Proċedura : 2010/0362(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0262/2011

Testi mressqa :

A7-0262/2011

Dibattiti :

PV 14/02/2012 - 12
CRE 14/02/2012 - 12

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2012 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0044

RAPPORT     ***I
PDF 373kDOC 594k
5 ta' Lulju 2011
PE 456.663v02-00 A7-0262/2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(COM(2010)0728 – C7-0408/2010 – 2010/0362(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: James Nicholson

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(COM(2010)0728 – C7-0408/2010 – 2010/0362(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0728),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42 and Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0408/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mid-Diet Pollakk, li tasserixxi li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0262/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Hemm reġjuni żvantaġġjati li jiddependu ħafna fuq il-produzzjoni tal-ħalib, li fir-rigward tagħhom hemm bżonn li jiġu vvalutati l-linji gwida stabbiliti għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, kif rikonoxxut fit-Trattati, sabiex l-appoġġ u l-applikazzjoni ta’ dawn il-politiki jkomplu jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-2007-2009, seħħew żviluppi eċċezzjonali fis-swieq tas-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. Inizjalment, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp fl-Oċeanja ġabu tnaqqis sinifikanti fil-provvisti, li jwasslu għal żieda malajr u sinifikanti fil-prezzijiet. Iżda filwaqt li l-provvisti fid-dinja kienu bdew l-irkupru tagħhom, u l-prezzijiet kienu bdew jirritornaw għal livelli aktar normali, il-kriżi finanzjarja u ekonomika sussegwenti affettwat b’mod negattiv lill-produtturi tal-ħalib tal-UE, u aggravat il-volatilità tal-prezzijiet. Inizjalment, l-ispejjeż tal-għalf u spejjeż oħra ta’ input inkluża l-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti bħala riżultat ta’ żieda fil-prezzijiet tal-prodotti. Sussegwentement, tnaqqis fid-domanda madwar id-dinja, kif ukoll l-UE, inkluż għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, filwaqt li l-produzzjoni tal-UE kienet stabbli, wassal għal waqgħa fil-prezzijiet tal-UE, sal-livell l-aktar baxx tax-xibka tas-sikurezza. Dan it-tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib ma rriżultax fi prezzijiet aktar baxxi tal-prodotti tal-ħalib fuq il-livell tal-konsumatur, u ġġenera twessigħ fil-marġni gross tal-setturi fi tmiem il-katina għal ħafna mill-prodotti tal-ħalib u fis-settur tal-ħalib u għal ħafna mill-pajjiżi, u b’hekk żamm lid-domanda tagħhom milli taġġusta għall-prezzijiet baxxi tal-prodott. B’hekk naqqas l-irkupru tal-prezzijiet u ħarrax l-impatt tal-prezzijiet baxxi fuq il-produtturi tal-ħalib.

(2) Fil-perjodu mill-2007 sal-2009, seħħew avvenimenti li kellhom impatt bla preċedenti fuq is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u kkawżaw volatilità estrema tal-prezzijiet, li fl-aħħar mill-aħħar irriżultat f'kollass tal-prezzijiet fl-2009 li ġiegħel lil ħafna bdiewa li joperaw fis-settur tal-prodotti tal-ħalib ifallu u pperikola serjament il-vijabilità ta' ħafna produtturi oħra fis-settur.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Apparti s-settur tal-prodotti tal-ħalib, setturi oħrajn iffaċċjaw kundizzjonijiet kummerċjali diffiċli, speċifikament is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel, fejn, f'dawn l-aħħar tliet snin, il-volatilità tal-prezzijiet kienet bla preċedenti fl-intensità u t-tul tagħha. Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u ggarantit standard ta' għajxien ġust għall-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa, hemm bżonn li fil-futur qrib jissaħħu r-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom u tiġi żgurata distribuzzjoni ekwitattiva tal-valur miżjud tul il-katina ta' provvista permezz ta' aktar effiċjenza funzjonali u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fir-Regolament 1234/2007. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi, fil-proposti leġiżlattivi futuri tagħha, miżuri għall-prevenzjoni ta' kriżijiet fis-settur, billi tuża bħala mudell il-programmi operattivi fuq tliet snin diġà inklużi fir-Regolament 1234/2007 eżistenti, li kieku jsaħħu l-ambitu għall-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni għall-ippjanar tal-produzzjoni, iż-żieda tal-valur kummerċjali, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 b) Dawn l-iżviluppi eċċezzjonali komplew jenfasizzaw ir-rwol essenzjali li jiżvolġu l-prodotturi li jibbenefikaw minn klassifikazzjoni ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-ġenerazzjoni ta’ valur miżjud għall-produtturi u s-saħħa ekonomika tar-reġjuni rurali, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli. Biex dan ir-rwol jiġi rikonoxxut, preżervat u żviluppat, hemm bżonn li, b’rabta mal-linji gwida stipulati fl-Artikolu 184(6) tar-Regolament (KE) 1234/2007, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 72/2009li tiġi awtorizzata l-implimentazzjoni ta’ strumenti li jirregolaw il-provvista għal-prodotti ta’ kwalità ta' dan it-tip, biex b’hekk il-prodotturi tagħhom ikunu jistgħu jagħtu kontribut importanti lill-istabilità u l-kompetittività tas-settur Ewropew tal-ħalib.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) F’Ottubru 2009, fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni diffiċli fis-suq tal-ħalib, twaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti dwar il-Ħalib (“HLG”) bil-għan li jiddiskuti l-arranġamenti għal żmien medju u fit-tul għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, fil-kuntest tal-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib fl-2015. Filwaqt li jirrispetta l-eżitu tal-Verifika tas-Saħħa, l-HLG kellu jaħdem biex jiġi implimentat qafas regolatorju, biex jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-suq u d-dħul tal-produtturi u biex itejjeb it-trasparenza tiegħu.

(3) Bħala reazzjoni għal din is-sitwazzjoni diffiċli fis-suq tal-ħalib, twaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti dwar il-Ħalib (“HLG”), f'Ottubru 2009, bil-għan li jiddiskuti l-arranġamenti għal żmien medju u fit-tul għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li, fil-kuntest tal-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib fl-2015, (deċiżjoni li għad trid tiġi vvalutata mir-rapport tal-2012 kif previst bħala parti mill-Verifika tas-Saħħa) ikun jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-suq u d-dħul tal-produtturi u għat-tisħiħ tat-trasparenza fis-settur.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-HLG kiseb kontribut orali u bil-miktub mill-gruppi tal-partijiet interessati ewlenin Ewropej fil-katina tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib li jirrappreżentaw lill-bdiewa, lill-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib, lin-negozjanti tal-ħalib, lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-konsumaturi. Barra minn hekk, l-HLG irċieva kontibuzzjonijiet minn esperti akkademiċi mistiedna, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Kompetizzjoni u s-servizzi tal-Kummissjoni. Saret ukoll konferenza tal-partijiet interessati dwar il-ħalib fis-26 ta’ Marzu 2010 li awtorizzat li firxa usa’ ta’ atturi fil-katina tal-provvista jesprimu l-fehmiet tagħhom. L-HLG ippreżenta r-rapport tiegħu fil-15 ta’ Ġunju 2010, li kien fih analiżi tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u numru ta’ rakkomandazzjonijiet.

(4) L-HLG kiseb kontribut orali u bil-miktub mill-gruppi tal-partijiet interessati ewlenin Ewropej fil-katina tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib u pprovda r-rapport tiegħu fil-15 ta’ Ġunju 2010. Ir-rapport kien jinkludi analiżi tal-qagħda attwali tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u numru ta' rakkomandazzjonijiet li ffukaw fuq ir-relazzjonijiet kuntrattwali, is-saħħa ta' negozjazzjoni tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, it-trasparenza, il-miżuri għas-suq u għax-xiri fil-futur, l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar tal-oriġini, u l-innovazzjoni u r-riċerka, waqt li evitaw li jagħmlu kwalunkwe referenza għad-distribuzzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-HLG innota li s-setturi li jipproduċu u li jipproċessaw il-prodotti tal-ħalib huma differenti ħafna bejn l-Istati Membri. Hemm ukoll sitwazzjoni varjabbli ħafna bejn l-operaturi u t-tipi ta’ operaturi fl-Istati Membri individwali. Iżda l-konċentrazzjoni tal-provvista hija baxxa f’ħafna każijiet u jirriżulta żbilanċ fis-saħħa tan-negozjar fil-katina tal-provvista bejn ir-raħħala u l-imħaleb. Dan l-iżbilanċ jista’ jwassal għal prattiki kummerċjali inġusti; b’mod partikolari, bir-raħħala ma jkunux jafu liema prezz ikunu sejrin jirċievu għall-ħalib tagħhom meta jikkunsinjawh minħabba li l-prezz spiss huwa ffissat ħafna aktar tard mill-imħaleb fuq il-bażi tal-valur miżjud miksub, li, f’każ ta’ nuqqas ta’ kooperattivi, huwa ħafna drabi barra mill-kontroll tar-raħħal.

(5) L-HLG innota li s-setturi li jipproduċu u li jipproċessaw il-prodotti tal-ħalib huma differenti ħafna bejn l-Istati Membri. Hemm ukoll sitwazzjoni varjabbli ħafna bejn l-operaturi u t-tipi ta’ operaturi fl-Istati Membri individwali. Iżda l-konċentrazzjoni tal-provvista hija baxxa f’ħafna każijiet u jirriżulta żbilanċ fis-saħħa tan-negozjar fil-katina tal-provvista bejn il-bdiewa u l-imħaleb. Dan l-iżbilanċ jista’ jwassal għal prattiki kummerċjali inġusti; b’mod partikolari, bir-raħħala ma jkunux jafu liema prezz ikunu sejrin jirċievu għall-ħalib tagħhom meta jikkunsinjawh minħabba li l-prezz spiss huwa ffissat ħafna aktar tard mill-imħaleb fuq il-bażi tal-valur miżjud miksub, li huwa ħafna drabi barra mill-kontroll tal-bidwi. Dan l-iżbilanċ u d-distribuzzjoni irregolari tal-valur miżjud tul il-katina ta' provvista għalhekk jirrekjedu li jittieħdu miżuri li jkopru l-istadji kollha tal-katina, inkluż is-settur ta' distribuzzjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Hemm problema ta’ trażmissjoni tal-prezz tul il-katina, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet tal-prodott meta jitlaq mir-razzett. Min-naħa l-oħra, matul l-2009, il-provvista tal-ħalib ma weġbitx għal domanda aktar baxxa. Fil-fatt, f’xi Stati Membri produtturi kbar, bħala reazzjoni għal prezzijiet aktar baxxi, ir-raħħala pproduċew aktar milli fis-sena preċedenti. Il-valur miżjud fil-katina sar dejjem aktar ikkonċentrat fis-setturi fi tmiem il-katina, b’mod partikolari fl-imħaleb.

(6) Hemm għalhekk problema ta’ trażmissjoni tal-prezz tul il-katina, b’mod partikolari rigward il-prezzijiet tal-prodott meta jitlaq mir-razzett, li l-livell tagħhom ġeneralment ma jikkunsidrax l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu. Min-naħa l-oħra, matul l-2009, il-provvista tal-ħalib ma ġietx aġġustati b'mod naturali għal domanda aktar baxxa.

 

Fil-fatt, f’xi Stati Membri produtturi kbar, bħala reazzjoni għal prezzijiet aktar baxxi, il-bdiewa pproduċew aktar milli fis-sena preċedenti. Il-valur miżjud fil-katina sar dejjem aktar ikkonċentrat fis-setturi aktar 'l isfel fil-katina, b’mod partikolari fl-imħaleb u l-bejjiegħa bl-imnut, bi prezz finali għall-konsumatur li ma jkunx rifless fil-prezz imħallas lill-produtturi.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Dan l-aħħar kien hemm diskussjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-katina ta' provvista tal-ikel. Ġie enfasizzat li, waqt li l-prezzijiet ta' input għall-produtturi qed ikomplu jogħlew, il-prezzijiet li jħallas il-konsumatur ma jirriflettux b'mod xieraq din is-sitwazzjoni. Hemm ukoll tħassib dwar is-setgħa dejjem tikber tal-bejjiegħa kbar bl-imnut u speċifikament li l-valur miżjud mhuwiex imqassam ugwalment tul il-katina.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għall-imħaleb, il-volum li sejjer jiġi kkunsinjat matul l-istaġun mhux dejjem ikun ippjanat sew. Anke għall-kooperattivi tal-ħalib (proprjetà tar-raħħala li jippossjedu l-faċilitajiet tal-ipproċessar, li bihom jiġi pproċessat 58% tal-ħalib tal-UE) hemm nuqqas potenzjali ta’ addattament tal-provvista għad-domanda: ir-raħħala huma obbligati li jikkunsinnjaw il-ħalib tagħhom kollu għall-kooperattiva tagħhom u l-kooperattiva hija obbligata li taċċetta l-ħalib kollu.

(7) Għall-imħaleb, il-volum li sejjer jiġi kkunsinjat matul l-istaġun mhux dejjem ikun ippjanat sew. Anke għall-kooperattivi tal-ħalib hemm nuqqas potenzjali ta’ addattament tal-provvista għad-domanda: il-bdiewa huma obbligati li jikkunsinnjaw il-ħalib tagħhom kollu għall-kooperattiva tagħhom u l-kooperattiva hija obbligata li taċċetta l-ħalib kollu. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tipproponi qafas ta' linji gwida tal-UE għas-settur tal-koperattivi.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-użu ta’ kuntratti formalizzati u bil-miktub, li anki jinkludu elementi bażiċi magħmula bil-quddiem qabel il-kunsinna mhuwiex mifrux. Madankollu, jistgħu iżidu l-għarfien u jsaħħu r-responsabbiltà tal-operaturi fil-katina tal-prodotti tal-ħalib sabiex jitqiesu aħjar is-sinjali tas-suq, titjieb it-trażmissjoni tal-prezzijiet u jaddattaw il-provvista mad-domanda, kif ukoll jgħinu biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali mhux ġusti.

(8) L-użu ta’ kuntratti formalizzati u bil-miktub jista' jgħin fit-tisħiħ tar-responsabbiltà tal-operaturi fil-katina tal-prodotti tal-ħalib u jżid l-għarfien tal-bżonn li jitqiesu aħjar is-sinjali tas-suq, titjieb it-trażmissjoni tal-prezzijiet u l-provvista tiġi adattata għad-domanda, kif ukoll jgħin biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali mhux ġusti. Madankollu, ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofressjonali, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-produtturi u l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux proċessat jista' ma jkunx biżżejjed biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet serji li qed jaffaċċja s-settur tal-ħalib Ewropew speċjalment dawk li jikkonċernaw il-produtturi żgħar tal-ħalib u r-reġjuni remoti mhux tajbin għall-ħrit u li jipproduċu l-ħalib. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tipproponi miżuri addizzjonali għas-settur tal-ħalib fil-kuntest tar-riforma tal-PAK li jkunu jqisu miżuri speċifiċi bħala parti mill-ħlas dirett u l-iskemi għall-iżvilupp rurali.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar tali kuntratti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sistemi tagħhom tal-liġi kuntrattwali, jagħmlu l-użu ta’ dawn il-kuntratti obbligatorju sakemm jagħmlu dan b’mod konformi mal-liġi tal-UE u jirrispettaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni. Minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet madwar l-UE f’dan il-kuntest, fl-interessi tas-sussidjarjetà, deċiżjoni bħal din għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġu żgurati standards minimi xierqa għal kuntratti bħal dawn u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni, għandhom jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet bażiċi għall-użu ta’ kuntratti bħal dawn fuq il-livell tal-UE. Minħabba li xi kooperattivi tal-prodotti tal-ħalib jista’ jkollhom regoli b’effetti simili fl-istatuti tagħhom, għal raġunijiet ta’ sempliċità dawn għandhom imbagħad jiġu eżentati minn ħtieġa għal kuntratti. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe sistema ta' dan it-tip tkun effikaċi meta partijiet intermedjarji jiġbru l-ħalib mingħand il-bdiewa biex jikkunsinjaw lill-proċessuri, għandha tapplika bl-istess mod f’każ bħal dan.

(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar tali kuntratti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sistemi tagħhom tal-liġi kuntrattwali, jagħmlu l-użu fil-preżent ta’ dawn il-kuntratti obbligatorju sakemm jagħmlu dan b’mod konformi mal-liġi tal-UE u jirrispettaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni. Billi l-kuntratti jiffurmaw il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni għar-regolamentazzjoni futura tas-settur tal-ħalib, l-Istati Membri kollha għandhom jimxu fuq l-istess prinċipju, b’regoli implimentattivi flessibbli. Sabiex jiġu żgurati standards minimi xierqa għal kuntratti bħal dawn u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni, għandhom jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet bażiċi għall-użu ta’ kuntratti bħal dawn fil-livell tal-UE. Minħabba li xi kooperattivi tal-prodotti tal-ħalib jista’ jkollhom regoli b’effetti simili fl-istatuti tagħhom, għal raġunijiet ta’ sempliċità dawn għandhom imbagħad jiġu eżentati minn ħtieġa għal kuntratti. Sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet uniformi għall-konsenji kollha ta' ħalib mhux ipproċessat f'territorju partikolari, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li jirċievi l-konsenja.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) F’konformità mal-motto tagħha “Magħquda fid-Diversità”, l-Unjoni għandha tfittex li tiżviluppa politiki komuni li jqisu u li ma jikkompromettux il-karatteristiċi speċifiċi inerenti għad-diversi Stati Membri. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha għalhekk tqis id-diversità tas-settur tal-ħalib fid-diversi Stati Membri u m’għandhiex tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-industrija li jeliminaw il-produzzjoni tal-ħalib fi Stati Membri u f’reġjuni fejn tradizzjonalment din il-produzzjoni tiggarantixxi dħul għall-komunitajiet rurali, biex b'hekk tgħin biex tiżdied il-popolazzjoni u biex terġa’ tingħata l-ħajja liż-żoni rurali f’reġjuni żvantaġġjati, bħar-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u sabiex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib, is-saħħa ta' negozjazzjoni tagħhom fir-rigward tal-proċessuri għandha tissaħħaħ u għaldaqstant tirriżulta fi tqassim aktar ġust tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista. Għalhekk, sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikoli 42 u 43(2) TFUE sabiex tippermetti li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kostitwiti mill-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jinnegozjaw mal-imħaleb it-termini tal-kuntratti, inkluż il-prezz, b’mod konġunt għal parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħha. Sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-ħalib, din il-possibbiltà għandha tkun soġġetta għal-limiti kwantitattivi xierqa. Dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom għalhekk ikunu eliġibbli wkoll għal rikonoxximent skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

(11) Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni u sabiex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib, is-saħħa ta' negozjazzjoni tagħhom fir-rigward tal-proċessuri għandha tissaħħaħ u għaldaqstant tirriżulta fi tqassim aktar ġust tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista. Għalhekk, sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikoli 42 u 43(2) TFUE sabiex tippermetti li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kostitwiti mill-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jinnegozjaw mal-imħaleb it-termini tal-kuntratti, inkluż il-prezz, b’mod konġunt għal parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħha. Sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-ħalib, din il-possibbiltà għandha tkun soġġetta għal-limiti kwantitattivi xierqa. Dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom għalhekk ikunu eliġibbli wkoll għal rikonoxximent skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti de facto mil-leġiżlazzjoni l-ġdida.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Hemm bżonn li jsir mezz biex meta tasal is-sistema tal-kwoti tal-ħalib tal-Unjoni ma tħallix impatt qawwi fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli, billi impatt ħażin f'ċerti Stati Membri jista’ jwassal għal ċaqliq fil-prezzijiet fis-swieq internazzjonali u jkun ta’ ħsara għall-istabilità u l-prevedibilità tas-suq li tant hu meħtieġa għall-bdiewa Ewropej li joperaw fis-settur tal-ħalib.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) F’xi setturi ġew introdotti regoli fuq il-livell tal-UE għal organizzazzjonijiet interprofessjonali. Dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom rwoli utli sabiex jippermettu djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati bl-istess mod fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, flimkien mad-dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-pożizzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-liġi tal-kompetizzjoni filwaqt li jiżguraw li ma jgħawġux il-kompetizzjoni jew is-suq intern jew jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq komuni.

(12) F’xi setturi ġew introdotti regoli fuq il-livell tal-UE għal organizzazzjonijiet interprofessjonali. Dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom rwoli utli sabiex jippermettu djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati wkoll fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, flimkien mad-dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-pożizzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-liġi tal-kompetizzjoni filwaqt li jiżguraw li ma jgħawġux il-kompetizzjoni jew is-suq intern jew jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq komuni. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex iħeġġu lill-atturi relevanti kollha jieħdu sehem fl-organizzazzjonijiet interprofessjonali.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex issegwi l-iżviluppi fis-suq, il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni f’waqtha dwar il-volumi tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat. L-Artikolu 192 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi bażi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni biex tiżgura li l-proċessuri jagħtu din l-informazzjoni lill-Istati Membri b’mod regolari. Il Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-ambitu, il-kontenut, il-format u t-tempestività ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.

