dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010(1),
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011)0473 – C7-0264/2011)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10), u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0093/2012),
1. Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010(6),
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011)0473 – C7-0264/2011)(7),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(8),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10), u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0093/2012),
1. Jinnota li, fir-rapport annwali tagħha għall-2010, il-Qorti tal-Awdituri osservat li: "Waqt li n-natura speċjalizzata tal-funzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju KEPD tista’ tiġġustifika l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni interna [organizzata fl-oqsma legali, teknoloġiċi, tar-riżorsi umani u l-assistenza amministrattiva fl-2009], din il-politika m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala n-norma. L-aħjar prattika hija li jintużaw is-servizzi tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO), li jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa fuq bażi regolari." (punt 7.32.);
2. Huwa sodisfatt li fl-2009-2010 l-KEPD organizza, b'kooperazzjoni stretta mal-EPSO, kompetizzjoni ġenerali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data biex jirrekluta persunal speċjalizzat ħafna;
3. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stmat li, abbażi tax-xogħol tal-awditjar tagħha, il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2010 għan-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu kumplessivament ħielsa minn żbalji materjali; jinnota li l-iktar żball probabli kien stmat, fil-qasam tal-"ispejjeż amministrattivi", li kien ġeneralment ta' 0,4% (paragrafi 7.9. , 7.10. u 7.32.);
4. Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri kienet talbet lill-KEPD, waqt l-eżerċizzju 2009, biex jistieden lill-membri tal-persunal tiegħu jipproduċu, f'intervalli regolari, id-dokumenti li juru s-sitwazzjoni personali tagħhom; jinnota li sadanittant il-KEPD ikkoreġa l-iżbalji li nstabu fil-qafas tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-2009 fl-2010 u l-2011, u stabilixxa strumenti li jippermettulu jtejjeb il-ġestjoni tal-allowances; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri se tivverifika l-progress fir-rapport annwali tagħha għall-2011;
5. Jinnota li fl-2010, il-KEPD kellu approprjazzjonijiet ta' impenn ta' total ta' 7 104 351 EUR (7 000 000 EUR fl-2009), u li r-rata ta' implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet kienet ta' 82,73 % (81,44 % fl-2009); jenfasizza li l-baġit tal-KEPD huwa purament amministrattiv, bl-ispiża tkun ta' 65% għall-persuni marbuta mal-istituzzjoni (intestatura 1) u 35% għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u spejjeż operazzjonali mixellanji (intestatura 2);
6. Jistieden lill-KEPD jipprepara baġits annwali li jaqblu mal-bżonnijiet tiegħu (mill-intestatura 1 intużaw biss 75% fl-2010) u biex jiżgura implimentazzjoni aħjar tal-baġit (punt 7.35.);
7. Jinnota b'sodisfazzjon li r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Kummissjoni dwar l-eżerċizzju 2009 kienu implimentati kif ġej:
– sistema interna ġdida ta' verifika finanzjarja żdiedet mal-pjan finanzjarju marbut mal-fluss tax-xogħol (workflow),
– kien innominat konsulent dwar il-kontabilità,
– iddaħħal reġistru ċentrali għall-eċċezzjonijiet, u
– qed tiġi adottata sistema ta' verifika a posteriori;
8. Jieħu nota tal-bidliet profondi introdotti fl-organizzazzjoni tal-persunal fl-2010 u jitlob li jkun infurmat dwar ir-riżultati tat-tabella tal-persunal il-ġdida; f'dan il-kuntest, japprezza li l-KEPD jinkludi fir-rapport annwali dwar l-attività tiegħu wkoll is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;
9. Jinnota li l-istabbiliment ta' sistema elettronika sigura tal-ġestjoni tal-każijiet tikkostitwixxi progress; jixtieq ikun infurmat dwar l-iżviluppi fir-rapport annwali dwar l-attività li jmiss;
10. Jinnota li l-KEPD se jistabbilixxi sistema ta' indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin fil-pjan ta' ġestjoni għas-sena 2012, kif ukoll tabella ta' valutazzjoni li se tippermetti l-kejl tal-isforzi tas-servizz bis-saħħa ta' sistema ta' benchmarking; dan il-pjan se jkun evalwat bħala parti mir-rapport ta' attività annwali għall-2012;
11. Jinnota li r-rapport annwali tal-attivitajiet għas-sena 2011 se jkun fih kapitolu dwar is-segwitu tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament;
12. Jittama li rapport annwali dwar l-attività għas-sena 2011 jinkludi wkoll tabella komprensiva tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u n-nazzjonalità.
10.2.2012
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2010
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-ħlasijiet globali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2010 għal infiq amministrattiv u infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' kontroll u ta' superviżjoni għal infiq amministrattiv jew infiq ieħor kienu effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-ħlasijiet;
2. Jinnota l-kumment tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni interna u r-risposta tal-KEPD; itenni li l-kompetizzjonijiet organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandhom jibqgħu n-norma għar-reklutaġġ tal-persunal; jistieden lill-KEPD biex isaħħaħ l-ippjanar tar-riżorsi umani sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili;
3. Jinnota u jappoġġa l-miżuri li ttieħdu għall-monitoraġġ fil-waqt tad-dokumenti li jiċċertifikaw iċ-ċirkostanzi individwali tal-persunal tal-KEPD, għall-finijiet tal-benefiċċji soċjali;
4. Jinnota li l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-KEPD għandha tkompli tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni tiegħu matul is-sena.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
9.2.2012
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
50
0
1
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Csaba Sógor, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Ana Gomes, Petru Constantin Luhan, Ulrike Lunacek, Hubert Pirker, Raül Romeva i Rueda, Kārlis Šadurskis
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Elisabeth Morin-Chartier, Antonyia Parvanova
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
27.3.2012
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
25
2
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Bogusław Sonik, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer