dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom.
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0484),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0219/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0447/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/102/KE tal-4 ta' Novembru 2009, 2009/290/KE tal-20 ta' Jannar 2009 u 2009/459/KE tas-26 ta' Ġunju 2009 l-Ungerija, il-Latvja u r-Rumanija ingħataw għajnuna finazjarja.
(8) Bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/102/KE tal-4 ta' Novembru 2009, 2009/290/KE tal-20 ta' Jannar 2009 u 2009/459/KE tas-26 ta' Mejju 2009 l-Ungerija, il-Latvja u r-Rumanija ingħataw għajnuna finazjarja.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Il-perjodu li matulu l-għajnuna kienet disponibbli skont ir-Regolamenti 407/2010 u 332/2002hija stipulata fid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill rispettivi. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti għajnuna lill-Ungerija skadiet fl-4 ta' Novembru 2010.
(9) Il-perjodu li matulu l-għajnuna kienet disponibbli għall-Irlanda, l-Ungerija, il-Latvja, il-Portugall u r-Rumanijahuwa stipulat fid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill rispettivi. Il-perjodu li matulu kienet disponibbli għajnuna lill-Ungerija skada fl-4 ta' Novembru 2010.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a)Il-perjodu li matulu hija disponibbli għall-Greċja l-għajnuna finanzjarja taħt il-Ftehim bejn il-Kredituri u l-Ftehim għal Faċilità ta' Self huwa differenti għal kull Stat Membru li qed jipparteċipa f'dawn l-istrumenti.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li kwalunkwe Stat Membru li jagħmel talba biex jibbenefika mid-deroga skont dan ir-Regolament jispeċifika b'mod ċar fit-talba tiegħu d-data minn meta tibda, u minn meta hija ġustifikata l-applikazzjoni tad-deroga għal dak l-Istat Membru f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Fil-11 ta' Lulju 2011, il-ministri tal-finanzi tas-17-il Pajjiż Membru taż-żona euro iffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Huwa previst li sal-2013, il-MES se jassumi l-kompiti li bħalissa qed jitwettqu mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM).
(10) Fil-11 ta' Lulju 2011, il-ministri tal-finanzi tas-17-il Pajjiż Membru taż-żona euro iffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Skont it-Trattat, li huwa konsegwenza tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011, sal-2013, il-MES se jassumi l-kompiti li bħalissa qed jitwettqu mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM). Dan il-mekkaniżmu tal-futur għaldaqstant għandu diġà jiġi kkunsidrat f'dan ir-Regolament.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10a) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-ħsieb tal-Kummissjoni li ssaħħaħ is-sinerġiji bejn il-programm ta' self għall-Greċja u l-fondi tal-Unjoni, u jappoġġa l-isforzi biex tiżdied il-kapaċità tal-Greċja li tassorbi l-fondi tal-Unjoni sabiex tistimula t-tkabbir u l-impjiegi billi tiffoka mill-ġdid fuq it-titjib tal-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi.Barra minn hekk, jilqa' u jappoġġa l-preparazzjoni mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, ta' programm komprensiv ta' għajnuna teknika lill-Greċja.Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għal dawn l-isforzi biex tiżdied is-sinerġija.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, biex jitħaffu l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni u biex titjieb id-disponibbiltà tal-fondi lill-ekonomija, huwa meħtieġ li jkun permess li jiżdiedu l-pagamenti interim mill-Fond Ewropew għas-Sajd b'ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali iktar mir-rata ta' kofinazjament attwali għal kull assi prijoritarju għall-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom.
