Proċedura : 2011/2239(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0115/2012

Testi mressqa :

A7-0115/2012

Dibattiti :

PV 10/05/2012 - 9
CRE 10/05/2012 - 9

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2012 - 12.43
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0190

RAPPORT     
PDF 185kDOC 112k
4 t'April 2012
PE 474.061v02-00 A7-0115/2012

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0298/2011 – 2011/2239(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Monica Luisa Macovei

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0298/2011 – 2011/2239(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 - C7-0050/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky, adottati b’Deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta' Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2011 dwar ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky, maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fit-8 ta’ Frar 2011,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0115/2012),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn isfel;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0298/2011 – 2011/2239(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 - C7-0050/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky, adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta' Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2011 dwar ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky, maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fit-8 ta’ Frar 2011,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0115/2012),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0298/2011 – 2011/2239(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 - C7-0050/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky, adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta' Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2011 dwar ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky, maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fit-8 ta’ Frar 2011,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0115/2012),

A.     billi l-Impriża Konġunta Clean Sky (“l-Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f'Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex taċċellera l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-demonstrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni bil-għan li jibdew jintużaw mill-aktar fis possibbli,

B.     billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem awtonomament f’Novembru 2009,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,

D.     billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-10 snin hija EUR 800 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka,

E.     billi għas-sena finanzjarja 2010 l-baġit tal-Impriża Konġunta kien jammonta għal EUR 168 553 053,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.      Jinnota li l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-2010 la kienu skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 71/2008 li jistabbilha u lanqas skont ir-Regoli Finanzjarji tagħha; ingħata x’jifhem mill-Impriża Konġunta li l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-baġit ġew adattati fil-baġit tal-2011; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tiżgura lill-awtorità ta' kwittanza li l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta issa huma għalkollox konformi mar-Regolament (KE) Nru 71/2008 u r-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.      Jagħraf li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta kien jinkludi EUR 168 000 000 f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 129 000 000 f'approprjazzjonijiet ta’ ħlas;

3.      Jenfasizza, mill-kontijiet finali, li filwaqt li r-rata ta’ utilizzazzjoni tal-Impriża Konġunta għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienet 96 %, ir-rata tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas kienet biss 58 %; jinnota bi tħassib li dan jirrifletti d-dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet meta mqabbel mal-pjan inizjali;

4.      Huwa mħasseb dwar ir-rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-baġit u jiddispjaċih li hemm bilanċ ta’ EUR 53 000 000 fi flus kontanti fi tmiem is-sena, somma li tirrappreżenta 41 % tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas disponibbli għall-2010;

Is-sistemi ta’ kontroll intern

5.      Jinnota mill-Qorti tal-Awdituri li l-Impriża Konġunta għadha ma implimentatx għalkollox is-sistemi tagħha ta' kontroll intern u ta' informazzjoni finanzjarja matul l-2010, u li għad jeħtieġ isir aktar xogħol fuq il-proċeduri ta’ kontroll ex-ante mħaddma għall-validazzjoni tal-klejms tal-ispejjeż; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex timplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffinalizzza s-sistemi tagħha ta' kontroll intern u ta' informazzjoni finanzjarja;

6.      Jagħraf mir-Rapport Annwali dwar l-Attività (RAA) li l-Impriża Konġunta ħolqot lista ta’ verifika għad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata biex itejbu l-kwalità tal-klejms tal-ispejjeż imressqa u jiċċaraw il-ħtiġijiet ta’ rappurtar għal ċerti aspetti tal-klejms;

7.      Jagħraf li l-Impriża Konġunta rrifjutat klejms tal-ispejjeż f’każijiet fejn membru jew assoċjat ma ppreżentax iċ-ċertifikat ta’ awditu meħtieġ skont it-termini ta’ referenza tal-ftehimiet tal-għoti; jinnota, b’mod partikolari, mill-Kontijiet Finali li, fl-2010, l-Impriża Konġunta vvalidat klejms tal-ispejjeż imressqa mill-Membri għat-twettiq ta' proġetti fl-2008 u l-2009, u li l-valutazzjoni tal-eliġibbiltà ta' ċerti spejjeż kellha r-riżultat li madwar 11 % tal-ispejjeż ġew rifjutati; jinnota b’sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta rkuprat il-prefinanzjament li kien tħallas żejjed;

8.      Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, hija u tivvalida l-klejms tal-ispejjeż, f’erba’ każijijet l-Impriża Konġunta ma qisitx eċċezzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikati tal-awditu; jitlob għalhekk lill-Impriża Konġunta tqis dovutement l-eċċezzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikati tal-awditu meta tkun qed tivvalida l-klejms tal-ispejjeż sottostanti;

9.      Jistabbilixxi mir-RAA li l-Impriża Konġunta żviluppat strateġija ta’ awditu ex-post li ġiet adottata f’Diċembru 2010; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija u dwar ir-riżultati milħuqa; jitlob lill-Qorti tal-Awdituri, barra minn hekk, biex tevalwa l-istrateġija u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-konklużjonijiet tagħha;

10.    Jagħraf mir-RAA li l-Impriża Konġunta, flimkien mal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi u l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, varat il-proċedura ta’ akkwist għal servizzi ta’ awditu ex-post minn ditti esterni; jinnota li l-ewwel awditi ex-post se jsiru fl-ewwel semestru tal-2011 wara l-iffirmar tal-kuntratti mal-offerenti magħżula;

11.    Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-Impriża Konġunta għandha livell adegwat ta’ governanza u ta’ prattika tal-IT skont id-daqs u l-missjoni tagħha; jenfasizza, madankollu, li għadhom lura l-formalizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri fiċ-ċiklu tal-ippjanar strateġiku u l-monitoraġġ tal-IT, il-politiki u r-regoli tas-sigurtà, il-ġestjoni tar-riskji tal-IT u l-Pjan tal-Kontinwazzjoni tal-Attività u l-Pjan ta’ Rkupru; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni u tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza rapport aġġornat dwar dan;

12.    Jieħu nota li l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Impriża Konġunta vvalida s-sistemi finanzjarji u ta’ kontabilità (ABAC u SAP); jinnota, madankollu, li l-proċessi ta’ attività sottostanti ma ġewx ivvalidati, b’mod partikolari s-sistema li tipprovdu informazzjoni finanzjarja dwar il-validazzjoni tal-klejms tal-ispejjeż; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni u tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza rapport aġġornat dwar dan;

13.    Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta adottat pjan strateġiku komprensiv dwar il-verifika interna għall-perjodu 2010-2012; jiddispjaċih, madankollu, li wħud mill-proċessi ewlenin, bħalma huma l-validazzjoni tal-klejms tal-ispejjeż u l-awditi ex-post, mhumiex maħsubin li jinbdew qabel l-2011;

Is-Sejħa għal Proposti u n-Negozjati dwar il-Proġetti

14.    Jinnota mill-Impriża Konġunta li varat ħames Sejħiet fl-2010; jirrimarka li l-istatistika marbuta ma’ dawn is-Sejħiet, li kellha tkun inkluża fl-Anness 6, hija nieqsa mir-RAA; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tippubblika din l-istatistika;

15.    Jagħraf mir-RAA li l-Impriża Konġunta fl-2010 stiednet lil tliet osservaturi differenti biex tiżgura t-trasparenza fil-proċess ta’ evalwazzjoni; jinnota mill-Impriża Konġunta li kull wieħed minnhom kellu aċċess sħiħ għall-istadji kollha tal-evalwazzjoni kif ukoll għal laqgħat ta’ kunsens;

16.    Jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-mekkaniżmi ta’ verifika li timplimenta biex tiżgura l-indipendenza sħiħa tal-esperti u l-osservaturi u b’hekk ittaffi r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess tul l-evalwazzjoni tal-offerti mixħuta;

17.    Jissottolinja li l-Impriża Konġunta fir-RAA tagħha semmiet li r-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-osservaturi kienu disponibbli mis-sit tal-internet tagħha; jiddispjaċih, madankollu, li dan mhuwiex il-każ, u għalhekk jitlob lill-Impriża Konġunta biex tippublika dawn ir-rapporti minnufih;

Il-Protezzjoni tal-Proprjetà Intellettwali

18.    Jirrimarka li, sa tmiem l-2010, l-Impriża Konġunta kienet għadha ma kkompletatx il-proċeduri interni biex tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi fil-ftehimiet dwar il-konsorzji u l-għoti rigward il-protezzjoni, l-użu u t-tixrid ta’ riżultati tar-riċerka;

Il-Prestazzjoni

19.    Jinnota li l-ewwel evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni dwar l-Impriża Konġunta saret fi tmiem l-2010; jagħraf li l-evalwazzjoni interim identifikat id-dgħufijiet li ġejjin:

- il-kumulu ta’ dewmien sinifikanti, meta mqabbel mal-pjanijiet inizjali, minħabba diffikultajiet fl-istabbiliment tal-proċeduri u r-regoli interni tal-Impriża Konġunta, kif ukoll fil-bini tal-ekwipaġġi;

- dewmien ta’ natura teknika identifikat mill-pjan ta’ ħidma “minn isfel ‘il fuq” f’Ġunju 2010;

- in-nuqqas ta’ tħejjija, sew fil-livell amministrattiv kif ukoll f’dak tekniku, meta nbdiet l-Impriża Konġunta;

20.    Josserva li l-ewwel evalwazzjoi interim fasslet lista ta’ 34 rakkomandazzjoni lill-Impriża Konġunta u lista’ ta’ 8 rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta’ Tmexxija tagħha; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorita ta’ kwittanza dwar il-miżuri mdaħħla wara r-riżultati ta’ din l-ewwel evalwazzjoni interim;

L-Awditu Intern

21.    Jieħu nota li r-regoli finanzjarji tal-impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu dispożizzjoni li tirreferi għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni rigward il-baġit ġenerali fl-intier tiegħu;

22.    Jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta ħadu passi biex jiżguraw li jkunu definiti biċ-ċar ir-rwoli operazzjonali rispettivi tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u tal-funzjoni tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta.

In-nuqqas ta’ ftehim ta’ Stat Ospitanti

23.    Itenni li l-Impriża Konġunta għandha tikkonkludi malajr ftehim ospitanti mal-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi, l-immunitajiet u appoġġ ieħor li l-Belġju għandu jipprovdi lill-Impriża Konġunta kif jistipula r-Regolament (KE) Nru 71/2008 li jistabbiliha;. jieħu nota tat-tweġiba tal-Impriża Konġunta li abbozz tal-ftehim ta’ Stat Ospitanti tressaq għall-approvazzjoni tal-Gvern Belġjan.

°

° °

Osservazzjonijiet orizzontali dwar l-Impriżi Konġunti

24.    Jissottolinja li, sal-lum, il-Kummisjsoni Ewropea stabbiliet seba’ Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota li sitt Impriżi konġunti (IMI, ARTEMIS, ENIAC, CLEAN SKY, FCH u ITER-F4E) huma fl-arja ta’ riċerka koperta mid-DĠ RTD u INFSO, filwaqt li waħda għandha l-inkariku li tiżviluppa sistema ġdida tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fil-qasam tat-trasport, u li l-attivitajiet tagħha huma sorveljati mid-DĠ MOVE;

25.    Jinnota li r-riżorsi totali indikattivi meqjusa neċessarji għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu jammontaw għal EUR 21 793 000 000;

26.    Jinnota li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000;

27.    Jinnota li, għas-sena finanzjarja 2010, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Impriżi Konġunti laħqet EUR 505 000 000;

28.    Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill-awtorità ta’ kwittanza kull sena informazzjoni konsolidata dwar l-ammont totali tal-finanzjament annwali għal kull Impriża Konġunta li jkun sar mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, biex tiżgura t-trasparenza u ċ-ċarezza dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni u biex terġa’ tikseb il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi;

29.    Jilqa’ l-inizjattiva tal-ARTEMIS li fir-RAA tagħha tinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rieżami tal-proġetti li jinsabu għaddejjin; jemmen li din hija prattika li għandhom jimxu fuqha l-Impriżi Konġunti l-oħra;

30.    Ifakkar li l-Impriżi konġunti huma sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-interessi tas-settur pubbliku u ta' dak privat huma magħġuna flimkien; huwa ta-fehma li, fiċ-ċirkustanzi, il-possibbiltà ta’ kunflitti ta’ interess m’għandhiex tiġi skartata, imma għandha tiġi indirizzata sewwa; jistieden għalhekk lill-Impriżi Konġunti jinfurmaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-mekkaniżmi ta’ verifika li hemm fl-istrutturi rispettivi tagħhom, biex ikun jista’ jkun hemm ġestjoni tajba u prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi;

31.    Jinnota li, bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta għall-Proġett ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, l-Impriżi Konġunti huma strutturi relattivament żgħar u ġeografikament ikkonċentrati; jemmen għalhekk li għandhom jiġmgħu r-riżorsi tagħhom kull fejn dan ikun possibbli;

32.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza azzjonijiet ta’ segwitu għall-kummenti li għamlet għal kull waħda mill-Impriżi Konġunti fir-rapport rispettiv dwar il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2011;

33.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdirapport speċjali lill-Parlament dwar il-valur miżjud tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti għat-twettiq effiċjenti tal-programmi ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li l-istess rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 368, 16.12.2011, p. 8.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 368, 16.12.2011, p. 8.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 368, 16.12.2011, p. 8.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Aġġornata l-aħħar: 26 t'April 2012Avviż legali