RAPPORT dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport

18.11.2011 - (2011/2087(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Santiago Fisas Ayxela

Proċedura : 2011/2087(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0385/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport

(2011/2087(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2011 bl-isem ta’ “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport” (COM (2011)0012 finali),

–   wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-Isport tal-Kummissjoni (COM (2007)0391),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Nissieltu kontra l-korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308),

–   wara li kkunsidra ż-żewġ konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-vjolenza u l-imġiba ħażina tal-ispettaturi matul avvenimenti sportivi tad-19 ta' Awwissu 1985 u kontra d-doping tad-19 ta' Awwissu 1990,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar in-nisa u l-isport[1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rispett għall-istandards fundamentali tax-xogħol fil-produzzjoni ta' prodotti sportivi għal-Logħob Olimpiku[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ April 2005 dwar id-doping fl-isport[3],

–   wara li kkunsidra d-dikkjarazzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2006 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu fil-futbol[4],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-prostituzzjoni sfurzata fil-qafas tal-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali[5],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl- Ewropa[6],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar l-irwol tal-isport fl-edukazzjoni [7],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 bl-isem ta’ “White Paper dwar l-Isport ”[8],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali[9] ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar l-integrità tal-logħob tal-ażżard fuq l-internet[10],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013[11],

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni bil-Miktub 62/2010 tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/37/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur tal-inklużjoni soċjali attiva[12],

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-istrateġija l-ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar Pjan ta’ Ħidma għall-Unjoni Ewropea għall-Isport għall-2011-2014[13],

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Punta de l’Este ta’ Diċembru 1999 u l-laqgħa madwar mejda tonda tal-UNESCO dwar sports u logħob tradizzjonali (TSG)[14], li tittratta r-rikonoxximent tal-isport u l-logħob tradizzjonali bħala parti mill-wirt intanġibbli u simbolu ta’ diversità kulturali,

–   wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropew u tal-Qorti Ġenerali kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-isport,

–   wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Isport (Jump in Olympia – Strong(er) Women through Sport),

–   wara li kkunsidra l-Karta għal Azzjoni biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra l-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru fl-isport,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 19 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [15] tal-11 sat-12 ta’ Ottubru 2011 u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2011 bl-isem “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport”[16],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0385/2011),

A. billi l-isport jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, billi huwa jenfasizza l-valuri pedogaġiċi u kulturali fundamentali u billi huwa mezz ta’ integrazzjoni ladarba huwa jindirizza liċ-ċittadini kollha, indipendentement mis-sess, l-oriġini etnika, ir-reliġjon, l-età, in-nazzjonalità u l-kundizzjoni soċjali jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom;

B.  billi n-natura speċifika tal-isport għandha tieħu preċedenza fis-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-isport,

C. billi l-partijiet interessati kollha, inklużi dawk li jfasslu l-politika, għandhom iqisu n-natura speċifika tal-isport, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq l-attività volontarja u l-funzjonijiet soċjali u edukattivi tiegħu;

D. billi l-ispeċifiċità tal-isport tiġi ddefinita bħala l-grupp ta’ aspetti uniċi u essenzjali tal-isport li jiddistingwuh minn kwalunkwe settur ieħor ta’ attivitajiet, inklużi l-attivitajiet ekonomiċi; billi madankollu għandu jiġi soġġett għal-Liġi tal-Unjoni Ewropea fejn ikun xieraq u meħtieġ, u skont il-każ;

E.  billi l-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-isport għandha dejjem tkun tqis l-osservanza tal-aspetti soċjali, edukattivi u kulturali tiegħu;

F.  billi skont it-Trattat ta’ Lisbona, l-isport huwa kompetenza tal-UE mmirata biex tippromwovi l-ġustizzja u t-trasparenza f’kompetizzjonijiet sportivi, il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet responsabbli għall-isport, il-ħarsien tal-integrità fiżika u morali ta’ persuni sportivi, filwaqt li ttejjeb il-benefiċċji relatati mas-saħħa u l-vantaġġi soċjali, kulturali u ekonomċi tal-isport u tirrikjedi appoġġ finanzjaru u politiku xieraq;

G. billi l-isport jagħti kontribut enormi lill-valuri bħall-fair play, ir-rispett u l-inklużjoni soċjali;

H. billi biljuni ta’ nies mad-dinja kollha jipprattikaw sport li ġie kkreat, ikkodifikat jew li xxerred fl-Ewropa u jinnota wkoll li l-moviment Olimpiku modern inħoloq fi Franza mill-Baruni Pierre De Coubertin;

I.   billi l-Politika tal-UE għall-Isport għandha tiġi żviluppata sabiex tindirizza u tappoġġa l-miri u l-objettivi kemm tal-isport professjonali kif ukoll dak tad-dilettanti;

J.   billi l-appoġġ għall-isport u l-promozzjoni tiegħu fir-rigward ta’ nies b’diżabilità intellettwali jew fiżika għandhom ikunu prijorità fl-UE meta jiġu kkunsidrati l-irwol importanti tiegħu fil-kisba tal-inklużjoni soċjali, is-saħħa pubblika u l-volontarjat transkonfinali;

K. billi fl-Ewropa l-volontarjat huwa l-pedament tal-biċċa l-kbira tal-isport tad-dilettanti;

L.  billi l-35 miljun voluntier u billi l-klabbs u l-għaqdiet sportivi li ma jagħmlux profitti jippermettu l-iżvilupp tal-isport ta’ bażi, u t-tixrid ta’ ideali sportivi;

M. billi l-isport huwa deċiżiv għas-saħħa fis-soċjetà moderna u, permezz tal-irwol tiegħu fl-edukazzjoni formali u dik mhux formali, jikkostitwixxi element essenzjali għal edukazzjoni ta’ kwalità, u jikkontribwixxi għall-issodisfar personali taċ-ċittadini anzjani;

N. billi l-promozzjoni ta’ attivitajiet fiżiċi u sportivi tikkontribwixxi għall-iffrankar kbir fin-nefqa pubblika fir-rigward tas-saħħa;

O. billi fattur ewlieni li jimmotiva liċ-ċittadin jipparteċipa fl-isport u fl-attività fiżika huwa t-titjib tas-saħħa u l-benessri tal-individwu;

P.       billi l-prattiki marbuta mat-teħid tad-drogi jmorru kontra l-valuri tal-isport u jesponu lill-isportivi għal perikli serji, u jikkawżaw ħsara serja u permanenti lis-saħħa;

Q. billi l-isport ta’ livell għoli jenfasizza wħud mill-iktar valuri fundamentali tiegħu u jestendihom fi ħdan is-soċjetà, fejn jippromwovi l-fatt li wieħed jipprattika l-isport;

R.  billi s-sitwazzjoni ta’ diversi atleti ta’ livell għoli li jkunu waslu biex itemmu l-karriera sportiva tagħhom hija waħda prekarja;

S.  billi jqis li huwa fundamentali li l-atleti jitħejjew għal sessjonijiet ġodda ta’ taħriġ professjonali billi jitħallew jibbenefikaw minn tagħlim ġenerali jew minn taħriġ professjonali fl-istess ħin li jkunu qed jirċievu t-taħriġ sportiv tagħhom;

T.  billi jeħtieġ li jitħarsu u jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-isportivi;

U. billi hemm il-potenzjal li jiżviluppaw atti ta’ vjolenza, verbali u fiżiċi, u avvenimenti diskriminatorji waqt kompetizzjonijiet sportivi;

V. billi l-prattika tal-isport min-nisa ma tingħatax biżżejjed importanza u billi n-nisa mhumiex irrappreżentati biżżejjed fi ħdan il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet sportivi;

W. billi l-attivitajiet sportivi jirrikjedu strutturi, impjanti, tagħmir speċifiku u adegwat u li anke l-iskejjel għandu jkollhom impjanti adegwati biex jippromwovu l-edukazzjoni fiżika;

X. billi l-isport jokkupa post importanti fl-ekonomija Ewropea ladarba huwa jirrappreżenta, direttament jew indirettament, madwar 15-il miljun impjieg, jiġifieri 5.4% tal-popolazzjoni attiva u valur miżjud annwali ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 407 biljun, jiġifieri 3.65% tal-PGD Ewropew, billi b’dan il-mod il-popolarità tal-isport, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tiżdied, qed tikkontribwixxi ekonomikament biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

Y. billi l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-popolarità tal-piraterija diġitali, b’mod partikolari t-trażmissjoni mhux awtorizzata tal-avvenimenti sportivi lajv, ipoġġi fil-periklu l-ekonomija tas-settur sportiv kollu;

Z.  billi l-isport ma joperax bħal settur tipiku tal-ekonomija minħabba l-interdipendenza tal-opponenti u l-bilanċ kompetittiv meħtieġ sabiex tinżamm l-inċertezza tar-riżultati;

AA.     billi l-isport ma jaħdimx bħal attività ekonomika tipika minħabba l-karatteristiċi speċifiċi u l-istrutturi tal-organizzazzjoni tiegħu megħjuna mill-federazzjonijiet, li ma joperawx bħala kumpaniji kummerċjali, u billi trid issir distinzjoni bejn interessi sportivi u kummerċjali;

AB.     billi d-djalogu soċjali Ewropew jista’ jkollu rwol importanti u b’hekk jixraq li jiġi promoss;

AC.     billi l-isport għandu rwol importamti u jġib il-ferħ lil ħafna ċittadini sew jekk huma parteċipanti, partitarji jew spettaturi;

AD.     billi l-avvenimenti sportivi ewlenin u l-prattika tal-isport jipprovdu potenzjal qawwi għal aktar żvilupp tat-turiżmu fl-Ewropa, li jista’ jippromwovi l-valuri u l-prinċipji marbuta mal-isport;

AE.     billi l-mudell sportiv Ewropew huwa bbażat fuq federazzjoni skont id-dixxiplina sportiva, u billi mekkaniżmi ta’ solidarjetà sportiva u finanzjarja, bħalma huma l-prinċipji ta’ promozzjoni u ta’ relegejxin, tal-kompetizzjonijiet miftuħin fejn jikkoeżistu klabbs u timijiet nazzjonali, huma organizzati fuq bażi awtonoma, demokratika u territorjali u fi struttura ta' piramida, bħala riżultat ta' tradizzjoni demokratika antika;

AF.     billi t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fi klabbs sportivi jistgħu jittejbu bl-involviment ta’ partitarji fis-sjieda u fit-tmexxija tal-klabbs tagħhom;

AG.     billi l-organizzazzjonijiet sportivi tradizzjonali u popolari għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-kultura, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-tisħiħ tal-komunitajiet;

AH.     billi t-timijiet nazzjonali għandhom rwol essenzjali, billi l-kompetizzjonijiet internazzjonali jibqgħu jservu ta’ referenza, u jkun tajjeb li wieħed jiġġieled kontra n-“naturalizzazzjoni ta’ konvenjenza”;

AI. billi n-natura nnifisha tal-kompetizzjonijiet bejn it-timijiet nazzjonali timplika li l-federazzjonijiet u l-klabbs sportivi jistgħu jippromwovu t-taħriġ tal-isportivi nazzjonali;

AJ. billi l-isport professjonali u popolari huma vulnerabbli għan-nuqqas ta’ stabilità finanzjarja u qed jiġu affettwati minnha b'mod gravi, u billi hija r-responsabilità tal-federazzjonijiet inkwistjoni li jħeġġu l-klabbs biex iħaddnu kultura ta’ ppjanar u ta’ investiment raġonevoli;

AK.    billi t-trasferimenti internazzjonali jistgħu jkunu ta’ periklu għal atleti żgħażagħ, minħabba l-falliment fl-isport, il-firda mill-familja u l-marġinalizzazzjoni soċjali li huma wħud miċ-ċirkostanzi li jistgħu jirriżultaw meta atleti żgħażagħ jitilqu mid-dar minn età daqshekk bikrija;

AL.     billi l-federazzjonijiet sportivi m’għandhomx mezzi strutturali u legali biex jaġixxu b’mod effikaċi kontra x-xiri tal-logħob;

AM.    billi s-servizzi tal-logħob tal-azzard huma esklużi mill-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE) u d-Direttiva l-ġdida dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (approvati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta' Ġunju 2011), minħabba l-ispeċifiċità tagħhom;

AN.    billi l-finanzjament għall-isport popolari huwa assigurat biss jekk id-detenturi tal-liċenzji neċessarji tal-logħob tal-azzard nazzjonali, li jħallsu t-taxxi u jiffinanzjaw għanijiet ta' interess pubbliku oħra fl-Istati Membri, huma ġuridikament obbligati jħallsu imposti ta' 'interess pubbliku' u huma protetti kontra l-kompetizzjoni illegali;

AO.    billi r-regolazzjoni ta’ aġenti tal-plejers tirrikjedi azzjoni koordinata bejn il-korpi għar-regolazzjoni tal-isport u l-awtoritajiet pubbliċi sabiex ikunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet kontra aġenti u/jew intermedjarji li jiksru r-regoli;

AP.     billi l-isport jista’ jkollu rwol f’diversi oqsma fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, fost l-oħrajn permezz tad-diplomazija;

Rwol l-isport fis-soċjetà

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi baġit speċifiku u ambizzjuż għall-politika għall-isport skont l-MFF futur minħabba l-benefiċċji relatati mas-saħħa pubblika u l-vantaġġi soċjali, kulturali u ekonomiċi tal-isport;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-edukazzjoni fiżika ssir suġġett obbligatorju tal-iskeda ta’ kull ġimgħa fit-tipi ta’ skola kollha, u jenfasizza l-importanza li titħeġġeġ il-prattika tal-attivitajiet sportivi fil-livelli edukattivi kollha, sa mis-snin bikrin 'il quddiem, inkluż fi skejjel, universitajiet u komunitajiet lokali li għandhom jitħeġġu jkollhom faċilitajiet sportivi b'tagħmir adegwat;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu linji gwida ċari sabiex l-isport u l-attività fiżika jiġu integrati fil-livelli kollha tal-edukazzjoni fl-Istati Membri kollha;

4.  Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni permezz tal-isport u l-potenzjal tal-isport li jgħin lil żgħażagħ soċjalment vulnerabbli jerġgħu jaqbdu d-direzzjoni t-tajba u jitlob lill-Istati Membri, lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali, lil-ligs u lill-klabbs biex jiżviluppaw u jappoġġaw inizjattivi f’dan ir-rigward;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġaw il-koperazzjoni bejn l-iskejjel u l-għaqdiet sportivi; f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mill-funzjoni koordinattiva tagħha fil-qasam tal-isport sabiex tiġbor eżempji tal-“aqwa prattika” mill-Istati Membri u tagħmilhom aċċessibbli għal kull min ikun interessat madwar l-Ewropa kollha f’bażi tad-data ċentrali;

6.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-anzjani jieħdu sehem f’xi attività sportiva biex b’hekk jinħoloq sens ta’ benessri u livell għoli u tajjeb ta’ saħħa;

7.  Jenfasizza li l-isport f'kull età huwa qasam importanti li għandu potenzjal kbir ħafna li jżid il-livell tas-saħħa globali tal-Ewropej u jitlob għalhekk lill-UE u lill-Istati Membri jiffaċilitaw impenn fl-isports u jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħtu fi sfruttament sħiħ tal-opportunitajiet għall-isports, u b'hekk inaqqsu l-infiq dovut għall-kura tas-saħħa;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw b’aktar qawwa r-rwol tal-professjonisti tas-saħħa fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-isport u jeżaminaw kif il-fornituri tal-assigurazzjoni tas-saħħa jistgħu joffru inċentivi bħala mezz biex jinkoraġġixxu lin-nies jaqbdu attivitajiet sportivi;

9.  Jenfasizza l-importanza li l-isport ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha f’ambjenti differenti, sew jekk fl-iskola, ix-xogħol, bħala attività rikreattiva jew permezz ta’ klabbs u assoċjazzjonijiet;

10. Jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet sportivi għal persuni b’diżabilità intellettwali jew fiżika fl-UE kollha; jitlob lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jiżviluppaw, filwaqt li jiffinanzjaw b'mod adegwat, attivitajiet ta' sports u kompetizzjonijiet sportivi fost il-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar tagħmir sportiv mingħajr ħlas li jkun adattat għall-bżonnijiet tagħhom;

11. Jenfasizza s-setgħa kbira ta' integrazzjoni soċjali li għandu l-isports f'bosta oqsma, inkluż l-involviment taċ-ċittadini u s-sens ta’ demokrazija, il-promozzjoni tas-saħħa, l-iżvilupp urban, l-integrazzjoni soċjali, is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, il-kwalifiki u l-edukazzjoni;

12. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Istituzzjonijiet Komunitarji biex iżidu l-għotjiet tagħhom lill-organizzazzjonijiet li jfittxu li jintegraw lill-isportivi li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali jew li jippromwovu l-isport għall-persuni b’diżabilità fiżika jew mentali;

13. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-isport b’mod permanenti fil-programmi u s-servizzi għal integrazzjoni reali tal-gruppi kollha li jinsabu f'riskju ta' diskriminazzjoni u jitlob lill-organizzazzjonijiet sportivi biex jadottaw programmi xierqa ta’ taħriġ għall-ħaddiema u l-voluntiera għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni jew razziżmu;

14. Jenfasizza l-funzjoni eżemplari tal-isport lejn is-soċjetà u jħeġġeġ lil korpi għar-regolazzjoni tal-isport biex ikunu minn ta’ quddiem biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni istituzzjonali;

15. Ifakkar li fl-isport m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn is-sessi u jinsisti dwar it-twessigħ tal-ambitu tal-Karta tal-Valuri Olimpiċi għall-avvenimenti sportivi kollha, b’mod partikolari għal dawk Ewropej;

16. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-korpi nazzjonali li jirregolaw l-isport jimpenjaw ruħhom biex jaffrontaw l-omofobija u t-transfobija, kif ukoll jimplimentaw sew leġiżlazzjoni u politiki kontra d-diskriminazzjoni speċjalment għall-atleti leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru;

17. Jappella lill-Istati Membri biex jenfasizzaw aktar l-importanza tal-edukazzjoni fiżika ta’ kwalità kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa u jissuġġerixxi li dawn jiżviluppaw l-istrateġiji meħtieġa biex tiġi indirizzata l-kwistjoni;

18. Jenfasizza li l-kompożizzjoni tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet sportivi għandha tirrifletti l-kompożizzjoni tal-assemblea ġenerali u l-proporzjon tan-numru tal-membri nisa u rġiel, biex b’hekk jiġi żgurat li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ikollhom l-istess dritt għall-aċċess għall-pożizzjonijiet maniġerjali mal-awtoritajiet fil-livell tranżnazzjonali;

19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-importanza tal-isport bħala mezz li bih jiġu promossi l-paċi, l-iżvilupp ekonomiku, id-djalogu interkulturali, is-saħħa pubblika, l-integrazzjoni u l-emanċipazzjoni tal-mara;

20. Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jħeġġu lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex waqt l-avvenimenti sportivi jiġu osservati r-regoli tal-Karta Olimpika, li tipprojbixxi kwalunkwe dimostrazzjoni u kwalunkwe propaganda politika, reliġjuża jew razzjali, iżda biex ikun żgurat ukoll li ma jkunx hemm pressjoni politika li twassal lin-nisa biex jiksru din ir-regola u li ma tiġix evitata r-regola billi n-nisa ma jintbagħtux għall-kompetizzjonijiet minn pajjiżhom;

21. Jappella lill-organizzazzjonijiet biex ikomplu jħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isports u fil-korpi ta' governanza tal-organizzazzjonijiet sportivi billi jiggarantixxu aċċess ekwu għall-attivitajiet sportivi, b'mod partikolari għal bniet u nisa bi sfond żvantaġġat, billi tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isport u billi l-isport u r-riżultati tan-nisa u tal-irġiel jingħataw importanza u viżibilità indaqs; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri li jippermettu lill-atleti nisa joħolqu bilanċ bejn il-ħajja familjari u dik ta' sportivi professjonisti u biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki governattivi dwar l-isport; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aqwa prattiki relatati mal-opportunitajiet indaqs għall-persuni taż-żewġ sessi fl-isport;

22. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw lill-korpi Ewropej għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Karta Ewropea tad-drittijiet tan-nisa fl-isport;

23. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu l-għoti ta’ prominenza lis-sessi fl-attivitajiet relatati mal-isport kollha, b’attenzjoni speċifika fuq: l-aċċess għall-isport ta’ nisa migranti u nisa minn minoritajiet etniċi, l-aċċess tan-nisa għal karigi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-isport u l-kopertura tal-midja ta’ nisa fl-isport, u biex jiżguraw li l-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar l-isport ikunu bbażati fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu ir-riċerka Ewropea dwar l-ispeċifiċità tal-attività sportiva tan-nisa, dwar ir-raġunijiet li għalihom in-nisa jabbandunaw l-isport u dwar il-persistenza ta’ nuqqas ta’ ugwaljanzi fl-aċċess tan-nisa għall-isport;

25. Jinkoraġġixxi l-ħolqien tan-netwerks tan-nisa fil-qasam tal-isport biex jippromwovu l-iskambju tal-aqwa prattiki u informazzjoni;

26. Jenfasizza li l-projbizzjoni tal-ġenituri biex il-bniet immigranti ma jieħdux sehem fl-isport u fl-għawm fl-iskola ma tistax tiġi ttollerata jew skużata minħabba raġunijiet kulturali jew reliġjużi;

27. Jindika li ħafna bniet jilagħbu sport fi tfulithom, ħafna jieqfu waqt l-addolexxenza; f'dan il-kuntest jirreferi għar-riċerka li turi li l-bniet jaffaċċjaw pressjoni espliċita jew sottili minn pari u mill-familji biex "jiffemminizzaw" jew jassumu responsabilitajiet li jipprojbixxu t-tkomplija tal-parteċipazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-korpi nazzjonali li jirregolaw l-isport jiżviluppaw strateġiji għall-programmi u kowċis għall-appoġġ, b'mod speċjali, tal-bniet interessati fl-isport biex jiżviluppaw identità atletika;

28. Jinsisti dwar il-ħtieġa tal-ġlieda kontra t-teħid tad-drogi, fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-atleti, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, permezz tal-prevenzjoni u tal-kampanji ta' informazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jittrattaw it-traffikar tas-sustanzi ta’ droga fid-dinja tal-isport bl-istess mod bħat-traffikar tad-drogi illegali u biex jadottaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom f’dan ir-rigward, sabiex b'hekk tittejjeb il-koordinazzjoni Ewropea f'dan il-qasam; jappella lill-World Anti-Doping Agency biex toħloq sistema amministrattiva lokali li tkun preċiża u faċli biex tintuża f’konformità mal-liġi tal-UE, u jenfasizza l-bżonn ta' statistika dwar l-użu tad-doping u testijiet falluti biex jiġi stabbilit approċċ speċifiku għall-ġlieda kontra d-doping;

29. Jemmen li l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Kontra t-Teħid tad-Drogi tal-Kunsill tal-Ewropa hija pass meħtieġ sabiex tiġi kkoordinata implimentazzjoni aktar uniformi tal-kodiċi tal-WADA fl-Istati Membri;

30. Jesprimi ruħu favur armonizzazzjoni ikbar tal-liġi biex ikun hemm koperazzjoni Ewropea effikaċi bejn il-pulizija u l-ġudikatura fil-ġlieda kontra t-teħid tad-drogi u forom oħra ta’ manipulazzjoni ta’ avvenimenti sportivi;

31. Jappella lill-Istati Membri biex jitrattaw il-kwistjoni tal-vizzju tal-logħob tal-azzard u tal-protezzjoni tal-minorenni mir-riskji tal-logħob tal-azzard;

32. Jesprimi ruħu favur l-istabbiliment ta’ regoli ċari għall-protezzjoni tal-minorenni fl-isport kompetittiv u favur l-iżvilupp ulterjuri ta' miżuri ta' protezzjoni vitali b'konsultazzjoni mal-federazzjonijiet;

33. Jenfasizza l-importanza kritika ta' taħriġ doppju sportiv u vokazzjonali għal atleti żgħażagħ; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, flimkien mal-protagonisti rilevanti kollha, jistabbilixxu linji gwida li jiżguraw li barra t-taħriġ tagħhom fl-isport, l-atleti żgħażagħ igawdu wkoll minn taħriġ skolastiku jew vokazzjonali konvenzjonali, li jkun iqis l-aħjar prattika eżistenti fl-Istati Membri individwali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, f'dan ir-rigward, jikkunsidraw l-esperjenza rilevanti tal-ex sportivi meta dawn ikunu jixtiequ jsiru kowċis, iwaqqfu setturi ta’ studju adattati għall-atleti ta’ livell għoli li jiddeċiedu jkomplu bl-edukazzjoni għolja u li l-esperjenza tagħhom tintuża għall-benefiċċju tal-isport b'mod ġenerali;

34. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi edukattivi mfassla biex jiffaċilitaw il-kombinazzjoni ta’ tagħlim u taħriġ għall-atleti professjonali;

35. Jipproponi li jiġi stabbilit qafas għat- taħriġ u l-kwalifiki tal-kowċis u l-edukazzjoni tal-kowċ u jiġi inkorporat fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u fil-Programmi ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja sabiex tiġi żviluppata soċjetà msejsa fuq l-għarfien u tiġi żviluppata l-eċċelenza kemm fil-livell tad-dilettanti kif ukoll f’dak professjonali;

36. Jenfasizza l-irwol tal-kowċis fl-iżvilupp u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ, mhux biss fil-ħiliet sportivi imma wkoll fil-ħiliet tal-ħajja; jinnota li l-kowċis jistgħu jipprovdu gwida liż-żgħażagħ sabiex jiżviluppaw għajxien san;

37. Jitlob lill-Istati Membri biex, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-federazzjonijiet rilevanti, jipprojbixxu l-aċċess għall-istadji lill-partitarji li jkunu wrew imġiba vjolenti jew diskriminatorja, u biex joħolqu approċċ ikkoordinat biex iwaqqfu u jinfurzaw sanzjonijiet kontrihom, jikkooperaw mill-qrib bejniethom biex dawn il-projbizzjonijiet japplikaw għal-logħob internazzjonali li jiġi organizzat fi Stati Membri oħrajn - fir-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet individwali - u biex jistabbilixxu reġistru Ewropew tal-persuni li m’għandhomx permess jidħlu fl-istadji sabiex jaqsmu din l-informazzjoni u jtejbu l-kooperazzjoni permezz ta' sistema mtejba ta' twissija bikrija għal logħbiet b'riskju kbir;

38. Jaqbel li l-Istati Membri, flimkien mal-federazzjonijiet sportivi Ewropej, jiżviluppaw standards minimi għas-sigurtà fl-istadji u jieħdu l-miżuri adegwati kollha biex jiżguraw l-ogħla livell ta’ sigurtà possibbli kemm għall-isportivi kif ukoll għall-partitarji;

39. Jindika li, meta l-isport isir f’ambjent naturali, għandu jiġi żgurat li jinstab bilanċ bejn il-benefiċċji soċjali tiegħu u s-saħħa tal-ambjent fejn isir;

40. Jenfasizza l-potenzjal tal-avvenimenti sportivi għat-turiżmu fil-livell lokali u nazzjonali u jitlob lill-Istati Membri biex jgħinu l-iżvilupp ta’ dan il-qasam ta’ attivitajiet ekonomiċi u kummerċjali;

Id-dimensjoni ekonomika tal-isport

41. Jesprimi ruħu favur il-kunsiderazzjoni tan-natura partikolari tal-isport fil-kuntest tal-kwistjonijiet relatati mas-suq intern u l-liġi tal-kompetizzjoni, u għalhekk iġedded it-talba tiegħu li l-Kummissjoni Ewropea tadotta linji gwida għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE fl-isport sabiex titneħħa l-inċertezza legali li teżisti rigward ħafna kwistjonijiet;

42. Jinnota li l-isponsorizzazzjoni tipprovdi għajnuna finanzjarja vitali u bosta possibilitajiet fl-isport, f’konformità mal-prinċipji finanzjarji tal-fair play;

43. Jitlob li kemm il-Kummissjoni Ewropea u kemm l-Istati Membri jagħtu attenzjoni kbira lill-attivitajiet volontarji fl-isport; Itenni l-importanza tal-attività volontarja fl-isport u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta' rikonoxximent soċjali u li jiġi żgurat taħriġ adegwat għall-voluntiera, jinsab favur skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri sabiex jippromwovu l-volontarjat fl-isport u favur il-fattibilità ta' qafas legali u fiskali li jkun adegwat għall-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet sportivi;

44. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joħolqu sistema ta' rikonoxximent tal-kwalifiki miksuba mill-volontiera u tal-kwalifiki meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjonijiet regolamentati relatati mal-isports;

45. Jenfasizza li r-rikonoxximent reċiproku tal-korsijiet u tat-taħriġ speċjalizzat fi ħdan qafas Ewropew magħqud għall-professjonisti li jaħdmu fl-isport bħala speċjalisti (referees, kowċijiet) huwa partikularment importanti għax jagħti kontribut fit-tul lejn żieda fil-kompetittività, li mbagħad din tal-aħħar tippermetti li jkun evitat telf qawwi fid-dħul;

46. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw edukazzjoni ogħla għall-isportivi u rikonoxximent armonizzat tal-kwalifiki tagħhom fl-isport u fl-edukazzjoni sabiex tittejjeb il-mobilità professjonali;

47. Barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-istrutturi għall-edukazzjoni tat-tieni ċans għall-ex sportivi u għall-integrazzjoni tagħhom fil-ħajja tax-xogħol ta’ wara l-isport professjonali;

48. Jistieden lill-Istati Membri jqisu mezzi kif itaffu l-piż finanzjarju fuq l-isportivi professjonisti bl-iktar pagi baxxi, li għandhom ħajja professjonali qasira u instabbli; Itenni li l-isportivi professjonisti, li huma kategorizzati bħala atelti, u li l-maġġoranza tal-qligħ tagħhom jiġi mill-isport, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess drittijiet ta' sigurtà soċjali bħall-ħaddiema;

49. Iqis li d-djalogu soċjali fl-isport huwa strument importanti biex jintlaħaq il-bilanċ bejn id-dritt fundamentali u d-drittijiet tal-impjieg tal-isportivi flimkien man-natura speċifika tal-isport;

50. Jemmen li, fid-dimensjoni ekonomika tal-industrija sportiva f'evoluzzjoni kostanti, jeħtieġ titjib immedjat fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-isport f'oqsma kruċjali bħall-moviment liberu tal-ħaddiema u s-servizzi, il-libertà ta' stabbiliment, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-regoli relatati mal-għajnuna mill-Istat bil-għan li jiġi garantit li l-industrija tal-isport tieħu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji tas-suq intern;

51. Jenfasizza li l-isfruttament kummerċjali tad-drittijiet awdjoviżivi tal-kompetizzjonijiet sportivi fuq bażi kollettiva, esklużiva u territorjali huwa fundamentali, biex b’hekk jiġi garantit li l-qligħ jitqassam b'mod ġust bejn l-isport għal ftit parteċipanti u l-isport b'parteċipazzjoni tal-massa;

52. Huwa tal-fehma li l-avvenimenti sportivi li huma meqjusa bħala importanti ħafna għas-soċjetà għandhom ikunu aċċessibbli għall-akbar firxa possibbli ta’ nies; jitlob lill-Istati li għadhom m’għamlux dan biex jieħdu miżuri biex jiżguraw li x-xandara taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jxandrux tali avvenimenti fuq bażi esklużiva;

53. Jirrikonoxxi d-dritt tal-ġurnalisti li jaċċessaw u jirrapportaw dwar l-avvenimenti sportivi organizzati ta’ interess pubbliku sabiex jipproteġu d-dritt tal-pubbliku li jirċievi aħbarjiet u informazzjoni indipendenti dwar avvenimenti sportivi;

54. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproteġu d-dritt tal-proprjetà intelletwali fuq il-kontenut sportiv f’konformità mad-dritt tal-pubbliku għall-informazzjoni;

55. Iqis li l-imħatri sportivi jikkostitwixxu forma ta’ sfruttament kummerċjali tal-kompetizzjonijiet u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproteġu lil dawn tal-aħħar minn kull użu mhux awtorizzat, minn operaturi mingħajr liċenzja u minn suspetti ta’ xiri tal-logħob, b’mod partikolari billi jirrikonoxxu d-dritt tal-proprjetà tal-organizzaturi fuq il-kompetizzjonijiet tagħhom, jiggarantixxu kontribut tal-operaturi tal-imħatri sportivi għall-finanzjament tal-isport b'parteċipazzjoni tal-massa u dak popolari u jipproteġu l-integrità tal-kompetizzjonijiet b'enfasi fuq l-edukazzjoni tal-atleti; iqis madankollu li tali drittijiet tal-proprjetà m’għandhomx ikunu ta’ ħsara għad-dritt tar-rappurtar fil-qosor kif stipulat fid-Direttiva 2007/65/KE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva);

56. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex hija tiddefinixxi l-linji gwida fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, billi jiġi ppreċiżat x’tip ta’ appoġġ pubbliku huwa legali sabiex jitwettqu l-missjonijiet soċjali, kulturali u edukattivi tal-isport;

57. Jitlob lill-Istati Membri biex jiġġieldu b’mod effiċjenti kontra l-korruzzjoni u biex jissalvagwardjaw l-etika sportiva; iqis għaldaqstant li huwa indispensabbli li f’kull pajjiż jidħlu fis-seħħ regoli stretti ta’ kontroll finanzjarju tal-klabbs;

58. Jinkoraġġixxi lill-assoċjazzjonijiet sportivi jikkoperaw mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, fost affarijiet oħrajn, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, sabiex ikun hemm approċċ xieraq u effiċjenti fil-ġlieda kontra x-xiri tal-logħob u frodi oħra fl-isport.

59. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri konkreti biex tassigura l-finanzjamenti tal-isport iġġenerat mil-lotteriji;

60. Jindika li l-introduzzjoni mill-Kummissjoni tal-kontabilità satellitari fis-settur tal-isport huwa ferm f'waqtu, għaliex jippermetti li ssir evalwazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità ma' standards uniformi tal-attivitajiet marbuta mal-isport, li tagħmel possibbli l-kxif ta' anomaliji u tagħti valur miżjud lill-ekonomija Ewropea u lis-suq uniku;

61. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw b’mod konkret l-iskambju ta’ prattiki tajbin u l-koperazzjoni stretta fil-kamp tekniku u ta’ riċerka fil-qasam tal-isport;

62. Iqis li r-rwol tal-entitajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea tal-isport huwa fundamentali minħabba li l-kompiti istituzzjonali tagħhom jinkludu l-għoti ta' servizzi lill-pubbliku fil-qasam sportiv u l-allokazzjoni ta' finanzjament għall-attivitajiet sportivi u għall-faċilitajiet li jeħtieġu;

63. Jinsisti li l-isport popolari għandu jibbenefika mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond Soċjali Ewropew, li għandhom jippermettu li jsir investiment fl-infrastruttura sportiva, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lill-Unjoni bi programm tal-baġit speċifiku fil-qasam tal-isport, kif inhu possibbli issa taħt l-Artikolu 165 TFUE;

L-organizzazzjoni tal-isport

64. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istrutturi sportivi fl-Ewropa huma bbażati fuq il-prinċipji tan-nazzjonalità u t-territorjalità;

65. Jerġa’ jafferma l-impenn tiegħu lejn il-mudell sportiv Ewropew, li fil-qalba tiegħu l-federazzjonijiet għandhom rwol ċentrali u li l-bażi tiegħu hija ffurmata minn protagonisti varji, inkluż partitarji, plejers, klabbs, leagues, assoċjazzjonijiet u voluntiera, li għandhom rwol fundamentali fl-appoġġ tal-istruttura tal-isport kollha kemm hi;

66. Jitlob sabiex jitnaqqsu l-ostakli għall-volontiera fl-isport madwar l-UE;

67. Jenfasizza l-irwol importanti tal-korpi lokali fil-promozzjoni tal-isport fis-soċjetà kollha u jappella lil dawn il-korpi biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-fora Ewropej għad-dibattitu u d-djalogu mmirati lejn id-dinja tal-isport;

68. Ifakkar li l-governanza tajba fl-isport hija kundizzjoni għall-awtonomija u l-awtoregolamentazzjoni tal-organizzazzjonijiet sportivi, f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tar-responsabilità u tad-demokrazija, u jenfasizza l-bżonn għal politika ta’ tolleranza zero fir-rigward tal-korruzzjoni fl-isport; jenfasizza l-bżonn għal rappreżentanza xierqa tal-partijiet interessati kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

69. Jappella lill-Istati Membri u lill-entitajiet ta’ tmexxija tal-isport biex jistimulaw b’mod attiv l-irwol soċjali u demokratiku tal-partitarji sportivi li jappoġġaw il-prinċipji tal-fair play, billi jippromwovu l-involviment tagħhom fl-istrutturi ta’ sjieda u tmexxija fil-klabbs sportivi tagħhom u bħala partijiet interessati importanti fl-entitajiet ta’ tmexxija tal-isport;

70. Jafferma li l-klabbs sportivi għandhom iħallu l-plejers tagħhom jilagħbu meta dawn jintgħażlu għat-tim nazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxi l-kontribut tagħhom għas-suċċess ta' turnaments prinċipali tat-tim nazzjonali, li jafu ma jkunux jinkludu mekkaniżmi ta' assigurazzjoni, u enfasizza li ma jistax jiġi applikat approċċ wieħed li japplika għall-isport kollu;

71. Jenfasizza li t-taħriġ tal-plejers fil-livell lokali u l-investimenti fl-edukazzjoni tal-isport huma meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tal-moviment sportiv fl-Ewropa u għat-tixrid tal-impatt pożittiv tiegħu fuq l-individwi u fuq is-soċjetà; iqis għalhekk li jeħtieġ li jiġi żgurat li l-isport ta’ livell għoli ma jaffettwax l-iżvilupp tal-isportivi żgħażagħ, l-isport amatorjali u r-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tal-isport popolari; jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm ekwivalenza u rikonoxximent ta’ diplomi jew kwalifiki fl-isport;

72. Itenni għaldaqstant l-impenn tiegħu lejn ir-regola tal-“plejers imrawma domestikament”, u jqisha bħala mudell adattat anke għal leagues professjonali oħra fl-Ewropa; jemmen li għandhom jiżdiedu l-isforzi tal-entitajiet ta’ tmexxija tal-isport li jinkoraġġixxu t-taħriġ ta’ plejers żgħażagħ lokali fi ħdan il-limiti tal-liġi tal-UE, u b’hekk isaħħu l-bilanċ kompetittiv fil-kompetizzjonijiet u l-iżvilupp b’saħħtu tal-mudell sportiv Ewropew;

73. Iqis li l-iżvilupp ta’ talent ġdid huwa wieħed mill-attivitajiet kruċjali ta’ klabb sportiv, u li dipendenza żejda fuq it-trasferiment tal-plejers tista’ ddgħajjef il-valuri sportivi;

74. Jenfasizza l-importanza tal-allowances tat-taħriġ billi huma jikkostitwixxu mekkaniżmu ta’ protezzjoni effikaċi taċ-ċentri tat-taħriġ u huma redditu ġust għall-investiment;

75. Iqis li l-professjoni tal-aġenti sportivi għandha tkun attività professjonali regolata, u soġġetta għal kwalifiki uffiċjali adegwati, u li r-residenza fiskali tal-aġenti sportivi hħandha tkun fit-territorju tal-Unjoni għal finijiet ta’ trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni tfassal u timplimenta, b'kooperazzjoni mal-federazzjonijiet sportivi, mal-unjins tal-plejers u mal-assoċjazzjonijiet tal-aġenti, sistema ta' liċenzji u ta' reġistrazzjoni Ewropea, flimkien ma' kodiċi ta' mġiba u mekkaniżmu ta' sanzjonijiet;

76. Jipproponi l-istabbiliment min-naħa tal-federazzjonijiet sportivi ta’ reġistru Ewropew mhux pubbliku tal-aġenti sportivi, li fih dawn l-aġenti jelenkaw l-ismijiet tal-plejers li huma jirrappreżentaw, sabiex jiġu protetti dawk l-atleti, b'mod partikolari dawk ta' taħt it-18-il sena, biex b’hekk jiġu limitati r-riskji ta’ kunflitt ta’ interess; huwa tal-fehma li l-ħlas tal-miżati tal-aġenti għat-trasferimenti għandu jsir f'għadd ta' rati tul id-dewmien tal-kuntratt, li jidħol fih l-atleta bħala riżultat ta' trasferiment, u l-ħlas sħiħ għandu jiddependi fuq jekk il-kuntratt iseħħx jew le;

77. Jitlob lill-Istati Membri biex isaħħu d-dispożizzjonijiet regolatorji eżistenti li jirregolaw lill-aġenti/intermedjarji tal-plejers b’sanzjonijiet deterrenti u biex jimplimentaw dawn is-sanzjonijiet b’mod rigoruż;

78. Jitlob lill-entitajiet ta’ tmexxija tal-isport biex itejbu t-traparenza fir-rigward tal-attivitajiet tal-aġenti sportivi u biex jikkoperaw mal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jiġu eliminati l-prattiki ta’ korruzzjoni;

79. Jinsab sodisfatt bl-istudju li ntalab mill-Kummissjoni dwar l-impatt ekonomiku u ġudizzjarju tat-trasferimenti tal-plejers; iqis, barra minn hekk, li jixraq li jiġu appoġġati l-inizjattivi tal-federazzjonijiet sportivi bl-għan li l-ewwel u qabel kollox tiġi introdotta t-trasparenza fit-trasferimenti internazzjonali;

80. Jesprimi l-fehma li s-sistemi implimentati mill-entitajiet ta’ tmexxija tal-isport, li jżidu t-trasparenza fit-trasferimenti internazzjonali tal-plejers, huma pass fid-direzzjoni t-tajba, billi jissodisfaw il-prinċipju ta’ governanza tajba u għandhom l-għan li jiżguraw l-integrità fil-kompetizzjonijiet sportivi;

81. Juri biċ-ċar l-appoġġ tiegħu għas-sistemi tal-għoti tal-liċenzji u għall-fair play finanzjarju, minħabba li jħeġġu lill-klabbs jikkompetu skont il-kapaċità finanzjarja reali tagħhom;

82. Iqis li dawn il-miżuri qed jgħinu biex titjieb il-governanza, tinżamm l-istabilità finanzjarja fit-tul u s-sostenibilità tal-klabbs u qed jikkontribwixxu biex ikun hemm ġustizzja finanzjarja fil-kompetizzjonijiet Ewropej, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-konformità ta’ tali regoli mal-liġi tal-UE;

83. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-federazzjonijiet sportivi bl-għan li jiġi pprojbit ix-xiri b’time-share ta’ klabbs sportivi involuti fl-istess kompetizzjoni; iqis li kull operatur tal-imħatri għandu jiġi pprojbit milli jkollu kontroll fuq organizzatur tal-kompetizzjonijiet jew fuq xi parteċipant, hekk kif kull organizzatur tal-kompetizzjonijiet jew xi parteċipant għandhom jiġu pprojbiti li jkollhom kontroll fuq operatur li jipproponi mħatri fuq l-avvenimenti li huwa jorganizza jew li jipparteċipa fihom;

84. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-azzjoni meħtieġa kollha biex jipprevienu u jikkastigaw l-attivitajiet illegali li jaffettwaw l-integrità tal-isport, u jagħmlu dawn l-attivitajiet reati kriminali; b’mod partikolari dawk marbuta mal-attivitajiet tal-imħatri, jiġifieri li jinvolvu l-manipulazzjoni intenzjonali u frawdolenta tar-riżultat ta’ kompetizzjoni jew ta’ xi waħda mill-fażijiet tagħha bl-għan li jinkiseb vantaġġ li ma jinkisibx la permezz tal-prattika normali tal-isport u lanqas permezz tal-inċertezza tagħha;

85. Iħeġġeġ lill-federazzjonijiet sportivi biex jaħdmu mill-qrib mal-Istati Membri sabiex jipproteġu l-integrità tal-isport;

86. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiġġieled in-nuqqas ta’ trasparenza tat-trasferimenti u x-xiri tal-logħob, kif stipulat fl-istrateġija tal-UE kontra l-korruzzjoni, billi tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali f’dan il-qasam;

87. Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar l-eżistenza ta’ fenomeni ta’ ksur gravi fl-isport, pereżempju l-ħasil tal-flus, u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom fil-ġlieda kontra dawn il-fenomeni u biex jiżguraw aktar trasparenza fit-tranżazzjonijiet finanzjarji li jitwettqu fil-qafas tat-trasferimenti tal-isportivi u l-attivitajiet tal-aġenti;

88. Jikkonferma li l-istrumenti maħsuba biex iħeġġu l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, dawk sportivi u l-operaturi tal-imħatri fil-proċessi li fihom jiġu trattati l-każijiet ta’ frodi fl-isport għandhom jiġu żviluppati u li għandha tiġi ppjanata kollaborazzjoni bejn il-Europol u l-Eurojust;

89. Jirrikonoxxi l-leġittimità tal-ġuriżdizzjonijiet sportivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet fil-qasam tal-isport, sakemm dawn ikunu jirrispettaw id-dritt fundamentali taċ-ċittadini ta’ smigħ ġust; jitlob biex il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isports (QAS) tqis id-dispożizzjonijiet legali tal-UE meta tkun qed issolvi tilwim relatati mal-isport fi ħdan l-UE li jkun tilwim li jseħħ fl-UE;

90. Jitlob lill-Kummisjoni biex sal-2012 tippreżenta proposta li tippermetti li wieħed jifhem aħjar l-ispeċifiċità tal-isport, u li din tiġi implimentata b’mod konkret, billi jiġi osservat il-ħin kollu dak li hemm imniżżel fl-Artikolu 165 TFUE;

Il-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi u ma’ għaqdiet internazzjonali

91. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoperaw mal-pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet bħat-trasferimenti tal-plejers internazzjonali, l-isfruttament tal-plejers minorenni, l-iffissar tar-riżultati tal-logħob, il-piraterija u l-imħatri illegali; jenfasizza wkoll l-importanza li tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp tal-isport fil-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp;

92. Jistenna bil-ħerqa r-riżultati tas-sistemi mwaqqfa biex tiġi ssorvaljata t-trasparenza, il-fair play finanzjarju, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-traffikar tal-bnedmin; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-sistema tikkonforma mal-leġiżlazzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE; jistieden lill-SGBs jgħaqqdu d-data mis-Sistema ta' Korrispondenza tat-Trasferimenti ma sistemi oħrajn kontra l-korruzzjoni biex ikun hemm monitoraġġ aktar effikaċi għall-ġlieda kontra t-tbagħbis tal-logħob;

93. Jisħaq fuq il-ħtieġa biex jiġu indirizzati l-operaturi mhux awtorizzati tal-logħob tal-azzard, dawk ibbażati fl-UE u dawk li mhumiex, peress li dawn jisgħu jevitaw is-sistemi ta' monitoraġġ ta' frodi sportiva;

94. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, f’koperazzjoni sħiħa ma’ pajjiżi terzi, l-osservanza ġenerali tar-regoli u r-regolamenti Olimpiċi;

95. Jitlob lill-klabbs biex jiżguraw ir-rispett tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni meta jiġu reġistrati żgħażagħ minn pajjiżi terzi u biex jiżguraw li t-termini kollha tal-kuntratt tagħhom ikunu konformi mal-liġi fis-seħħ; jitlob li jekk dawn ikunu jixtiequ huma jkunu jistgħu jerġgħu lura f’kundizzjonijiet tajbin fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom l-iktar jekk il-karriera tagħhom ma taqbadx; f’dan ir-rigward jenfasizza li d-dħul fis-seħħ effettiv tal-leġiżlazzjoni huwa essenzjali;

96. Jinsisti dwar il-bżonn li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni fit-trasferimenti internazzjonali; fil-fatt huwa tal-opinjoni li t-trasferimenti internazzjonali jistgħu jkunu ta’ periklu għall-atleti żgħażagħ li, peress li jkollhom jitilqu lil familthom u minn pajjiżhom ta’ età żgħira, ikunu partikolarment vulnerabbli u għalhekk l-organizzaturi sportivi għandhom jagħtuhom l-attenzjoni meħtieġa;

97. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jippromwovu, minkejja r-regoli jew l-obbligi imposti fuq in-nisa relatati ma' fatturi kulturali, tradizzjonali, storiċi jew reliġjużi fis-soċjetà, il-libertà assoluta kemm għan-nisa, kif ukoll għall-irġiel li jeżerċitaw kull tip ta' sport;

L-identità Ewropea permezz tal-isport

98. Jitlob lill-Kummissjoni testendi l-programmi eżistenti li jippromwovu l-isport bħala strument tal-politika tal-iżvilupp tagħha u tniedi inizjattivi ġodda f’dan il-qasam;

99. Jistieden lill-Kummissjoni biex:

–  torganizza annwalment “Jum Ewropew tal-Isport” li jippromwovi l-irwol soċjali u kulturali tal-isport tad-dilettanti u dak professjonali u l-vantaġġi tal-isport f’termini ta’ saħħa pubblika;

–  tappoġġa l-fatt li kull sena tintgħażel “Belt Kapitali Ewropea tal-Isport”, taħt it-tmexxija tal-ACES (Assoċjazzjoni tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Isport), bl-appoġġ finanzjarju u l-kontrolli meħtieġa;

–  tappoġġa l-Isport Lokali, Tradizzjonali u Indiġenu li huwa parti mid-diversità kulturali u storika rikka tal-UE, u dan jissimbolizza t-tema “Magħquda fid-diversità”, billi jżid l-għarfien ta’ dan il-logħob permezz, inter alia, tal-promozzjoni ta’ mappa Ewropea u ta’ festivals Ewropej;

–  twaqqaf programm ta’ mobilità u miżuri rilevanti għall-atleti żgħażagħ amatorjali u kowċis biex dawn ikunu jistgħu jitgħallmu metodi ta’ taħriġ ġodda, jistabbilixxu l-aħjar prattika u jiżviluppaw il-valuri Ewropej permezz tal-isport pereżempju l-fair play, ir-rispett u l-inklużjoni soċjali u jippromwovu d-djalogu interkulturali;

–  tgħin biex jiġi ffaċilitat programm ta’ mobilità għall-iskambju ta’ kowċis tal-isport;

–  taħdem mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sportivi biex tipproteġi l-integrità fundamentali tal-isport popolari;

–  tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri dwar il-ġbir tad-dejta u r-riċerka sabiex isir skambju tal-aqwa prattika;

100.    Jissuġġerixxi li tittajjar il-bandiera Ewropea waqt l-avvenimenti sportivi ewlenin organizzati fit-territorju tal-UE u jissuġġerixxi li l-federazzjonijiet sportivi jikkunsidraw l-idea li din tkun tidher fuq il-flokk tal-atleti tal-Istati Membri, flimkien mal-bandiera nazzjonali; jenfasizza li d-deċiżjoni dwar din l-għażla għandha ssir fuq bażi kompletament volontarja u hija f’idejn l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sportivi jekk jagħmlux użu minn din l-alternattiva;

o

o        o

101.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-federazzjonijiet sportivi Ewropej, internazzjonali u nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jagħti lill-UE kompetenza ġdida għall-isport, jistieden lill-UE tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kwistjonijiet fil-qasam tal-isport u jistipula li l-azzjoni tal-UE għandha tkun mħasuba biex tiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport.

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni hija l-ewwel dokument tal-politika maħruġ fil-qasam tal-isport wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li jagħti lill-UE mandat biex tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-miżuri tal-politika dwar l-isport meħuda mill-Istati Membri.

Matul l-aħħar leġiżlatura, biex jirrifletti l-importanza ta’ dan, il-Parlament Ewropew ipproduċa mozzjonijiet għal riżoluzzjoni relatati oħra, jiġifieri “Il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa”[1], “Rwol l-Isport fl-edukazzjoni”[2] u “Il-White Paper dwar l-Isport” fn (implimentati mill-Kummissjoni fl-2007)

- Għalfejn l-isport huwa importanti għas-soċjetà

L-isport fih innifsu huwa fenomenu soċjali importanti u huwa wkoll ġid pubbliku. Għal bosta, dan huwa wieħed mill-aktar forom importanti ta’ rikreazzjoni, kemm jekk jipparteċipaw huma stess kif ukoll jekk ikunu spettaturi. L-aqwa kwalità tal-isport huwa li jressaq flimkien il-persuni, irrispettivament mill-oriġini, l-isfond, it-twemmin reliġjuż jew l-istejtus ekonomiku tagħhom. L-isport jippromwovi l-kontribut attiv taċ-ċittadini Ewropej fis-soċjetà u jgħin fit-trawwim ta’ sens ta’ inklużjoni soċjali.

- It-titjib tas-saħħa permezz tal-isport

L-attività fiżika hija waħda mid-determinanti l-aktar importanti għas-saħħa fis-soċjetà moderna. In-nuqqas ta’ attività fiżika għandu effett negattiv fuq is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, billi jżid ir-riskju li jbatu minn obeżità, ikollhom piż żejjed u jsofru minn mard serju. Dawn il-konsegwenzi negattivi huma piż fuq il-baġit tas-saħħa u l-ekonomija ġenerali tal-Istati Membri.

- It-teħid tad-drogi, il-vjolenza u l-intolleranza

It-teħid tad-drogi għadu jikkostitwixxi theddida importanti għall-isport. Bosta partijiet interessati jitolbu li approċċ tal-UE iktar attiv fil-ġlieda kontra t-teħid tad-drogi, pereżempju billi jingħaqdu, sa fejn il-kompetenzi f’dan il-qasam jintitolaw lill-Unjoni tagħmel dan, mal-Konvenzjoni tal-Ġlieda Kontra d-Doping.

Il-vjolenza u d-diżordni fost l-ispettaturi jibqgħu jkunu fenomenu mifrux madwar l-Ewropa u hemm bżonn ta’ approċċ Ewropew li jkun fih miżuri mfassla biex inaqqsu r-riskji assoċjati.

- L-isport u l-ekonomija

L-isport jirrappreżenta settur kbir u li qed jikber malajr u jagħti kontribut importanti għat-tkabbir u l-impjiegi, b’valur miżjud u effetti fuq l-impjiegi li jaqbżu r-rati tat-tkabbir medju. Madankollu, il-finanzjament sostenibbli tal-isport huwa kwistjoni li teħtieġ li tiġi eżaminata b’aktar dettall.

- L-organizzazzjoni tal-isport

Il-governanza tajba fl-isport hija kundizzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi rigward l-isport u l-qafas legali tal-UE. Tali sfidi jinkludu: il-moviment liberu taċ-ċittadini u n-nazzjonalità tal-isportivi, it-trasferiment tal-plejers (il-legalità tal-atti u t-trasparenza ta’l-flussi finanzjarji huma tħassib frekwenti), l-integrità tal-kompetizzjonijiet sportivi u d-djalogu soċjali Ewropew fis-settur tal-isport.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni:

Fit-18 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni intitolata “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport”. Din tistabbilixxi l-ideat tal-Kummissjoni biex ikun hemm azzjoni fil-livell tal-UE fil-qasam tal-isport. Hija tipproponi azzjonijiet konkreti għall-Kummissjoni u/jew għall-Istati Membri fi tliet kapitoli wesgħin: l-irwol tal-isport fis-soċjetà, id-dimensjoni ekonomika tal-isport u l-organizzazzjoni tal-isport.

Il-messaġġ ewlieni tal-Komunikazzjoni:

-    tidentifika l-isfidi ewlenin marbuta mal-isport (eż. teħid tad-drogi minn atleti dilettanti, vjolenza marbuta mal-avvenimenti sportivi)

-    tirrispetta l-awtonomija tal-istrutturi ta’ tmexxija tal-isport u tirrikonoxxi l-kompetenzi tal-Istati Membri fl-organizzazzjoni tal-isport.

-    madankollu tgħid li azzjoni fil-livell tal-UE fl-organizzazzjoni tal-isport tista’ tipprovdi valur miżjud sinifikanti

-    tagħlaq kull kapitolu b’lista ta’ azzjonijiet ta’ segwitu possibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri

-    tirrikonoxxi l-kumplessità tal-proposti fil-qasam tal-isport

-    tirrakkomanda l-kontinwazzjoni tal-istrutturi ta’ koperazzjoni informali bejn l-Istati Membri sabiex jiżguraw l-iskambju kontinwu ta’ prassi tajba u t-tixrid tar-riżultati.

Il-Komunikazzjoni tgħid li l-azzjoni tal-UE tikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi ttejjeb l-impjegabilità u l-mobilità, permezz ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-inklużjoni soċjali fl-isport, l-edukazzjoni u t-taħriġ u permezz tagħhom u l-linji gwida Ewropej għall-attività fiżika.

L-azzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni għandhom l-għan li jinkoraġġixxu d-dibattitu bejn il-partijiet interessati, jindirizzaw l-isfidi fl-isport u jgħinu lis-settur jiżviluppa. L-atleti, l-organizzazzjonijiet sportivi u ċ-ċittadini huma mistennija jibbenefikaw mill-pjanijiet, li jirriżultaw mill-irwol ġdid tal-UE skont it-Trattat ta’ Lisbona biex tiġi appoġġata u kkoordinata l-politika dwar l-isport fl-Istati Membri.

Attwalment, il-Kummissjoni tipprovdi sostenn għall-proġetti u n-netwerks fil-qasam tal-isport jew permezz ta’ miżuri ta’ inċentivi speċifiċi għall-isport, notevolment l-Azzjonijiet Preparatorji fil-qasam tal-isport, jew permezz ta’ programmi eżistenti f’diversi oqsma rilevanti. Dawn jinkludu t-tagħlim tul il-ħajja, is-saħħa pubblika, iż-żgħożija, iċ-ċittadinanza, l-iżvilupp fil-qasam tar-riċerka u t-teknoloġija, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ħarsien tal-ambjent u oħrajn.

Il-kummenti tar-Rapporteur u l-isfidi għall-futur:

Dwar il-valur tal-isport

-    Ir-Rapporteur jemmen bis-sħiħ li l-isport jista’ jikkontribwixxi għall-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-valur edukattiv u kulturali tiegħu.

-    L-isport huwa mezz ta’ integrazzjoni, minħabba li huwa miftuħ għaċ-ċittadini kollha indipendentement mis-sess, l-etniċità, ir-reliġjon, l-età, in-nazzjonalità u l-istejtus soċjali.

-    Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li l-prattika tal-isport fost in-nisa ma tingħatax biżżejjed importanza u li n-nisa mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet sportivi.

-    Ir-Rapporteur jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iqisu l-esperjenza tal-ex atleti meta dawn ikunu jixtiequ jsiru kowċis, u biex jistabbilixxu setturi ta’studju speċifiċi għall-atleti li jagħżlu li jkomplu bl-edukazzjoni għolja, u biex jipprovdu tuturi biex jissorveljawhom.

-    Il-voluntiera jippermettu t-tmexxija bla xkiel ta’ bosta avvenimenti sportivi. Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza tal-kontribut tagħhom.

Dwar l-indirizzar tal-kwistjonijiet importanti

-    Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-promozzjoni tal-benefiċċji tas-saħħa tal-isport għandha tkun ir-responsabilità tal-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, wieħed għandu jiffoka fuq il-kwistjonijiet aktar importanti bħal pereżempju t-teħid tad-drogi, it-traffikar, il-mobilità tal-atleti, ir-razziżmu u l-vjolenza fl-isport.

-    Għandu jsir kull sforz biex jiġu evitati l-attivitajiet kriminali li jheddu l-isport eż. il-ħasil tal-flus, ix-xiri tal-logħob, it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament tal-minorenni.

-    Ir-Rapporteur jistieden lill-Istati Membri biex jipprojbixxu l-aċċess għall-istadju lil dawk il-partitarji li wrew imġiba vjolenti jew diskriminatorja. Huwa jissuġġerixxi li għandu jinħoloq reġistru Ewropew tal-persuni li m’għandhomx permess jidħlu fl-istadji.

Dwar il-governanza tajba

-    Għandhom jiġu promossi l-istandards ta’ governanza sportiva permezz tal-iskambju ta’ prassi tajba.

-    Il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-bejgħ tad-drittijiet tal-mezzi tax-xandir għandhom jiġu armonizzati, biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn jibbenefikaw biss l-għaqdiet il-kbar .

-    Ir-Rapporteur jirrikonoxxi l-importanza tad-distribuzzjoni ġusta tad-dħul fost il-klabbs sportivi ta’ daqsijiet differenti, u bejn l-isport professjonali u dak tad-dilettanti.

-    Saret ukoll enfasi dwar l-importanza tal-allowances tat-taħriġ, billi dawn huma mekkaniżmu ta’ protezzjoni effikaċi għaċ-ċentri tat-taħriġ u redditu ġust għall-investiment.

Dwar il-ġustizzja fil-kompetizzjonijiet sportivi

-    L-integrità tal-avvenimenti sportivi hija importanti. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri regolatorji biex jiżguraw li l-isport jiġi protett minn kwalunkwe influwenzi mhux xierqa bħal pereżempju l-imħatri jew ix-xiri tal-logħob.

-    Ir-Rapporteur iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe forma ta’ attakk fuq l-integrità tal-kompetizzjonijiet bħala reat kriminali.

-    Huwa fundamentali li l-kompetizzjonijiet sportivi jkunu ġusti u trasparenti, biex tiġi protetta l-integrità tal-isportivi rġiel u nisa.

-    Il-federazzjonijiet sportivi m’għandhomx il-mezzi strutturali u legali biex jaġixxu b’mod effikaċi kontra t-tbagħbis tal-logħob.

-    Ir-Rapporteur jappoġġa lis-sistemi tal-għoti tal-liċenzji u lill-Fair Play Finanzjarju.

-    Ir-Rapporteur jirrikonoxxi l-leġittimità tal-qrati tal-isport għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet fil-qasam tal-isport u, għalhekk, jitlob li tinħoloq Kamra Ewropea tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isports (QAS).

Dwar il-baġit

-    Jeħtieġ li titqies kopertura tal-baġit xierqa għall-isport, biex l-azzjoni preparatorja tgħaddi għal programm speċifiku ddedikat għall-kompetenza l-ġdida.

Dwar l-opportunitajiet u l-impjiegi

-    Il-programmi edukattivi tal-Istati Membri għandhom jiġu kkoordinati b’tali mod li jippermettu lill-atleti żgħażagħ jikkombinaw it-tagħlim mat-taħriġ sportiv.

-    Għandu jkun hemm korsijiet imfassla għaż-żgħażagħ li jixtiequ jsegwu karriera atletika filwaqt li jikkombinawha mal-istudji.

-    L-isport għandu jiġi promoss fl-iskejjel, minħabba l-benefiċċji tiegħu bħal pereżempju t-tneħħija tal-ostakoli soċjali u l-integrazzjoni tal-gruppi marġinalizzati.

-    L-isport għandu l-potenzjal biex jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi u għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Dwar it-turiżmu

-    Is-sinerġiji bejn l-isport u t-turiżmu jeħtieġu li jiġu identifikati, partikolarment permezz tat-titjib tal-infrastrutturi kollettivi.

-    Ir-Rapporteur jinnota li l-avvenimenti ewlenin u l-isport joffru opportunitajiet kbar ħafna biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-iżvilupp tat-turiżmu fl-Ewropa.

Dwar l-isport u l-logħob tradizzjonali

-    Ir-Rapporteur jemmen bis-sħiħ li għandna nippreservaw l-isport lokali u tradizzjonali, billi dan huwa parti mill-wirt kulturali tagħna u jsaħħaħ is-sens ta’ ċittadinanza Ewropea. Dan huwa simbolu reali tad-diversità kulturali fis-soċjetajiet tagħna.

-    Ir-Rapporteur jinnota li xi logħob u sport tradizzjonali diġà m’għadhomx jeżistu u li dawk li għandhom jeżistu jinsabu f’riskju li jgħibu fi żmien qasir.

-    Ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal mappa Ewropea ta’ sport indiġenu u biex tappoġġa t-tixrid tagħha.

L-identità Ewropea permezz tal-isport

-    Ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni torganizza “Jum Ewropew tal-Isport” annwali biex tqajjem il-kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji tal-isport.

-    Il-konferenzi u d-dibattiti dwar l-isport, it-tnaqqis fil-prezzijiet tat-tagħmir tal-isport fil-ħwienet u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja b’saħħitha huma fost l-inizjattivi possibbli.

-    Ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-fatt li kull sena tintgħażel “Belt Kapitali Ewropea tal-Isport” taħt it-tmexxija tal-ACES, bl-appoġġ finanzjarju u l-kontrolli meħtieġa.

-    Ir-Rapporteur jipproponi li l-bandiera Ewropea tittajjar fl-avvenimenti sportivi ewlenin fl-Unjoni Ewropea u jissuġġerixxi li din tidher fuq il-flokk tal-atleti tal-Istati Membri.

It-Taħriġ u l-Mobilità fl-isport

-    Jenfasizza li t-taħriġ tal-plejers fil-livell lokali huwa meħtieġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-isport fl-Ewropa.

-    Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li għandu jinħoloq programm ta’ mobilità għall-atleti żgħażagħ, u li l-għan ta’ dan ikun li jagħti lill-atleti l-possibilità li jitħarrġu ma’ tims barranin.

-    L-istudenti kbar u dawk tal-iskola li jkunu f’tims sportivi jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’dawn l-iskambji. L-istudenti jkollhom l-opportunità jitgħallmu metodi ta’ taħriġ ġodda u jiżviluppaw il-kuxjenza Ewropea tagħhom. Il-programm jista’ jżid id-djalogu interkulturali.

Dwar il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ għaqdiet internazzjonali

-    Ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu kwistjonijiet bħal pereżempju t-trasferimenti tal-plejers internazzjonali, l-isfruttament ta’ plejers minorenni, il-piraterija u l-imħatri illegali bil-koperazzjoni tal-pajjiżi terzi.

-    Il-klabbs sportivi għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-immigrazzjoni meta jirreklutaw żgħażagħ minn pajjiżi terzi. Dan se jiżgura li l-isportivi jiġu ttrattati sew sakemm jirritornaw fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Dwar l-aġenti sportivi

-    Ir-Rapporteur jemmen li, bħal kwalunkwe attività professjonali rregolata oħra, l-aġenti sportivi għandu jkollhom kwalifika minima, mogħtija minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja. Ir-residenza fiskali tagħhom għandha wkoll tkun fit-territorju tal-UE.

-    Ir-Rapporteur jipproponi l-istabbiliment ta’ reġistru tal-aġenti tal-plejers Ewropej, li fih jiġu elenkati l-ismijiet tal-atleti li jaħdmu magħhom u s-salarji tagħhom.

  • [1]  Testi Adottati, P6_TA (2007)0100.
  • [2]  Testi Adottati, P6_TA (2007)0503.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (23.9.2011)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport
(2011/2087(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Burkhard Balz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (2008/2250(INI)),

–   billi l-isport, barra li hu fenomenu soċjokulturali, huwa settur ekonomiku dinamiku li kapaċi jiġġenera dħul finanzjarju sinifikanti dirett u dividendi ekonomiċi indiretti u jista' għaldaqstant jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020;

–   billi l-isport ma jaħdimx bħal attività ekonomika tipika minħabba l-karatteristiċi speċifiċi u l-istrutturi tal-organizzazzjoni tiegħu megħjuna mill-federazzjonijiet, li ma joperawx bħala kumpaniji kummerċjali, u billi trid issir distinzjoni bejn interessi sportivi u kummerċjali;

   billi l-avvenimenti sportivi kulma jmur qed iżidu fl-importanza transkonfinali u billi t-theddid għall-integrità tal-isport bħat-tbagħbis tal-logħob ma jistax ikun indirizzat fi ħdan il-konfini ta' Stat Membru waħdu u għaldaqstant jeħtiġilhom kooperazzjoni u azzjoni koordinata mill-Istati Membri;

1.  Jilqa' l-Artikolu 165 TFUE, li għall-ewwel darba jagħti lill-UE bażi legali għal azzjoni fil-qasam tal-isport, u għalhekk ukoll għall-programm ta' appoġġ finanzjarju fil-livell tal-UE;

2.  Jagħraf l-importanza tal-avvenimenti sportivi fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea; l-opportunità li jżuru jew li jsegwu l-avvenimenti sportivi fuq it-televiżjoni jew ir-radju jew permezz tal-internet tgħin liċ-ċittadini tal-Ewropa jingħaqdu kulturalment;

3.  Jinnota li l-isport jissodisfa ħafna kompiti importanti mhux biss fis-soċjetà, bħall-promozzjoni tal-ingaġġ volontarju, l-integrazzjoni u s-saħħa, iżda wkoll fir-rwol ta' min iħaddem, min iħallas it-taxxa u promotur innovattiv tal-ekonomija u t-tkabbir; l-analiżi ekonomika empirika ta' dan is-settur fil-livell Ewropew hija ta' importanza primarja, iżda jinħtieġu sforzi addizzjonali sabiex tinħoloq pjattaforma xierqa ta' dejta kredibbli u komparabbli; itenni t-talba tiegħu għar-rikonoxximent komprensiv tas-settur tal-ekonomija soċjali f'termini tal-istatistika;

4.  Jemmen li l-Eurostat għandu jipprovdi dawn l-istatistiki malajr f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti, filwaqt li korpi internazzjonali għandhom ikunu kompletament involuti fil-proċess, bħal m'għandhom ikunu atturi u korpi ekonomiċi oħra, bħax-xandara televiżivi u l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew;

5   Jindika wkoll li l-volontarjat, barra li jservi ta' eżempju morali u s-solidarjetà, jista' jkun biss ta' benefiċċju għal Stat Membru mil-lat ekonomiku; barra minn hekk jiffaċilita wkoll il-ħolqien tax-xogħol u jwassal għal żieda fl-impjiegi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt tal-organizzaturi ta' kompetizzjonijiet sportivi għall-kumpens minn operaturi ta' logħob tal-azzard li jużaw dawn il-kompetizzjonijiet biex imexxu l-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom, u jassistu l-korpi sportivi fil-ġlieda tagħhom għall-protezzjoni tal-integrità tal-isport; madankollu dan ma jirreferix għall-operaturi tal-logħob tal-azzard pubbliċi li jappoġġaw l-isport skont il-karti tagħhom;

7.  Jitlob għal analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-klabbs tal-isport fl-Ewropa. Sar dejjem aktar komuni, primarjament fil-futbol, li l-klabbs ikollhom problemi bi djun finanzjarji kbar;

8.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jappoġġaw il-ħolqien ta' struttura għal skambju kostanti tal-aqwa prattiki u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra, sabiex jinħolqu sinerġiji bejn l-avvenimenti ewlenin u l-inizjattivi importanti kollha mmirati li jistimulaw it-tkabbir ekonomiku marbut mal-attivitajiet sportivi; jiddikjara madankollu, li l-armonizzazzjoni tal-politiki nazzjonali fil-livell tal-UE mhijiex il-mira tal-politiki tal-UE;

9.  Jilmenta dwar każijiet ta' korruzzjoni u tbagħbis tal-logħob fl-isport li jagħmlu ħsara lill-integrità tal-isport għas-sapporters u jheddu l-kontribut ekonomiku mill-isport; jitlob għaldaqstant li jiġu stabbiliti miżuri ta' kooperazzjoni effikaċi fil-livell tal-UE għad-difiża tal-integrità u l-fair play fl-isport f’konformità mal-Artikoli 6, 83 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bejn l-organizzaturi tal-avvenimenti sportivi, l-operaturi ta' logħob tal-azzard onlajn u l-awtoritajiet pubbliċi, bil-għan li jippromwovu l-edukazzjoni tal-plejers u l-koordinament tal-azzjoni kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport permezz ta' skambju ta' informazzjoni u għarfien espert u bl-applikazzjoni ta' definizzjoni komuni għal kontravvenzjonijiet u sanzjonijiet – inklużi sanzjonijiet kriminali – għall-frodi fl-isport;

10. Isaqsi lill-Kummissjoni tikkjarifika l-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuniet mill-istat fir-rigward ta' finanzjament pubbliku għall-isport sabiex tkun ipprovduta ċertezza legali għall-Istati Membri fil-promozzjoni tal-interess pubbliku permezz ta' finanzjament għall-isport lokali;

11. Jindika l-bżonn ta' analiżi aktar fil-fond u aktar estensiva dwar żviluppi ekonomiċi sostenibbli fl-isport. Fost affarijiet oħra, parti mit-tariffi ta' trasferiment għandhom jintraddu lura lill-klabbs fil-livell lokali. Dan hu essenzjali għall-ħolqien ta' moviment sportiv aktar sostenibbli u ekwu;

12. Ifakkar li d-dħul finanzjarju fil-qasam tal-isport normalment jintuża biex jiffinanzja avvenimenti u kompetizzjonijiet, organizzazzjonijiet li jipparteċipaw, il-kostruzzjoni u l-manteniment tal-infrastruttura u l-promozzjoni tal-isport għaż-żgħażagħ u d-dilettanti u dak lokali; jinnota, għaldaqstant, li l-organiżżaturi għandu jkollhom id-dritt jirreklamaw l-avvenimenti tagħhom huma stess, b'mod trasparenti, f'konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni; jinnota r-rwol importanti tal-akkademji ta' taħriġ u l-bżonn li jkunu żgurati l-vijabilità fit-tul u s-suċċess tagħhom permezz ta' protezzjoni xierqa;

13. Jirrikonoxxi r-rabta bejn il-valur ekonomiku tal-isport u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali (IPR); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu protezzjoni xierqa għall-IPR; jenfasizza li l-logħob tal-azzard onlajn huwa forma waħda ta' sfruttament kummerċjali tal-avvenimenti sportivi u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti sabiex tiżgura rendiment ġust għall-isport u tissalvagwardja l-integrità tal-isport lokali u tiżviluppah;

14. Ifakkar li l-UE hija, skont l-Artikolu 165 TFUE, marbuta li tippromwovi l-ekwità u tipproteġi l-integrità tal-isport; jikkunsidra għaldaqstant li l-UE għandha tintroduċi kooperazzjoni strutturali fil-livell Ewropew sabiex tikkoordina l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport;

15. Jappoġġa kwalunkwe forma ta' awtoregolamentazzjoni fis-settur tal-isport immirati li jsaħħu r-responsabilità, it-trasparenza u l-istabilità finanzjarja; jikkunsidra essenzjali, għall-kredibilità ta' regolament ta' din ix-xorta, l-implimentazzjoni ta' sistema effettiva ta' skrutinju u taħlita bilanċjata ta' sanzjonijiet u inċentivi fi ħdan sistema Ewropea magħquda li se tippermetti l-kxif tat-tipi differenti ta' korruzzjoni (tixħim u l-effetti dannużi tal-logħob tal-azzard fl-isport fuq in-natura ekwa tal-isport); jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità ta' miżuri, fuq il-bażi tal-Artikolu 114 TFUE, immirat sabiex jiżgura l-eżistenza ta' regoli armonizzati ta' ġestjoni finanzjarja soda għall-klabbs Ewropej tal-isport professjonali;

16. Jenfasizza li r-rikonoxximent reċiproku tal-korsijiet u tat-taħriġ speċjalizzat fi ħdan qafas Ewropew magħqud għall-professjonisti li jaħdmu fl-isport bħala speċjalisti (referees, kowċijiet) huwa partikularment importanti għax jagħti kontribut fit-tul lejn żieda fil-kompetittività, li mbagħad din tal-aħħar tippermetti li jkun evitat telf qawwi fid-dħul;

17. Huwa tal-fehma li t-tkomplija ta' inċentivi fil-qasam tal-isport fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, jew bħala parti minn programm tal-isport indipendenti tal-UE jew bħala subprogramm, tkun tajba u ġustifikabbli;

18. Jindika li l-introduzzjoni mill-Kummissjoni tal-kontabilità satellitari fis-settur tal-isport huwa ferm f'waqtu, għaliex jippermetti li ssir evalwazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità ma' standards uniformi tal-attivitajiet marbuta mal-isport, li tagħmel possibbli l-kxif ta' anomaliji u tagħti valur miżjud lill-ekonomija Ewropea u lis-suq uniku;

19. Jitlob il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' regolamenti interni dwar il-livell għoli ta' dejn fl-isport professjonali li jkunu kapaċi jindirizzaw il-kawżi tiegħu. Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu proposti minn istituzzjonijiet sportivi madwar l-Ewropa bi qbil komuni bejniethom sabiex jistabbilixxu qafas koerenti għall-kontinent kollu;

20. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti speċifiċi biex tirrimedja n-nuqqasijiet u d-diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet – li minnhom infushom huma transkonfinali – ta' aġenti sportivi li kienu dokumentati minn studju indipendenti li sar fl-2009 f'isem il-Kummissjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Udo Bullmann, Pascal Canfin, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Olle Schmidt, Marianne Thyssen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, David Casa, Herbert Dorfmann, Saïd El Khadraoui, Sari Essayah, Mojca Kleva, Thomas Mann, Gianni Pittella, Andreas Schwab

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (14.9.2011)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar id-dimensjoni Ewropea fl-isport
(2011/2087(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Sophie Auconie

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

-    billi l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jafda lill-Unjoni Ewropea il-kompitu tal-“iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, billi tkun promossa l-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-koperazzjoni bejn il-korpi responsabbli mill-isport, u billi tkun protetta l-integrità fiżika u morali tal-isportivi, speċjalment ta' dawk l-aktar żgħażagħ fosthom";

1.  Jenfasizza li l-isport huwa strument ewlieni tas-saħħa pubblika u fattur qawwi għat-tnaqqis tal-infiq pubbliku fis-settur tas-saħħa; itenni li, fost l-effetti pożittivi ta' attività fiżika regolari, hemm il-prevenzjoni ta' bosta problemi tas-saħħa bħall-obeżità, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete, il-kanċer u l-osteoporożi; jisħaq fuq il-fatt li l-isport u l-eżerċizzju fiżiku jistgħu jiżvolġu rwol terapewtiku billi jtejbu l-istima li dak li jkun ikollu tiegħu innifsu, itejbu l-awtoperċezzjoni fiżika, jiżviluppaw il-ħiliet soċjali u jikkontribwixxu għas-saħħa mentali pożittiva u għall-benesseri; jiddeplora l-pressjoni li ġieli ssir fuq it-tfal u l-adolexxenti involuti f’attivitajiet sportivi; josserva li, billi l-popolazzjoni tal-UE qiegħda tixjieħ, l-impatt pożittiv li l-attività fiżika jista' jkollha fuq saħħet l-anzjani għandu jingħata attenzjoni speċifika;

2. Jistieden lill-Istati Membri jagħtu rwol importanti lill-attività fiżika fil-programmi edukattivi nazzjonali, u dan sa minn età żgħira, fid-dawl tal-fatt li attwalment tifel jew tifla minn kull sebgħa fl-UE għandu/ha problemi ta' piż żejjed jew ta' obeżità; jistieden lill-Kunsill iħejji rakkomandazzjoni fis-sens tal-Linji Gwida tal-UE għall-Attività Fiżika approvati fl-2008 mill-Ministri tal-UE responsabbli għall-isport; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-impriżi ħalli jorganizzaw attivitajiet sportivi għall-impjegati tagħhom;

3.  Jenfasizza li x-xogħol volontarju min-naħa tal-organizzazzjonijiet sportivi huwa xogħol ta' fejda għall-ġid tas-saħħa pubblika; iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa dan ix-xogħol b'mod iktar effikaċi minn dari;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-distinzjoni bejn l-isport tad-dilettanti u dak professjonali u jippromwovu mudell ta’ attività fiżika robust, aktar parteċipattiv u mill-għeruq, “sport għal kulħadd”, inklużi l-persuni b’diżabilità, u jagħmluh parti ċentrali tal-istrateġiji tagħhom għas-saħħa pubblika;

5.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali ma jserrħux biss fuq il-faċilitajiet sportivi privati, approċċ li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ ugwaljanza, imma wkoll jagħtu aċċess wiesa’ u ugwali għal faċilitajiet sportivi pubbliċi u jiskambjaw prattiki tajba f’dan ir-rigward;

6.  Jenfasizza li l-isport u l-organizzazzjonijiet nazzjonali, Ewropej u internazzjonali li jmexxuh u jiggvernawh jistgħu jagħtu kontribut ġenwin għall-ilħiq tal-għanijiet strateġiċi fit-tul tal-UE stipulati fl-Istrateġija Ewropa 2020, u b’hekk joħolqu prospetti ġodda ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

7.  Iqis li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol aktar attiv fid-difiża tal-integrità tal-isport, li l-organizzazzjonijiet sportivi ma jistgħux jiżgurawha waħedhom, u li l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet sportivi tal-Istati Membri għandha wkoll tiġi promossa bil-għan li tiżgura skambju regolari ta' metodi li rnexxew u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati milħuqa;

8.  Iqis li r-rwol tal-entitajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea tal-isport huwa fundamentali minħabba li l-kompiti istituzzjonali tagħhom jinkludu l-għoti ta' servizzi lill-pubbliku fil-qasam sportiv u l-allokazzjoni ta' finanzjament għall-attivitajiet sportivi u għall-faċilitajiet li jeħtieġu;

9.  Iqis li d-doping iġib miegħu perikli serji għas-saħħa kemm għall-atleti professjonisti kif ukoll għal dawk dilettanti; iqis li l-kampanji kontra d-doping attwalment huma mfixkla minn nuqqas ta’ koerenza u koordinament fost l-Istati Membri u l-partijiet interessati; jappella għal skambju ta' informazzjoni u prattiki tajba bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet kontra d-doping u l-laboratorji; jirrimarka f’dan ir-rigward li, skont l-Artikolu 165 tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura l-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-atleti;

10. Jirrakkomanda l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Kontra d-Doping;

11. Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-adegwatezza ta’ direttiva dwar l-ikel ta’ enerġija għolja għall-isportivi bil-għan li l-konsumaturi jingħataw livell sodisfaċenti ta’ informazzjoni, b’referenza partikolari għar-regoli kontra d-doping; jitlob lill-Kummissjoni tħejji strateġija ta’ prevenzjoni kontra d-doping immirata lejn l-atleti żgħażagħ;

12. Iħeġġeġ li jiġu definiti reati kriminali li jinvolvu t-traffikar ta’ sustanzi tad-doping, kif ukoll sanzjonijiet għalihom;

13. Jappella għal kooperazzjoni sistematika fil-livell tal-Unjoni Ewropea għas-salvagwardja tal-integrità u tal-ġustizzja fl-isport, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikoli 6, 83 u 165 tat-TFUE, bil-għan li tikkoordina l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport u tiġġieled kontra d-doping, bla ħsara għar-regoli u għall-operat tal-World Anti-Doping Agency.

14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw b’aktar qawwa r-rwol tal-professjonisti tas-saħħa fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-isport u jeżaminaw kif il-fornituri tal-assigurazzjoni tas-saħħa jistgħu joffru inċentivi bħala mezz biex jinkoraġġixxu lin-nies jaqbdu attivitajiet sportivi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

12.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Anne Delvaux, Edite Estrela, Julie Girling, Françoise Grossetête, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marisa Matias, James Nicholson, Alojz Peterle, Michail Tremopoulos, Anna Záborská, Andrea Zanoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (27.9.2011)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport
(2011/2087(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Eija-Riitta Korhola

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-isport huwa settur ta' tkabbir dinamiku u jikkostitwixxi strument reali ta' koeżjoni soċjali u għandu impatt soċjali, tas-saħħa u finanzjarju importanti ħafna fl-UE u fir-reġjuni tagħha, fejn jista' jikkontribwixxi bil-kbir għall-iżvilupp lokali tal-infrastruttura u tal-ekonomija u jservi ta' attrazzjoni turistika importanti;

B.  billi s-servizzi tal-logħob tal-azzard huma esklużi mill-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE) u d-Direttiva l-ġdida dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (approvati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta' Ġunju 2011), minħabba l-ispeċifiċità tagħhom;

C. billi l-finanzjament għall-isport popolari huwa assigurat biss jekk id-detenturi tal-liċenzji neċessarji tal-logħob tal-azzard nazzjonali, li jħallsu t-taxxi u jiffinanzjaw għanijiet ta' interess pubbliku oħra fl-Istati Membri, huma ġuridikament obbligati jħallsu imposti ta' 'interess pubbliku' u huma protetti kontra l-kompetizzjoni illegali,

D. billi l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirrappreżenta theddida reali għall-finanzjament fit-tul tal-isport Ewropew;

1.  Jilqa' l-istudju tal-Kummissjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-politiki tas-suq intern dwar il-finanzjament tal-isports popolari u jitlob li d-differenza bejn l-isports 'foqra' u 'sinjuri' tingħeleb permezz ta' mekkaniżmi ta' solidarjetà finanzjarja; jappella għall-iżvilupp ta' dimensjoni Ewropea tal-integrità tal-isport b'enfasi inizjali fuq il-ġlieda kontra l-logħob mixtri;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joħolqu sistema ta' rikonoxximent tal-kwalifiki miksuba mill-volontiera u tal-kwalifiki meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjonijiet regolamentati relatati mal-isports;

3.  Jemmen li, fid-dimensjoni ekonomika tal-industrija sportiva f'evoluzzjoni kostanti, jeħtieġ titjib immedjat fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-isport f'oqsma kruċjali bħall-moviment liberu tal-ħaddiema u s-servizzi, il-libertà ta' stabbiliment, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-regoli relatati mal-għajnuna mill-Istat bil-għan li jiġi garantit li l-industrija tal-isport tieħu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji tas-suq intern;

4.  Jappella għal rikonoxximent aħjar tal-kontribut li jagħti l-isport lill-objettivi globali tal-Istrateġija Ewropa 2020 fid-dawl tal-potenzjal qawwi tas-settur li jikkontribwixxi għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u meta dak li jkun iqis l-effetti pożittivi tiegħu fuq l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll is-saħħa pubblika u t-tixjiħ attiv;

5.  Jinsisti li d-dritt biex jingħataw drittijiet esklussivi għal-lotterija u numru ta' logħob ieħor jibqa' fl-Istati Membri, ladarba organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-isports fl-UE jikkunsidraw il-kontribuzzjonijiet magħmula mil-lotteriji nazzjonali għall-finanzjament tal-isport u b'mod speċjali l-isport popolari biex ikun indispensabbli;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri konkreti biex tassigura l-finanzjamenti tal-isport iġġenerat mil-lotteriji;