(11) Sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, biex jitħaffu l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni u biex titjieb id-disponibbiltà tal-fondi lill-ekonomija, huwa meħtieġ li jkun permess, f'każijiet ġustifikati, temporanjament u mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta' programmar 2014-2020, li jiżdiedu l-pagamenti interim mill-Fond Ewropew għas-Sajd b'ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali iktar mir-rata ta' kofinazjament attwali għal kull assi prijoritarju għall-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom, u li talbu biex jibbenefikaw minn din il-miżura, b'riżultat ta' tnaqqis korrispondenti fil-kontropoarti nazzjonali.Minħabba n-natura temporanja taż-żieda u sabiex jinżammu r-rati ta' kofinanzjament oriġinali bħala l-punt ta' referenza għall-kalkolu tal-ammonti miżjuda temporanjament, it-tibdiliet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu mgħandhomx ikunu riflessi fil-pjan finanzjarju inkluż fil-programmi operattivi.Madankollu, għandu jkun possibbli li l-programmi operattivi jiġu aġġornati sabiex il-fondi jiġu kkonċentrati fuq il-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi u biex il-miri u l-objettivi tagħhom jiġu allinjati mat-tnaqqis tal-finanzjament totali disponibbli.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11a)L-Istat Membru li jagħmel talba lill-Kummissjoni biex jibbenefika mid-deroga skont dan ir-Regolament għandu jispeċifika b'mod ċar fit-talba tiegħu id-data minn meta huwa jqis li hija ġustifikata l-applikazzjoni tad-deroga.Fit-talba tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni, permezz ta' data dwar is-sitwazzjoni makroekonomika u fiskali tal-Istati Membru, tkun tista' tistabbilixxi;li r-riżorsi għall-kontroparti nazzjonali ma jkunux disponibbli. Għandu wkoll juri li żieda fil-ħlasijiet li tirriżulta mill-għoti ta' deroga hija meħtieġa biex tiġi salvagwardjata l-implimentazzjoni kontinwa tal-programmi operattivi u li l-problemi tal-kapaċità ta' assorbiment jippersistu anki jekk jintużaw il-limiti massimi applikabbli għar-rati ta' kofinanzjament, stabbiliti fl-Artikolu 53(3). L-Istat Membru kkonċernat għandu wkoll jipprovdi r-referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti jew atti legali oħra li jagħmlu lill-Istat Membru eliġibbli biex jibbenefika mid-deroga. Jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha perjodu adegwat, li jibda mit-tressiq tat-talba, biex tivverifika l-korrettezza tal-informazzjoni mressqa u biex tqajjem kwalunkwe oġġezzjoni. Sabiex id-deroga tkun effettiva u operattiva, għandu jkun hemm preżunzjoni li jekk il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni, allura t-talba tal-Istat Membru għandha titqies bħala ġustifikata. Jekk il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjoni għat-talba tal-Istat Membru, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar dan, fejn għandhom jingħataw ir-raġunijiet.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12a)Jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm rappurtar addattat dwar l-użu tal-ammonti miżjuda magħmula disponibbli għall-Istati Membri li jibbenefikaw minn żieda temporanja f'pagamenti interim skont dan ir-Regolament.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13) Wara t-tmiem tal-perjodu li matulu kienet disponibbli l-għajnuna finanzjarja, ir-riżultati tal-evalwazzjonijietmwettqa skont l-Artikolu 18(2) jistgħu jenfasizzaw il-ħtieġa ta' valutazzjoni, fost l-oħrajn, dwar jekk it-tnaqqis ta' kofinanzjament nazzjonali jwassalx għal tbegħid sinifikanti mill-għanijiet stabbiliti fil-bidu. Din l-evalwazzjoni tista' twassal għar-reviżjoni tal-programm operazzjonali.
