Proċedura : 2012/2011(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0097/2012

Testi mressqa :

A7-0097/2012

Dibattiti :

PV 19/04/2012 - 16
CRE 19/04/2012 - 16

Votazzjonijiet :

PV 20/04/2012 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0138

RAPPORT     
PDF 135kDOC 67k
2 t'April 2012
PE 483.797v02-00 A7-0097/2012

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(08136/2012 – C7-0088/2012 – 2012/2011(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Francesca Balzani

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(08136/2012 – C7-0088/2011 – 2012/2011(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-27 ta' Jannar 2011 (COM(2012)0031),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2011, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta' Marzu 2012 (08136/2012 – C7-0088/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0097/2012),

A. billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2011 huwa li jinkorpora fil-baġit 2012 ammont ta' EUR 650 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji fl-Artikolu 08 20 02 Euratom – Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E),

B.  billi dan l-aġġustament baġitarju huwa totalment konformi mal-ftehim li laħqu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'Diċembru 2011 biex ikopru l-kostijiet addizzjonali ta' EUR 1 300 miljun tal-proġetti ITER fl-2012-2013,

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012;

2.  Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2012 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)

Testi adottati, P7_ TA(2011)0521.

(3)

ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.


NOTA SPJEGATTIVA

L-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 isegwi l-ftehim milħuq bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar il-finanzjament tal-kostijiet addizzjonali tal-proġett ITER fil-perjodu 2012-2013 għal ammont ta' EUR 1 300 miljun (f'approprjazzjonijiet għall-impenji).

Dan il-ftehin huwa miġbur fil-qosor bil-mod segwenti (f'miljuni ta' EUR).

 

2012

2013

2012-13

Kontribuzzjoni mill-Intestatura 1a (inkluż l-użu tal-marġnijiet, tal-flessibilità u ta' strumenti oħrajn għajr ir-reviżjoni)

100

360

460

Żieda tal-limitu massimu tal-Intestatura 1a tal-MFF (reviżjoni)(1)

 

650

190

840

Total

750

550

1300

Il-limitu massimu għat-total tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fl-2013 żdied b'EUR 580 miljun, żieda kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti fil-limitu massimu tal-2011.

(1)

Iż-żieda kumplessiva ta' EUR 840 miljun se tkun ikkumpensata minn tnaqqis korrispondenti tal-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-Intestatura 2 (EUR 450 miljun għas-sena 2011) u tal-Intestatura 5 (EUR 243 miljun għas-sena 2011 u EUR 147 miljun għas-sena 2012).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Potito Salatto, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédéric Daerden, Jan Mulder, Georgios Papastamkos, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Rohde

Aġġornata l-aħħar: 4 t'April 2012Avviż legali