7.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-federazzjonijiet sportivi jintroduċu, fejn mhuwiex diġà applikabbli, il-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-midja, li l-kumpatibilità tiegħu mad-dritt tal-UE ġiet rikonoxxuta f'bosta okkażjonijiet mill-Kummissjoni;

8.  Jirrispetta d-dritt tal-Istati Membri biex jistabbilixxu miżuri penali biex irażżnu l-logħob tal-azzard onlajn; jappella li l-prinċipju regolatorju li bih kumpanija tal-logħob tal-azzard tista' topera biss (jew titfa' offerta għal-liċenzja nazzjonali neċessarja) fi Stat Membru jekk ma tiksirx il-liġi f'xi wieħed mill-Istati Membri;

9.  Jisħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni fl-isport u jħeġġeġ l-inizjattivi mill-organizzazzjonijiet sportivi u mill-operaturi tal-logħob biex jedukaw lill-isportivi fil-prattiki tajba fil-qasam tal-imħatri sportivi;

10. Jilqa' favorevolment l-introduzzjoni fil-futbol Ewropew tal-kunċett tal-"Fair Play" Finanzjarju bħala pass importanti lejn l-ilħiq tal-istabilità finanzjarja u l-prevenzjoni tal-kompetizzjoni żleali fl-isport;

11. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ix-xandir tal-manifestazzjonijiet sportivi f'postijiet pubbliċi fuq stazzjonijiet li jxandru fit-territorju ta' Stat Membru li għalih ma għandhomx id-drittijiet ta' ritrażmissjoni;

12. Jisħaq fuq il-fatt li, f'suq sportiv globali dejjem aktar kompetittiv, il-monitoraġġ suffiċjenti u l-infurzar xieraq tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-midja, it-trademarks, il-komunikazzjonijiet kummerċjali u oħrajn iridu jiġu protetti; isaqsi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex itennu l-isforzi tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-organizzazzjonijiet tal-isports ħalli jinħolqu kundizzjonijiet indaqs fl-UE, filwaqt li tiġi rrispettata l-libertà tal-espressjoni u tal-istampa, u biex titqies l-importanza ta' dan id-dħul għall-iffinanzjar tal-isport popolari, għax dan minn naħa l-oħra jippermetti lill-klabbs professjonali biex jidħlu f'xogħol ta' karità għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u l-isport popolari nnifsu;

13. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva dwar is-Servizzi, kif ukoll l-infurzar xieraq min-naħa tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ir-regola tan-nondiskriminazzjoni fis-sistemi legali tal-Istati Membri, fir-rigward tal-bejgħ transkonfinali ta' biljetti għal avvenimenti sportivi;

14. Jappoġġa l-azzjoni tal-Kummissjoni li twettaq studju tal-aspetti ekonomiċi u legali tat-trasferimenti tal-plejers u l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjonijiet sportivi, partikolarment fuq il-politika ta' trejnjar għall-plejers iż-żgħar fil-klabbs;

15. Ifakkar li, skont l-Artikolu 165 TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha d-dmir tippromwovi l-ġustizzja u tipproteġi l-integrità tal-isport; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi kooperazzjoni strutturali f'livell Ewropew biex tikkoordina l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistudja l-opportunità ta' strument leġiżlattiv abbażi tal-Artikolu 114 TFUE li jimmira li jiggarantixxi regoli armonizzati fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tajba għall-klabbs sportivi professjonisti Ewropej;

16. Iqis li ċ-ċittadini Ewropej u partikolarment iż-żgħażagħ għandhom jingħataw aktar informazzjoni dwar id-disponibilità tal-programmi, proġetti, boroż ta' studju u taħriġ fil-qasam sportiv; Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet sportivi biex jikkonsolidaw mekkaniżmi ta' informazzjoni faċilment aċċessibbli li se jgħinu n-nies jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-programmi Komunitarji fis-suq intern;

17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-manipulazzjoni frawdolenti tar-riżultati għal vantaġġ finanzjarju jew ta' tip ieħor huwa pprojbit billi jiġi stabbilit bħala reat kwalunkwe theddid għall-integrità tal-kompetizzjonijiet, inklużi dawk marbuta mal-operazzjonijiet tal-imħatri;

18. Jemmen li wieħed mill-mezzi fundamentali biex tiġi żgurata ħajja dinamika u tajba għas-saħħa għall-konsumaturi u ċ-ċittadini Ewropej huwa li jiġi garantit li ċ-ċittadini jkunu involuti b'mod attiv fi sport ta' ġid għas-saħħa u f'attivitajiet rikreattivi fl-Ewropa kollha, partikolarment fil-każ tat-tfal meta jitqies li l-obeżità u l-mard l-ieħor relatat mas-saħħa qegħdin jiżdiedu fil-faxex tal-età baxxi; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka aktar inċentivi u fondi relatati mas-saħħa favur proġetti, partikolarment dawk li jinvolvu attivitajiet sportivi transkonfinali;

19. Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-acquis communautaire fil-qasam sportiv permezz ta' linji gwida u abbażi tal-Komunikazzjoni dwar l-isport;

20. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal djalogu mal-organizzazzjonijiet professjonisti sportivi kollha tal-Ewropa dwar kif għandhom jittrattaw il-problemi li joħorġu mid-differenzi fl-Istati Membri rigward il-kuntratti tal-impjiegi (eż. l-età minima għall-iffirmar ta' kuntratt ta' impjieg), il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iskemi tas-salarji għal persuni sportivi professjonali, kif ukoll ir-regoli dwar l-għajnuna statali u r-regoli tal-kompetizzjoni għal sport professjonali (eż. in-numru massimu ta' plejers li jridu jintużaw għall-istaġun sħiħ fil-kompetizzjonijiet kollha, it-twieqi miftuħin għat-trasferimenti, eċċ.)

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Phil Prendergast, Mitro Repo, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Marielle Gallo, Anna Hedh, María Irigoyen Pérez, Othmar Karas, Constance Le Grip, Antonyia Parvanova, Sylvana Rapti, Olle Schmidt, Kyriacos Triantaphyllides, Anja Weisgerber

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (11.10.2011)

for the Committee on Culture and Education

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
(2011/2087(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Toine Manders

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-valuri rappreżentati mill-isport jaffrontaw pressjonijiet kummerċjali eċċessivi eżerċitati f'kuntest ta' inċertezza ġuridika, bħalma hu l-logħob mixtri;

B.  billi l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirrappreżenta theddida reali għall-finanzjament fit-tul tal-isport Ewropew;

C. billi d-dimensjoni ekonomika tal-isport biss hija sottoposta għal-liġi tal-UE u r-regoli inerenti fl-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet sportivi għandhom jibqgħu barra mill-ambitu tagħha;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-organizzazzjonijiet sportivi;

2.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri u lill-federazzjonijiet sportivi jdaħħlu, fejn mhuwiex diġà applikabbli, il-bejgħ ċentralizzat tad-drittijiet tal-midja, li l-kompatibilità tiegħu mad-dritt tal-UE ġie rikonoxxut f'bosta okkażjonijiet mill-Kummissjoni;

3.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ix-xandir ta' avvenimenti sportivi f'postijiet pubbliċi fuq stazzjonijiet li jxandru fit-territorju ta' Stat Membru li għalih m'għandhomx id-drittijiet tar-ritrażmissjoni;

4.  Jerġa' jafferma l-pożizzjoni tiegħu li l-imħatri sportivi huma forma ta' użu kummerċjali tal-kompetizzjonijiet sportivi, u jqis li l-Istati Membri jistgħu jħarsu l-kompetizzjonijiet sportivi minn kwalunkwe użu kummerċjali mhux awtorizzat bħala metodu wieħed li bih jingħata l-appoġġ sportiv fuq livell professjonali u amatorjali, partikolarment permezz tar-rikonoxximent tad-drittijiet tal-proprjetà tal-entitajiet sportivi fir-rigward tal-kompetizzjonijiet li jorganizzaw;

5.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu flimkien ma' organizzaturi ta' avvenimenti sporitivi u ma' operaturi tal-imħatri biex tkun indirizzata l-manipulazzjoni qarrieqa tar-riżultati għal vantaġġ finanzjarju jew ta' tip ieħor, billi jiġi stabbilit bħala reat kwalunkwe theddid għall-integrità tal-kompetizzjonijiet, inklużi dawk marbuta mal-operazzjonijiet tal-imħatri;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li t-taħriġ tal-plejers fil-livell lokali huwa meħtieġ għall-iżvilupp dejjiemi tal-isport Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-legalità tal-miżuri li jrawmu l-promozzjoni tal-plejers ttrejnjati lokalment;

7.  Jindika biċ-ċar li jappoġġa s-sistemi tal-liċenzjar u l-Financial Fair Play (FFP); iqis it-tali miżuri bħala proporzjonati;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-acquis communautaire fil-qasam sportiv permezz ta' linji gwida bbażati fuq il-Komunikazzjoni dwar l-isport;

9.  Jirrikonoxxi l-kompetenza esperta u l-leġittimità tat-tribunali sportivi speċjalizzati għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fil-qasam sportiv sakemm jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini għal proċess ġust;

10. Iqis li livell minimu ta' kwalifiki għandu jiġi stabbilit għall-aġenti tal-futbol, bit-trasparenza tkun garantita permezz ta' reġistru ta' aġenti li jkun fih lista tal-atleti rappreżentati kollha minn kull aġent kif ukoll is-salarji li jirċievu;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex l-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet sportivi jirċievu mingħand il-kumpaniji tal-imħatri perċentwal ġust tad-dħul meta l-kompetizzjonijiet tagħhom huma sottoposti għal imħatri sabiex l-integrità tal-isport tal-massa tkun issalvagwardjata u żviluppata;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tibda djalogu mal-organizzazzjonijiet professjonali tal-isport kollha fuq kif għandhom jiġu indirizzati l-problemi li jinħolqu minħabba d-differenzi fl-Istati Membri għal dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratti tal-impjiegi (eż. l-età minima biex jiġi ffirmat kuntratt ta' impjieg), il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iskemi tas-salarji għal sportivi professjonali rġiel u nisa, kif ukoll ir-regoli dwar l-għajnuna tal-Istat u r-regoli tal-kompetizzjoni għall-isport professjonali (eż. in-numru massimu ta' plejers li għandhom jintużaw tul l-istaġun kollu fil-kompetizzjonijiet kollha, il-perjodi ta' trasferiment);

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

10.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Sajjad Karim, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Diana Wallis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kurt Lechner, Toine Manders, Paulo Rangel

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2) prezenti għall-votazzjoni finali

Pablo Zalba Bidegain

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (3.10.2011)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport
(2011/2087(INI))

Rapporteur: Emine Bozkurt

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.  Jirrikonoxxi l-ispeċifiċità tal-isport, iżda jisħaq fuq il-fatt li r-regoli sportivi jridu f'kull ħin ikunu konformi mal-liġi tal-UE u speċjalment mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jenfasizza l-bżonn għat-trasparenza u r-responsabbiltà fl-istrutturi regolatorji tal-isport; jistieden lill-Korpi tat-Tmexxija tal-Isports (SGBs) jadottaw politika ta' toleranza żero fuq il-korruzjoni, kif ukoll jimplimentaw kodiċijiet etiċi bbażati fuq l-integrità morali u konsiderazzjoni ġenwina għall-kompetizzjoni ġusta, biex jinħolqu timijiet indipendenti għal investigazzjoni interna u biex tiġi stabbilita kooperazzjoni fil-qrib mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu definizzjoni tal-frodi sportiv fil-liġi kriminali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw approċċ armonizzat kontra l-korruzzjoni fl-isport; jenfasizza l-bżonn biex tiġi inkluża kull forma ta' korruzzjoni fl-isport fil-Pakkett Kontra l-Korruzzjoni;

3.  Jikkunsidra li t-tbagħbis tal-logħob, flimkien mal-imħatri illegali u sponsorjar falz għal skopijiet ta' evażjoni fiskali, huwa problema serja fl-Ewropa u huwa forma tipika ta' reat li jġib miegħu dħul għoli u f'ċerti Stati sentenzi u rati ta' kxif qosra wisq, ħafna drabi akkumpanjat mill-attività ta' organizzazzjonijiet kriminali speċjalizzati relatata mal-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-droga u tal-bnedmin;

4.  Jistieden lill-SGBs jiflu l-kumpaniji li huma sottokuntratturi li jorganizzaw il-logħob qabel ma joħorġu l-liċenzji; jistieden lill-SGBs joħolqu għodda effettiva biex isir monitoraġġ fuq il-logħob; jistieden lill-Europol jaħdem ma' timijiet konġunti ta' investigazzjoni u jikkoopera mal-Eurojust rigward il-korruzzjoni fl-isport; jenfasizza l-bżonn biex issir aktar kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra x-xiri tal-logħob;

5.  Jistenna bil-ħerqa r-riżultati tas-Sistema ta' Korrispondenza tat-Trasferimenti tal-FIFA, speċjalment fir-rigward tat-trasparenza, il-fair play finanzjarju, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-traffikar tal-bnedmin; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-sistema tikkonforma mal-leġiżlazzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE; jistieden lill-SGBs jgħaqqdu d-data mis-Sistema ta' Korrispondenza tat-Trasferimenti ma sistemi oħrajn kontra l-korruzzjoni biex ikun hemm monitoraġġ aktar effikaċi għall-ġlieda kontra t-tbagħbis tal-logħob;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-minorenni għandhom jitħarsu dejjem; jistieden lill-SGBs iwettqu skrutinju ta' kull eċċezzjoni li ssir għar-regola li t-trasferimenti ta' minorenni mhumiex permessi, u jnaqqsu dawn l-eċċezzjonijiet għal minimu assolut;

7   Jistieden lill-SGBs joħolqu sistema ta' reġistrazzjoni għall-aġenti tal-plejers, akkumpanjat minn kodiċi ta' kondotta u mekkaniżmu ta' sanzjonijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li x-xogħol tal-aġenti tal-plejers jiġi professjonalizzat, b'ċertifikat jew xi ħaġa ta' din in-natura;

8.  Jenfasizza l-bżonn għal ftehim li jorbot bejn l-SGBs u l-organizzazzjonijiet tal-logħob tal-azzard fuq il-monitoraġġ tal-logħob u l-ġlieda kontra l-frodi fl-isport; jistieden lill-organizzazzjonijiet tal-logħob tal-azzard jassumu r-responsabbiltà li jżommu s-settur nadif u jikkoperaw mal-SGBs dwar dawn il-kwistjonijiet;

9   Jisħaq fuq il-ħtieġa biex jiġu indirizzati l-operaturi mhux awtorizzati tal-logħob tal-azzard, dawk ibbażati fl-UE u dawk li mhumiex, peress li dawn jisgħu jevitaw is-sistemi ta' monitoraġġ ta' frodi sportiva;

10. Jenfasizza li l-glieda kontra d-doping għandha tkun kompletament konformi mal-liġijiet tal-UE, speċjalment mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-liġijiet dwar il-privatezza u dwar il-protezzjoni tad-data, u l-liġijiet tax-xogħol; jappella lill-World Anti-Doping Agency biex toħloq sistema amministrattiva lokali li tkun preċiża u faċli biex tintuża f’konformità mal-liġi tal-UE; jenfasizza l-bżonn għal statistika relevanti; jinnota l-importanza li jiġi ppenalizzat l-użu tad-drogi aktar milli l-fatt li t-testijiet ma jsirux; jistieden lill-komunità sportiva tippromwovi mentalità sportiva assoċjata mal-benessri mentali u fiżiku u mhux biss indirizzata lejn ir-rendiment, li f'ċerti każi jista' jwassal għal forom serji ta' dipendenza fuq id-drogi u fuq is-sustanzi li jtejbu r-rendiment;

11. Jindika li l-attività fiżika hi essenzjali għal stil ta' ħajja f'saħħtu u xieraq, kif ukoll ħajja indipendenti għal persuni b'diżabilità, u għandha tkun akkumpanjata minn dieta xierqa; barra minn hekk, l-isport hu għodda prezzjuża għall-lieda kontra l-emarġinazzjoni u l-esklużjoni soċjali;

12. Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-vjolenza fl-avvenimenti sportivi, b'mod partikulari fejn jinvolvu t-trasport bejn gruppi organizzati ta' sapporters bejn Stati Membri; jistieden, għal dan il-għan, lill-Istati Membri jħeġġu skambju ta' informazzjoni, ta' esperjenza u ta' prattiki tajba, biex b'hekk jagħmluha aktar faċli li jiġu antiċipati u pprevenuti l-atti ta' vjolenza kemm fil-grawnd, kif ukoll barra minnu;

13. Jiddeplora n-nuqqas ta' attenzjoni murija għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Isport; jargumenta favur l-applikabilità bażika tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni fil-qasam tal-isport professjonali u dilettantistiku fl-Unjoni Ewropea u jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni jittrasponu u jimplimentaw id-Direttivi 2000/78/KE u 2000/43/KE b'mod effikaċi;

14. Jikkunsidra li l-klabbs sportivi u l-istejdjums huma l-post tax-xogħol tal-atleti professjonisti u li, għaldaqstant, kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni tkun diskriminazzjoni li qed isseħħ fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-organizzazzjonijiet professjonali u l-klabbs fil-qasam ta’ l-isports sabiex iniedu kampanji biex jiġġieldu kull forma ta’ diskriminazzjoni, razziżmu, u ksenofobija qabel u waqt parteċipazzjoni f’attivitajiet sportivi, u waqt u wara partiti sportivi, kemm fl-istejdjums kif ukoll barra minnhom; jitlob il-publikazzjoni ta' rapporti annwali dwar il-progress f'dan il-qasam; jitlob li jkun hemm sanzjonijiet minimi u klawżoli kuntrattwali rigward id-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkontrolla dan il-proċess;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.9.2011

 

 

 

Rizultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Louis Michel, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Valdemar Tomaševski, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Ioan Enciu, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Jean Lambert, Mariya Nedelcheva, Hubert Pirker, Debora Serracchiani, Gianni Vattimo

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) prezenti għall-votazzjoni finali

Anna Rosbach

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (23.9.2011)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar id-dimensjoni Ewropea fl-isport
(2011/2087(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Joanna Senyszyn

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rispett għall-istandards fundamentali tax-xogħol fil-produzzjoni ta' prodotti sportivi għal-Logħob Olimpiku[1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar in-nisa u l-isport[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-prostituzzjoni sfurzata fil-qafas tal-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali[3],

–   wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Isport tal-proġett Jump in Olympia - Strong(er) Women through Sport,

–   wara li kkunsidra l-Karta għal Azzjoni biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra l-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru fl-isport,

1.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet interessati, lill-assoċjazzjonijiet tal-isport u l-federazzjonijiet relevanti jiggarantixxu aċċess ugwali lin-nisa u l-irġiel għal attivitajiet sportivi li jkunu xierqa, adatti għall-età tagħhom u ekonomiċi, u jiżviluppaw opportunitajiet tal-isport u programmi li jippromwovu kemm il-parteċipazzjoni fl-isport, kif ukoll interess sostnut fl-attività sportiva b’mod partikolari għall-bniet u n-nisa minn sfondi żvantaġġati, sabiex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jiġi żgurat li l-atleti nisa jingħataw trattament ugwali fl-għoti ta’ tagħmir u provvisti u l-ipprogrammar tal-logħob, il-ħinijiet għall-prattika u l-ikkowċjar;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif ukoll lill-partijiet interessati u l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi relevanti, jiżguraw parità fis-sħubija fl-organi għat-teħid tad-deċiżjonijiet sportivi u fl-aċċess għall-pożizzjonijiet ta' trejner u amministratur fl-assoċjazzjonijiet sportivi;

3.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-federazzjonijiet nazzjonali jiżguraw li l-irġiel u n-nisa li jieħdu sehem fi sport kompetittiv ta' livell għoli jirċievu premijiet ta' valur indaqs, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ugwali ta' taħriġ u preparament, inkluż appoġġ mediku, flimkien ma' aċċess indaqs għall-avvenimenti kompetittivi, għall-benefiċċji soċjali u skemi ta' riintegrazzjoni xierqa wara li tintemm il-karriera sportiva tagħhom;

4.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-korpi nazzjonali li jirregolaw l-isport jimpenjaw ruħhom biex jaffrontaw l-omofobija u t-transfobija, kif ukoll jimplimentaw sew leġiżlazzjoni u politiki kontra d-diskriminazzjoni speċjalment għall-atleti leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tagħhom relatati mal-isport u, b'mod partikulari, fl-iżvilupp tal-politiki, fil-proċessi tal-ippjanar, fil-proċeduri baġitarji u fl-iżvilupp tar-riżorsi umani b'fehim aktar fil-fond tax-xkiel li jaffrontaw in-nisa u l-bniet biex ikollhom aċċess għall-isport, jieħdu sehem fih u jgawdu minnu, kif ukoll jieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw rappreżentanza aħjar tan-nisa u l-irġiel f’livelli xierqa f’entitajiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet sportivi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw programmi sportivi integrati sabiex jisfidaw u jġibu fix-xejn il-kunċetti żbaljati dwar il-kapaċitajiet tan-nisa, jgħinu fit-tnaqqis tad-diskriminazzjoni u l-isterjotipi relatati mal-ġeneri u jwessgħu r-rwol assenjat lin-nisa;

7.  Jinkoraġġixxi l-ħolqien tan-netwerks tan-nisa fil-qasam tal-isport biex jippromwovu l-iskambju tal-aqwa prattiki u informazzjoni;

8.  Jispeċifika li jekk il-bniet jiġu involuti fl-attivitajiet sportivi flimkien mas-subien, dan jista' jgħin biex jingħelbu l-preġudizzji u l-isterjotipar, li ta' spiss jikkontribwixxu għall-vulnerabilità soċjali tan-nisa u l-bniet;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponi miżuri speċifiċi u jiżviluppaw programmi bil-ħsieb li jiżguraw li l-midja tkopri l-isports b’tali mod li jkun ibbilanċjat, jevitaw id-diskriminazzjoni bejn is-sessi u jnaqqsu l-isterjotipar tan-nisa fl-isport u jitlob lill-organizzazzjonijiet u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-isport jimpenjaw ruħhom fil-monitoraġġ tal-progress f’dan il-qasam;

10. Itenni l-istedina tiegħu lill-Eurostat biex jiżviluppa indikaturi u statistika dwar l-involviment maskili u femminili fl-isport;

11.  Jikkunsidra li l-isportivi nisa tal-ogħla livell huma mudell tajjeb għaż-żgħażagħ; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tar-rwol tal-midja biex iżżid il-viżibilità ta' dawn l-isportivi nisa;

12. Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa u tħeġġeġ ir-riċerka Ewropea li tinvestiga l-persistenza tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-isport u r-raġunijiet għalfejn in-nisa jinterrompu l-karrieri sportivi tagħhom; jenfasizza li r-rikonoxximent u l-appoġġ finanzjarju tal-assoċjazzjonijiet u l-istituzzjonijiet sportivi għandhom jiddependu fuq il-konformità mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha tal-isport;

13. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar l-importanza ta' edukazzjoni fiżika ta' kwalità għolja, relatata mal-età u adatta għat-tfal għall-bniet u s-subien mill-kindergardin 'il quddiem, u għalhekk jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ strateġiji u linji gwida xierqa;

14. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu s-sħubijiet mal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla bl-intenzjoni li jiguraw l-integrazzjoni tal-ġeneri fl-edukazzjoni tal-professjonisti sportivi u, b'mod partikulari, tal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika, minħabba r-rwol fundamentali li jiżvolġu l-għalliema fis-sensibilizzazzjoni tal-ġenituri u tal-istudenti fir-rigward tal-ħtieġa li jiġi miġġieled l-isterjotipar tal-ġeneri;

15. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz possibbli biex jippromwovu u, b'hekk, jiżguraw taħlita ta' ġeneri fil-prattika tal-isport fl-iskejjel u fil-faċilitajiet sportivi pubbliċi;

16. Jenfasizza li l-projbizzjoni tal-ġenituri biex il-bniet immigranti ma jieħdux sehem fl-isport u fl-għawm fl-iskola ma tistax tiġi ttollerata jew skużata minħabba raġunijiet kulturali jew reliġjużi;

17. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw linji gwida dwar kombinazzjoni ta’ taħriġ ikkombinat fl-isport u edukazzjoni fiżika ġenerali li tqis il-perspettiva tas-sessi;

18. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jippromwovu, minkejja r-regoli jew l-obbligi imposti fuq in-nisa relatati ma' fatturi kulturali, tradizzjonali, storiċi jew reliġjużi fis-soċjetà, il-libertà assoluta kemm għan-nisa, kif ukoll għall-irġiel li jeżerċitaw kull tip ta' sport;

19. Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw proċess ta' baġitjar li jqis il-ġeneri, i.e. finanzjament indaqs għall-klabbs sportivi/timijiet nazzjonali femminili u maskili, ħalli ħadd ma jitħalla barra minħabba raġunijiet finanzjarji;

20. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri u programmi speċifiċi mmirati biex jiżguraw li n-nisa u l-irġiel ma jkollhomx jabbandunaw karriera fl-isport minħabba l-impossibilità li jirrikonċiljaw il-ħajja tagħhom fil-familja ma’ dik fl-isport professjonali, u jipprovdu taħriġ u pariri speċjalment għall-atleti nisa, biex jgħinhom jirritornaw għall-ħajja tax-xogħol, partikolarment wara liv ta' maternità jew parentali;

21. Jissuġġerixxi wkoll li f'dan il-kuntest għandhom jitqiesu kampanji ta' sensibilizzazzjoni sportiva mmirati lejn il-kindergardins u l-iskejjel, fejn ex professjonisti sportivi rġiel u nisa jiġu ppreżentati bħala mudelli sabiex iqajmu jew isostnu interess fl-isport fost it-tfal u ż-żgħażagħ;

22. Jargumenta favur il-ħolqien ta' crèches fiċ-ċentri sportivi u l-ġimms sabiex l-ommijiet u l-missirijiet li jkunu qed irabbu t-tfal ikunu jistgħu jiġu ggarantiti aċċess indaqs għall-faċilitajiet sportivi;

23. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-proġetti transnazzjonali li jippromwovu t-taħriġ sensibbli għall-kwistjonijiet tal-ġeneri fil-maniġment, fl-ikkowċjar, fl-irreffjar u fil-midja sabiex in-nisa jingħataw is-setgħa li jaħdmu fil-funzjonijiet differenti meħtieġa fl-isport;

24. Jitlob lill-Kummissjoni toħloq “Programm ta’ Skambju għall-Atleti Nisa” u żżid il-boroż ta’ studju, it-taħriġ u l-opportunitajiet ta' impjieg għall-atleti nisa, il-kowċis u professjonisti nisa oħra f’dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa standards professjonali għas-settur tal-isport li jinkludu deskrizzjoni komprensiva tal-kwalifiki attwali u prospettivi speċifiċi għas-settur;

25. Jindika li ħafna bniet jilagħbu sport fi tfulithom, ħafna jieqfu waqt l-addolexxenza, u f'dan il-kuntest jirreferi għar-riċerka li turi li l-bniet jaffaċċjaw pressjoni espliċita jew sottili minn pari u l-familji biex "jiffemminizzaw" jew jassumu responsabilitajiet li jipprojbixxu t-tkomplija tal-parteċipazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-korpi nazzjonali li jirregolaw l-isport jiżviluppaw strateġiji għall-programmi u kowċis għall-appoġġ, b'mod speċjali, tal-bniet interessati fl-isport biex jiżviluppaw identità atletika;

26. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru l-istess livell ta’ finanzjament lill-atleti nisa u rġiel u jikkofinanzjaw proġetti permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) bħala appoġġ għal infrastruttura tal-isport li tkun adattata għall-ħtiġijiet tan-nisa, u jsostnu, permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-ħiliet u l-impjegabilità tan-nisa fis-settur sportiv, inklużi karigi fil-maniġment u fl-ogħla livelli fl-aġenziji u l-federazzjonijiet sportivi internazzjonali ta' influwenza bħall-Fédération Internationale de Football Association u l-Kumitat Olimpiku Internazzjoni;

27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu appoġġ finanzjarju għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet sportivi, appoġġ li jkun jiddependi fuq ir-rekwiżit ta' konformità mal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha.  

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Andrea Češková, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constance Le Grip, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Raül Romeva i Rueda, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Jill Evans, Christa Klaß, Kartika Tamara Liotard, Mariya Nedelcheva, Katarína Neveďalová, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou, Joanna Senyszyn

.

  • [1]  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 757.
  • [2]  ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 605.
  • [3]  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p.292.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

10.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, Sampo Terho, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Sabine Verheyen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Liam Aylward, Heinz K. Becker, Ivo Belet, Timothy Kirkhope, Hans-Peter Martin, Georgios Papanikolaou

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Zalba Bidegain