(4)

ĠU C 290E, 29.11.2006, p. 107.

(5)

ĠU C 343, 5.12.2001, p. 270.

(6)

ĠU C 131E, 5.6.2003, p. 147.

(7)

ĠU C 271E, 12.11.2009, p. 31.

(8)

ĠU C 265E, 30.9.2010, p. 3.

(9)

ĠU C 4E, 7.1.2011, p. 34.

(10)

Testi adottati, P7_TA(2010)0327

(11)

Testi adottati, P7_TA(2010)0446

(12)

Testi adottati, P7_TA(2010)0434

(13)

Testi adottati, P7_TA(2010)0489

(14)

Testi adottati, P7_TA(2011)0082

(15)

Testi adottati, P7_TA(2011)0121.

(16)

A/HRC/17/31, 2011.

(17)

1 A/RES/55/96 u A/RES/59/201.

(18)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Ġurnal Uffiċjali L 201, 3/8/2010, pp. 30 - 40.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (4.5.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni

(2011/2032(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Alf Svensson

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma interdipendenti; jargumenta li l-elezzjoni ħielsa u ġusti huma elementi meħtieġa, iżda mhux biżżejjed, għall- konsolidazzjoni demokratika;

2.  Iqis, madankollu, li l-ġlieda kontra l-faqar u l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-iżvilupp jistgħu jagħtu kontribut deċiżiv lill-proċessi tad-demokratizzazzjoni;

3.  Jenfasizza li d-demokrazija bħala sistema ta’ ggvernar tipprovdi mekkaniżmi biex jiġi allokat il-poter politiku u ġestit il-kunflitt li huma essenzjali għal soċjetajiet stabbli u paċifiċi; Jinnota, madankollu, li d-demokrazija trid titrawwem lokalment u ma tistax tiġi imposta b’mod artifiċjali minn aġenti esterni; jargumenta li l-UE, flimkien mal-komunità internazzjonali, jista’ jkollha rwol attiv ta’ appoġġ għall-proċessi tal-konsolidazzjoni demokratika;

4.  Hu tal-fehma li biex l-elezzjonijiet jitqiesu demokratiċi, ħielsa u ġusti, ċerti kundizzjonijiet iridu jiġi ssodisfati minn qabel: rispett għad-drittijiet politiċi u ċivili, rispett lejn il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, aċċess indaqs għall-midja u rispett għall-prinċipju tal-pluraliżmu politiku, sabiex il-votanti jiġu offruti għażla ta' veru;

5.  Jikkunsidra li biex proċess ta’ demokratizzazzjoni jkun ta’ suċċess, hu kruċjali li jindirizza l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż konċernat, sabiex ikun żgurat li l-abitanti igawdu d-drittijiet bażiċi bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi;

6.  Jinnota li l-għajnuna Ewropea mgħoddija bħala appoġġ baġitarju lil stati awtoritarji mhux dejjem tiggarantixxi żvilupp ekonomiku u li l-valutazzjoni tal-effikaċja tal-għajnuna għandha tiffoka fuq l-outputs, aktar milli l-inputs;

7.  Jenfasizza r-rwol li jista’ jkollhom il-partiti politiċi demokratiċi leġittimi, il-movimenti soċjali ġenwini u stampa ħielsa fil-ħarsien tal-interessi pubbliċi billi jissorveljaw it-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni tal-gvernijiet, u b’hekk jagħtu lok lill-istati li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u jippromwovu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

8.  Jinsisti fuq kriterji ta’ eleġibilità stretti għall-appoġġ baġitarju; jinsisti li l-Kummissjoni m’għandhiex tuża dan l-arranġament f’pajjiżi fejn it-trasparenza fl-infiq pubbliku ma tistax tiġi ggarantita, u li l-appoġġ baġitarju jrid dejjem ikun akkumpanjat min azzjoni biex jiġi żviluppat l-iskrutinju demokratiku u l-kapaċitajiet ta’ verifika tal-pajjiż li jirċievi u sabiex titjieb it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, u li s-soċjetà ċivili għandha tkun involuta fil-monitoraġġ;