(13) Sabiex issegwi l-iżviluppi fis-suq, il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni f’waqtha dwar il-volumi, il-karatteristiċi u l-prezz medju tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat. Waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità kummerċjali ta' kull impriża, l-Artikolu 192 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi bażi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni biex tiżgura li l-ewwel xerrej jittrażmetti din l-informazzjoni lill-Istati Membri b’mod regolari. Il Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-ambitu, il-kontenut, il-format u t-tempestività ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Sabiex tingħata twissija bikrija effikaċi dwar il-probabilità ta’ żbilanċ tas-suq fis-settur tal-ħalib, kif ukoll biex ikun hemm iktar trasparenza tas-suq, għandha tiġi stabbilita Aġenzija għall-Monitoraġġ tas-Suq biex tiġbor u xxandar data u informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-provvista, l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet tal-ħalib fil-livell tal-farms, il-prezzjiet u l-marġnijiet tal-konsumatur, fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Sabiex topera b’mod effikaċi, l-aġenzija għandha tkun indipendenti fl-operazzjonijiet tagħha u għandha tirrapporta lill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Jeħtieġ li l-politiki dwar il-kompetizzjoni jiġu kkoordinati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha, billi “is-suq rilevanti” tas-settur tal-prodotti tal-ħalib, f’bosta aspetti, m’għadux limitat għall-konfini nazzjonali tal-Istati Membri iżda qed isir aktar u aktar internazzjonali.

 

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma ġġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib u l-istruttura tal-katina tal-provvista. Huma għandhom għalhekk jiġu applikati għal żmien twil biżżejjed li jippermettulhom li jkollhom effett totali. Madankollu, minħabba n-natura wiesgħa tagħhom, huma għandhom madankollu jkollhom natura temporanja, u jkunu soġġetti għal reviżjoni sabiex wieħed ikun jista’ jara kif tħaddmu u jekk għandhomx ikomplu japplikaw. Dan għandu jiġi ttrattat fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tas-suq tal-ħalib, u għandu partikolarment ikopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta: dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi sat-30 ta’ Ġunju 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2018. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma ġġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib u l-istruttura tal-katina tal-provvista.

(14) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma ġġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib u l-istruttura tal-katina tal-provvista. Huma għandhom għalhekk jiġu applikati għal żmien twil biżżejjed li jippermettulhom li jkollhom effett totali. Huma għandhom għalhekk jiġu applikati għal żmien twil biżżejjed li jippermettulhom li jkollhom effett totali. Dan għandu jiġi ttrattat fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tas-suq tal-ħalib, u għandu partikolarment ikopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta: dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi sat-30 ta’ Ġunju 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2018. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma ġġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib u l-istruttura tal-katina tal-provvista.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-elementi li għalihom tista’ tkun eżerċitata dik is-setgħa għandhom jiġu ddefiniti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li tkun suġġetta għalihom dik id-delega.

(15) Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa ta' importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi ta’ miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE. Ħlief fejn ikun espressament ipprovdut mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-…. .

(16) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tagħhom għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.

 

____________

 

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Fid-dawl tal-kompetenza tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u minħabba n-natura speċjali ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk ċerti ftehimiet u prattiki miftehma fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib humiex kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, kif ukoll jekk jistgħux iseħħu negozjati minn organizzazzjoni tal-produtturi relatata ma' aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 113da

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 113da

 

Regoli għat-titjib u l-istabbilizzazzjoni tal-funzjonament tas-suq komuni tal-prodotti tal-ħalib

 

1. Sabiex jittejjeb u jiġi stabbilizzat il-funzjonament tas-suq tal-prodotti tal-ħalib b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli biex jippermettu l-ġestjoni tal-provvista, meta l-gruppi responsabbli għal DPO jew IĠP formalment jintroduċu talba ta' dan it-tip.

 

2. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonali għall-għan segwit u:

 

(a) jistgħu jkopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista u jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista tal-prodott skont id-domanda;

 

(b) jistgħu jsiru permezz ta' deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni meħudin mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmiji fl-Artikolu 123 jew deċiżjonijiet meħudin mill-gruppi ta' operaturi li jimmaniġġjaw id-DPO jew l-IĠP msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 510/2006;

 

(c) ma jistgħux ikunu vinkolanti għal aktar minn perjodu (li jista' jiġġedded) ta' ħames snin ta’ kummerċjalizzazzjoni;

 

(d) m’għandhom ikunu jirrigwardaw ebda tranżazzjoni oħra wara l-ewwel darba li l-prodott ikkonċernat jiġi kkummerċjalizzat;

 

(e) m’għandhomx jipprevedu iffissar tal-prezzijiet, la fil-forma ta’ gwida u lanqas fil-forma ta’ rakkomandazzjoni;

 

(f) m’għandhomx iwasslu għan-nuqqas ta’ disponibilità ta’ proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li kieku jkun disponibbli;

 

(g) m'għandhomx jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni fis-suq intern, jikkostitwixxu xkiel biex jidħlu persuni ġodda fis-suq, jew iwasslu għal effetti ħżiena għall-produtturi żgħar.

 

2. Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi permezz tal-pubblikazzjoni in extenso f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

3. Id-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri fis-sena n f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena n +1.

 

4. Il-Kummissjoni fi kwalunkwe waqt tista' tirrevoka l-awtorizzazzjoni ta' Stat Membru biex jistabbilixxi regoli ta' dan it-tip jekk issib li dik id-deċiżjoni teskludi l-kompetizzjoni fis-suq intern, tikkomprometti l-moviment liberu tal-prodotti jew tmur kontra l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-TFUE.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – sentenza introdutturja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4) L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll organizzazzjonijiet interprofessjonali li:

4) L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu wkoll organizzazzjonijiet interprofessjonali li:

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) huma magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta’, kummerċ ta’, jew l-ipproċessar ta’ prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

(a) ikunu formalment talbu r-rikonoxximent u li jkunu magħmulin minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet agrikoli rikonoxxuti u tal-industrija għall-ipproċessar tal-ħalib, bl-involviment fakultattiv tar-rappreżentanti tal-kummerċ u d-distribuzzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jew kwalunkwe attur ieħor fil-katina tal-provvista tal-ħalib u/jew l-awtoritajiet pubbliċi;

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) huma formalment kostitwiti bħala entitajiet b'governanza demokratika u strutturi rappreżentattivi;

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – sentenza introdutturja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) iwettqu attività waħda jew aktar minn waħda minn dawn li ġejjin f’reġjun wieħed jew aktar minn wieħed tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-konsumaturi:

(c) iwettqu attività waħda jew aktar minn waħda minn dawn li ġejjin f’reġjun wieħed jew aktar minn wieħed tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-atturi kollha fil-katina tal-provvista tal-ħalib:

Emenda  29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) it-titjib tal-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u s-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dejta statistika fuq il-prezzijiet, volumi u tul ta’ kuntratti għall-kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat li kienu diġà ġew konklużi preċedentement, u permezz tal-provvista ta’ analiżi ta’ żviluppi potenzjali futuri tas-suq fuq livell reġjonali jew nazzjonali;

