– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' April 2011 dwar ir-rapporti ta' inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta’ April 2011 mill-President tal-Parlament Ewropew lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0399/2011),
1. Jinnota d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' April 2011 li tiddikjara li r-rapporti fuq inizjattiva proprja mfassla abbażi ta-rapporti annwali tal- u - ta' monitoraġġ elenkati fl-Annessi 1 u 2 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 kif stipulat fl-Anness XVIII għar-Regoli ta' Proċedura tiegħu ("Deċiżjoni tal-2002") għandhom jitqiesu bħala rapporti strateġiċi skont it-tifsira tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2), u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jinkorpora din id-deċiżjoni fl-Anness XVIII;
2. Hu tal-fehma li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-2002 issa m'għadux japplika, b'riżultat tad-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-Istatut għall-Membri, u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jadottaw l-Anness XVIII;
3. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
4. Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 48 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skont il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skont l-Artikolu 157(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skondid-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti.
2. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skont il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skont l-Artikolu 157(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skont id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport kien awtorizzat bħala rapport strateġiku.
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 163 – paragrafu 2 a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
2a.Dan l-Artikolu m’għandux japplika għar-rapporti fuq inizjattiva proprja, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmijin fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2).
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 167 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Meta sseħħ il-votazzjoni dwar kwalunkwe rapport fuq inizjattiva proprja, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2), il-votazzjoni b’sejħa tal-ismijiet tista’ tintalab biss għall-votazzjoni finali.
NOTA SPJEGATTIVA
Tul il-laqgħa tagħha tas-7 ta' April 2011, il-Konferenza tal-Presidenti approvat ġabra ta' rakkomandazzjonijiet stipulati f'nota imressqa mill-koordinament tal-gruppi politiċi li jikkonċernaw it-trattament ta' rapporti fuq inizjattiva proprja.
Bil-għan li jitjieb it-trattament tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, b'mod artikolari fl-istadju tal-plenarja, il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li r-rapport INI imfassal abbażi tar-rapporti annwali ta’ attività u monitoraġġ (kif elenkati fl-Annessi 1 u 2 tal-Anness XVIII tar-Regoli ta' Proċedura) għandu jitqies bħala rapport strateġiku skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet ukoll, tul l-istess laqgħa, li tistieden lill-Kumitat tagħna biex jeżamina l-kwisjoni, dwar jekk l-Artikoli 163 u 167 għandhomx japplikaw għar-rapporti INI, wara kunsiderazzjoni tal-objettivi tal-aħħar reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura dwar din il-kwistjoni.
Bl-ittra tas-26 ta' April 2011, il-President tal-Parlament Ewropew talab lill-Kumitat tagħna biex jiżgura segwitu xieraq ta' dawn id-deċiżjonijiet.
Peress li r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Presidenti iqisu li "d-deċiżjoni dwar jekk ir-rapport INI huwiex strateġiku jew le, skont is-sinifikat tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2) tar-regoli ta' Proċedura għandha titwettaq (...) mill-Konferenza tal-Presidenti fl-istadju ta' awtorizzazzjoni bl-użu ta' interpretazzjoni aktar politika tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 kif emendata (Anness XVIII tar-Regoli ta' Proċedura)", għalhekk ir-rapporteur iqis li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2) għandha tiġi adottata skont il-każ.
Rigward il-kwistjoni ta' jekk l-Artikoli 163 u 167 għandhomx japplikaw għar-rapporti INI, ir-rapport iqis li t-talba għal votazzjoni maqsuma għandha titħalla biss għal rapporti fuq inizjattiva proprja msemmija fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2). Bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 48(2), it-talba għal votazzjoni b’sejħa tal-ismijiet tista’ tintalab biss għall-votazzjoni finali.
Fl-aħħar nett, peress li l-Anness XVIII tar-Regoli ta' Proċedura jirriproduċi deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002, ir-rapporteur iqis li l-modifika ta' dan l-Anness hi kompetenza tal-Konferenza tal-Presidenti u għalhekk l-AFCO jista' biss jieħu nota tad-deċiżjoni meħuda u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jadatta l-Anness skont il-każ. Jaħtaf l-okkażjoni ta' dan ir-rapport biex jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jadotta l-Anness XVIII bi qbil ma’ deċiżjoni preċedenti tal-Parlament.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
22.11.2011
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
19
1
2
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Giuseppe Gargani, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, József Szájer, Rafał Trzaskowski
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
John Stuart Agnew, Zuzana Brzobohatá, Dimitrios Droutsas, Marietta Giannakou, Alain Lamassoure, Íñigo Méndez de Vigo