Proċedura : 2011/2238(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0114/2012

Testi mressqa :

A7-0114/2012

Dibattiti :

PV 10/05/2012 - 9
CRE 10/05/2012 - 9

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2012 - 12.48
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0195

RAPPORT     
PDF 194kDOC 127k
4 t'April 2012
PE 474.060v02-00 A7-0114/2012

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0297/2011 – 2011/2238(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Monica Luisa Macovei

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0297/2011 – 2011/2238(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06086/2012 – C7-0050/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0114/2012),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn isfel;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0297/2011 – 2011/2238(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06086/2012 – C7-0050/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(7), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0114/2012),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0297/2011 – 2011/2238(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06086/2012 – C7-0050/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(11), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta SESAR adottati mill-Bord Amministrattiv tas-SESAR fit-28 ta’ Lulju 2009 (“Regoli Finanzjarji tas-SESAR”),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0114/2012),

A.     billi l-Impriża Konġunta SESAR (“l-Impriża Konġunta”) twaqqfet fi Frar 2007 biex topera l-programm ta’ Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru fis-Sema Uniku Ewropew (SESAR),

B.     billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem awtonomament f’Awwissu 2007,

C.     billi l-Impriża Konġunta se jkollha s-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli li toħloq jew li jiġu ttrasferiti fuqha għall-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR skont il-ftehimiet speċifiċi mal-membri tagħha,

D.     billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,

E.     billi f’April 2010 l-Qorti tal-Awdituri ħarġet l-Opinjoni Nru 2/2010 dwar ir-Regoli Finanzjarji ta’ SESAR,

F.     billi l-baġit għall-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR mill-2008 sal-2013 huwa EUR 2 100 000 000,

G.     billi għas-sena finanzjarja 2010 l-baġit tal-Impriża Konġunta kien jammonta għal EUR 143 000 000,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.      Jieħu nota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzajarja 2010 kien fih approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-ammont ta’ EUR 135 000 000 u approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-ammont ta’ EUR 143 000 000; jagħraf, barra minn hekk, li r-rati ta’ utlizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ħlas kienu 97.3 % u 82.2 % rispettivament;

2.      Jistabbilixxi mill-Qorti tal-Awdituri li, fi tmiem is-sena 2010, l-Impriża konġunta kellha bilanċ pożittiv tal-baġit ta’ EUR 53 500 000 u li d-depożiti f’kontijiet bankarji kienu jammontaw għal EUR 57 200 000; jinnota li din is-sitwazzjoni kienet ir-riżultat ta’:

- il-kontribuzzjonijiet mill-membri: EUR 55 600 000,

- il-bilanċ tas-sena preċedenti: EUR 86 500 000,

- il-pagamenti lill-Impriża Konġunta: EUR 84 900 000,

- it-trasferiment ta’ appropjazzjonijiet minn ta' qabel: EUR 3 700 000;

3.      Ifakkar lill-Impriża Konġunta li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-ekwilibriju; jinnota, madankollu, t-tweġiba tal-Impriża Konġunta lill-Qorti tal-Awdituri li l-bilanċ ta’ flus kontanti tal-2010 naqas b’34 % meta mqabbel mal-2009 u li, mill-EUR 55 600 000 f’kontribuzzjonijiet mill-membri, EUR 43 800 000 daħlu fl-aħħar ġimgħat tas-sena biex jiżguraw il-finanzjament tal-operazzjonijiet fl-2011; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni b’miżuri konkreti u bi skadenzi ħalli żżomm il-baġit tagħha bbilanċjat, u biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar dan;

4.      Jissottolinja li, skont l-Artikolu 6 tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, l-ebda nfiq ma jista’ jiġi kommess jew awtorizzat lil hinn mill-approprjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit; huwa mħasseb serjament li, għal żewġ intestaturi tal-baġit – infiq amministrattiv, studji u żvilupp – l-infiq awtorizzat qabeż l-approprjazzjonijiet baġitarji bi 11 % u b’9 % rispettivament; jieħu nota li l-Impriża Konġunta tqis li l-approprjazzjonijiet ta' ħlas tista’ tirreġistrahom darba biss fil-baġit komprensiv għall-2007-2016, biex tevita li taqbeż l-ammont totali tal-baġit sa tmiem il-fażi ta’ żvilupp ta’ SESAR fl-2016; ifakkar lill-Impriża Konġunta li għandha tottempera ruħha mar-Regoli Finanzjarji tagħha stess u jistenna li, fi snin finanzjarji tal-ġejjieni, ma jerġax iseħħ li l-infiq awtorizzat jaqbeż l-approprjazzjonjiet baġitarji;

Is-sistemi ta’ kontroll intern

5.      Jinnota li, fl-2010, l-Impriża Konġunta bdiet tuża s-sistemi ta’ rappurtar finanzjajru li tużahom ukoll il-Kummissjoni (ABAC u SAP); jiddispjaċih li s-sistema tal-ġestjoni tal-programmi operazzjonali tal-Impriża Konġunta ma ġietx integrata f’dawn is-sistemi ta’ rappurtar finanzjajru u li, fi tmiem l-2010, il-proċessi ta’ attività sottostanti kienu għadhom ma ġewx ivvalidati mill-Uffiċċjal ta’ Kontabilità kif jesiġu r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta;

6.      Ingħata x’jifhem mill-Impriża Konġunta li żviluppat sistema tal-ġestjoni tal-programmi operazzjonali li tikkomplementa l-informazzjoni finanzjarja u baġitarja, u tikkunsidra li s-sistemi tagħha integrathom kemm jista’ jkun, fid-dawl tal-limitazzjonijiet fuq l-użu tagħha ta’ ABAC u SAP; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta ppjanat li timplimenta ABAC Assets u ABAC Contract sa tmiem l-2011, u li r-rapport tal-Uffiċjal ta’ Kontabilità dwar il-validazzjoni tas-sistemi lokali kellu jitlesta fl-2011;

7.      Jitlob lill-Impriża Konġunta biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar:

- in-natura tal-limitazzjonjiet li l-Impriża Konġunta esperjenzat fl-użu tagħha ta’ ABAC u SAP;

- l-istat ta’ validazzjoni tal-proċessi ta’ attività sottostanti u b’mod partikolari s-sistemi lokali;

8.      Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta, minkejja dan, biex tintegra s-sistemi ta’ rappurtar finanzjarju tagħha (ABAC u SAP) mas-sistema tal-ġestjoni tal-programmi operazzjonali tagħha b’tali mod li l-kostijiet ikunu jistgħu jiġu allokati lil pakketti tax-xogħol speċifiċi u li s-sorsi ta’ finanzjament tal-kostijiet operazzjonali jkunu jistgħu jiġu identifikati;

Il-Ġestjoni tal-Proġetti

9.      Jagħraf mir-Rapport Annwali dwar l-Attività (RAA) tal-Impriża Konġunta li, fl-2010, il-Programm SESAR kien ikopri 304 proġetti li minnhom 171 inbdew fl-2009 filwaqt li 114-il proġett addizzjonali ġew varati fl-2010; jinnota li 80.9 % tal-proġetti jinsabu fil-fażi ta' eżekuzzjoni, għajr dawk il-proġetti li ġew ikkanċellati (3) jew sospiżi (10); jinnota li, għal kull proġett li safa kkanċellat jew sospiż, l-Impriża Konġunta pprovdiet ġustifikazzjoni u spjegat l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu; jinnota b’mod partikolari, fir-rigward tal-proġetti sospiżi, li:

- madwar 60 % tal-proġetti li bħalissa jinsabu sospiżi jorbtu ma’ attivitajiet li, biex jerġgħu jinbdew, jirrikejdu li proġetti oħrajn iħallu l-ewwel riżultati maturi;

- madwar 20 % huma relatati ma’ proġetti li m’għandhomx irbit affidabbli ma’ attivitajiet ta’ programmi oħra;

l-20 % l-oħra sfaw sospiżi minħabba nuqqas ta’ rabta ċara mal-kunċett futur tal-operazzjonijiet, jew inkella minħabba nuqqas ta’ rbit mal-Pjan Kumplessiv;

10.    Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tkompli tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istadju tal-implimentazzjoni tal-proġetti fil-Programm SESAR u biex tippreżenta r-riżultati li jkunu ntlaħqu;

Il-Prestazzjoni

11.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-effikaċja ta' kif ir-Regolamenti b'rabta mal-Ajru Uniku Ewropew huma applikati, sabiex tiżdied l-effikaċja tal-investimenti fil-proġett SESAR;

12.    Jiġbed l-attenzjoni għall-ġestjoni tajba tar-riżorsi finanzjarji u jenfasizza l-importanza tal-Impriża Konġunta għat-twettiq tal-Ajru Uniku Ewropew;

13.    Jistabbilixxi mir-RAA li sar rieżami komprensiv tal-approċċ ta’ implimentazzjoni tal-Programm SESAR, u li l-konklużjonijiet tiegħu wrew il-ħtieġa li l-objettivi ta’ livell għoli tal-Programm jissarrfu f’livell aktar tekniku u operazzjonali, li jiddefinixxi fid-dettall x’ikun jeħtieġ isir, minn min u meta, u b’hekk jidentifika biċ-ċar ir-riżultati konkreti vvalidati ta’ SESAR li sejrin jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi tal-Fażi ta’ Żvilupp ta’ SESAR, kif ukoll għall-ilħiq tal-Objettivi Strateġiċi speċifiċi għall-2012; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni b’miżuri konkreti u bi skadenzi ħalli tindirizza r-riżultati tar-rieżami komprensiv;

14.    Jinnota, barra minn hekk, li, fi tmiem l-2009, ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi stabbilit qafas ta’ eżekuzzjoni komuni ta’ SESAR biex jippermetti ġestjoni adegwata tal-programmi/proġetti permezz ta’ attivitajiet simplifikati ta’ monitoraġġ u kontroll; jieħu nota li, fi tmiem l-2010, il-qafas ta’ eżekuzzjoni kien għalkollox definit u madwar 85 % minnu huwa implimentat u mħaddem; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-livell ta’ implimentazzjoni u tħaddim tal-qafas ta’ eżekuzzjoni kif ukoll dwar il-progress li jsir;

15.    Jagħraf li l-Kummissjoni għamlet l-ewwel evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta fl-2010; jinnota li l-evalwazzjoni tissottolinja li l-Impriża Konġunta hija kapaċi taqdi bl-aqwa mod il-ħtiġijiet ta' min juża l-ispazju tal-ajru u tal-fornituri tas-servizzi; huwa tal-fehma, madankollu, li l-evalwazzjonjiet interim u l-evalwazzjonijiet għandhom jagħmluhom esperti esterni u indipendenti;

L-Awditjar Intern

16.    Jilqa’ l-fatt li, fi tmiem l-2010, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta stabbilixxa l-Kapaċità ta’ Awditjar Intern (IAC), ta l-inkariku tar-rwol ta’ IAC lil dak li dari kien l-Awditur Intern tal-Impriża Konġunta, u approva l-programm ta’ ħidma u awditjar tal-IAC għal-2011;

17.    Jagħraf mill-kontijiet annwali finali li l-Impriża Konġunta ffirmat kuntratt ta’ qafas għas-servizzi ta’ awditjar f’Mejju 2010;

18.    Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta u l-Kummissjoni ħadu passi biex jiżguraw definizzjoni aktar ċara tar-rwoli operazzjonali rispettivi tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u l-funzjoni tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta; jinnota, madankollu, li l-Istatuti tal-Impriża Konġunta ma ġewx emendati;

19.    Jinnota b’sodisfazzjon li l-IAS kkonferma r-responsabbiltajiet tiegħu skont ir-Regolament Finanzjajru ġenerali bħala l-Awditur Intern tal-Impriżi Konġunti, u li l-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta emenda l-mandat tal-funzjoni tal-awditjar intern b’mod korrispondenti;

Id-dewmien fil-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija

20.    Huwa mħasseb li l-membri ma rrispettawx l-iskadenza għall-pagamenti ta’ kontribuzzjonijiet ta’ flus lill-Impriża Konġunta; jinnota li d-dewmien tal-pagamenti varja minn 12-il ġurnata sa 113-il ġurnata, u li, fi tmiem l-2010, żewġ membri ma kienu ħallsu l-ebda kontribuzzjoni; jinnota r-riposta tal-Impriża Konġunta li dawn il-kontribuzzjonijiet daħlu fil-bidu tal-2011;

°

° °

Osservazzjonijiet orizzontali dwar l-Impriżi Konġunti

21.    Jissottolinja li, sal-lum, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet seba’ Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota li sitt Impriżi konġunti (IMI, ARTEMIS, ENIAC, CLEAN SKY, FCH u ITER-F4E) huma fl-arja ta’ riċerka koperta mid-DĠ RTD u INFSO, filwaqt li waħda għandha l-inkariku li tiżviluppa sistema ġdida tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fil-qasam tat-trasport, u li l-attivitajiet tagħha huma sorveljati mid-DĠ MOVE;

22.    Jinnota li r-riżorsi totali indikattivi meqjusa neċessarji għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu jammontaw għal EUR 21 793 000 000;

23.    Jinnota li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000;

24.    Jinnota li, għas-sena finanzjarja 2010, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Impriżi Konġunti laħqet EUR 505 000 000;

25.    Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill-awtorità ta’ kwittanza kull sena informazzjoni konsolidata dwar l-ammont totali tal-finanzjament annwali għal kull Impriża Konġunta li jkun sar mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, biex tiżgura t-trasparenza u ċ-ċarezza dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni u biex terġa’ tikseb il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi;

26.    Jilqa’ l-inizjattiva tal-ARTEMIS li fir-RAA tagħha tinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rieżami tal-proġetti li jinsabu għaddejjin; jemmen li din hija prattika li għandhom jimxu fuqha l-Impriżi Konġunti l-oħra;

27.    Ifakkar li l-Impriżi konġunti huma sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-interessi tas-settur pubbliku u ta' dak privat huma magħġuna flimkien; huwa ta-fehma li, fiċ-ċirkustanzi, il-possibbiltà ta’ kunflitti ta’ interess m’għandhiex tiġi skartata, imma għandha tiġi indirizzata sewwa; jistieden għalhekk lill-Impriżi Konġunti jinfurmaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-mekkaniżmi ta’ verifika li hemm fl-istrutturi rispettivi tagħhom, biex ikun jista’ jkun hemm ġestjoni tajba u prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi;

28.    Jinnota li, bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta għall-Proġett ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, l-Impriżi Konġunti huma strutturi relattivament żgħar u ġeografikament ikkonċentrati; jemmen għalhekk li għandhom jiġmgħu r-riżorsi tagħhom kull fejn dan ikun possibbli;

29.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza azzjonijiet ta’ segwitu għall-kummenti li għamlet għal kull waħda mill-Impriżi Konġunti fir-rapport rispettiv dwar il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2011;

30.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdirapport speċjali lill-Parlament dwar il-valur miżjud tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti għat-twettiq effiċjenti tal-programmi ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li l-istess rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti.

7.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0297/2011 – 2011/2238(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Knut Fleckenstein

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR (IKS) għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-tranżazzjonjiet sottostanti, fl-aspetti materjali kollha, kienu legali u regolari;

2.  Jinnota li l-baġit finali 2010 adottat mill-Bord Amministrattiv tal-IKS inkluda EUR 135 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 143 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, fejn ir-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet kienu 97.3 % and 82.2 % rispettivament;

3.  Jinnota li l-IKS irċeviet EUR 105 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 41 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-baġit tal-Unjoni għall-2010;

4.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-infiq amministrattiv qabeż il-limitu bi 11%, b'mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Parlament ilu jitlob għal tnaqqis fl-infiq amministrattiv; jinnota li l-infiq awtorizzat għall-istudji u għall-iżvilupp qabeż il-baġit b'9%; madanakollu jenfasizza li, fl-aħħar tas-sena baġitarja 2010, l-IKS kellha baġit b'bilanċ pożittiv ta' EUR 57 200 000, u jistieden lill-IKS tuża l-mezzi finanzjarji kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tlesti, fil-ħin, l-iżvilupp tat-teknoloġija meħtieġa għall-mobilizzazzjoni tal-programm SESAR;

5.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-effikaċja ta' kif ir-Regolamenti b'rabta mal-Ajru Uniku Ewropew huma applikati, sabiex tiżdied l-effikaċja tal-investimenti fil-proġett SESAR;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ġestjoni fis-sod tar-riżorsi finanzjarji u jenfasizza l-importanza tal-SJU għat-twettiq tal-Ajru Uniku Ewropew;

7.  Jipproponi, minkejja dan, li l-Parlament għandu jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-IKS fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-IKS għas-sena finanzjarja 2010.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Laurence J.A.J. Stassen, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Spyros Danellis, Michel Dantin, Dominique Riquet, Anna Rosbach

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 368, 16.12.2011, p. 32.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 368, 16.12.2011, p. 32.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 368, 16.12.2011, p. 32.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Aġġornata l-aħħar: 24 t'April 2012Avviż legali