dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0116/2012),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010;
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(5),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol(7), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0116/2012),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(9),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol(11), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0116/2012),
A. billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,
B. billi fl-10 ta' Mejju 2011 il-Parlament ikkonċeda lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2009(13), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, inter alia:
- stieden lill-Fondazzjoni tressaq provi tad-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-għażla tal-istaff (pereżempju provi li kien ġie stabbilit limitu minimu fir-rigward tal-kandidati fil-bidu tal-proċess ta’ reklutaġġ) bil-għan li tiġi ggarantita t-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ,
- stieden lill-Fondazzjoni tiżgura li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli biss meta jkun intlaqa’ d-dħul assenjat korrispondenti,
- innota li l-Qorti tal-Awdituri kellha bilfors tikkummenta dwar id-dikjarazzjoni baġitarja u finanzjarja tal-Fondazzjoni li kien fiha nuqqasijiet serji, li kienu juru dgħufijiet fl-organizzazzjoni finanzjarja tagħha,
C. billi l-baġit ġenerali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 kien ta’ EUR 20 900 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 3,4% fuq is-sena finanzjarja 2009; billi l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kienet ta' EUR 19 067 159 meta mqabbla ma' EUR 19 450 000 fl-2009(14), li tirrappreżenta żieda ta' 0.97 %,
1. Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tiegħu li l-Fondazzjoni daħlet għall-impenji u l-azzjonijiet li jidhru hawn taħt wara l-osservazzjonijiet tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri:
- il-Fondazzjoni impenjat ruħha li tagħti attenzjoni aktar mill-qrib lill-fatt li, fil-ġejjieni, l-approprjazzjonijiet għandhom isiru disponibbli biss meta jkun intlaqa’ d-dħul assenjat korrispondenti;
- il-Fondazzjoni impenjat ruħha li ttejjeb b’mod sostanzjali l-isforzi għall-għeluq tal-kontijiet tal-2010 permezz ta’ taħriġ u riżorsi addizzjonali; ġie assigurat li l-iskadenzi kollha ġew rispettati fir-rigward tal-kontijiet tal-2010 u li ma nstabu l-ebda dgħufijiet maġġuri fil-kontijiet proviżorji tal-2010;
- ir-Reġistru tal-Eċċezzjonijiet li kien nieqes ġie implimentat fl-1 ta’ Lulju 2010;
- għall-proċeduri tal-għażla tal-istaff ma nstabu l-ebda provi li l-limiti minimi li l-kandidati kellhom jissodisfaw biex jiġu mistiedna għall-intervisti u biex jiffurmaw parti mil-lista ta’ riserva ġew stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet; il-Fondazzjoni issa inkludiet il-limiti minimi fir-rapporti tal-Kumitat tal-Għażla tagħha;
- il-Fondazzjoni ħadet miżuri biex tkompli ssaħħaħ aktar il-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ rieżami fi sforz biex tevita li fil-ġejjieni jsiru xi żbalji fil-proċedura tal-akkwisti;
2. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tikkonferma lill-awtorità tal-kwittanza li dawn l-azzjonijiet u l-impenji huma biżżejjed biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet li nstabu fil-Fondazzjoni mill-Qorti fl-2009;
Il-baġit u l-ġestjoni finanzjarja
3. Ifakkar li l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni lill-Aġenzija għall-2010 ammontat għal EUR 19 067 159; josserva madankollu li ma’ din il-kontribuzzjoni żdied l-ammont ta’ EUR 762 841, li ġie mill-irkupru tal-bilanċ favur u li, konsegwentement, lill-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ġabha tilħaq l-ammont ta' EUR 19 830 000 għall-2010;
4. Jieħu nota mill-entrati li hemm fil-Kontijiet Annwali tagħha li l-Fondazzjoni ppubblikat baġit emendat li jammonta għal total ta’ EUR 20 848 000 meta kien qorob sew tmiem is-sena 2010; jiddispjaċih minħabba n-nuqqas għalkollox ta’ tagħrif mill-Aġenzija dwar ir-raġunijiet għal dawn it-tibdiliet; jistieden lill-Aġenzija tirrimedja s-sitwazzjoni u tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza b’din il-kwestjoni;
5. Jinnota mir-RAA tagħha li l-Fondazzjoni kellha rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 98 % f’dawk li huma approprjazzjonijiet impenjati; jinnota b’mod partikolari mill-Kontijiet Annwali li r-rata ta’ utilizzazzjoni tal-Fondazzjoni taħt it-Titolu 1 (Spejjeż tal-persunal), it-Titolu 2 (Amministrazzjoni) u t-Titolu 3 (Spejjeż operattivi) kienet ta’ 99,8 %, 95,1 % u 96 % rispettivament;
6. Jistabbilixxi mill-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni li l-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet li ġew ittrasferiti mill-2009 għall-2010 kienet telgħet għal-96,1 % f’dawk li huma ħlasijiet meta mqabbla ma’ 94,2 % fl-2009;
Riżorsi Umani
7. Josserva mir-RAA tal-Fondazzjoni li l-persentaġġ tal-postijiet tal-personal mimlija, 91%, kien ittejjeb fl-2010 meta mqabbel mal-2009 (78 %);
Prestazzjoni
8. Jenfasizza li l-attività prinċipali tal-Fondazzjoni hi li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred l-għarfien relevanti għal dan is-suġġett permezz ta’ netwerks u stħarriġ; josserva li 68 % tal-persunal tal-Fondazzjoni huwa allokat għal dawn l-attivitajiet operattivi filwaqt li l-bqija tal-istaff huwa allokat għal kompiti amministrattivi; iqis għalhekk li huwa ta’ importanza kbira li l-awtorità tal-kwittanza tivvaluta l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta’ mmaniġġjar tal-istħarriġ fil-Fondazzjoni;
9. Jinnota b’mod partikolari li fl-2010 l-Fondazzjoni daħlet għall-attivitajiet li ġejjin fi ħdan in-Netwerk tagħha ta’ Osservatorji Ewropej u stħarriġ:
- fi ħdan l-Osservatorju Ewropew tar-Relazzjonijiet Industrijali (EIRO): ġew miżjuda 357 aġġornament tal-informazzjoni; ħames studji ta' rappreżentattività; aġġornamenti annwali dwar salarji u ħinijiet tax-xogħol u azzjoni industrijali; rieżami annwali dwar ir-relazzjonijiet industrijali; sitt rapporti analitiċi komparattivi;
- fi ħdan l-Osservatorju Ewropew tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol (EWCO) tiegħu: ġew miżjuda 107 aġġornament tal-informazzjoni; sitt rapporti analitiċi komparattivi dwar il-promozzjoni professjonali tal-ħaddiema migranti u dawk li jaħdmu għal rashom;
- fi ħdan il-Monitur Ewropew tar-Ristrutturazzjoni (ERM) tiegħu: ġew miżjuda 1 258 skeda informattiva tar-ristrutturazzjoni; erba’ rapporti analitiċi komparattivi;
- fi ħdan it-tieni Stħarriġ Ewropew tiegħu fuq il-Kwalità tal-Għajxien: rapport ta’ analiżi sekondarja dwar il-ħajja tal-familja u x-xogħol;
- fi ħdan it-tielet Stħarriġ Ewropew tiegħu fuq il-Kwalità tal-Għajxien: tħejjija ta’ xogħol fuq il-post;
- fi ħdan il-ħames Stħarriġ Ewropew tiegħu fuq il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol: xogħol fuq il-post b’44 000 intervista f’34 pajjiż: pubblikazzjoni tal-fatti preliminari li nstabu (sintesi);
- fi ħdan l-Istħarriġ Ewropew tagħha fuq il-Kumpaniji: ġie ppubblikat rapport li jagħti deskrizzjoni qasira, analiżi sekondarja dwar il-profili tal-flessibilità tal-kumpaniji u dwar ix-xogħol part-time;
10. Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tirreġistra d-deċiżjonijiet kollha tal-Bord ta’ Tmexxija dwar l-istħarriġ peress li l-effiċjenza u l-effikaċja fl-ikkomunikar ta' dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu affettwati fin-nuqqas ta' standards xierqa għad-dokumentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu; jagħraf il-fatt, b’mod partikolari, li l-Fondazzjoni hija defiċjenti f’dan ir-rigward u li l-President tal-Bord ta’ Tmexxija mhux neċessarjament jiffirma d-deċiżjonijiet u jniżżel fuqhom id-data meta jkunu ttieħdu;
11. Jinnota, barra minn hekk, li l-Kumitati Konsultattivi tal-Fondazzjoni, li huma responsabbli għall-Bord ta’ Tmexxija fejn jikkontribwixxu għall-fażi tat-tħejjija u għall-fażi tal-evalwazzjoni tal-istħarriġ, la għandhom Termini ta' Referenza u l-anqas Regoli ta' Proċedura għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tagħhom; iqis li dawn id-defiċjenzi jistgħu jwasslu biex ir-rwoli u r-responsabilitajiet tal-Kumitati Konsultattivi jiġu mifhuma ħażin u din is-sitwazzjoni jkollha effetti detrimentali fuq it-tħejjija tal-istħarriġ; jistieden għalhekk lill-Fondazzjoni tindirizza din is-sitwazzjoni u tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f’dan ir-rigward;
12. Jistieden ukoll lill-Fondazzjoni tistabbilixxi proċeduri bil-miktub li jiddeskrivu l-attivitajiet ewlenin tagħha; jenfasizza li din il-ħaġa tista’ tgħin lill-Fondazzjoni tuża r-riżorsi tagħha b’mod effikaċi u tidentifika d-dgħufijiet li jista’ jkun hemm;
13. Jinnota, madankollu, l-isforzi magħmula mill-Fondazzjoni biex issaħħaħ il-miżuri ta’ kontroll ħalli ttejjeb il-kwalità tal-istħarriġ tagħha; jinnota, b’mod partikolari, li l-persunal tagħha jżur xi ftit pajjiżi fejn isir l-istħarriġ biex jivvaluta kif il-kuntratturi jmexxu l-intervisti u l-persunal tagħha jittestja l-kwestjonarju li jintuża biex jitmexxa l-istħarriġ billi f'xi pajjiżi jwettaq intervisti konoxxittivi fuq għadd limitat ta' elementi mill-kampjun;
Verifika interna
14. Jinnota li, minn Frar 2010 ’l quddiem, id-Deputat Direttur tal-Fondazzjoni jwettaq ir-rwol ta' Koordinatur tal-Kontroll Intern; jieħu nota li l-pjan ta’ ħidma annwali għall-kontroll intern huwa mmoniterjat f’laqgħat li jsiru kull tliet xhur tal-Kumitat għall-Kontroll Intern mal-Kap tal-Amministrazzjoni, il-Kap tar-Riżorsi Umani u l-Kap tal-Operazzjonijiet;
15. Jirrikonoxxi mir-RAA tal-Fondazzjoni li l-attivitajiet ta’ verifika interna fl-2010 kienu mibnija fuq il-pjan ta’ verifika strateġiku tal-2009-2011 li huwa bbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju tal-2008; jinnota wkoll li valutazzjoni tar-riskju ġdida twettqet fi Frar 2011 u rriżultat fi pjan ta’ verifika strateġiku ġdid għall-2011-2013 bis-suġġetti li ġejjin:
- Il-Verifika fuq il-Ġestjoni tal-Istħarriġ – it-tieni fażi (2011),
17. Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI) ippjana li fl-2010 jwettaq verifika fuq il-ġestjoni tal-istħarriġ min-naħa tal-Fondazzjoni; jinsab imħasseb li minħabba d-disponibilità limitata ta’ persunal essenzjali tal-Fondazzjoni waqt li tkun għaddejja l-verifika u d-dokumentazzjoni inkompleta tal-ġestjoni tal-istħarriġ, is-SAI ma kienx jista' jiġbor evidenza biżżejjed tal-ivverifikar fir-rigward ta’ xi moduli tal-parametri bbażati fuq ir-riskju; jinnota, madankollu, li fażi addizzjonali ta’ din il-verifika tmexxiet fil-bidu tas-sena 2011 u li r-riżultati se jiġu ppreżentati fir-rapport annwali tal-awditjar intern għall-2011; jistieden lill-Fondazzjoni tagħti dan ir-rapport lill-awtorità tal-kwittanza b’mod li jkun f’waqtu;
18. Jinsab imħasseb li r-rakkomandazzjoni tas-SAI dwar il-validazzjoni tas-Sistemi ta’ Kontabilità iddewmet ma ngħatat; jinnota b’mod partikolari li din ir-rakkomandazzjoni hija meqjusa mis-SAI bħala waħda “kritika”; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni, għalhekk, tieħu passi minnufih f’dan ir-rigward u tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi rrimedjat dan in-nuqqas;
19. Jistabbilixxi li ħames rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna" tas-SAI kienu għadhom miftuħa fi tmiem is-sena 2010; jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma relatati mal-ħtieġa li:
- tiġi ddokumentata l-proċedura għall-ġestjoni tal-istħarriġ;
- jiġi żgurat li t-tagħrif għall-ippjanar tal-istħarriġ huwa eżatt u ta’ kwalità tajba u li l-attivitajiet ippjanati jiġu mmoniterjati;