9.  Iqis li ġudikatura u midja indipendenti huma essenzjali sabiex jissawwar u jkun regolat il-proċess demokratiku sabiex jissaħħaħ l-istat tad-dritt, jinbnew l-istituzzjonijiet demokratiċi, fosthom parlament li jiffunzjona, il-pluraliżmu politiku jsir realtà u jissaħħaħ ir-rwol tas-soċjeta ċivili;

10. Iħeġġeġ lid-donaturi tal-għajnuna jitrattaw il-bini tad-demokrazija bħala imperattiv politiku u morali, aktar milli sempliċi eżerċizzju tekniku, u jiżviluppaw l-għarfien lokali tagħhom tal-pajjiż li jirċievu biex l-għajnuna tkun tista’ tiġi mmirata b’mod effettiv li jkun adattat għaċ-ċirkostanzi lokali;

11. Jirrikonoxxi r-rwol importanti tan-nisa fid-demokratizzazzjoni, b’mod partikolari fi żminijiet riċenti; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE, b’kooperazzjoni mal-komunità internazzjonali usa’, biex jappoġġaw lin-nisa fil-ġlieda tagħhom għal drittijiet indaqs, ugwaljanza bejn is-sessi u empowerment;

12. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mtejba l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili, permezz tal-edukazzjoni u l-qawmien ta’ kuxjenza, u sabiex jagħmlu possibbli l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċessi politiċi; jenfasizza li sħubija mill-qrib bejn is-settur pubbliku u dak privat, flimkien mal-empowerment tal-istituzzjonijiet ta’ sorveljanza, inklużi l-parlamenti nazzjonali, huma kruċjali għall-promozzjoni tad-demokrazija;

13. Jistieden lill-UE tagħti prijorità lid-djalogu fil-fond dwar il-valuri u n-normi demokratiċi ma’ atturi involuti fil-proċessi kollha tat-tisħiħ tad-demokrazija; jenfasizza li l-bini u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi jista’ jgħin sabiex jitjieb l-iżvilupp demokratiku u jonqos il-faqar;

14. Jenfasizza l-importanza li titfassal analiżi tal-qagħda lokali tad-drittijiet tal-bniedem, li għandha tifforma l-bażi għall-interventi kollha relatati mal-iżvilupp; Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi taqsima dwar l-istat tad-demokrazija u d-drittijiet tal-binedem fid-Dokumenti Kollha ta’ Strateġija tal-Pajjiżi u tar-Reġjuni, u tipprovdi data aktar dettaljata dwar l-impatt ta’ inizjattivi ta’ appoġġ għad-demokrazija;

15. Jilqa’ l-ħolqien ta’ Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fi ħdan is-SEAE, u jistieden lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tiżgura li r-rappreżentanzi esterni tal-UE ikollhom persuna ta’ kuntatt għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

16. Jitlob li jkun hemm appoġġ immirat għal movimenti soċjali mhux estremisti, midja ġenwinament indipendenti u partiti politiċi li jaħdmu għad-demokrazija fi stati awtoritarji u demokraziji ġodda sabiex ikunu promossi l-parteċipazzjoni pubblika, jingħata appoġġ lil sistemi multipartitarji, u jitjiebu d-drittijiet tal-bniedem; hu tal-fehma li l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkollu rwol ewlieni f’dan ir-rigward.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Corina Creţu, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Eva Joly, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Proinsias De Rossa, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Enrique Guerrero Salom, Martin Kastler, Krzysztof Lisek, Csaba Őry, Bart Staes

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (11.5.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni

(2011/2032(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Antigoni Papadopoulou

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

1.  Jenfasizza il-fatt li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-isferi kollha tal-ħajja tirrappreżenta element kruċjali tad-demokrazija u li l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp tikkostitwixxi valur fundamentali u universalment aċċettat kif ukoll prekundizzjoni għall-iżvilupp soċjoekonomiku u għall-governanza demokratika tajba;

2.  Jitlob għal approċċ strateġiku, prijoritizzat u fuq terminu ta' żmien itwal li jiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija fil-qalba tal-politiki, il-programmi, il-proġetti u l-attivitajiet Komunitarji kollha promossi fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fir-relazzjonijiet kollha, inkluża l-kooperazzjoni interparlamentari bejn l-UE u pajjiżi terzi, peress li dan hu marbut direttament mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi u mal-garanzija tal-koeżjoni soċjali;

3.  Jenfasizza l-bżonn ta' prospettiva mil-lat tal-ġeneru fl-implimentazzjoni tal-linji gwida, b'azzjonijiet immirati favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u ta' gruppi partikolarment vulnerabbli oħrajn, bħal ġurnalisti u difensuri li jaħdmu għall-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, id-drittijiet tat-tfal u dawk li jaħdmu għad-drittijiet tal-minoranzi;

4.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Unjoni Ewropea fil-proċess ta' demokratizzazzjoni tal-pajjiżi terzi u fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kemm fl-Istati Membri tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi, billi tissimplifika u tinforza kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fi prijoritajiet tematiċi u permezz tal-użu tal-approċċi parteċipatorji fit-tfassil u l-iżvilupp tal-programmi, b'enfasi fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi u kull forma ta' diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa, minbarra li tinvolvi lin-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u tagħtihom is-setgħa li jkunu ċittadini attivi, għall-benefiċċju tas-soċjetà, b'attenzjoni partikolari għal dawk minnhom li huma l-iktar vulnerabbli;

5.  Jippromwovi, għan-nisa, ir-rwol ta' "medjatur tal-paċi" fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u jagħmel ħiltu għal involviment attiv tagħhom għall-ġid tas-soċjetà;

6.  Jappoġġa programmi reġjonali li jħarsu dawk li huma l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari favur it-tfal, in-nisa u l-anzjani;

7.  Jappoġġa bil-qawwa l-inizjattivi, l-inċentivi u l-miżuri kollha tal-bini tal-kapaċità li jinsabu fil-politiki esterni tal-UE biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha kemm fl-isfera pubblika kif ukoll f'dik privata, u jemmen li r-rappreżentanza ndaqs tan-nisa u tal-irġiel fit-teħid ta' deċiżjonijiet isservi biex tiżgura l-kunsiderazzjoni ta' kwistjonijiet li għandhom impatt fuq in-nisa;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politika tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija vvalutata u evalwata sistematikament u li d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jkunu rispettati, speċjalment b'rabta mal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea;

9.  Jemmen bil-qawwa li l-għoti ta’ setgħa lill-individwi, partikolarment lin-nisa, u s-soċjetà ċivili, permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tqajjim tal-kuxjenza, filwaqt li tkun iffaċilitata l-promozzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali kollha, huwa element essenzjali li jikkumplimenta l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi kollha għad-demokratizzazzjoni, li għandu jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ għalihom;

10. Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ speċifiċi għall-imprendituri nisa biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji;

11. Jinnota li d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna teħtieġ reklutaġġ abbażi tal-mertu u teħtieġ li jkun żgurat il-bilanċ tas-sessi fil-livelli kollha; jilqa’ l-isforzi li jiġi żgurat li tinkiseb distribuzzjoni 50/50 bejn in-nisa u l-irġiel fil-livell tal-Kap tad-Delegazzjoni(1). Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jippromwovi b'mod attiv ir-rappreżentanza ndaqs bejn in-nisa u l-irġiel fl-istituzzjonijiet statali wara l-kunflitti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constance Le Grip, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne Delvaux, Gesine Meissner, Antigoni Papadopoulou, Angelika Werthmann

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev

(1)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna , Ġurnal Uffiċjali L 201 , 03/08/2010, pp. 0030 - 0040


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.6.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Mário David, Michael Gahler, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Heidi Hautala, Richard Howitt, Jelko Kacin, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Ria Oomen-Ruijten, Justas Vincas Paleckis, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Jacek Saryusz-Wolski, Hannes Swoboda, Inese Vaidere, Kristian Vigenin, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique De Keyser, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Lorenzo Fontana, Agnès Le Brun, Vittorio Prodi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Katarína Neveďalová

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ġunju 2011Avviż legali