(i) it-titjib tal-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u s-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dejta statistika fuq il-prezzijiet, volumi u tul ta’ kuntratti għall-kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat li kienu diġà ġew konklużi preċedentement, u permezz tal-provvista ta’ analiżi ta’ żviluppi potenzjali futuri tas-suq fuq livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

Emenda  30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-għajnuna għal koordinazzjoni aħjar tal-mod li bih il-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jitpoġġew fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji tas-suq,

(ii) l-għajnuna għal koordinazzjoni aħjar tal-mod li bih il-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jiġu prodotti u jitpoġġew fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji tas-suq li jiffukaw b'mod speċifiku fuq il-prodotti ta’ kwalità Ewropej, sabiex jenfasizzaw il-valur miżjud tagħhom;

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt ii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) il-promozzjoni tal-konsum u l-provvista ta’ informazzjoni dwar il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kemm fis-swieq interni, kif ukoll f'dawk esterni;

Emenda  32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt ii b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii b) l-esplorazzjoni tas-swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) it-tfassil ta’ formoli standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iii) it-tfassil ta’ formoli standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta’ ħalib mhux ipproċessat lill-imħaleb u għall-provvista ta’ prodotti pproċessati lid-distributuri u lill-bejjiegħa bl-imnut, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-bżonn li jinkisbu kundizzonijiet kompetittivi ġusti u li ma jkunx hemm tagħwiġ fis-suq, fl-interessi tal-atturi kollha li joperaw fl-industrija;

Emenda  34

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt iii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia) l-iżvilupp ta' prattiki mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ħalib u tal-prodoti tal-ħalib;

Emenda  35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt iv a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva) it-tħaris u l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni tas-settur tal-ħalib;

Emenda  36

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt vi a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(vi a) it-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel, partikolarment billi tiġi żgurata t-traċċabilità tal-prodotti tal-ħalib;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt vii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii) l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u l-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ din il-biedja kif ukoll bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; u

(vii) l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u l-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ din il-biedja kif ukoll bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi u l-forniment ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi partikolari tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib b'denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP);

Emenda  38

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt viii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viii) il-promozzjoni ta’ produzzjoni integrata jew metodi oħra ambjentalment tajbin.”

(viii) il-promozzjoni ta’ produzzjoni integrata rrikonoxxuta u ċċertifikata fil-livell Ewropew bħala ambjentalment tajba;

Emenda  39

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt viii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viii a)             is-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-appoġġ għall-programmi għar-riċerka u l-iżvilupp applikat sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, speċjalment sabiex jinħolqu prodotti b'valur miżjud li huma aktar attraenti għall-konsumatur; u

Emenda  40

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 - paragrafu 4 – punt c – subpunt viii b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viiib) il-ħidma biex tinkiseb distribuzzjoni ġusta tal-qligħ mill-katina ta' provvista alimentari, u biex tiġi promossa l-attività ekonomika reġjonali u lokali permezz tat-tisħiħ tal-istrutturi koperattivi u l-bejgħ dirett tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lill-konsumatur;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 123 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’każ li l-provvista tal-ħalib mhux ipproċessat tkun ġejja minn żoni żvantaġġjati (żoni muntanjużi, żoni żvantaġġjati intermedjarji, żoni b’nuqqas naturali speċifiku), it-trasferiment kollu tal-provvista miġbura lejn żona li ma tkunx żvantaġġjata, jew it-trasferiment bejn tipi differenti ta’ żoni żvantaġġjati, għandu jiġi awtorizzat minn qabel mill-organizzazzjoni interprofessjonali li l-kollettur u l-produttur ikkonċernati jkunu membri tagħha.

Emenda  42

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 2 – punt c – sentenza introdutturja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) sakemm il-volum totali tal-ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawn in-negozjati minn organizzazzjoni partikolari ta’ produtturi ma jaqbiżx:

(c) sakemm għal organizzazzjoni partikolari ta’ produtturi:

Emenda  43

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 2 – punt c – subpunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) 3.5% tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, u

(i) il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawn in-negozjati ma' jaqbiżx it-3.5% tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, u

Emenda  44

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 2 – punt c – subpunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) 33% tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari kopert minn dawn in-negozjati permezz ta’ dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, u

(ii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawn in-negozjati li jkun prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx l-40% tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru, u

Emenda  45

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 2 – punt c – subpunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii) 33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali kkombinata tal-Istati Membri kollha koperti minn dawn in-negozjati permezz ta’ dik l-organizzazzjoni tal-produtturi,

(iii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawn in-negozjati li jkun ikkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx l-40% tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru,

Emenda  46

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) sakemm ir-raħħala kkonċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom, u

(d) sakemm il-bdiewa kkonċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każi ġġustifikati kif dovut fejn żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti, u

Emenda  47

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom.

(e) sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawn in-negozjati.

Emenda  48

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126 a – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Bħala deroga mill-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 2(c), fl-Istati Membri bi produzzjoni totali annwali ta’ ħalib mhux ipproċessat ta’ inqas minn 500 000 tunnellata, in-negozjati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jistgħu jsiru jekk il-volum totali tal-ħalib mhux ipproċessat inkluż minn organizzazzjoni ta’ produtturi partikolari f’tali negozjati ma jaqbiżx:

 

- 75% tal-produzzjoni nazzjonai totali ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari kkonċernat, u

 

- 75% tal-produzzjoni nazzjonali totali kkombinata tal-Istati Membri kollha kkonċernati.

Emenda  49

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikopru wkoll assoċjazzjonijiet ta’ dawn l- organizzazzjonijiet tal-produtturi. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-assoċjazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu ssorveljati b’mod adegwat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta r-regoli dwar il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn.

3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikopru wkoll assoċjazzjonijiet ta’ dawn l- organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Emenda  50

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 126a - paragrafu 5, subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B'deroga mill-paragrafu 2(c)(ii) u (iii), anki meta ma jinqabiżx il-limitu ta' 33%, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tista' tiddeċiedi f'każ individwali li n-negozjat mill-organizzazzjoni produttriċi ma jistax iseħħ jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li jkun hemm preġudizzju serju għall-proċessuri SME tal-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

5. B'deroga mill-paragrafu 2(c)(i), (ii) u (iii), anki meta ma jinqabiżx il-limitu ta' 3.5% jew 40%, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tista' tiddeċiedi f'każ individwali li l-ftehim li jinolvi lill-organizzazzjoni tal-produtturi irid jew jerġa' jiġi nnegozjat jew ma jseħħ xejn jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni titgħawweġ serjament jew sabiex tevita li jkun hemm preġudizzju serju għall-proċessuri SME tal-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

Emenda  51

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) 1234/2007

Parti II - Titolu II - Kapitolu II - Taqsima II b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II, għandha tiddaħħal it-Taqsima IIb li ġejja:

 

“Taqsima IIb

 

Rikonoxximent

 

Artikolu 126b

 

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

 

1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib kull entità legali jew parti definita b’mod ċar tagħha legali li tapplika għal tali rikonoxximent, sakemm:

 

a) tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 122(b) u (c);

 

b) ikollha għadd minimu ta’ membri u/jew tkopri volum minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli li jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat;

 

c) ikun hemm biżżejjed evidenza li tista' twettaq l-attivitajiet tagħha kif xieraq, kemm tul iż-żmien kif ukoll f’termini ta’ effettività u konċentrazzjoni tal-provvista,

 

d) ikollha statuti konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a), (b) u (c).

 

2. Bħala reazzjoni għal applikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq l-attivitajiet kollha ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

 

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjoni tal-produtturi li ġiet rikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali qabel ...* u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandha tiġi rikonoxxuta bħala organizzazzjoni tal-produtturi skont l-Artikolu 122(1)(iiia).

 

4. L-Istati Membri għandhom:

 

(a) jiddeċiedu jekk jirrikonoxxux organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien tliet xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkompanjata bid-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti kollha;

 

(b) iwettqu kontrolli, f’intervalli regolari li għandhom jiġu stabbiliti minnhom, biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu;

 

(c) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-penali applikabbli li jkunu stipulaw u jiddeċiedu, skont il-bżonn, jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

 

(d) jinformaw lill-Kummissjoni darba fis-sena u sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Marzu, dwar in-numru ta’ drabi li jkun ingħata, iċċaħħad jew ġie rtirat ir-rikonoxximent fis-sena ta’ qabel.

 

5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom stipulati f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 196b(2).

 

Artikolu 126c

 

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

 

1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li:

 

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 123(4);

 

(b) iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’reġjun jew reġjuni fit-territorju kkonċernat;

 

(c) jammontaw għal proporzjon sinifikanti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ħalib;

 

(d) mhumiex involuti fil-produzzjoni tal-ħalib jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ħalib.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjoni interprofessjonali li ġiet rikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali qabel ...* u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu għandha tiġi rikonoxxuta bħala organizzazzjoni interprofessjonali.

 

3. Meta jużaw il-possibbiltà li jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali f'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:

 

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni interprofessjonali fi żmien tliet xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkompanjata bid-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti kollha;

 

(b) iwettqu kontrolli, f’intervalli regolari li għandhom jiġu stabbiliti minnhom, biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

 

(c) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-penali applikabbli li jkunu stipulaw u jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

 

(d) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

 

(i) ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti;

 

(ii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tkun involuta fi kwalunkwe ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma msemmija fl-Artikolu 177a(4), bla ħsara għal kwalunkwe penali oħra li għandhom jiġu imposti skont il-liġi nazzjonali;

 

(iii) l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tikkonformax mal-obbligu tan-notifika msemmi fl-Artikolu 177a(2);

 

(e) jinformaw lill-Kummissjoni darba fis-sena u sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Marzu, dwar in-numru ta’ drabi li jkun ingħata, iċċaħħad jew ġie rtirat ir-rikonoxximent fis-sena ta’ qabel.

 

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 196b(2).

 

Artikolu 126d

 

Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabilitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu ddefiniti b'mod ċar, sabiex jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta' dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 196a, li jistipula:

 

(a) il-kundizzjonijiet skont liema għandha tingħata l-assistenza amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti relevanti fil-każ ta' koperazzjoni transnazzjonali fir-rigward ta' organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, u

 

(b) ir-regoli rigward il-possibilità li tingħata deroga mill-perċentwali msemmija fl-Artikolu 126a(2) punt (c) fil-każ ta' bidla f'daqqa u imprevedibbli fil-livell ta' produzzjoni nazzjonali minn sena għall-oħra fi Stat Membru sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu jistgħu jkomplu joperaw.

 

___________

 

*... Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament.

 

Emenda  52

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 177a - paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jwasslu għal diviżjoni ta’ kwalunkwe għamla fis-swieq tal-Unjoni;

(a) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jwasslu għal diviżjoni ta’ kwalunkwe għamla fis-swieq jew jinterferixxu fil-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni;

Emenda  53

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 179

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Artikolu 179 huwa sostitwit b’dan li ġej:

imħassar

“Artikolu 179Setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ ftehimiet u prattiki miftiehma

 

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri kollha neċessarji relatati mal-Artikoli 176a sa 178.”

 

Emenda  54

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 179a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a. Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 179aSetgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta’ ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri kollha meħtieġa relatati mal-Artikolu 177a.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 196b.".

Emenda  55

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkunsinnjat lilhom kull xahar.

1. L-ewwel xerrej għandu jiddikjara lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità, dettalji rigward il-karatteristiċi, il-volum u l-prezz medju tal-ħalib mhux ipproċessat li jkun ġie kkunsinnjat lilhom kull xahar bl-intenzjoni li jiġu vvalutati bi preċiżjoni l-produzzjoni u l-provvista globali tal-ħalib tal-Unjoni, biex b'hekk tittejjeb it-trasparenza tul il-katina kollha ta' provvista tas-settur għall-ġid tal-atturi kollha li joperaw fih.

Emenda  56

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185e – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-interessi li jitħarsu l-prattiki kompetittivi ġusti u sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tas-suq, għandha titqies in-natura kummerċjalment sensittiva tat-tali dejta qabel ma tiġi ppubblikata, li ma tistax issir anqas minn 45 jum mid-data meta jaslu dawk id-dikjarazzjonijiet.

Emenda  57

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat minn raħħal lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, dak il-kuntratt għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

1. Kull kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet. Dak il-kuntratt għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Emenda  58

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ deskritt fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeċiedi wkoll li jekk il-kunsinna tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta’ kollettur wieħed jew aktar minn kollettur wieħed, kull stadju tal-kunsinna għandu jkun kopert b’dan il-kuntratt bejn il-partijiet. Għal dan il-għan, “kollettur” tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn raħħal jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f’kull każ.

Jekk il-kunsinna tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta’ kollettur wieħed jew aktar minn kollettur wieħed, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema stadju tal-kunsinna għandu jkun kopert b’dan il-kuntratt bejn il-partijiet. Għal dan il-għan, “kollettur” tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f’kull każ.

Emenda  59

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f - paragrafu 2 – punt c – subpunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-prezz li għandu jitħallas għall-kunsinna, li għandu:

(i) il-prezz tal-ħalib li għandu jitħallas għall-kunsinna, li għandu jkun fiss għal mhux inqas minn sena u li għandu:

Emenda  60

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f - paragrafu 2 – punt c – subpunt i - inċiż 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– jiġi kkalkulat permezz ta’ formula speċifikata fil-kuntratt u/jew

Emenda  61

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f - paragrafu 2 – punt c – subpunt i – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- ivarja biss minħabba fatturi li huma stabbiliti fil-kuntratt, b’mod partikolari l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fuq bażi tal-indikaturi tas-suq, il-volum ikkunsinnjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat,

- ivarja biss minħabba fatturi li huma stabbiliti fil-kuntratt, b’mod partikolari l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq, l-indikaturi oħrajn tas-suq, il-volum ikkunsinnjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat u/jew,

Emenda  62

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 2 – punt c – subpunt i - inċiż 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– jista’ jkun fiss għal volum speċifiku u, għal kwalunkwe volum addizzjonali, jista' jkun varjabbli skont il-kriterji stabbiliti b’mod ħieles u stipulati fil-kuntratt.

Emenda  63

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f - paragrafu 2 – punt c – subpunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-volum li jista’ u/jew għandu jiġi kkunsinnjat u l-ħin tal-kunsinni, u

(ii) il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista’ u/jew għandu jiġi kkunsinnjat u l-ħin ta' dawn il-kunsinni

Emenda  64

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f - paragrafu 2 – punt c – subpunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) it-tul tal-kuntratt, li jista’ jinkludi żmien indefinit bi klawżoli ta’ twaqqif.

(iii) it-tul tal-kuntratt, li jista’ jinkludi żmien indefinit u klawżoli ta’ negozjar mill-ġdid u ta’ twaqqif.

Emenda  65

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 2 – punt c – subpunt iii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iii a) ir-regoli applikabbli għan-negozjar mill-ġdid tal-kuntratt;

Emenda  66

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 2 – punt c – subpunt iii b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiib) id-dettalji rigward il-perjodi u l-proċeduri ta' ħlas,

Emenda  67

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 2 – punt c – subpunt iii c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiic) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-kunsinna tal-prodotti,

Emenda  68

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 2 – punt c – subpunt iii d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiid) il-karatteristiċi tal-prodott,

Emenda  69

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 2 – punt c – subpunt iii e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiie) ir-regoli applikabbli fil-każ ta’ force majeure.

Emenda  70

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, ma jkunx hemm għalfejn kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat huwa kkunsinnjat minn raħħal lil proċessur ta’ ħalib mhux ipproċessat meta l-proċessur ikun kooperattiva li r-raħħal huwa membru tagħha jekk l-istatuti tagħha jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom effetti simili bħal dawk stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

3. Bħala deroga mill-paragrafu 1, ma jkunx hemm għalfejn kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat huwa kkunsinnjat minn bidwi lil kooperattiva li l-bidwi huwa membru tagħha jekk l-istatuti tagħha jew il-ftehimiet relatati magħhom jew derivati minnhom jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom effetti simili bħal dawk stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

Emenda  71

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat konkluż mir-raħħala, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(ċ), għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

4. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat konklużi mill-bdiewa, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(ċ), għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. Madankollu, b’attenzjoni dovuta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-perjodu minimu ta’ validità għall-kuntratti.

Emenda  72

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 185f – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji kollha.”

imħassar

Emenda  73

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- 1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hi kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

Emenda  74

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hi kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

 

1a. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 126d u l-Artikolu 185e(2) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

____________

 

* OJ: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament.

Emenda  75

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda  76

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

imħassar

L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega ta’ setgħa jew le għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

 

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  77

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196e – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 126d u l-Artikolu 185e(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċizjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda  78

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  79

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Att delegat adottat skont l-Artikolu 126d u l-Artikolu 185e(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kummissjoni ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

Emenda  80

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

imħassar

Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

 

L-att delegati għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu nfurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  81

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ta’ implimentazzjoni

Proċedura ta' kumitat

Meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195 ta’ dan ir-Regolament u għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy].”

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli. Dak il-kumitat hu kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/20111.

 

___________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda  82

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 196 b – paragrafu 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/20111.

 

____________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(1)

Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Bejn l-2007-2009, seħħew żviluppi eċċezzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. Inizjalment, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp fl-Oċeanja ġabu tnaqqis sinifikanti fil-provvisti, li wassal għal żieda malajr u sinifikanti fil-prezzijiet. Iżda filwaqt li l-provvisti fid-dinja kienu bdew l-irkupru tagħhom, u l-prezzijiet kienu bdew jirritornaw għal livelli aktar normali, il-kriżi finanzjarja u ekonomika sussegwenti affettwat b’mod negattiv lill-produtturi tal-ħalib tal-UE, u aggravat il-volatilità tal-prezzijiet. Inizjalment, l-ispejjeż tal-għalf u spejjeż oħra ta’ input inkluż l-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti bħala riżultat ta’ żieda fil-prezzijiet tal-prodotti. Sussegwentement, tnaqqis id-domanda tal-UE u d-domanda globali, flimkien mal-fatt li l-produzzjoni tal-UE baqgħet stabbli, wassal għal kollass fil-prezzijiet tal-UE. Dan it-tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib ma rnexxilux jiġi kompletament tradott fi prezzijiet aktar baxxi tal-prodotti tal-ħalib fil-livelli tal-konsumatur. Din is-sitwazzjoni naqqset ir-rata tal-irkupru tal-prezzijiet u intensifikat l-impatt tal-prezzijiet baxxi fuq il-produtturi tal-ħalib.

F’Ottubru 2009, fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni diffiċli fis-suq tal-ħalib, twaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti dwar il-Ħalib (“HLG”) bil-għan li jiddiskuti l-arranġamenti għal żmien medju u fit-tul għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, fil-kuntest tal-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib fl-2015. Filwaqt li jirrispetta l-eżitu tal-Verifika tas-Saħħa, l-HLG kellu jaħdem biex jiġi implimentat qafas regolatorju li jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-suq u tad-dħul tal-produtturi u jsaħħaħ it-trasparenza tiegħu.

L-HLG kiseb kontribut orali u bil-miktub mill-gruppi tal-partijiet interessati ewlenin Ewropej fil-katina tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib li jirrappreżentaw lill-bdiewa, lill-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib, lin-negozjanti tal-ħalib, lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-konsumaturi. Barra minn hekk, l-HLG irċieva kontibuti minn esperti akkademiċi mistiedna, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Kompetizzjoni u s-servizzi tal-Kummissjoni. Saret ukoll konferenza tal-partijiet interessati fis-settur tal-ħalib fis-26 ta’ Marzu 2010 li ppermettiet li firxa usa’ ta’ atturi fil-katina tal-provvista jesprimu l-fehmiet tagħhom. L-HLG ippreżenta r-rapport tiegħu fil-15 ta’ Ġunju 2010, li kien fih analiżi tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u numru ta’ rakkomandazzjonijiet.

L-HLG innota li s-setturi li jipproduċu u li jipproċessaw il-prodotti tal-ħalib huma differenti ħafna bejn l-Istati Membri. Hemm ukoll sitwazzjoni varjabbli ħafna bejn l-operaturi u t-tipi ta’ operaturi fl-Istati Membri individwali. Il-konċentrazzjoni tal-provvista hija baxxa f’ħafna każijiet u minħabba f'hekk hemm żbilanċ fis-saħħa ta' negozjazzjoni fil-katina tal-provvista bejn il-bdiewa u l-imħaleb. Dan l-iżbilanċ jista’ jwassal għal prattiki kummerċjali inġusti; b’mod partikolari, ta' spiss il-bdiewa ma jkunux jafu liema prezz se jirċievu għall-ħalib tagħhom meta jikkunsinnjawh minħabba li l-prezz spiss jiġi ffissat ħafna aktar tard mill-imħaleb abbażi tal-valur miżjud miksub, li, għal min ma jkunx f'kooperattiva, huwa ħafna drabi barra mill-kontroll tal-bidwi.

Min-naħa l-oħra, għall-imħaleb, il-volum li sejjer jiġi kkunsinnjat matul l-istaġun mhux dejjem ikun ippjanat sew. Anke għall-kooperattivi tal-ħalib (li l-bdiewa jkunu s-sidien tagħhom u li jippossjedu l-faċilitajiet tal-ipproċessar, u li jipproċessaw 58% tal-ħalib tal-UE) hemm nuqqas potenzjali ta’ addattament tal-provvista għad-domanda: il-bdiewa huma obbligati li jikkunsinnjaw il-ħalib tagħhom kollu lill-kooperattiva tagħhom u l-kooperattiva hija obbligata li taċċetta l-kunsinna kollu.

Hemm problema ta’ trażmissjoni tal-prezz tul il-katina, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet tal-prodott meta jitlaq mir-razzett. Min-naħa l-oħra, matul l-2009, il-provvista tal-ħalib ma rreaġixxitx għal domanda aktar baxxa. Fil-fatt, f’xi Stati Membri produtturi kbar, bħala reazzjoni għall-prezzijiet aktar baxxi, il-bdiewa pproduċew aktar milli fis-sena preċedenti.

Proposti

Kuntratti

L-użu ta’ kuntratti formalizzati u bil-miktub, li anki jinkludu elementi bażiċi magħmula bil-quddiem qabel il-kunsinna mhuwiex mifrux. Madankollu, wara t-tneħħija tal-kwoti, jistgħu jservu biex jiżdied l-għarfien u jsaħħu r-responsabbiltà tal-operaturi fil-katina tal-prodotti tal-ħalib sabiex jitqiesu s-sinjali tas-suq, titjieb it-trażmissjoni tal-prezzijiet u l-provvista tiġi adattata għad-domanda, kif ukoll bħala għajnuna biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali inġusti.

Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar tali kuntratti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sistemi tagħhom tad-dritt kuntrattwali, jagħmlu l-użu ta’ dawn il-kuntratti obbligatorju sakemm jagħmlu dan b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE u jirrispettaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni. Sabiex jiġu żgurati l-istandards minimi xierqa għal tali kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet bażiċi għall-użu tagħhom fil-livell tal-UE li jistiplaw qafas ġenerali waqt li jinżamm livell għoli ta' flessibilità. Il-kuntratti għandhom jibqgħu volontarji fil-livell tal-Istati Membri, għalkemm il-produtturi kollha għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu kuntratt li jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi stipulati fil-proposta jekk ikunu jixtiequ.

Minħabba li xi kooperattivi tal-prodotti tal-ħalib jista’ jkollhom regoli b’effetti simili fl-istatuti tagħhom jew il-ftehimiet relatati magħhom, għal raġunijiet ta’ sempliċità dawn għandhom imbagħad jiġu eżentati minn rekwiżit għal kuntratti. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe sistema ta' dan it-tip tkun effikaċi meta partijiet intermedjarji jiġbru l-ħalib mingħand il-bdiewa biex jikkunsinjaw lill-proċessuri, għandha tapplika bl-istess mod f’każ bħal dan.

Is-setgħa ta' negozjazzjoni tal-produtturi

Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u sabiex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib, is-saħħa ta' negozjazzjoni tagħhom fir-rigward tal-proċessuri għandha tissaħħaħ u għaldaqstant tirriżulta fi tqassim aktar ġust tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista. Għalhekk, sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikoli 42 u 43(2) TFUE sabiex tippermetti li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kostitwiti mill-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jinnegozjaw mal-imħaleb it-termini tal-kuntratti, inkluż il-prezz, b’mod konġunt għal parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħha. Sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-ħalib, din il-possibbiltà għandha tkun soġġetta għal-limiti kwantitattivi xierqa. Dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom għalhekk ikunu eliġibbli wkoll għal rikonoxximent skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Sabiex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jintervjenu jekk jemmnu li xi organizzazzjoni tal-produtturi tkun saret wisq dominanti għad-detriment tal-kompetizzjoni ġusta, anke jekk is-setgħa ta' negozjazzjoni ta' organizzazzjoni partikulari tal-produtturi ma tkunx qabżet il-limiti perċentwali permessi fil-proposta. Dan ikun speċjalment relevanti sabiex jitħarsu l-proċessuri żgħar u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jiżvolġu rwol utli sabiex jiffaċilitaw id-djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista, u sabiex jippromwovu l-aħjar prattika u t-trasparenza tas-suq. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati bl-istess mod fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, flimkien mad-dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-pożizzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-liġi tal-kompetizzjoni filwaqt li jiżguraw li ma jgħawġux il-kompetizzjoni jew is-suq intern jew jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq komuni.

Madankollu, ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-prodotti tal-ħalib m'għandhomx ikunu daqstant estensivi bħal mhuma fis-setturi l-oħra (bħal fis-settur tal-frott u l-ħaxix).

Trasparenza

Sabiex issegwi l-iżviluppi fis-suq, speċifikament fiż-żmien ta' wara l-kwoti, il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni f’waqtha dwar il-volumi tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat. L-Artikolu 192 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi bażi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni biex tiżgura li l-proċessuri jagħtu din l-informazzjoni lill-Istati Membri b’mod regolari, informazzjoni li mbagħad għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni biex tiġi analizzata. Waqt li t-trażmissjoni ta' din id-dejta se tirriżulta importanti ħafna għall-valutazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib tal-UE, in-natura kommerċjalment sensittiva ta' din l-informazzjoni għandha tiġi dejjem rispettata. L-għan globali tal-analiżi tal-produzzjoni u d-domanda tal-ħalib fl-UE kollha kemm hi għandu jkun li l-atturi kollha fil-katina ta' provvista tal-prodotti tal-ħalib jitħeġġu biex jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq, għall-ġid tal-atturi kollha li joperaw fil-katina.

Konklużjoni

Is-settur tal-prodotti tal-ħalib tal-UE se jesperjenza bidla kbira wara li jiskadu l-kwoti fl-2015. Sabiex jiġi żgurat ġejjieni stabbli għas-settur, hemm bżonn li s-setgħa ta' negozjazzjoni tal-produtturi tissaħħaħ. Wieħed jittama li din tista' tinkiseb permezz tal-użu ta' kuntratti u billi l-produtturi jitħeġġu biex jorganizzaw irwieħhom f'organizzazzjonijiet tal-produtturi. Il-miżuri għat-titjib tat-trasparenza u analiżi komprensiva tad-dejta tal-produzzjoni tal-ħalib tal-UE għandhom jikkontribwixxu biex jissostitwixxu l-istabilità relattiva li kienet tinkiseb permezz tal-ġestjoni tal-provvista. L-Ewropa għandha tħares lejn pajjiżi bħall-Isvizzera, li neħħiet il-kwoti fl-2009, sabiex tifhem l-impatt potenzjali tas-sistema l-ġdida u tantiċipa kull effett negattiv.


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Referenzi

COM(2010)0728 – C7-0408/2010 – 2010/0362(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.12.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

13.12.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

James Nicholson

1.12.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.2.2011

15.3.2011

2.5.2011

 

Data tal-adozzjoni

27.6.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Pilar Ayuso, Salvatore Caronna, Maria do Céu Patrão Neves, Dimitar Stoyanov

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mara Bizzotto, Ioan Enciu, Oreste Rossi

Data tat-tressiq

5.7.2011

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Frar 2012Avviż legali