- jiġi aġġornat il-manwal tal-proċeduri għall-akkwist u jiġu msaħħa l-konformità u l-prattika tajba;
- jiġu ddokumentati ċ-ċirkwiti finanzjarji;
- tiġi stabbilita metodoloġija tal-kontrolli ex-post;
jinnota mir-RAA tal-Fondazzjoni li t-tliet rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” fuq il-Ġestjoni Finanzjarja huma rrappurtati li ġew implimentati mill-Fondazzjoni filwaqt li r-Rapport Annwali tal-Awditjar Intern jistabbilixxi li qed jesperjenzaw dewmien fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni oriġinali tal-Fondazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Fondazzjoni u lis-SAI jgħarrfu lill-awtorità tal-kwittanza bl-istatus attwali ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet partikolari;
20. Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tindirizza kif jixraq ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-SAI u tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;
21. Josserva, madankollu, fir-RAA tal-Fondazzjoni li wara r-rakkomandazzjoni tas-SAI fuq il-Ġestjoni Finanzjarja fl-2009, il-proċedura għall-verifika ex-post ġiet eżaminata mill-ġdid u aġġornata b’valutazzjoni tar-riskju għall-ġustifikazzjoni tal-għażla tad-daqs tal-kampjun;
°
° °
22. Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu minn rapporti ta’ kwittanza preċedenti, kif spjegat fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni;
23. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2012 dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
ANNESS
Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tul is-snin preċedenti
Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonjiet tal-Għajxien u tax-Xogħol
2006
2007
2008
2009
Prestazzjoni
mhux disponibbli
mhux disponibbli
- Jistieden lill-Fondazzjoni tħejji analiżi diakronika tal-operazzjonijiet imwettqa din is-sena u fis-snin preċedenti, b’mod simili għall-analiżijiet ex-post li twettqu fis-snin preċedenti
- Jinkoraġġixxi lill-Fondazzjoni tkompli tiżviluppa aktar is-‘Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Eurofound” biex tiżgura li r-riżultati tal-monitoraġġ tagħha tal-prestazzjoni jiġu utilizzati biex jinfurmaw l-għemil tad-deċiżjonijiet u l-ippjanar tal-ġestjoni u li jsir stħarriġ perjodiku bil-għan li tinkiseb ir-reazzjoni tal-udjenzi speċifikati
- Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-evalwaturi esterni biex jiġu ddefiniti aħjar l-udjenzi speċifikati tal-Fondazzjoni fil-livell nazzjonali u biex jiġi stabbilit netwerk ta’ punti fokali bbażat fuq l-awtoritajiet nazzjonali rrappreżentati fuq il-Bord ta’ Tmexxija tiegħu
L-approprjazzjonijiet operazzjonali
trasferiti
- Ir-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2006 kienet ta’ aktar minn 97 %. Ir-rati ta’ trasferiment kienu ta’ 43 % għall-attivitajiet operazzjonali. B’hekk, il-prinċipju baġitarju tal-annwalità ma kienx osservat strettament
mhux disponibbli
- Il-Fondazzjoni jmissha tieħu azzjoni biex tipprevjeni li jkun hemm nuqqasijiet fl-ippjanar u fil-programmazzjoni, bil-għan li twettaq il-prinċipju tal-annwalità
- Jistieden lill-Fondazzjoni tiżgura li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli biss meta jkun intlaqa’ d-dħul assenjat korrispondenti
- Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri kellha bilfors tikkummenta dwar id-dikjarazzjoni baġitarja u finanzjarja tal-Fondazzjoni li kien fiha nuqqasijiet serji, li kienu juru dgħufijiet fl-organizzazzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni
Trasferimenti tal-baġit mingħajr
evidenza dokumentata
mhux disponibbli
mhux disponibbli
- It-trasferimenti tal-baġit ma kinux iġġustifikati kif jixraq
mhux disponibbli
Anness
Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tul is-sena preċedenti
Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonjiet tal-Għajxien u tax-Xogħol
2006
2007
2008
2009
Proċeduri ta’ akkwist
mhux disponibbli
- Anomaliji rigward il-proċedura tal- evalwazzjoni finanzjarja u l-kriterji tal-għażla li ma jippermettux it-twettiq xieraq tal-evalwazzjoni tal-kapaċità finali tal-kandidati
- Jistieden lill-Fondazzjoni tieħu passi biex ittejjeb il-monitoraġġ tal-kuntratti tagħha u l-ipprogrammar tal-proċeduri ta’ akkwist tagħha
- Jistieden lill-Fondazzjoni tieħu passi biex ittejjeb il-proċedura tagħha ta’ evalwazzjoni u ta’ rieżami biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-iżbalji fil-proċedura ta' akkwist tagħha fil-ġejjieni
Riżorsi Umani
- Il-proċedura ta' reklutaġġ mhijiex trasparenti u nondiskriminatorja għalkollox
- Il-proċedura ta' reklutaġġ mhijiex trasparenti u nondiskriminatorja għalkollox
- Jistieden lill-Fondazzjoni tieħu passi biex tagħmel provvediment aħjar minn qabel għat-tluq ta’ membri essenzjali tal-persunal; tniżżel bil-miktub il-għadd ta’ membri tal-persunali fir-rapport tal-attività b'mod trasparenti;
- Saret ħidma li ġabet għadd ta’ titjibiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ tal-Fondazzjoni
- Jistieden lill-Fondazzjoni tipprovdi evidenza tad-deċiżjonijiet tal-għażla tal-persunal tagħha biex tiggarantixxi t-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tirrimedja s-sitwazzjoni rapidament u tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza fir-rigward il-progress li jkun sar.
Verifika Interna
- Jitlob għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja: jiġifieri żewġ kuntratti ma tħallsux mill-baġit tas-sena relatata
- Jitlob għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja: jiġifieri taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li tammonta għal EUR 376 611u li setgħet tiġi rkuprata għas-sena finanzjarja 2007 ma ġietx mitluba lura sa tmiem is-sena
- Jistieden lill-Fondazzjoni tieħu passi biex ittejjeb ir-rendikontijiet finanzjarji tagħha
- Jistieden lill-Fondazzjoni tieħu passi biex twettaq 28 minn 54 rakkomandazzjoni magħmula mis-Servizz tal-Awditjar Intern → jiġifieri tistabbilixxi l-istandards tal-kontroll intern; biex issegwi l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern oħra; biex tintroduċi sistema ta’ ppjanar u monitoraġġ effikaċi
- Ġew implimentati 2 mit-8 rakkomandazzjonijiet tas-SAI
- Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Ġestjoni Finanzjarja tas-SAI mingħajr dewmien u tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bil-progress li jkun sar f’dan ir-rigward
15.2.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2010
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jirreferi għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, li jikkorrispondu għall-baġit ta' EUR 20 800 000, jippreżentaw stampa tal-qagħda finanzjarja li tikkorrispondi mas-sitwazzjoni reali tal-Fondazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2010 u li t-tranżazzjonijiet u l-likwidità għas-sena finanzjarja 2010 huma konformi mar-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni;
2. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat it-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010, legali u regolari;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
13.2.2012
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
38
1
2
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Regina Bastos, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Georges Bach, Tamás Deutsch, Sergio Gutiérrez Prieto, Anthea McIntyre, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Phil Bennion, Zuzana Brzobohatá, Anna Záborská
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
27.3.2012
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
21
2
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Jean-Pierre Audy, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Derek Vaughan