(13) Wara t-tmiem tal-perjodu li matulu kienet disponibbli l-għajnuna finanzjarja, jista' jagħti l-każ li l-evalwazzjonijietimwettqa skont l-Artikolu 18(2) ikollhom jagħmlu valutazzjoni, fost l-oħrajn, dwar jekk it-tnaqqis ta' kofinanzjament nazzjonali jwassalx għal tbegħid sinifikanti mill-għanijiet stabbiliti fil-bidu. Din l-evalwazzjoni tista' twassal għar-reviżjoni tal-programm operazzjonali.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(14)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għas-Sajd għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
imħassar
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Minħabba li l-kriżi finanzjarja globali ta' bla preċedent u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżaw ħsara serja fl-istabbiltà finanzjarja ta' bosta Stati Membri teħtieġ rispons malajr sabiex jiġu affrontati l-effetti fuq l-ekonomija b'mod inġenerali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr u għandu japplika b'mod retroattiv għall-perjodi li matulhom l-Istati Membri rċevew għajnuna finanzjarja mill-Unjoni jew minn Stati Membri oħra taż-żona euro sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom,
(15) Minħabba li l-kriżi finanzjarja globali ta' bla preċedent u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżaw ħsara serja fl-istabbiltà finanzjarja ta' bosta Stati Membri teħtieġ rispons malajr sabiex jiġu affrontati l-effetti fuq l-ekonomija b'mod inġenerali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.Meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, għandu japplika b'mod retroattiv, jew sa mis-sena baġitarja 2010 jew mid-data li fiha ssir disponibbli l-għajnuna finanzjarja, skont l-istejtus tal-Istat Membru li jressaq it-talba, għall-perjodi li matulhom l-Istati Membri rċevew għajnuna finanzjarja mill-Unjoni jew minn Stati Membri oħra taż-żona euro sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom,
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15a)Meta titqies żieda temporanja fil-ħlasijiet interim, din iż-żieda temporanja għandha wkoll tiġi kkunsidrata fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri kollha, u dawk ir-restrizzjonijiet baġitarji għandhom ikunu riflessi kif xieraq fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.Barra minn hekk, peress li l-għan ewlieni tal-mekkanżimu huwa li jiġu indirizzati diffikultajiet attwali, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun limitata fiż-żmien.Għalhekk, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2010 u t-tul ta' żmien tiegħu għandu jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2013.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15b)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għas-Sajd1 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
______________
1 ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 76 - paragrafu 3 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a.Il-pagamenti interim miżjuda li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom fl-iqsar perjodu ta' żmien ikunu disponibbli għall-awtorità amministrattiva u għandhom jintużaw biss biex isiru pagamenti b'rabta mal-implimentazzjoni tal-programm operattiv.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 76 – paragrafu 3 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3b.Fil-kuntest tar-rappurtar annwali skont l-Artikolu 67(1), l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni adatta dwar l-użu tad-deroga msemmija fl-Artikolu 76(3), u juru kif l-ammonti miżjuda ta' appoġġ ikkontribwixxew għall-promozzjoni tal-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi fl-Istat Membru kkonċernat.Din l-informazzjoni għandha titqies mill-Kummissjoni fit-tħejjija tar-rappurtar annwali previst fl-Artikolu 68(1).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. B'deroga mill-Artikolu 53(3), fuq it-talba ta' Stat Membru, il-pagamenti tal-bilanċ tal-aħħar jistgħu jiżdiedu b'ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali iktar mir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal kull assi prijoritarju, li għandhom jiġu applikati għall-ammont ta' nefqa pubblika eliġibbli li tkun għadha kif ġiet dikjarata f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mressqa matul il-perjodu li fih l-Istat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. B'deroga mill-Artikolu 53(3), fuq it-talba ta' Stat Membru, il-pagamenti tal-bilanċ tal-aħħar għandhom jiżdiedu b'ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali iktar mir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal kull assi prijoritarju sa massimu ta' mija fil-mija, li għandhom jiġu applikati għall-ammont ta' nefqa pubblika eliġibbli li tkun għadha kif ġiet dikjarata f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mressqa matul il-perjodu li fih l-Istat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 76(3).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a)l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja* jew, tkun disponibbli għalih minn Stati Membri oħra taż-żona Euro qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament;
imħassar
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b)l-għajnuna finanzjarja fuq terminu medju ta' żmien tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002**;
imħassar
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 - paragrafu 2 - punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c)l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi il- Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà ffirmat fil-11 ta' Lulju 2011.
imħassar
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77a (ġdid) – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Minkejja l-Artikolu76 (3) u l-Artikolu 77(2), il-kontribuzzjoni tal-Unjoni permezz ta' pagamenti interim u pagamenti tal-aħħar bilanċ, m'għandhiex tkun ogħla mill-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Fondi għal kull assi prijoritarju u għan kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.
1. Minkejja l-Artikoli 76 (3) u 77(2), il-kontribuzzjoni tal-Unjoni permezz ta' pagamenti interim u pagamenti tal-aħħar bilanċ, m'għandhiex tkun ogħla mill-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Fondi għal kull assi prijoritarju u għan kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 a (ġdid) - paragrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a.Id-deroga, imsemmija fl-Artikoli 76(3) u 77(2), għandha tingħata mill-Kummissjoni fuq talba bil-miktub minn Stat Membru li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 76(3).Il-talba għandha titressaq fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew fi żmien xahrejn mid-data li fiha Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 76(3).
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 a (ġdid) - paragrafu 1 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1b.Fit-talba tiegħu preżentata lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jiġġustifika l-ħtieġa tad-deroga, imsemmija fl-Artikoli 76(3) u 77(2), billi jipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex jistabbilixxi:
(a)permezz ta' data dwar is-sitwazzjoni makroekonomika u fiskali tiegħu, li ma jkunux disponibbli riżorsi għall-kontroparti nazzjonali;
(b)li żieda fil-pagamenti msemmija fl-Artikoli 76(3) u 77(2) hija neċessarja sabiex tkun salvagwardjata l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi,
(c)li l-problemi jippersistu anke jekk jintużaw il-limiti massimi applikabbli għar-rati ta' kofinanzjament tal-Artikolu 53(3).
(d)li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 76(3), kif ġustifikat b'referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill jew ta' att legali ieħor, kif ukoll id-data reali minn meta tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru l-għajnuna finanzjarja.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-informazzjoni mressqa tiġġustifikax l-għoti tad-deroga.Il-Kummissjoni għandha tqajjem oġġezzjonijiet dwar l-informazzjoni mressqa sa tletin jum mill-jum tat-tressiq tat-talba.Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tqajjem oġġezzjoni għat-talba tal-Istat Membru, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar dan, fejn għandhom jingħataw ir-raġunijiet.
Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għat-talba tal-Istat Membru, din għandha tiġi kkunsidrata bħala ġustifikata.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77 a (ġdid) - paragrafu 1 c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1c.It-talba tal-Istat Membru għandha tagħti dettalji wkoll dwar l-użu maħsub tad-deroga, imsemmija fl-Artikoli 76(3) u 77(2), u għandha tagħti informazzjoni dwar miżuri komplementari previsti sabiex il-fondi jikkonċentraw fuq il-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi, inkluż, fejn adatt, modifika tal-programmi operattivi.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Regolament (KE) Nru 1198/2006
Artikolu 77a (ġdid) – paragrafu 1d (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1d.Id-deroga msemmija fl-Artikoli 76(3) u 77(2) mgħandhiex tapplika għal dikjarazzjonijiet ta' nefqa mressqa wara l-31 ta' Diċembru 2013."
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Madankollu, dan għandu japplika b'mod retroattiv fl-Istati Membri li ġejjin b'effett mill-mumentli l-għajnuna finanzjarja saret disponibbli għalihom.
Madankollu, dan għandu japplika b'mod retroattiv fl-Istati Membri li ġejjin:fil-każ tal-Irlanda, il-Greċja u l-Portugall b'effett mill-jum li fih l-għajnuna finanzjarja saret disponibbli għal dawn l-Istati Membri skont l-Artikolu 76(3), u fil-każ tal-Ungerija, il-Latvja u r-Rumanija b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-dewmien fl-irkupru mill-kriżi ekonomika u finanzjarja qed iżżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali. F'dan il-kuntest, hija tqis li l-implimentazzjoni bla tfixkil tal-programmi ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari bħala għodda sabiex jiżdiedu l-fondi fl-ekonomija. Minkejja dan, l-implimentazzjoni tal-programmi spiss tkun tippreżenta sfida minħabba l-problemi ta' likwidità li jirriżultaw mil-limitazzjonijiet tal-baġit, l-iktar f'każ tal-Istati Membri li ntalqt l-iktar mill-kriżi.
Sabiex ikun żgurat li dawn l-Istati Membri jkomplu fuq il-post bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) u li l-fondi jiġu żburżati għal proġetti, il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jistgħu jippermettu l-Kummissjoni iżżid fil-pagamenti lil dawn il-pajjiżi, għall-perjodu li fih ikunu taħt il-mekkaniżmi ta' appoġġ. B'mod konkret, qed jiġi propost li tiġi applikata żieda b'għaxar punti perċentwali fuq ir-rati ta' kofinanzjament, li jkunu applikabbli għall-fus ta' prijorità tal-programmi li l-infiq tagħhom huwa ċċertifikat bħala ġdid, sottomessi tul il-perjodu kkonċernat.
Meta jiġi applikat is-suppliment, ir-rata ta' kofinanzjament tal-programm ma tistax taqbeż l-10 punti perċentwali li huma l-limiti massimi tal-Artikolu 53(3) tar-Regolament tal-Fond Ewropew għas-Sajd (75 % u 50 %, għar-reġjuni eliġibbli u mhux eliġibbli rispettivament, f'isem l-objettiv tal-konverġenza).
Dan mhux se jimponi rekwiżiti finanzjarji addizzjonali fuq il-baġit globali minħabba li l-allokazzjoni finanzjarja totali għall-perjodu mill-FES għall-pajjiżi tal-programmi inkwistjoni mhux se tinbidel.
Pożizzjoni tar-rapporteur
Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li għaddejja minnha l-Unjoni tinħass b'mod differenti minn Stat Membru għall-ieħor.
Il-politiki u l-linji gwida prinċipali li ddeterminaw il-progress tal-proċess ta' integrazzjoni, partikolarment tul dawn l-aħħar għaxar snin, kellhom l-effett li żiedu saħansitra iktar l-inugwaljanzi u l-iżbilanċi fi ħdan l-Unjoni. L-inugwaljanzi verifikati għandhom aspetti differenti. Waħda minnhom tikkonċerna l-kapaċità li wieħed jaċċedi għall-fondi Komunitarji u li jużahom.
Sa minn żmien ilu, l-isforzi nazzjonali meħtieġa, lil hinn mir-restrizzjonijiet għall-investimenti pubbliċi imposti f'isem il-patt ta' stabilità, xekklu użu sħiħ tal-fondi Komunitarji preċiżament min-naħa tal-iktar pajjiżi dgħajfa ekonomikament, li huma l-iktar li għandhom bżonnhom. L-objettiv tal-koeżjoni għalhekk jinsab kompromess.
L-hekk imsejħa programmi ta' għajnuna finanzjarja, b'mod partikolari l-iktar reċenti fosthom, li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-FMI, tal-BĊE u tal-Kummissjoni, iddeterjoraw ulterjorment is-sitwazzjoni. L-għażliet politiċi magħmula fuq il-mudell ta' dawn il-programmi jwasslu biex il-pajjiżi li jibbenefikaw minn dan l-intervent u l-popli tagħhom jidħlu f'riċessjoni ekonomika qawwija u traġika, li teqred parti kbira mit-tessut ekonomiku u soċjali u taffettwa kemm il-kapaċitajiet ta' investiment privati (b'mod partikolari s-SME) kif ukoll l-investimenti pubbliċi li, f'ċerti każijiet, laħqu livelli li dawn il-pajjiżi qatt ma kienu esperjenzaw.
Il-komunitajiet tul il-kosti li l-iktar li huma dipendenti fuq is-sajd ukoll jesperjenzaw dan ix-xenarju ġenerali. Iżda f'dan il-każ, ma dax-xenarju ġenerali għandhom jiġu kkunsidrati wkoll snin ta' deterjorament u ta' qerda, dovuti għall-evoluzzjoni speċifika konstatata fis-settur.
Barra minn hekk, sfortunatament, il-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-kofinanzjament tal-Unjoni favur il-pajjiżi li għaddejjin minn diffikultajiet kbar, filwaqt li jonqos b'mod proporzjonat l-isforz nazzjonali meħtieġ għall-użu tal-fondi - li kienet ilha mistennija b'mod urġenti - waslet tard wisq.
Fil-każ konkret tal-FES, skont it-termini tat-tielet rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-FES (2009), "miżuri ta' awsterità nazzjonali rrestrinġew il-kofinanzjament nazzjonali" u "l-benefiċjarji privati [...] intlaqtu b'mod partikolari mir-restrizzjonijiet tal-kreditu", u dan wassal għal tnaqqis fit-taxxa ta' assorbiment tal-finanzjament disponibbli. F'dan l-istess rapport, il-Kummissjoni tindika li hi "se tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programm permezz ta' tfassil aħjar tal-miżuri", u semmiet b'mod partikolari l-possibilità li tagħmel użu mill-istrumenti ta' għajnuna, sabiex isir użu aħjar mill-FES. Barra minn hekk, għandha titqiegħed enfasi fuq l-effetti negattivi tal-allokazzjoni tal-parti l-kbira tal-krediti lid-demolizzjoni tal-bastimenti li, b'hekk, ma kkontribwixxewx biex jaċċelleraw it-tkabbir tal-attività ekonomika, anzi bil-kontra.
Għalkemm waslet tard, il-proposta tal-Kummissjoni hija milqugħa sew. Meta titqies l-urġenza, ir-rapporteur jipproponi li tiġi adottata fl-ewwel qari, hekk kif ippreżentata mill-Kummissjoni, anke jekk fiha ċerti limiti. Huwa madankollu ma jistax jevita li jikkumenta u jagħmel rakkomandazzjonijiet, li jittama li l-Kummissjoni tikkunsidrahom:
– Il-Kummissjoni se jkollha tevalwa sa liema punt l-emenda lir-regolament se tipprovdi b'mod effettiv il-fondi meħtieġa għall-appoġġ tal-proġetti u għall-irkupru tal-ekonomija tal-Istati Membri konċernati. Għandu jitqies li r-restrizzjonijiet għall-investiment imposti mill-programmi msejħa 'ta' għajnuna finanzjarja' jistgħu, anke bil-kundizzjonijiet maħluqa reċentement, jibqgħu ixekklu l-mobilizzazzjoni tal-isforz nazzjonali meħtieġ (15 % u 40 % għar-reġjuni eliġibbli u mhux eliġibbli rispettivament, f'isem l-objettiv tal-konverġenza). Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha tqis kemm il-ħtieġa li jiġu eliminati r-restrizzjonijiet ikkonċernati għall-investimenti kif ukoll il-possibilità ta' tnaqqis ulterjuri tal-kofinanzjament nazzjonali.
– Għandu jiġi enfasizzat li l-proposta tal-Kummissjoni ma żżidx il-baġit imqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kull wieħed mill-pajjiżi li jinsabu f'diffikultà. Ir-riżultat prattiku tat-tnaqqis fl-isforz nazzjonali se jkun il-kanalizzazzjoni ta' ammont totali tal-krediti ta' investiment fis-settur komparattivament iktar limitat. Il-perspettivi ta' tkabbir offruti mill-investimenti mwettqa b'hekk se jkunu limitati. Huwa l-prinċipju nnifsu tal-koeżjoni li għal darb'oħra qed jiġi pperikolat, u l-Kummissjoni għandha tqis il-possibilità li żżid il-krediti mqiegħda għad-dispożizzjoni ta' dawn il-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-regoli li jiggvernaw ir-rikonoxximent tad-defiċits tal-kontijiet pubbliċi għandhom joħolqu distinzjoni bejn l-ispejjeż ta' investiment u l-bqija tal-ispejjeż pubbliċi; l-ispejjeż ta' investiment m'għandhomx jitqiesu, sabiex il-konsolidazzjoni baġitarja ma tindaħalx fit-tkabbir ekonomiku, li mingħajru - fuq medda twila u medja ta' żmien - din il-konsolidazzjoni ma tkunx vijabbli.
– Minbarra l-miżuri li jiffavorixxu rata ta' assorbiment ogħla tal-krediti tal-FES mill-Istati Membri, għandha ssir ukoll orjentazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet tal-FES innifsu, li essenzjalment għandu jiġi bbażat fuq l-għajnuna għall-attività ta' produzzjoni (tiġdid u modernizzazzjoni tal-flotot, permezz ta' tisħiħ tad-durabilità tagħhom, titjib tas-selettività tat-tagħmir tas-sajd, sostituzzjoni tal-magni, eċċ.) u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali.
– Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 dwar miżuri finanzjarji b'rabta mal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u d-dritt tal-baħar, li huwa strument finanzjarju ieħor importanti tal-Unjoni fil-qasam tas-sajd, mhuwiex affettwat minn din il-proposta tal-Kummissjoni. Dan ir-Regolament jipprevedi finanzjamenti f'oqsma importanti: relazzjonijiet internazzjonali, governanza, ġbir tad-data u pariri xjentifiċi, u kontroll u eżekuzzjoni tal-PKS, fejn qed jinħassu wkoll diffikultajiet ta' kofinanzjament nazzjonali. Ċerti oqsma huma determinanti biex tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli tas-sajd, ibbażata fuq l-għarfien. Billi l-perċentwali ta' kofinanzjament Komunitarju hija b'mod ġenerali relattivament baxxa (in ġenerali massimu ta' 50 %), mhuwiex ċar għaliex dan ir-Regolament ma ġiex ukoll imdaħħal fil-proposta mressqa llum mill-Kummissjoni.
PROĊEDURA
Titolu
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd