dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 - 2013)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 - 2013)
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0073),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0075/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0358/2011),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a) Id-disinn u l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas (2012 - 2013) għandu jitfassal fuq il-prinċipji tas-sempliċità, l-istabbiltà, it-trasparenza, iċ-ċertezza legali, il-konsistenza, l-eċċellenza u l-fiduċja bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-Rapport tiegħu dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Kwadri għar-Riċerka.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – proporzjonati għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni – biex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja tal-appoġġ finanzjarju mogħti u l-effikaċja tal-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu pprevenuti l-irregolaritajiet u l-frodi. Għandhom jittieħdu wkoll il-passi neċessarji biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament, konformement mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] kontra l-frodi u irregolarijiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) .
(8) Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – proporzjonati għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni – biex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja tal-appoġġ finanzjarju mogħti u l-effikaċja tal-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu pprevenuti l-irregolaritajiet u l-frodi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp ta' arranġamenti kuntrattwali li biż-żmien inaqqsu r-riskju ta' nuqqas ta' prestazzjoni kif ukoll l-allokazzjoni mill-ġdid tar-riskji u l-ispejjeż. Għandhom jittieħdu wkoll il-passi neċessarji biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament, konformement mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] kontra l-frodi u irregolarijiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) .
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
a) ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (inkluż l-ITER),
a) ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (inkluż primarjament l-ITER);
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-programm ta' ħidma għandu jikkunsidra l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun adatt.
2. Il-programm ta' ħidma għandu jikkunsidra l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, kif ukoll mill-industrija. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun adatt.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu evalwati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Jistgħu jiġu speċifikati jew ikkomplimentati wkoll fil-programm ta’ ħidma rekwiżiti addizzjonali, gradazzjonijiet u livelli limitu.
3. Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu evalwati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Jistgħu jiġu speċifikati jew ikkomplimentati wkoll fil-programm ta’ ħidma rekwiżiti, gradazzjonijiet u livelli limitu addizzjonalili jkunu ġġustifikati b'mod ċar.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Il-kompożizzjoni tal-kumitat imsemmi fil-paragrafu 2 għandha fi kwalunkwe każ tkun tali li tiżgura bilanċ raġonevoli bejn in-nisa u l-irġiel u bejn l-Istati Membri li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 1 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponenti u s-sistemi.
L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp, l-ittestjar, il-validazzjoni u l-verifika tal-affidabilità tal-komponenti u s-sistemi affidabbli.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 2 – inċiż 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
– l-ippjanar ta' esperiment satellitari ġdid taħt it-Tmien Programm Kwadru li jista' jikkumplimenta l-esperimentazzjoni ITER, bl-għan li jiġu żgurati l-faċilitajiet meħtieġa filwaqt li jiġu limitati r-riskji u l-ispejjeż operattivi, u li jista' jkopri wkoll l-istudju ta' aspetti ewlenin tat-teknoloġiji DEMO;
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 4 – inċiż 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
– studji dwar l-aspetti soċjoloġiċi u dwar l-ekonomija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni, u azzjonijiet immirati għall-promozzjoni ta' kuxjenza pubblika u l-fehim tal-fużjoni.
– studji dwar l-aspetti soċjoloġiċi u dwar l-ekonomija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni, u azzjonijiet immirati għall-promozzjoni ta' kuxjenza pubblika u l-fehim tal-fużjoni. Se tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-informazzjoni t-tajba tiġi komunikata lill-pubbliku, u se jintużaw azzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza tal-komunikazzjoni u ta' programm ta' informazzjoni.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Ir-realizzazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali pprovdut mill-Organizzazzjoni ITER, ser iżżid b'dimensjoni Ewropea qawwija mal-infrastrutturi l-ġodda tar-riċerka.
Ir-realizzazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali pprovdut mill-Organizzazzjoni ITER, ser iżżid b'dimensjoni Ewropea qawwija mal-infrastrutturi l-ġodda tar-riċerka, u se timplika, fil-kuntest tal-programm Ewropew kumplimentari, il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida għar-riċerka biex issostni l-esperiment ITER.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – introduzzjoni
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tas-sikurezza, il-prestazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u tal-użijiet tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari u r-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Hemm konnessjonijiet importanti mar-riċerka fis-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà u l-kultura tas-sikurezza. Il-kollaborazzjoni internazzjonli ser tkun karatteristika ewlenija tal-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma ta’ attività, partikolarment sistemi nukleari avvanzati li qed jiġu investigati fil-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV.
L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tas-sikurezza, il-prestazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u tal-użijiet tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Hemm konnessjonijiet importanti mar-riċerka fis-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà u l-kultura tas-sikurezza, kif ukoll mal-proposti dwar il-fissjoni nukleari tal-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija approvat mill-Kunsill f'Marzu 2008. Il-kollaborazzjoni internazzjonali ser tkun karatteristika ewlenija tal-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma ta’ attività, partikolarment sistemi nukleari avvanzati li qed jiġu investigati fil-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV. It-tul tipiku ta' ħajja skont id-disinn tal-ġenerazzjoni attwali ta' impjanti nukleari operattivi fl-Ewropa hija ta' 40 sena, u huma previsti estensjonijiet possibbli addizzjonali fit-tul ta' ħajja tagħhom. Iċ-ċentrali tal-Ġenerazzjoni III u l-Ġenerazzjoni IV, sikuri għall-ġejjieni, jimmiraw għal tul ta' ħajja ta' 60 sena jew aktar filwaqt li jimminimizzaw l-ispejjeż ta' operazzjoni u ta' manutenzjoni dovuti għaż-żmien.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – introduzzjoni – paragrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Hemm ħtieġa ċara li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-IAEA dwar l-Istandards ta' Sikurezza applikabbli għall-faċilitajiet u l-attivitajiet nukleari kollha. Dawn l-istandards għandhom jiġu applikati b'mod wiesa' mid-disinjaturi, mill-manifatturi u mill-operaturi fl-oqsma tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-mediċina, tal-industrija, tar-riċerka u tal-edukazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Id-disponiment ġeoloġiku
1. Il-ħżin kollu inkluż id-disponiment ġeoloġiku
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Permezz ta' riċerka orjentata lejn l-implimentazzjoni, biex tiġistabilita bażi teknika u xjentifika tajba biex jintwerew it-teknoloġiji u d-disponiment sikur tal-fjuwil eżawrit u l-iskart radjoattiv ta’ ħajja twila f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, u jiġi enfasizzat l-iżvilupp ta’ fehma Ewropea komuni fuq il-kwistjonijiet prinċipali li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġjar u d-disponiment tal-iskart.
Permezz ta' riċerka orjentata lejn l-implimentazzjoni, biex tiġistabbilita bażi teknika u xjentifika tajba biex jintwerew it-teknoloġiji u d-disponiment sikur tal-fjuwil eżawrit u l-iskart radjoattiv ta’ ħajja twila, inkluż skart ta' ħajja twila li joriġinaw mid-dekummissjonament ta' impjanti tal-enerġija nukleari ċivili u ta' applikazzjonijiet ta' isotopi radjuattivi f'attivitajiet tal-mediċina, tal-industrija, tal-agrikoltura, tar-riċerka u tal-edukazzjoni, f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, u biex jiġi enfasizzat l-iżvilupp ta’ fehma Ewropea komuni fuq il-kwistjonijiet prinċipali li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġjar u d-disponiment tal-iskart.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Id-disponiment ġeoloġiku: L-istudji ta’ inġinerija u d-dimostrazzjoni ta’ disinji ta’ repożitorji, karatterizzazzjoni fuq il-post tal-blat repożitorju ospitanti (f'laboratorji tar-riċerka sotterranji kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim tal-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fl-inħawi viċini (għamla tal-iskart u ostakoli artifiċjali) u fl-inħawi mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u s-sikurezza u investigazzjoni tal-governanza u kwistjonijiet soċjetali relatati mal-aċċettazzjoni mill-pubbliku.
Id-disponiment ġeoloġiku: L-istudji ta’ inġinerija u d-dimostrazzjoni ta’ disinji ta’ repożitorji, karatterizzazzjoni fuq il-post tal-blat repożitorju ospitanti (f'laboratorji tar-riċerka sotterranji kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim tal-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fl-inħawi viċini (għamla tal-iskart u ostakoli artifiċjali) u fl-inħawi mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u s-sikurezza u investigazzjoni tal-governanza u kwistjonijiet soċjetali relatati mal-aċċettazzjoni mill-pubbliku. Biex ikun hemm restrizzjoni fiżika aktar effikaċi ta' sostanzi radjuattivi f'każ ta' avvenimenti mhux antiċipati, jeħtieġ li jiġu implimentati sistemi sodi għaż-żamma tas-servizz li jinvolvu modi ta' operazzjoni degradati.
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 2 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari: Is-sikurezza operazzjonali tal-installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, speċjalment il-valutazzjoni u l-immaniġjar tal-ħajja operatorja tal-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzazzjonali), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' aċċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jottimizzaw l-immaniġjar tal-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi.
Sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari: Is-sikurezza operazzjonali tal-installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, fejn jitqiesu b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tar-riċerka li saret waqt l-inċident f’Fukushima, speċjalment il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-ħajja operatorja tal-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzazzjonali), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' aċċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jottimizzaw l-immaniġġjar tal-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi. Ħidma addizzjonali li għandha ssir bħala konsegwenza tal-inċident f’Fukushima għandha tinvolvi: reżistenza mtejba kontra l-effetti tat-terremoti, definizzjoni mill-ġdid ta' inċidenti li jkollhom karatteristiki li ma jkunu aktar gravi minn dawk previsti waqt il-fażi tad-disinn, l-analiżi ta' modi komuni li jwasslu għal ċediment fis-sistema, ġestjoni aħjar tal-emerġenzi, l-evitar tal-akkumulazzjoni tal-idroġenu minħabba reazzjonijiet ikkaġunati minn metall/fwar f’temperaturi għolja, ir-rikombinazzjoni tal-idroġenu, id-disinn ta' sistemi ta' filtrazzjoni/tindif li jifilħu għal pressa żejda tal-gass.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 2 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Sistemi nukleari avvanzati: L-effiċjenza mtejba tas-sistemi u l-fjuwils attwali u l-istudji tas-sistemi tar-reatturi avvanzati sabiex tiġi vvalutata r-reżistenza u l-impatti tal-proliferazzjoni potenzjali fuq is-sostenibilità fit-terminu t-twil, inkluż attivitajiet trasversali bażiċi u kruċjali ta’ riċerka (bħax-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċellola tal-fjuwil, fjuwils innovattivi u aspetti tal-immaniġjar tal-iskart, inkluż il-kompartimentalizzazzjoni u t-trażmutazzjoni tal-użu aktar effiċjenti tal-materjal fissili f'reatturi eżistenti.
Sistemi nukleari avvanzati: L-effiċjenza mtejba tas-sistemi u l-fjuwils attwali u l-istudji tas-sistemi tar-reatturi avvanzati sabiex tiġi vvalutata r-reżistenza u l-impatti tal-proliferazzjoni potenzjali fuq is-sostenibilità fit-terminu t-twil, inkluż attivitajiet trasversali bażiċi u kruċjali ta’ riċerka (bħax-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċellola tal-fjuwil, fjuwils innovattivi u aspetti tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-kompartimentalizzazzjoni u t-trażmutazzjoni tal-użu aktar effiċjenti tal-materjal fissili f'reatturi eżistenti. L-attivitajiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu mmirati biex isostnu l-Inizjattiva għal Industrija Nukleari Sostenibbli (ESNII), li tnediet waqt il-konferenza dwar il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika organizzata mill-Presidenza Belġjana f'Novembru 2010, inkluż id-disinn tad-demostraturi ewlenin tar-riċerka ASTRID, ALLEGRO, ALFRED u MYRRHA.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
6.10.2011
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
41
5
1
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Christian Ehler, Ioan Enciu, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Michael Theurer, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Antonio Cancian, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Vladko Todorov Panayotov, Mario Pirillo, Catherine Trautmann
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali