Proċedura : 2012/2016(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0215/2012

Testi mressqa :

A7-0215/2012

Dibattiti :

PV 03/07/2012 - 11
CRE 03/07/2012 - 11

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2012 - 7.12
CRE 04/07/2012 - 7.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0289

RAPPORT     
PDF 477kDOC 446k
26 ta' Ġunju 2012
PE 489.403v01-00 A7-0215/2012

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Giovanni La Via

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: TRILOGU BAĠITARJU TAS-26 TA' MARZU 2012 - ABBOZZ TA' KONKLUŻJONIJIET "Dati għall-proċedura baġitarja u modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-2012"
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit għas-sena finanzjarja 2013, li l-Kummissjoni adottat fil-25 ta’ April 2012 (SEC(2012)270),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (FII),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2013,

   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2013,

   wara li kkunsidra t-Titolu II, Kapitolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti tat-30 ta’ Mejju 2012,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0215/2012),

Abbozz tal-baġit 2013 – valutazzjoni ġenerali

1.  Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2012, qiegħed fil-qalba tal-prijoritajiet tiegħu l-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi, bi qbil mal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li għamel l-argument b’mod partikolari favur il-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’politiki u programmi li jirriżulta li jkunu strumentali għall-ilħiq ta’ dawk l-objettivi, partikolarment b’appoġġ tal-SMEs u ż-żgħażagħ; jilqa’ l-fatt li l-abbozz ta’ baġit għall-2013 tal-Kummissjoni jimxi fl-istess direzzjoni f’dak li jirrigwarda prijoritajiet identifikati li għandom jissaħħu;

2.  Jagħraf ir-restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji persistenti fil-livell nazzjonali, kif ukoll il-ħtieġa ta’ konsolidazzjoni fiskali; itenni l-konvinzjoni tiegħu, madankollu, li l-baġit tal-UE jirrappreżenta strument komuni u effikaċi ta’ investiment u solidarjetà, li huwa partikolarment meħtieġ fil-preżent biex jiskatta t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi fis-27 Stat Membru; jenfasizza li, minkejja d-daqs limitat tiegħu, li ma jisboqx 2 % tal-infiq pubbliku totali fl-Unjoni, il-baġit tal-UE kellu impatt ekonomiku reali u sal-lum irnexxielu jikkomplementa l-politiki ta’ rkupru tal-Istati Membri;

3.  Biħsiebu, għaldaqstant, jiddefendi bil-qawwa livell adegwat ta’ riżorsi għall-baġit tas-sena d-dieħla, kif definit fl-abbozz ta’ baġit, u jopponi kwalunkwe tentattiv ta' tnaqqis tar-riżorsi, speċjalment għal politiki li jġibu t-tkabbir u l-impjiegi; jemmen li l-baġit tal-UE, li ma jistax ikun f’defiċit, m’għandux jisfa vittma ta’ politiki ekonomiċi li ma rnexxewx fil-livell nazzjonali; jirrimarka li, fl-2012, bosta Stati Membri qed ikabbru d-daqs tal-baġits nazzjonali tagħhom;

4.  Huwa konvint li, partikolarment f’perjodu ta’ kriżi, ir-responsabbiltà finanzjarja għandha importanza mill-akbar; jemmen, għaldaqstant, li r-riżorsi jeħtieġ li jiġu kkonċentrati f’dawk l-oqsma fejn il-baġit tal-UE jista’ jġib valur miżjud, filwaqt li jistgħu jitnaqqsu minn setturi li qed jesperjenzaw dewmien mhux ġustifikat u assorbiment baxx, bil-ħsieb li jsir iffrankar f'linji fejn irriżultaw problemi fl-implimentazzjoni; iqis li jista' jsir iffrankar reali billi jiġu identifikati sovrappożizzjonijiet u ineffiċjenzi fil-linji baġitarji; fuq din il-bażi, biħsiebu jidentifika, flimkien mal-kumitati speċjalizzati tiegħu, prijoritajiet sew pożittivi kif ukoll negattivi għall-2013; jitlob lill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tagħti liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja informazzjoni pronta, regolari u sħiħa dwar l-implimentazzjoni - abbażi ta' indikaturi mira ta' prestazzjoni - tad-diversi programmi u inizjattivi u tivvalutahom f'paragun mal-impenji politiċi tal-UE;

5.  Jinnota li l-abbozz ta’ baġit tal-UE għall-2013 propost mill-Kummissjoni jammonta għal EUR 150.931.7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) (jiġifieri +2 % mqabbla mal-baġit 2012) u EUR 137.924.4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP) (jiġifieri +6.8 % mqabbla mal-Baġit 2012); jirrimarka li dawn l-ammonti rispettivament jirrappreżentaw 1.13 % u 1.03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-UE previst għall-2013; ifakkar li l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) jipprovdi limiti ta’ EUR 152 502 miljun għall-AI u EUR 143 911 miljun għall-AP, bi prezzijiet kurrenti; jindika d-diskrepanza kontinwa bejn il-livelli ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li se tirriżulta f’iktar żieda fir-reste-à-liquider (RAL);

6.  Jifhem li l-Kummissjoni fi, tmiem il-perjodu ta’ programmar, l-aċċent qed tqiegħdu fuq in-naħa tal-pagamenti, minħabba li biħsiebha tipprovdi soluzzjoni wkoll għal-livell dejjem jikber tar-RALs; filwaqt li jikkondividi dan l-approċċ, huwa partikolarment imħasseb dwar l-iffriżar propost tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-livell tar-rata stmata tal-inflazzjoni għas-sena d-dieħla; jenfasizza l-importanza tal-impenji għad-determinazzjoni tal-prijoritajiet politiċi u b’hekk għall-iżgurar li l-investiment meħtieġ eventwalment isir biex jagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi; biħsiebu janalizza bir-reqqa jekk dan il-livell ta' impenji hux se jippermetti l-implimentazzjoni xierqa ta' politiki ewlenin tal-UE; huwa tal-opinjoni li anke jekk l-iffriżar tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn jista' jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni u mill-Istati membri bħala soluzzjoni parzjali għall-problema tar-RALs, ma jistax jitqies bħala strateġija aċċettabbli il-livell tar-RALs jinżamm taħt kontroll;

7.  Iqis iż-żieda proposta ta’ 6.8 % fl-AP mqabbla mal-2012 bħala risposta inizjali għat-talba tal-Parlament għal baġit responsabbli u realistiku; jinnota li ż-żidiet fil-pagamenti huma kkonċentrati fl-oqsma tal-kompetittività u l-koeżjoni, minħabba l-livell ogħla ta' talbiet mistenni għal proġetti operattivi f’dawn l-oqsma; japprova bis-sħiħ din iż-żieda, li hija r-riżultat mhux biss ta' impenji tal-imgħoddi li jeħtieġ li jkunu onorati imma wkoll tal-implimentazzjoni reali ta’ programmi, li mistennija tilħaq livell tajjeb ta’ attività fl-aħħar sena tal-QFM kurrenti; jitlob lill-Kummissjoni tivverifika mal-Istati Membri li d-domandi stmati tagħhom għal żidiet fil-pagamenti huma eżatti u realistiċi;

8.  Jibqa’ xettiku, madankollu, dwar jekk il-livell propost ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2013 hux se jkun adegwat biex ikopri l-ħtiġijiet reali għas-sena d-dieħla, speċjalment fl-Intestaturi 1b u 2; se jimmonitorja b’attenzjoni s-sitwazzjoni tal-pagamenti matul l-2012, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari għat-trasferimenti u r-riallokazzjonijiet kollha proposti; iwissi wkoll li l-livell insuffiċjenti tal-pagamenti għall-2012 flimkien mal-livell propost mill-Kummissjoni għall-2013 jista’ ma jkunx biżżejjed biex jonora t-talbiet li qed jiġu indirizzati lill-Kummissjoni, u jista’ mbagħad iwassal għal biljuni f’diżimpenji fil-politika ta' koeżjoni weħidha; jenfasizza li l-proposta kurrenti l-livell globali ta’ pagamenti għall-perjodu 2007-2013 iġġibu għal EUR 859.4 biljun, jiġifieri madwar EUR 66 biljun anqas mil-livelli massimi maqbula tal-QFM;

9.  Ifakkar li diġà fl-2011, il-Kummissjoni ma setgħetx tħallas numru sinifikanti ta’ talbiet leġittimi, partikolarment fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni; jinnota li dawk it-talbiet ukoll se jkun jeħtieġ li jkunu koperti mill-baġit 2012, li diġà qed iġarrab nuqqas ta’ fondi bħala konsegwenza taż-żieda limitata fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament minħabba l-pożizzjoni tal-Kunsill matul il-proċedura baġitarja tas-sena li għaddiet; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tfassal abbozz ta’ baġit emendatorju malajr kemm jista’ jkun, biex issewwi din is-sitwazzjoni u tevita li pagamenti tal-2012 jgħaddu fuq is-sena ta’ wara, peress li dan joħloq livell mhux sostenibbli ta’ pagamenti għall-2013; jerġa’ jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jaħdmu b’mod kostruttiv, flimkien mal-Parlament, sabiex tiġi evitata ripetizzjoni ta’ din is-sitwazzjoni f’ċikli tal-baġit futuri billi tittejjeb l-eżattezza tal-previżjoni u billi jiftiehmu dwar estimi realistiċi tal-baġit;

10. Jiddeplora r-riluttanza tal-Presidenza tal-Kunsill li jieħu sehem fil-laqgħa politika interistituzzjonali dwar il-pagamenti li l-Parlament ippropona bħala segwitu għall-konċiljazzjoni baġitarja tas-sena li għaddiet; iqis din l-imġiba bħala tentattiv irresponsabbli sabiex tiġi injorata l-kwistjoni tan-nuqqas tal-ħruġ tal-pagamenti u l-kwistjoni tar-RAL; iqis li laqgħa bħal din tkun il-pjattaforma ideali biex iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jilħqu fehim komuni – qabel il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar l-abbozz ta’ baġit – dwar id-dejta disponibbli rigward l-implimentazzjoni u l-kapaċità ta’ assorbiment u biex jagħmlu stima korretta tal-ħtiġijiet ta’ pagament għall-2012 u l-2013; ifakkar li approprjazzjonijiet ta’ pagament proposti mill-Kummissjoni fl-abbozz ta’ baġit tagħha huma bbażati fuq l-estimi li saru mill-Istati Membri stess; huwa konvint, għalhekk, li kwalunkwe dubji jew bdil fl-opinjoni - kif espressi minn ċerti delegazzjonijiet tal-Kunsill - dwar iċ-ċifri u l-kalkoli tal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu kkomunikati, eżaminati u ċċarati mill-aktar fis possibbli, biex ma jsirux impediment għall-ilħiq ta’ ftehim fil-konċiljazzjoni ta’ din is-sena;

11. Jenfasizza li, skont id-data riċenti ppreżentata mill-Kummissjoni fil-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti li seħħet fit-30 ta’ Mejju 2012, kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt il-livell tal-proposta tal-Kummissjoni jwassal ukoll għal tnaqqis ulterjuri fl-impenji pendenti (RALs), li fi tmiem l-2011 diġà kienu laħqu l-ogħla livell li qatt kellhom sa dakinhar, jiġifieri EUR 207 biljun; itenni l-appell tiegħu, għaldaqstant, li l-Kunsill jaġixxi b’mod responsabbli u joqgħod lura milli jagħmel tnaqqisiet artifiċjali billi jiddeċiedi dwar livell globali tal-pagamenti a priori, bla ma jqis il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet reali għall-ilħiq tal-objettivi u l-impenji maqbula tal-UE; jitlob lill-Kunsill, fil-każ li dan iseħħ, biex jidentifika u jiġġustifika b’mod ċar u pubbliku liema programmi u proġetti tal-UE għandhom jiddewmu jew jitwaqqgħu għalkollox;

12. Jirrimarka li, skont l-istima tal-Kummissjoni, kollox ma’ kollox 43.7 % tal-Abbozz ta’ Baġit għall-2013 (jiġifieri EUR 64.5 biljun) huwa allokat għall-objettivi tal-Ewropa 2020, li jirrappreżenta żieda ta’ 0.2 % meta mqabbel mal-baġit 2012; japprezza l-fatt li għall-ewwel darba l-linji baġitarji u l-programmi li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi huma identifikabbli biċ-ċar fl-abbozz ta’ baġit;

13. Jieħu nota tal-marġni kumplessiv ta’ EUR 2.4 biljun f’AI fl-Abbozz ta’ Baġit 2013, u huwa determinat li jutilizzah bis-sħiħ – flimkien mal-mekkaniżmi l-oħra ta’ flessibbiltà previsti mill-FII – kull meta jkun hemm bżonn biex jiffinanzja l-objettivi u l-prijoritajiet li joħorġu minn impenji u deċiżjonijiet politiċi kondiviżi, jiġifieri dawk tal-istrateġija Ewropa 2020;

14. Jinnota li, minbarra n-nefqa amministrattiva, ma ddaħħlu l-ebda approprjazzjonijiet fl-abbozz ta' baġit għall-adeżjoni tal-Kroazja f'Lulju 2013; jistenna li r-reviżjoni tal-QFM prevista mill-Punt 29 tal-IIA tiġi adottata malajr, u jitlob lill-Kummissjoni tressaq il-proposta tagħha permezz ta' baġit emendatorju għall-approprjazzjonijiet addizzjonali korrispondenti malli l-Att ta' Adeżjoni jiġi rratifikat mill-Istati Membri kollha; ifakkar li kwalunkwe rekwiżiti finanzjarji ġodda għandhom jiġu ffinanzjati b’fondi ġodda aktar milli b'ridistribuzzjonijiet għat-tieni parti tal-2013;

15. Ifakkar li l-baġit annwali għall-2013 se jkun l-aħħar wieħed fil-QFM kurrenti, iżda jtenni li l-livelli massimi tal-QFM għall-2013, kif miftiehem fl-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, se jibqgħu r-referenza għal mill-inqas il-livelli massimi tal-qafas finanzjarju għall-2014 jekk ma jintlaħaqx qbil, skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 30 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006;

Intestatura 1a

16. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal żieda ta’ impenji f’din l-Intestatura b’4.1 % (għal EUR 16.032 miljun) meta mqabbla mal-baġit 2012; jinnota li l-proposta għal AI taħt il-possibbiltajiet tal-ipprogrammar finanzjarju (jiġifieri TEN-T, EIT, Progress) tħalli marġni ogħla ta’ EUR 90.9 miljun imqabbel mal-EUR 47.7 miljun previst fl-ipprogrammar finanzjarju; jieħu pjaċir jara li l-ogħla żidiet fl-AI huma kkonċentrati fl-Intestatura 1a, fejn tqiegħdu l-parti l-kbira tal-politiki u programmi li jiskattaw it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi, u li dawn jirriflettu l-prijoritajiet li l-Parlament enfasizza għall-2013;

17. Jilqa’, b’mod partikolari, iż-żidiet għall-programmi FP7-EC (+6.1%), CIP (+7.3 %) u TEN-T (+6.4 %), li huma fost dawk li l-aktar jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi tal-Ewropa 2020; jiddispjaċih, madankollu, li bl-ammonti proposti mill-Kummissjoni, żewġ programmi emblematiċi bħalma huma l-FP7 u t-TEN-T fil-fatt se jallokaw anqas AI milli kien previst fil-bażijiet legali tagħhom (FP: EUR -258.8 miljun u TEN-T: EUR -122.5 miljun) għall-aħħar sena tal-QFM kurrenti; jiddispjaċih ukoll li l-proposta mill-Kummissjoni ma tipprovdix għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa;

18. Iqis li ż-żieda sostanzjali fil-pagamenti, bi 17,8 % (għal EUR 13 552 miljun) meta mqabbla mal-Baġit 2012 hija stima realistika tal-pagamenti meħtieġa taħt din l-Intestatura, b’mod partikolari biex tkopri t-talbiet tas-sena d-dieħla għal proġetti ta’ riċerka li jirriżultaw minn obbligi kuntrattwali tal-Unjoni; iqis il-livell ta’ pagamenti propost mill-Kummissjoni bħala dak minimu meħtieġ taħt l-Intestatura 1a;

19. Jieħu nota tar-raġunament adottat mill-Kummissjoni hija u tippropni tnaqqisiet meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju, li wasslu, fil-fehma tagħha, għall-identifikazzjoni ta’ ffrankar potenzjali fi ħdan il-linji sottoimplimentati ta’ – fost l-oħrajn – FP7, TEN-T, Marco Polo, Progress, il-programm statistiku, id-Dwana u Fiscalis; huwa determinat li janalizza bir-reqqa l-prestazzjoni f’kull wieħed minn dawn il-programmi biex jivverifika kemm huma f’lokhom it-tnaqqisiet proposti u jeskludi impatti negattivi fuq il-programmi kkonċernati;

20. Ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar il-finanzjament tal-kosts addizzjonali tal-programm ITER għall-2012-2013, fejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu wkoll li fil-proċedura tal-Baġit 2013 jagħmlu disponibbli EUR 360 miljun f’AI “b'użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fl-FII tas-17 ta' Mejju 2006, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe reviżjoni ulterjuri tal-QFM relata mal-ITER”; huwa mħasseb li l-Kummissjoni tipproponi li dan l-ammont addizzjonali tiffinanzjah biss permezz ta’ riallokazzjoni mil-linji tal-programm FP7, kontra l-pożizzjoni li l-Parlament ilu jħaddan dwar din il-kwistjoni; jieħu kont bis-sħiħ tal-asserzjoni tal-Kummisjsoni li dan l-ammont joħroġ minn iffrankar fil-prestazzjoni tal-FP7, u li dawk it-tnaqqisiet fil-linji amministrattivi mhumiex se jagħmlu ħsara lill-operat tal-programm; biħsiebu jeżamina din l-asserzjoni aktar, kif ukoll jesplora mezzi oħra disponibbli skont l-FII u r-Regolament Finanzjarju għal dan il-għan;

21. Jenfasizza l-ħtieġa għal livell adegwat ta’ persunal għall-Enerġija tal-Fużjoni (F4E), l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER, sabiex tiġi żgurata ġestjoni bir-reqqa u l-implimentazzjoni tajba tal-kontribut tal-UE għall-proġett tal-ITER; huwa mħasseb dwar il-livell attwali tal-persunal kif propost mill-Kummissjoni;

22. Jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tal-SMEs bħala l-muturi tal-ekonomija tal-EU u l-ħallieqa ta’ 85 % tal-impjiegi ġġenerati f’dawn l-aħħar għaxar snin; ifakkar fid-diffikultajiet tradizzjonalment iffaċċjati mill-SMEs biex jiksbu aċċess għas-swieq finanzjarji għal proġetti ta’ riċerka u inovazzjoni, diffikultajiet li l-kriżi finanzjarja attwali issa kompliet tkabbarhom; huwa konvint li l-baġit tal-UE għandu jikkontribwixxi biex jegħleb dan il-falliment tas-suq, billi jiffaċilita l-aċċess ta’ SMEs innovattivi għad-dejn u għall-finanzjament azzjonarju u jilqa’ l-proposta riċenti tal-Kummissjoni li tinħoloq sezzjoni speċjali għall-SMEs taħt l-RSFF eżistenti; jappoġġa, barra minn hekk, iż-żieda proposta għall-istrumenti finanzjarji taħt il-programm CIP-EIP (b’EUR 14.7 miljun), bi qbil mal-prestazzjoni pożittiva tagħhom sal-lum u d-domanda akbar mill-SMEs;

23. Jiddispjaċih ħafna li, fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u speċjalment ta’ rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ l-approprjazzjonijiet għall-programm PROGRESS tnaqqsu b’EUR 5.3 miljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju, biex b'hekk prattikament treġġgħu lura għal-livelli tal-2012, minkejja l-prestazzjoni tajba ta’ dan il-programm sal-lum, inklużi t-taqsimiet tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-programmi soċjali tal-UE huma strumentali biex jintlaħqu l-miri soċjali u tal-impjiegi tal-istarteġija Ewropa 2020; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni lanqas fl-aħħar sena tal-QFM kurrenti ma ħadet l-opportunità li treġġa’ f'dan il-programm is-EUR 60 miljun li kienu ġew riallokati favur il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament Progress, kif kienet impenjat ruħha li tagħmel fl-2010;

24. Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi fl-AB, għat-tielet sena konsekuttiva, approprjazzjonijiet ta’ pagament (EUR 50 miljun) għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); jenfasizza l-fatt li dan mhux biss jagħti viżibbiltà ogħla lill-fond iżda anke jevita trasferimenti minn linji tal-baġit oħra li jsegwu għanijiet differenti u jkopru ħtiġijiet differenti; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' aktar simplifikazzjoni tal-modalitajiet prattiċi tal-proċedura għall-mobilizzazzjoni ta' dan il-fond, speċjalment fil-kuntest tan-negozjati kontinwi dwar ir-regolament il-ġdid tal-FEG;

25. Jiddispjaċih li l-kontribuzzjoni għall-Inizjattiva Emblematika Żgħażagħ Mobbli hija daqsxejn imnaqqsa meta mqabbla mas-sena li għaddiet; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-valur miżjud tal-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Erasmus u Erasmus Mundus, li, fi sfond finanzjarju modest, iħallu redditu kbir f’termini ta' implimentazzjoni effikaċi u immaġni pożittiva tal-Unjoni vis-à-vis ċ-ċittadini tagħha; ifakkar li f’ħafna Stati Membri tal-UE, iż-żgħażagħ qed jiġu milquta b’mod sinifikanti mill-kriżi ekonomika u finanzjarja u li f’dan il-kuntest il-finanzjament adegwat u l-immirar ta’ skemi edukattivi u ta’ mobilità u programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja huma sinifikanti fl-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fiż-żieda tal-livelli tal-ħiliet, tal-mobilità u tal-adattabilità taż-żgħażagħ, biex b’hekk jingħata kontribut b'mod ġenerali għal Ewropa innovattiva, ibbażata fuq l-għarfien, intelliġenti u inklużiva; għal dan l-għan, jappoġġa b’mod qawwi l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-programmi u l-politiki varji għaż-żgħażagħ tal-UE, irrispettivament mill-isfond edukattiv tagħhom; huwa kontra, għaldaqstant, it-tnaqqis propost b’EUR 10.2 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012 għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja u, bi qbil mal-pożizzjoni stabbilita tiegħu fl-aħħar proċeduri baġitarji u r-rati eċċellenti ta’ prestazzjoni ta’ dan il-programm, biħsiebu jsaħħaħ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal-linja tal-baġit korrispondenti;

26. Jenfasizza li l-programm TEN-T, permezz tal-investiment f’infrastrutturi b’valur miżjud Ewropej għoli, għandu rwol ċentrali fl-ilħiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jikkunsidra dan il-programm bħala essenzjali sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE kollha kemm hi, billi joħloq l-infrastruttura nieqsa u jelimina l-punti ta’ konġestjoni fis-suq intern; jenfasizza li l-proġetti tal-infrastruttura jagħtu wkoll kontribut dirett għat-tkabbir billi jistimulaw l-impjieg matul il-fażi tal-bini; jenfasizza r-rwol tal-programm TEN-T għall-issodisfar tal-għanijiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima billi jiżgura s-sostenibbiltà tan-netwerks tat-trasport tal-UE fil-futur; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda b’madwar EUR 85 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012, imma jitlob kjarifika ulterjuri dwar it-tnaqqis propost b’EUR 118 miljun meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju; ifakkar li l-programm ewlieni TEN-T ġie eżegwit għalkollox fl-2011, u jindika li ġudizzju finali dwar kif ġew implimentati u mħallsa l-impenji għall-proġetti fil-qafas finanzjarju tal-2007-2013 jista’ jsir biss fl-2017;

27. Jemmen li l-programm għall-appoġġ tal-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata jeħtieġ finanzjament adegwat għall-2013; jenfasizza d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta' linja baġitarja dwar it-turiżmu, u jiddispjaċih għat-tnaqqis kostanti fl-allokazzjoni baġitarja għas-sigurtà fit-toroq;

28. Jisħaq fuq il-fatt li s-soluzzjonijiet innovattivi huma meħtieġa b'urġenza bil-għan li jiġu mobilizzati aktar il-fondi privati jew pubbliċi u titwessa' l-firxa ta' strumenti finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-proġetti tal-infrastruttura; jappoġġa bis-sħiħ l-Inizjattiva pilota tal-Bonds tal-Proġetti bħala mezz biex tingħata spinta lill-kapaċità ta' investiment fil-qasam tat-trasport, tal-enerġija u tan-netwerks ICT tal-UE; jilqa' favorevolment il-fatt li l-abbozz tal-baġit jinkludi l-approprjazzjonijiet għall-fażi pilota anki jekk jiġu fil-fatt riallokati fi ħdan il-linji baġitarji rilevanti (CIP - TEN-T - TEN -E) kif miftiehem mill-awtorità leġiżlattiva;

29. Jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, meta mqabbel ma' dak li oriġinarjament kien previst fl-ipprogrammar finanzjarju, li jmorru kontra l-appell ripetut tal-Parlament biex jiġu ffinanzjati b'mod adegwat; iqis li l-livell attwali tal-approprjazzjonijiet mhuwiex biżżejjed biex dawk l-aġenziji jkunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti, notevolment ir-reklutaġġ ta' esperti bi kwalifiki għolja; jemmen li l-kompiti supplementari fdati lill-ASE għandhom ikunu kkomplementati minn valutazzjoni tal-kostijiet; jesprimi, għalhekk, l-intenzjoni tiegħu li l-approprjazzjonijiet jerġa' jġibhom tal-anqas għal-livell tal-2012, għall-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), kif ukoll li jsaħħaħ aktar l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) fid-dawl tal-kompiti ġodda li nfdat bihom;

Intestatura 1b

30. Jinnota li l-AB 2013 jipprevedi żieda fl-AI ta' 3.3 % (għal EUR 54 498 miljun) meta mqabbel mal-baġit 2012, li minnhom EUR 42 144 miljun huma għall-Fondi Strutturali (FEŻR u FSE) u EUR 12 354 miljun għall-Fond ta' Koeżjoni; jenfasizza li t-tnaqqis fil-livell tal-impenji fl-AB għall-assistenza teknika meta mqabbel ma' dak li kien previst oriġinarjament fl-ipprogrammar finanzjarju wassal biex il-marġni jiżdied għal EUR 25 miljun meta mqabbel mal-previżjoni inizjali ta' EUR 0.4 miljun;

31. Jiddispjaċih għat-tnaqqis propost għall-assistenza teknika għall-istrateġiji makroreġjonali; itenni l-ħtieġa għal appoġġ kontinwu tekniku u amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji kif ukoll għal kapital inizjali għal proġetti ġodda, kif indikat mir-rata għolja ta' implimentazzjoni fl-2011;

32. Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni ilha li wriet il-valur miżjud tagħha bħala strument neċessarju ta' investiment sabiex jinġieb it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi b'mod effikaċi billi jiġu indirizzati b'mod eżatt il-ħtiġijiet ta' investiment tar-reġjuni, u għaldaqstant jikkontribwixxi mhux biss għat-tnaqqis fid-disparitajiet bejniethom, iżda anke għall-irkupru ekonomiku u għall-iżvilupp tal-Unjoni kollha kemm hi; jikkunsidra wkoll il-Fondi Strutturali bħala strument kruċjali – fid-dawl kemm tad-daqs finanzjarju tagħhom kif ukoll tal-objettivi li jridu jintlaħqu – biex jitħaffef l-irkupru ekonomiku fl-UE u jintlaħqu l-objettivi rigward it-tkabbir u l-impjiegi minquxa fl-Istrateġija Ewropa 2020; jilqa', għalhekk, l-inizjattiva tal-Kummissjoni ta' riprogrammar fejn possibbli ta' EUR 82 biljun ta' Fondi Strutturali mhux allokati f'xi Stati Membri favur l-SMEs u l-impjiegi għaż-żgħażagħ, skont il-prijoritajiet tal-Parlament għall-2013; jinnota li, skont il-Kummissjoni, EUR 7.3 biljun f'finanzjament tal-UE ġie mmirat f'dan il-kuntest għal twassil jew riallokazzjoni aċċelerat; jitlob li jinżamm infurmat kif xieraq dwar l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva fil-livell nazzjonali, l-impatt mistenni tagħha fuq it-tkabbir u l-impjiegi, u l-impatt possibbli tagħha fuq il-baġit 2013;

33. Huwa mħasseb ferm dwar is-sitwazzjoni tal-pagamenti tal-proġetti ta' koeżjoni fl-ambitu ta' din l-Intestatura, u jinnota li żewġ terzi mil-livell totali ta' impenji pendenti (RAL) fi tmiem l-2011 (jiġifieri EUR 135.8 biljun) jiriflettu l-proġetti mhux imħallsa fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; ifakkar li fi tmiem l-2011 il-Kummissjoni ma setgħetx tirrimborża madwar EUR 11 biljun korrispondenti għal talbiet leġittimi għal pagament imressqa mill-benefiċjarji tal-proġetti minħabba l-livell insuffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament previsti fil-baġit; josserva li dan wassal għal sitwazzjoni ta' xogħol konsiderevoli b'lura ta' pagamenti, li jkollha tiġi indirizzata permezz tad-disponibbiltà ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti ta' pagament fl-2012; jirrimarka b'fermezza li mhuwiex se jaċċetta li din is-sitwazzjoni terġa' sseħħ fl-2013;

34. Ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-2013 hija l-aħħar sena tal-MFF attwali, bl-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati tkun għaddejja b'ritmu mgħaġġel ħafna u mistennija li tkun aktar mgħaġġla u l-biċċa l-kbira tat-talbiet għal pagament mistennija tasal għand il-Kummissjoni fit-tieni semestru; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni janalizzaw u jivvalutaw immedjatament, flimkien mal-Parlament, iċ-ċifri u r-rekwiżiti bil-għan li l-implimentazzjoni għall-2013 ma tkunx kompromessa; jindika li nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jista' jipperikola l-programmi li attwalment qed jiffunzjonaw sew; jenfasizza, barra minn hekk, li l-2013 se tkun is-sena meta, minħabba li r-regola N+3 ma tibqax tgħodd, it-talbiet għal pagament imressqa minn 12-il Stat Membru jkollhom jiġu ppreżentati għal żewġ segmenti annwali ta' impenji (2010 u 2011 skont ir-regola N+3 u N+2, rispettivament); għalhekk, iqis bħala minima ż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet ta' pagament bi 11.7 % (għal EUR 48 975 miljun) meta mqabbel mas-sena li għaddiet billi, kif imsemmi mill-Kummissjoni, tirrigwarda strettament l-2013 u tassumi li l-ħtiġijiet ta' pagament minn snin preċedenti jkunu ġew koperti;

35. Iqis din iż-żieda fil-pagamenti biss bħala l-ewwel pass biex jiġu koperti l-ħtiġijiet attwali tal-proġetti li għaddejjin bħalissa, u jtenni l-preokkupazzjoni tiegħu fir-rigward ta' skarsezza possibbli ta' fondi fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jevalwaw b'attenzjoni l-ħtiġijiet reali f'termini ta' pagamenti għall-2013 taħt l-Intestatura 1b, u biex ma jagħmlux tnaqqis li mhuwiex realistiku u ma jiħdux deċiżjonjiet li jmorru kontra l-previżjonijiet provduti mill-Istati Membri stess u użati bħala bażi għall-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni; għalhekk se jopponi kull tnaqqis possibbli fil-livell ta' pagamenti meta mqabbel mal-proposta inkluża fl-AB 2013;

36. Jistieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, f'każ li l-approprjazzjonijiet ta' impenn ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet reali matul din is-sena, jippreżentaw u jadottaw fi żmien debitu baġit emendatorju, biex b'hekk jiġi sodisfatt l-impenn konġunt li sar fid-dikjarazzjoni interistituzzjonali ta' Diċembru 2011;

Intestatura 2

37. Jinnota li l-AB 2013 jipproponi li l-AI jiżdiedu b'0.6 % (għal EUR 60 307 miljun) u li l-AP jiżdiedu b'1.6 % (għal EUR 57 964 miljun) meta mqabbel mal-baġit 2012; jissottolinja li dawn il-livelli għadhom anqas miż-żieda proposta mill-Kummissjoni għall-baġit kollu kemm hu; jirrimarka li dawn iż-żidiet huma parzjalment il-konsegwenza tad-dħul gradwali kontinwu ta' pagamenti diretti lill-Istati Membri l-ġodda u l-ħtiġijiet addizzjonali għal proġetti għall-iżvilupp rurali; jenfasizza li l-fondi proposti għal interventi fis-suq huma EUR 419 miljun anqas għall-2013 meta mqabbel mal-baġit 2012;

38. Jinnota li l-marġni mbassar ta' EUR 809 miljun għas-subintestatura tan-nefqa relatata mas-suq u l-għajnuniet diretti taħt l-Intestatura 2 jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-2012, li, skont il-Kummissjoni, huwa fil-parti l-kbira r-riżultat ta' effett ta' darba wara t-tmiem tal-Fond għar-Ristrutturar tal-Industrija taz-Zokkor; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-marġni jfisser li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja mhux se jiġi applikat fl-2013; jenfasizza li jinħtieġ marġni suffiċjenti taħt din l-intestatura biex itaffi kwalunkwe kriżi potenzjali li sseħħ fis-settur agrikolu, kif kien il-każ fis-snin reċenti waqt il-kriżi tal-EHEC;

39. Jenfasizza li l-2013 hija l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali u għalhekk irid jiġi żgurat livell xieraq ta' approprjazzjonijiet ta' pagament taħt l-Intestatura 2 sabiex jiġu koperti, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-proġetti għall-iżvilupp rurali u tal-proġett LIFE+ attwali;

40. Jirrimarka li l-Intestatura 2 hija strumentali għall-ilħuq tal-objettivi tat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari permezz tal-programmi tagħha għall-iżvilupp rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati l-SMEs fiż-żoni rurali, billi huma dawn li l-aktar joħolqu impjiegi, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żieda proposta ta' AI b'1.3 % (għal EUR 14 808 miljun) għall-iżvilupp rurali;

41. Jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-Intestatura 2 huma anqas mill-ħtiġijiet stmati, billi li huwa stmat li d-dħul allokat għall-FAEG huwa ogħla fl-2013 (EUR 1 332.8 miljun) milli fl-2012 (EUR 1 010 miljun); jinnota li din id-differenza toriġina mill-bilanċ li jifdal tal-Fond Temporanju għar-Ristrutturar tal-Industrija taz-Zokkor (EUR 647.8 miljun), filwaqt li huwa mistenni li d-dħul allokat mid-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ikun anqas minn dak fl-2012 (EUR 400 miljun fl-abbozz ta' baġit 2013 meta mqabbel ma' EUR 600 miljun fil-baġit 2012); ifakkar li aġġustament tal-istimi attwali abbażi tal-ħtiġijiet effettivi se jsir fil-ħarifa permezz tal-ittra emendatorja rigward l-agrikoltura;

42. Ifakkar li l-volatilità tal-prezzijiet f'dan is-settur hija preokkupazzjoni kbira u japprova miżuri biex tiġi miġġielda l-ispekulazzjoni f'komoditajiet agrikoli; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimmonitorjaw b'attenzjoni l-iżviluppi fis-swieq agrikoli; f'dan il-kuntest, ifakkar lill-Kummissjoni bl-appell li għamel il-Parlament – li sal-lum l-ebda azzjoni ma ttieħdet – għall-ħolqien ta' 'osservatorju tal-marġnijiet u tal-prezzijiet', li jkun jagħmilha possibbli li tiniseb komparabbiltà tal-prezzijiet u aħjar u aktar trasparenza fl-iffissar tal-prezzijiet tal-ikel;

43. Jinnota li ż-żieda proposta fl-għajnuniet diretti hija prinċipalment dovuta għall-introduzzjoni gradwali kontinwa ta' pagamenti diretti fl-UE-12, li joħloq ħtieġa baġitarja addizzjonali ta' EUR 860 miljun fl-2013, filwaqt li n-nefqa fuq l-interventi fis-suq mistennija tonqos minħabba dħul assenjat ogħla u sitwazzjoni favorevoli tas-suq għall-maġġoranza tas-setturi;

44. Jinnota li l-ammonti assenjati lil ċerti linji baġitarji, inkluż il-programm tal-ħalib fl-iskejjel, tnaqqsu b'mod sinifikanti, u jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament ġustifikazzjoni għal dan;

45. Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki tal-UE u l-baġit tal-UE huma elementi fundamentali biex jinlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; jemmen f'dan il-kuntest li l-azzjoni klimatika u l-objettivi ambjentali għandhom natura trasversali u jridu jissarrfu f'miżuri konkreti implimentati fl-ambitu ta' diversi programmi u politiki tal-UE, bil-għan li jingħata kontribut sostanzjali lit-tkabbir sostenibbli u jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-isfidi bħall-iskarsezza tar-riżorsi u t-tibdil fil-klima;

46. Jinnota ż-żieda żgħira proposta fl-AI – bi 3.3 % għal EUR 366.6 miljun – għal LIFE+, iżda jiddispjaċih li l-approprjazzjoni hija EUR 10.55 miljun inqas mil-livell tal-ipprogrammar finanzjarju ta' Jannar 2012; se janalizza, f'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet kollha kif iddikjarati fil-paragrafu 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali;

47. Jilqa' pożittivament l-ammonti proposti mill-Kummissjoni għall-programm ta' distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar foqra; jistieden lill-Kunsill jirrispetta d-deċiżjoni konġunta li ttieħdet fit-tmiem tal-2011 dwar iż-żamma tal-finanzjament għal dan il-programm għall-2012 u l-2013;

48. Jiddispjaċih bis-sussidji kontiwni għall-produzzjoni tat-tabakk fl-UE, li jmorru kontra l-objettivi tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni;

49. Iqis li huwa importanti li jinżamm l-appoġġ finanzjarju għall-politika komuni tas-sajd (PKS) minħabba r-riforma imminenti tagħha; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-SMEs fis-settur tas-sajd u l-promozzjoni tal-aċċess għall-impjiegi għaż-żgħażagħ f'dan il-qasam, filwaqt li tiġi garantita n-natura sostenibbli tal-PKS, kif ukoll il-bżonn ta' promozzjoni ta' miżuri li jiżguraw il-fattibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tas-settur; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żieda proposta għall-Fond Ewropew għas-Sajd bi 2.2 % (għal EUR 687.2 miljun) f'AI u b'7.3 % (għal EUR 523.5 miljun) f'AP rispettivament, meta mqabbel mal-baġit 2012; jiddispjaċih, madankollu, bit-tnaqqis proposta fil-qasam tal-governanza tal-PKS, il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd, u l-monitoraġġ u l-infurzar tal-PKS;

Intestatura 3a

50. Jinnota li ż-żieda globali fil-finanzjament proposta fl-AB 2013 – EUR 1 392.2 miljun u EUR 928.3 miljun f'impenji u pagamenti rispettivament – meta mqabbel mal-baġit 2012 għal azzjonijiet inklużi taħt din l-Intestatura hija ta' 1.8 % (b'EUR 24.42 miljun) f'AI u 11.1 % f'AP; iqis li dan huwa konformi mal-ambizzjonijiet li qed jikbru tal-UE fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja;

51. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-approprjazzjonijiet għaċ-ċibersigurtà fis-settur tal-IT, minħabba l-ħsara enormi li l-attività kriminali li qed tiżdied f'dan il-qasam qed tikkawża lill-ekonomiji tal-Istati Membri; jinsisti li spinta lill-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità fil-livell tal-Unjoni permezz taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità se tirrikjedi finanzjament adegwat u għalhekk jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għall-Europol, minħabba li l-kompiti taċ-Ċentru kif identifikati mill-Kummissjoni ma jistgħux jitwettqu bir-riżorsi umani u finanzjarji attwali tal-Europol; jinnota li, għall-kuntrarju tal-ipprogrammar finanzjarju, tnaqqis ta' EUR 64.4 miljun huwa proposta għall-programm għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġlieda kontriha, meta mqabbel mal-baġit 2012, għalkemm dan il-programm kien ġie maħsub biex ikopri wkoll iċ-ċiberkriminalità u l-użu illeċitu tal-internet;

52. Jappella għal sostenn kontinwu għall-FRONTEX, kif ukoll għad-diversi aġenziji maħluqa reċentement taħt din l-intestatura (partikolarment l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-aġenzija għas-sistemi tal-IT fuq skala kbira; jinnota t-tnaqqis ta' 8.9 % (-EUR 7.3 miljun) għall-kontribuzzjoni lill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) meta mqabbel mal-baġit 2012, u jistenna li l-Kummissjoni tagħti informazzjoni addizzjonali dwar dan it-tnaqqis propost;

53. Jinnota li t-tnaqqis ta' EUR 30 miljun għall-programm VIS u t-terminazzjoni ta' EURODAC (-EUR 0.5 miljun) se jkun ikkumpensat bit-trasferiment ta' dawn il-kompiti u l-approprjazzjonijiet baġitarji korrispondenti lill-aġenzija l-ġdida għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira;

54. Jinnota ż-żieda sinifikanti f'impenji u l-livell komparattivament baxx ta' pagamenti għal SIS II; jinnota li, skont l-iskeda globali għal SIS II, fl-2013 l-iżvilupp u l-migrazzjoni tagħha għandhom jitlestew u l-Aġenzija tal-IT se tieħu f'idejha l-ġestjoni tas-sistema; jikkritika, għalhekk, iż-żieda sinifikanti fil-baġit lil hinn mill-ippjanar finanzjarju oriġinali tiegħu fi stadju daqshekk tard qabel tibda topera s-SIS II; jirrakkomanda li tinżamm f'riżerva parti sostanzjali tal-baġit għal SIS II sakemm ikunu ġew iġġustifikati l-progress operattiv u l-konformità mal-ippjanar finanzjarju;

55. Japprezza ż-żieda b'EUR 9.8 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012 li ġiet proposta mill-Kummissjoni għall-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, li hija koerenti mad-deċiżjonijiet meħuda fis-snin li għaddew u l-implimentazzjoni ta' bħalissa ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Asil; jieħu nota taż-żieda ta' 19 % tal-allokazzjoni baġitarja tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, li tammonta għal EUR 415.5 miljun, ekwivalenti għan-nofs ta' dik prevista mill-ipprogrammar finanzjarju; ifakkar fit-talba b'saħħitha tiegħu għal reazzjoni xierqa u ekwilibrata għall-isfidi, bl-għan tal-ġestjoni tal-migrazzjoni legali u tat-tnaqqis tal-migrazzjoni illegali;

56. Jenfasizza li l-miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra l-vjolenza tal-ġeneru jridu jkunu ffinanzjati suffiċjentement; jenfasizza r-rwol importanti li żvolġa l-programm tal-prevenzjoni u l-ġlieda tal-forom kollha ta' vjolenza (DAPHNE) fl-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet fl-UE, u jisħaq fuq l-importanza ta' żieda fil-finanzjament xieraq għall-programm fl-2013;

Intestatura 3b

57. Ifakkar li l-Intestatura 3b, għalkemm hija l-iżgħar intestatura tal-MFF f'termini ta' allokazzjoni finanzjarja, tkopri kwistjonijiet ta' interess fundamentali għaċ-ċittadini tal-Ewropa, bħall-programmi edukattivi, kulturali u għaż-żgħażagħ, is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumatur, l-istrument ta' protezzjoni ċivili u l-politika tal-komunikazzjoni; jiddeplora, għalhekk, il-fatt li għal darb'oħra fl-2013 l-approprjazzjonijiet ġenerali taħt din l-Intestatura jitnaqqsu, meta mqabbla mal-baġit 2012, bi tnaqqis fl-AI ta' 1.2 % (EUR 26.08 miljun) u fl-AP ta' 0.4 %, bl-esklużjoni tal-Fond ta' Solidarjetà;

58. Jilqa' pożittivament, abbażi tal-implimentazzjoni soda tiegħu fis-snin preċedenti, iż-żieda tal-finanzjament fl-2013 għall-programm "Żgħażagħ fl-Azzjoni" (għal EUR 140.45 miljun), li tirrappreżenta żieda ta' EUR 0.8 miljun meta mqabbel mal-baġit 2012 u ta' EUR 16.5 miljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju;

59. Japprezza ż-żidiet f'approprjazzjonijiet meta mqabbel mal-baġit 2012 għall-programm "Kultura" (+1.4 %), "Media 2007" (+1.1 %) u l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (+3.1 %), iżda jiddispjaċih bit-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet meta mqabbel mal-baġit 2012 għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" – speċjalment matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini – kif ukoll l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u l-programm "Media Mundus";

60. Jiddispjaċih għall-volum imnaqqas ta' impenji għal azzjonijiet ta' komunikazzjoni meta mqabbel mal-baġit 2012, fi żmien meta d-distakk bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha huwa aktar evidenti minn qatt qabel, kif jidher mill-għadd dejjem jonqos ta' votanti fl-elezzjonijiet Ewropej; huwa konvint mill-ħtieġa ta' sforzi msaħħa ta' komunikazzjoni u ta' finanzjament proporzjonat biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u biex jintwera l-kontribut tagħhom biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja;

61. Jissottolinja l-fatt li għal darb'oħra din is-sena jibqa' biss marġni limitat ħafna disponibbli (EUR 25.6 miljun) taħt din l-Intestatura, u dan iħalli possibbiltà ċkejkna ta' manuvra jekk jinħtieġu azzjonijiet jew deċiżjonijiet ġodda dwar il-prijoritajiet ta' finanzjament direttament rilevanti għaċ-ċittadini;

Intestatura 4

62. Jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ippreżentati fl-AB 2013 jirrappreżentaw żieda ta' 0.7 % u 5.1 % meta mqabbel mal-baġit 2012, għal EUR 9 467.2 miljun u EUR 7 311.6 miljun rispettivament; jirrimarka li dawn iż-żidiet għadhom iktar baxxi minn dawk proposti mill-Kummissjoni għall-baġit in ġenerali;

63. Ifakkar fil-ħtieġa għal koordinazzjoni aktar mill-qrib u koerenza tal-isforzi fil-finanzjament tal-azzjonijiet esterni mill-Unjoni u l-Istati Membri biex jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni ta' riżorsi skarsi; jissottolinja l-ħtieġa li jitħeġġu l-kooperazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tal-azzjonijiet ma' donaturi internazzjonali, lokali u reġjonali oħra sabiex il-fondi jintużaw bl-aħjar mod possibbli u jinħolqu sinerġiji; jemmen li fi żminijiet ta' diffikultà ekonomika huwa importanti wkoll li tittejjeb il-flessibbiltà fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti kif ukoll li r-riżorsi skarsi jiġu kkomplementati bi strumenti b'effetti ta' lieva li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid ta' fondi investiti u ġġenerati;

64. Jinnota ż-żieda sinifikanti ta' EUR 272.3 miljun fil-marġni propost għall-Intestatura 4 meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju għall-2013 (minn EUR 119.6 miljun għal EUR 391.9 miljun), li hija l-effett nett taż-żieda f'impenji għall-ENPI (rinfurzati b'EUR 51.7 miljun), l-ICI u l-ICI+ (EUR 0.3 miljun aktar mill-ipprogrammar finanzjarju) u tat-tnaqqis fit-tkabbir tal-impenji għall-Fond ta' Garanzija (-EUR 104.5 miljun), l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (-EUR 99.3 miljun), l-assistena makrofinanzjarja (-EUR 37.4 miljun), l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (-EUR 28.6 miljun) u l-Istrument għall-Istabbiltà (-EUR 41.4 miljun); jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi biżżejjed spjegazzjonijiet dwar għaliex kien meħtieġ ridimensjonament daqshekk sinifikanti ta' wħud mill-programmi meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju; jenfasizza li filwaqt li jista’ jaqbel mal-prinċipju ta' ridimensjonament tal-programmi li mhumiex implimentati sew jekk dan iwassal għall-iffrankar tal-enerġija, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet m'għandux ikun trasversali; iwissi dwar il-fatt li l-użu ta' marġni artifiċjalment għoli bħal għodda ta' negozjar fil-proċedura baġitarja ma jistax jitqies bħala prassi baġitarja tajba;

65. Jiddispjaċih b’mod partikolari dwar it-tnaqqis kontinwu ta’ approprjazzjonijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp; jistaqsi kif dan huwa kompatibbli mal-impenji internazzjonali tal-UE sabiex talloka, sal-2015, 0,7 % tal-PNG għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-livell totali ta’ impenji skont l-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), kif propost fl-AB 2013, jirrappreżenta tnaqqis ta' inqas mir-rata ta’ inflazzjoni prevista u li l-livell propost ta’ pagamenti totali tad-DCI huwa anqas minn dak tal-2012; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura approċċ iktar koerenti, realistiku u ppjanat aħjar għall-finanzjament tad-DCI;

66. Jieħu nota tal-proposta li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, li jindirizza l-bżonnijiet ta’ pajjiżi li jħabbtu wiċċhom ma’ bidliet politiċi u ekonomiċi ewlenin; jilqa' l-iffukar fuq is-Sħubija tal-Lvant, u jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-pajjiżi li flimkien jagħmlu l-komponent tan-Nofsinhar tagħha peress li jaffaċċjaw sfidi ta' proporzjonijiet storiċi wara r-Rebbiegħa Għarbija; iqis ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju "aktar għal aktar" bħala insuffiċjenti, u jistedinha tiżviluppa kriterji ċari għal kif għandu jiġi applikat;

67. Iqis li livell suffiċjenti ta' assistenza finanzjarja tal-UE lill-Awtorità Palestinjana u lill-UNRWA għadu meħtieġ sabiex ikun hemm reazzjoni adegwata u komprensiva għas-sitwazzjoni politika u umanitarja fil-Lvant Nofsani u għall-proċess ta' paċi; jenfasizza s-sitwazzjoni partikolarment diffiċli ffaċċjata bħalissa mill-UNWRA, notevolment wara l-avvenimenti fis-Sirja; jinnota li l-effett nett taż-żieda fl-impenji għall-ENPI huwa prinċipalment dovut għall-fatt li jinżamm l-appoġġ għat-territorji okkupati tal-Palestina fil-livell tal-abbozz ta’ baġit tal-2012;

68. Jenfasizza li, grazzi għall-impenn qawwi tal-Parlament, il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Awtorità Palestinjana, lill-UNRWA u lill-proċess ta’ paċi tal-Lvant Nofsani matul l-aħħar snin tammonta għal EUR 300 miljun, u jfakkar li l-awtorità baġitarja, matul il-fażi tal-konċiljazzjoni baġitarja, qablet dwar allokazzjoni ta’ EUR 200 miljun għas-sena 2012, bil-kundizzjoni li jkun hemm żieda supplimentari sine qua non ta’ EUR 100 miljun għas-sena finanzjarja 2011 li tiġi minn approprjazzjonijiet mhux użati; jitlob li jkun hemm impenn ta' finanzjament li jirrifletti l-ħtiġijiet reali mill-bidu tas-sena baġitarja biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tappoġġa b'mod effikaċi l-bini ta' paċi sostenibbli; jinsisti li għandhom jiġu imposti kontrolli finanzjarji stretti u li għandhom jintbagħtu analiżi u valutazzjoni dettaljati tal-infiq lill-Parlament Ewropew;

69. Jirrikonoxxi l-fatt li bl-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, l-allokazzjonijiet għall-IPA jonqsu b'EUR 67.6 miljun; madankollu, huwa preokkupat li l-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis akbar fl-appoġġ għall-bini ta' kapaċitajiet istituzzjonali għall-pajjiżi kandidati milli mistenni bit-tnaqqis ta’ allokazzjonijiet għall-IPA għall-Kroazja (total ta’ -EUR 29.14 miljun meta mqabbel mal-2012), filwaqt li l-istess linja għal kandidati potenzjali ġiet rinfurzata (+EUR10.5 miljun meta mqabbel mal-2012); ifakkar li l-kapaċità istituzzjonali hija ta' importanza fundamentali għall-użu korrett tal-finanzjament tal-Unjoni u hija ugwalment importanti kemm għall-kandidati kif ukoll għall-kandidati potenzjali; jilqa’ li ż-żieda proposta f'AI għall-iżvilupp rurali tal-IPA hija ta' 10.2 % meta mqabbel mal-baġit għall-2012;

70. Itenni l-fatt li speċjalment fi żminijiet ta' awsterità, l-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom jiġu ppjanati b'attenzjoni għal kull linja baġitarja tal-PESK sabiex jiġi ggarantit li l-flus tal-UE jiġu allokati għall-miżuri l-aktar meħtieġa, filwaqt li jitqiesu kemm jista' jkun il-flessibbiltà u imprevedibbiltà tal-operazzjonijiet tal-PESK; f’dan ir-rigward, jilqa’ talbiet għal sinerġiji akbar permezz ta’, fost l-oħrajn, il-ġbir flimkien, il-kondiviżjoni u l-integrazzjoni ta’ kapaċitajiet u permezz tal-prestazzjoni mtejba, l-ippjanar u t-twettiq ta’ missjonijiet u operazzjonijiet; jilqa’ sforzi għal ħarsa ġenerali trasparenti u kompluta tal-missjonijiet kollha tal-PESK; se janalizza b'attenzjoni ż-żieda ta' 9.2 % f'AI għall-PESK fl-2013;

71. Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' reazzjoni għat-theddid transreġjonali fl-oqsma tal-kriminalità organizzata, tat-traffikar, tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, tat-theddid għas-saħħa pubblika u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi provi li jiġġustifikaw għaliex tinħtieġ żieda ta' 50 % għal dawn il-miżuri fl-2013;

Intestatura 5

72. Jinnota li n-nefqa amministrattiva totali għall-istituzzjonijiet kollha hija stmata li hi EUR 8 544,4 miljun, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 3.2 % meta mqabbel mal-2012 u li jħalli marġni ta' EUR 636.6 miljun, inkluża nefqa addizzjonali marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja;

73. Jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, inkluż il-Parlament Ewropew, għamlu sforz sabiex jillimitaw il-baġits amministrattivi tagħhom għal żieda taħt ir-rata tal-inflazzjoni mistennija, minbarra l-ispiża tat-tkabbir għall-Kroazja; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa għar-razzjonalizzazzjoni ta’ riżorsi amministrattivi fuq perjodu ta’ żmien twil u jinisisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni interistituzzjonali f’oqsma bħar-riżorsi umani, it-traduzzjoni, l-interpretazzjoni, il-bini, u t-teknoloġija tal-informatika;

74. Jenfasizza li ż-żieda ta’ 3.2% meta mqabbla mal-2012 hija primarjament dovuta għal obbligi statutarji jew kuntrattwali bħall-pensjonijiet jew l-aġġustamenti tas-salarji; jinnota madankollu li l-Kummissjoni kkonformat mal-impenn tagħha li żżomm iż-żieda nominali fl-approprjazzjonijiet amministrattivi tagħha fl-Intestatura 5 inqas mill-inflazzjoni prevista ta' 1.9 % meta mqabbel mal-2012, kif spjegat fl-ittra tat-23 ta' Jannar 2012 mill-Kummissarju għall-Baġit u l-Ipprogrammar Finanzjarju, u saħansitra marret lil hinn minn dan l-impenn;

75. Jifhem li dan intlaħaq diġà għall-2013 permezz ta' tnaqqis ta' iktar minn 1 % fin-numru ta' karigi fl-organigramma tal-Kummissjoni, notevolment fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv, il-ġestjoni baġitarja u l-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll permezz ta' aktar tnaqqis f'punti oħra ta' nefqa amministrattiva; jitlob spjegazzjoni ulterjuri dwar il-ħtieġa reali li wieħed jipproċedi bi tnaqqis bħal dan fil-persunal sabiex tiġi ffriżata n-nefqa amministrattiva f'termini reali, meta l-Kummissjoni rnexxielha tiffriża n-nefqa amministrattiva tagħha f'termini nominali fl-2012 mingħajr ma rrikorriet għal tnaqqis fil-persunal;

76. Jilqa' dan l-isforz favur konsolidament baġitarju fin-nefqa amministrattiva fi żmien ta' restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji fil-livell nazzjonali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jikkondividu l-isforzi ta’ din il-konsolidazzjoni; madankollu jinsab imħasseb dwar l-impatt negattiv li tali miżuri jista' jkollhom fuq l-implimentazzjoni rapida, regolari u effettiva tal-azzjonijiet u l-programmi tal-UE min-naħa ta' amministrazzjoni moderna, meta jitqies b'mod partikolari l-bżonn li jiġu ppremjati l-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizz, billi jitqies l-ilħiq ta' bilanċ ġeografiku, speċjalment fi żmien meta l-kompetenzi tal-UE qed ikomplu jiżdiedu u Stati Membri ġodda jissieħbu fl-Unjoni; jilqa' l-informazzjoni mogħtija dwar dawk l-oqsma msaħħa f'termini ta' persunal, bħall-governanza ekonomika Ewropea, is-suq uniku u s-sigurtà u l-ġustizzja, iżda jitlob informazzjoni simili dwar dawk l-oqsma tal-politika u t-tipi ta' karigi fejn kien hemm tnaqqis fil-persunal meta mqabbel mal-2012;

77. Itenni f'dan l-isfond li kull tnaqqis bħal dan tal-persunal għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt preliminari u jikkunsidra bis-sħiħ, inter alia, l-obbligi legali tal-Unjoni, il-prijoritajiet tal-UE kif ukoll il-kompetenzi l-ġodda tal-istituzzjonijiet u ż-żieda fil-kompiti li ġejja mit-trattati; jenfasizza li din il-valutazzjoni għandha tqis b'attenzjoni l-effetti għad-Direttorati Ġenerali u s-servizzi differenti, notevolment meta jitqies id-daqs u l-ammont ta' xogħol tagħhom, kif ukoll l-effetti fuq it-tipi differenti ta' karigi kkonċernati kif ippreżentati fl-iskrining annwali tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni (tfassil tal-politiki, ġestjoni tal-programmi, appoġġ amministrattiv, ġestjoni baġitarja u attivitajiet kontra l-frodi, servizzi lingwistiċi, eċċ.);

78. Jenfasizza li f'ħafna oqsma tal-azzjoni tal-UE, għandhom jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta' persunal fid-dawl tal-istadju tal-implimentazzjoni tal-programmi, prijoritajiet ġodda u żviluppi oħrajn; għalhekk se jiskrutinizza b'attenzjoni l-evoluzzjoni globali tal-livelli tal-persunal fid-DĠ u s-servizzi differenti anke fid-dawl tal-prijoritajiet ippreżentati f'dan ir-rapport; minbarra l-provvista ta' aktar informazzjoni dettaljata f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni tipproċedi għal valutazzjoni dettaljata simili tal-impatt tat-tnaqqis trasversali propost fil-persunal, filwaqt li jitqies ukoll fuq perjodu itwal ta' żmien kwalunkwe tnaqqis ieħor fil-persunal tal-Kummissjoni, u tirrapporta lura lill-Parlament; jinsisti li din għandha tkun prerekwiżit sabiex l-awtorità baġitarja tikkunsidra li taċċetta, skont l-eżitu tagħha, it-tnaqqis ta' 1 % fil-persunal għall-2013;

79. Huwa tal-opinjoni li għad hemm mistoqsijiet dwar in-numru għoli ta’ pożizzjonijiet ta’ ġestjoni għoljin f’livelli ta’ grad għoli fost il-persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; għalhekk jitlob lill-SEAE sabiex jipprovdi informazzjoni addizzjonali b’mod partikolari fir-rigward taż-żieda sinifikanti (+9.2 %) f’postijiet ta' AD14 propost fl-abbozz ta’ baġit; bl-istess mod jitlob informazzjoni ulterjuri dwar iż-żidiet kbar f’approprjazzjonijiet proposti għas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini (+57.2 %);

80. Huwa konvint li l-prevenzjoni u l-medjazzjoni huma fost l-aktar mezzi kosteffikaċi sabiex jiġu ġestiti kunflitti billi jiġu evitati milli jeskalaw fi vjolenza; jilqa’ għalhekk il-proposta li tiġi introdotta intestatura tal-baġit li tammonta għal EUR 500 000 għal Servizzi ta’ Appoġġ għall-Prevenzjoni tal-Kunflitt u l-Medjazzjoni fil-baġit tal-SEAE, wara t-tlestija b’suċċess fl-aħħar ta’ din is-sena ta’ azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament;

81. Huwa tal-opinjoni li l-Iskejjel Ewropej għandhom jiġu ffinanzjati b'mod xieraq sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tat-tfal tal-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-UE; jieħu nota tal-allokazzjoni globali proposta ta' 180.7 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' 6.8 % meta mqabbel mal-2012, u aktar mill-ammonti tal-ipprogrammar finanzjarju; madankollu se jiskrutinizza b'attenzjoni kull waħda mil-linji baġitarji tal-Iskejjel Ewropej, u matul il-qari tiegħu, se jagħmel kwalunkwe modifika li jqis li tkun xierqa f'dan ir-rigward;

Proġetti pilota – azzjonijiet preparatorji

82. Jenfasizza l-importanza tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji bħala strumenti prinċipali għall-formulazzjoni ta’ prijoritajiet politiċi u biex titwitta t-triq għal inizjattivi ġodda fuq perjodu ta’ żmien twil kemm fil-livell reġjonali kif ukoll tal-UE li jistgħu jinbidlu f’attivitajiet u programmi tal-UE li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tal-UE; biħsiebu jipproċedi għall-identifikazzjoni ta' pakkett bilanċjat ta' PP-AP abbażi tal-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u filwaqt li jitqiesu bir-reqqa s-sostenibilità u d-durabilità tar-riżultati mistennija;

83. Skont l-Anness II, parti D tal-IIA, se jittrażmetti lill-Kummissjoni l-ewwel lista proviżorja ta' PP u AP potenzjali għall-Baġit 2013; jistenna lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi mmotivata sew tal-proposti indikattivi tal-Parlament; jenfasizza li din il-lista proviżorja ma teskludix it-tressiq u l-adozzjoni formali ta’ emendi li jirrigwardaw il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji matul il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament;

84. Ifakkar li fil-baġit għall-2012 kien adottat numru totali ta' 70 proġett pilota u azzjoni preparatorja, li jammontaw għal EUR 105.45 miljun f'AI fl-intestaturi kollha; jirrimarka li jekk l-awtorità baġitarja tadotta għall-2013 proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'livell simili u bi tqassim simili fl-intestaturi, 54 % tal-marġni taħt l-Intestatura 1a, 27 % ta ta' dak taħt l-Intestatura 3a u 37 % ta' dak taħt l-Intestatura 3b jkunu diġà ntużaw;

85. Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni għal erba' azzjonijiet preparatorji u żewġ proġetti pilota għal ammont totali ta' EUR 15,5 miljun f'AI; biħsiebu janalizza b'attenzjoni l-objettivi u l-kontenuti ta' dawn il-proposti u jiċċekkja l-ammonti mitluba;

L-Aġenziji

86. Jinnota l-livell globali ta' EUR 748 miljun (jiġifieri 0.5 % tal-baġit totali tal-UE) iddedikat għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE fl-AB 2013, li jwassal għal żieda fil-kontribuzzjoni totali tal-UE (inkluż dħul assenjat) ta' EUR 24 miljun jew +3.2 % meta mqabbel mal-Baġit 2012; huwa konxju li din iż-żieda ġejja primarjament mit-tmien aġenziji li jinsabu fil-fażi inizjali tagħhom, bil-ħsieb li jingħatalhom finanzjament adegwat, u mis-seba' aġenziji li l-kompiti tagħhom ġew estiżi, sabiex ma titfixkilx il-prestazzjoni tagħhom; jinnota li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-aġenziji li qed jiffunzjonaw b'ritmu normali qed tonqos f'termini nominali, b'żieda ta' 1.2 %, madankollu, fil-persunal; jinnota li l-aġenziji issa għandhom total ta' 5.115 kariga fl-organigramma, jiġifieri żieda ta' 257 kariga li jikkonċernaw primarjament l-aġenziji b'kompiti ġodda jew li jinsabu fil-fażi tal-bidu tagħhom;

87. Jinnota li għall-ewwel darba l-Kummissjoni naqqset it-talbiet baġitarji ta' kważi l-aġenziji kollha, li kienu konformi b'mod ġenerali mal-ammonti tal-ipprogrammar finanzjarju; dan jinkludi dawk l-aġenziji li l-kompiti tagħhom jaqgħu taħt il-prijoritajiet tal-Parlament, li jinvolvu ammont totali ta' madwar EUR 44 miljun; ifakkar li analiżi b’attenzjoni tal-metodoloġija, il-motivi u l-impatt possibbli ta' dan it-tnaqqis hija meħtieġa fir-rigward ta’ diversi riżoluzzjonijiet, l-aktar riċenti il-kwittanza tal-2010, li jenfasizzaw li r-reviżjoni tal-aġenziji mill-IWG għandha twassal għal titjib strutturali kemm fl-impatt kif ukoll fil-kosteffikaċja tagħhom, inkluż billi jiġu identifikati l-oqsma tad-duplikazzjoni u s-sovrapożizzjoni fost aġenziji eżistenti; jenfasizza għal darba oħra li l-allokazzjonijiet baġitarji tal-aġenziji tal-EU huma 'l bogħod milli jkunu konfinati għan-nefqa amministrattiva biss, iżda minflok jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u tal-objettivi tal-UE inġenerali, filwaqt illi jimmiraw lejn l-iffrankar fil-livell nazzjonali, kif deċiż mill-awtorità leġiżlattiva;

88. Jikkunsidra li l-kwistjonijiet li ġejjin huma ta’ interess speċifiku għat-trilogu li se jseħħ fid-9 ta’ Lulju 2012:

- appoġġ għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg, b’mod partikolari għall-SMEs u ż-żgħażagħ, fil-baġit tal-2013,

- livell suffiċjenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li dejjem jiżdiedu ta’ proġetti li jkunu għaddejjin, b’mod partikolari taħt l-Intestaturi 1a, 1b u 2 , fl-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni,

- il-problema ta’ impenji pendenti (RAL);

- il-baġit emendatorju għall-2012 sabiex jiġu koperti ħtiġijiet ta’ pagamenti tal-passat u attwali u sabiex jiġi evitat li l-pagamenti tal-2012 jiġu trasferiti għall-2013 kif kien il-każ din is-sena;

- livell suffiċjenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn – iktar Ewropa fi żminjiet ta’ kriżi;

- il-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti;

- il-finanzjament tal-ITER fil-baġit tal-2013;

- diskrepanza bejn l-ipprogrammar finanzjarju u l-AB 2013 fir-rigward tal-Intestatura 4;

* * *

89. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


ANNESS: TRILOGU BAĠITARJU TAS-26 TA' MARZU 2012 - ABBOZZ TA' KONKLUŻJONIJIET "Dati għall-proċedura baġitarja u modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-2012"

TRILOGU BAĠITARJU

26 ta’ Marzu 2012

ABBOZZ TA' KONKLUŻJONIJIET

Dati għall-proċedura baġitarja u modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-2012

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom tat-30 ta' Novembru 2009 dwar miżuri transitorji li jiddefinixxu l-kalendarju għall-proċedura baġitarja għall-2011 u li jistipulaw li l-proċeduri baġitarji futuri għandhom isegwu kalendarju simili dment li ma jiġix maqbul mod ieħor. Il-kalendarju għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ għall-proċedura baġitarja għall-2013.

A.     F'dan ir-rigward, huma jaqblu dwar id-dati ewlenin li ġejjin għall-2012:

1.      Ser jiġi msejjaħ trilogu fid-9 ta' Lulju filgħodu qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.      Il-Kunsill ser itemm il-qari tiegħu sa mhux aktar tard mill-ġimgħa 30 (l-aħħar ta' Lulju);

3.      Il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew ser jivvota dwar l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-ġimgħa 41 (kmieni f'Ottubru);

4.      Ser jiġi msejjaħ trilogu fis-17 ta' Ottubru wara nofsinhar qabel il-qari tal-Parlament Ewropew;

5.      Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew ser tivvota dwar il-qari tagħha fil-ġimgħa 43;

6.      Il-perijodu ta' Konċiljazzjoni ser jibda fl-24 ta' Ottubru. Jekk meħtieġ, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt c tal-Artikolu 314(4) TFUE, il-Konċiljazzjoni tibqa' għaddejja sat-13 ta' Novembru 2012 (inkluż);

7.      Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jiltaqa' fis-26 ta' Ottubru wara nofsinhar, ospitat mill-Parlament Ewropew u fid-9 ta' Novembru ospitat mill-Kunsill; is-sessjonijiet tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jiġu mħejjija minn trilogi li ser isiru fil-31 ta' Ottubru filgħodu u fis-7 ta' Novembru filgħodu; jaf jissejħu trilogi addizzjonali matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum.

B.     Huma jaqblu dwar il-modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni mniżżlin fl-anness.

ANNESS

Modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-2012

1.      Jekk il-Parlament Ewropew jivvota emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President tal-Kunsill, matul l-istess plenarja, jieħu nota tad-differenzi fil-pożizzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet u jagħti l-qbil tiegħu/tagħha lill-President tal-Parlament Ewropew biex immedjatament ilaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. L-ittra dwar it-tlaqqigħ tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tintbagħat fl-istess jum li matulu jkun ingħata l-vot fil-plenarja u l-perijodu ta' Konċiljazzjoni jibda fil-jum ta' wara. Il-perijodu ta' żmien ta' 21 jum huwa kkalkolat skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta' żmien.

2.      Jekk il-Kunsill ma jkunx jista' jaqbel dwar l-emendi kollha vvutati mill-Parlament Ewropew, huwa ser jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu permezz ta' ittra mibgħuta qabel id-data skedata għall-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni prevista fil-punt A.7 ta' hawn fuq. F'dan il-każ, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jipproċedi bil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin.

3.      Sett komuni ta' dokumenti (dokumenti inizjali) li jqabblu d-diversi passi tal-proċedura baġitarja jsir disponibbli għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni(1). Dan ikun jinkludi ċifri "linja b'linja"(2), totali għall-intestaturi tal-qafas finanzjarju u dokument komparattiv kemm għaċ-ċifri kif ukoll għall-kummenti baġitarji bl-emendi skont il-linja baġitarja għal-linji baġitarji kollha meqjusa li huma teknikament "miftuħa". Dawn id-dokumenti ser ikunu klassifikati skont in-nomenklatura baġitarja.

Dokumenti oħra jiġu mehmuża wkoll mad-dokumenti inizjali għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni(3).

4.      Bil-ħsieb li jintlaħaq qbil sa tmiem il-perijodu ta' konċiljazzjoni, it-trilogi ser:

o jiddefinixxu l-ambitu tan-negozjati tal-kwistjonijiet baġitarji li għandhom jiġu indirizzati;

o jiddiskutu kwistjonijiet pendenti identifikati taħt l-inċiż preċedenti bil-ħsieb tal-possibbiltà li jintlaħaq qbil li għandu jiġi approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

o jindirizzaw kwistjonijiet tematiċi, inkluż skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Konklużjonijiet mhux finali ser isiru b'mod konġunt matul jew immedjatament wara kull trilogu, b'mod simultanju mal-aġenda tal-laqgħa li jmiss. Tali konklużjonijiet ser jiġu rreġistrati mill-istituzzjoni li tospita t-trilogu u ser jitqiesu bħala proviżorjament approvati wara 24 siegħa mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

5.      Il-konklużjonijiet tat-trilogi u dokument bil-linji baġitarji li għalihom ikun intlaħaq qbil b'mod tentattiv matul it-trilogi għandhom ikunu disponibbli fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal approvazzjoni possibbli.

6.      It-test konġunt previst fl-Artikolu 314(5) TFUE għandu jiġi stabbilit mis-segretarjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-assistenza tal-Kummissjoni. Huwa ser jikkonsisti f'ittra ta' trasmissjoni indirizzata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jkun fiha d-data tal-qbil fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, u annessi, li jkunu jinkludu:

o  ċifri linja b'linja għall-partiti baġitarji kollha(4) u ċifri li jiġbru l-ammonti fil-qosor skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;

o  dokument konsolidat, li jindika ċ-ċifri u t-test finali tal-emendi maqbula għall-abbozz ta' baġit(5) jew għall-pożizzjoni tal-Kunsill.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jista' japprova wkoll dikjarazzjonijiet konġunti possibbli fir-rigward tal-baġit għall-2013.

7.      It-test konġunt ikun tradott fil-lingwi kollha (mis-servizzi tal-Parlament Ewropew) u jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fi żmien 14-il jum mid-data wara dik tal-qbil dwar it-test konġunt skont il-punt 6 hawn fuq.

Il-baġit ikun soġġett għall-finalizzazzjoni mill-ġuristi-lingwisti wara l-adozzjoni tat-test konġunt bl-integrazzjoni taż-żewġ annessi tat-test konġunt mal-linji baġitarji li ma jkunux ġew modifikati matul il-proċess ta' konċiljazzjoni.

8.      L-istituzzjoni li tospita t-trilogu jew il-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser tipprovdi faċilitajiet ta' interpretazzjoni b'reġim lingwistiku sħiħ applikabbli għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u reġim lingwistiku ad hoc għat-trilogi.

L-istituzzjoni li tospita l-laqgħa ser tiżgura r-riproduzzjoni u d-distribuzzjoni tad-dokumenti tal-laqgħa.

     Is-servizzi tat-tliet istituzzjonijiet ser jikkooperaw għall-kodifikazzjoni tar-riżultati tan-negozjati sabiex jiġi ffinalizzat it-test konġunt.

(1)

          Id-diversi passi ser jinkludu: il-baġit tal-2012 (inklużi l-baġits emendatorji adottati); l-abbozz ta' baġit inizjali; il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit; l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill u l-ittri ta' emenda ppreżentati mill-Kummissjoni. Għal finijiet ta' tqabbil, l-abbozz ta' baġit inizjali ser jinkludi biss dawk l-ittri ta' emenda li jitqiesu kemm mill-qari tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament Ewropew.

(2)

          Il-linji baġitarji li huma meqjusa bħala teknikament magħluqa ser ikunu evidenzjati fil-materjal inizjali. Linja baġitarja meqjusa teknikament magħluqa hija linja li dwarha ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta' qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u li dwarha ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda ittra ta' emenda, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

(3)

       Inkluża "ittra ta' implimentabbiltà" tal-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew; ittra ta' emenda għall-agrikoltura (u oqsma oħra, jekk dan ikun meħtieġ); possibbilment, in-Nota ta' Twissija għall-Previżjoni tal-Baġit tal-ħarifa mħejjija mill-Kummissjoni; u ittri possibbli minn Istituzzjonijiet oħra dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew.

(4)

Linji li mhumiex modifikati fir-rigward tal-abbozz ta' baġit jew il-pożizzjoni tal-Kunsill ser ikunu evidenzjati.

(5)

          Inklużi ittri ta' emenda meqjusa kemm mill-qari tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament Ewropew.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (24.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Anneli Jäätteenmäki

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Itenni li sabiex l-UE jkun jista' jkollha rwol attiv fid-dinja, jeħtieġ li jiġu provduti biżżejjed fondi fil-baġit tal-UE, b'mod partikolari fil-kuntest ta' kompiti addizzjonali fdati lill-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna; ifakkar li fi żmien meta l-baġits nazzjonali tal-Istati Membri kollha huma soġġetti għal miżuri ta’ awsterità severi, il-proċedura baġitarja 2013 trid tifforma parti mill-isforz ġenerali biex jiġi kkontrollat l-infiq pubbliku u jitfittxu sinerġiji; huwa tal-opinjoni li, fl-interess tal-eżemplarità u s-solidarjetà, l-UE għandha turi impenn proporzjonat biex iċċekken jew tikkontrolla żidiet fil-finanzjament ta' programmi li ma jipprovdux valur miżjud Ewropew; huwa tal-opinjoni li hemm spazju biex isir użu aktar effiċjenti tar-riżorsi eżistenti, u li għandu jsir tnaqqis immirat fl-infiq fl-intestatura 4 meta l-infiq jirriżulta li jkun ineffiċjenti, ineffikaċi jew mhux konformi mal-prijoritajiet politiċi; ifakkar madankollu li l-iffrankar m'għandux isir b'mod li jipperikola l-impenji tal-UE u l-kapaċità tagħha li tindirizza sfidi globali;

2.  Jifhem, f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni li ċċekken il-programmi li mhumiex implimentati b'mod sodisfaċenti, iżda huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' spjegazzjoni għat-tnaqqis fid-daqs ta' ċerti programmi u dwar il-proposta li jiżdied, meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju, il-marġni fl-intestatura 4 biex tiġi ffaċilitata l-konċiljazzjoni baġitarja li ġejja, ħaġa li tista' twassal għal baġits emendatorji matul is-sena baġitarja u li ma tistax titqies bħala prattika baġitarja tajba; huwa tal-fehma li, fl-interess tad-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba, il-partijiet kollha involuti għandhom jirrikonoxxu l-ħtiġijiet finanzjarji reali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u jtenni l-preokkupazzjonijiet tiegħu f'dan ir-rigward, espressi fil-punt 17 tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-linji gwida ġenerali għall-baġit 2013(1); ifakkar fil-ħtieġa ta' aktar koordinament, koerenza, trasparenza u viżibbiltà fil-finanzjament ta' azzjonijiet esterni mill-UE u mill-Istati Membri tagħha biex jiġu evitati sovrappożizzjonijiet;

3.  Jieħu nota tal-proposta li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, li jindirizza l-bżonnijiet ta’ pajjiżi li jħabbtu wiċċhom ma’ bidliet politiċi u ekonomiċi ewlenin; jilqa' l-iffukar fuq is-Sħubija tal-Lvant, u jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-pajjiżi li flimkien jagħmlu l-komponent tan-Nofsinhar tagħha peress li jaffaċċjaw sfidi ta' proporzjonijiet storiċi wara r-Rebbiegħa Għarbija; iqis ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju "aktar għal aktar" bħala insuffiċjenti, u jistedinha tiżviluppa kriterji ċari għal kif għandu jiġi applikat;

4.  Jenfasizza li, grazzi għall-impenn qawwi tal-Parlament, il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Awtorità Palestinjana, lill-UNRWA u lill-proċess ta’ paċi tal-Lvant Nofsani matul l-aħħar snin tammonta għal EUR 300 miljun, u jfakkar li l-awtorità baġitarja, matul il-fażi tal-konċiljazzjoni baġitarja, qablet dwar allokazzjoni ta’ EUR 200 miljun għas-sena 2012, bil-kundizzjoni li jkun hemm żieda supplimentari sine qua non ta’ EUR 100 miljun għas-sena finanzjarja 2011 li tiġi minn approprjazzjonijiet mhux użati; jitlob li jkun hemm impenn ta' finanzjament li jirrifletti l-ħtiġijiet reali mill-bidu tas-sena baġitarja biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tappoġġa b'mod effikaċi l-bini ta' paċi sostenibbli; jinsisti li jiġu imposti kontrolli finanzjarji stretti u li jsiru analiżi u valutazzjoni dettaljati tal-infiq lill-Parlament Ewropew;

5.  Ifakkar li huwa importanti għall-UE li tippromwovi l-politiki tad-dimensjoni tal-Artiku u tat-Tramuntana, il-politika tat-Tramuntana Mbiegħda, u r-relazzjoni tagħha mal-Amerika Latina u mal-pajjiżi ġeneralment imsejħa BRICS; itenni l-appoġġ tiegħu għall-mekkaniżmi eżistenti kollha li jservu biex isaħħu din il-kooperazzjoni; jenfasizza l-importanza kemm li jiġu inkorporati l-opportunitajiet potenzjali ta' teknoloġiji ġodda fil-politiki kollha tagħha kif ukoll li jiġi miġġieled it-theddid li dawn it-teknoloġiji jippreżentaw;

6.  Jenfasizza li għandhom isiru aktar sforzi biex tingħata informazzjoni sensibbli u li tkun faċli biex tintuża, b'mod partikolari online, dwar il-programmi u l-azzjonijiet tal-Unjoni, biex jiżdiedu l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE; huwa tal-opinjoni, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tibda tipproduċi rapporti annwali li jikkonsolidaw l-informazzjoni dwar il-finanzjament estern kollu fl-ambitu ġenerali (jiġifieri, il-finanzjament estern kollu ikunx kopert jew le mill-Intestatura IV biss) u li joffru analiżi tal-infiq skont, inter alia, il-pajjiż benefiċjarju, il-qasam ġenerali ta' applikazzjoni tal-fondi, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti, u l-livell ta' parteċipazzjoni tas-sħab;

7.  Itenni t-tħassib dwar l-iskrutinju parlamentari u t-trasparenza tal-baġit tal-PESK; jemmen bis-sħiħ li għandha ssir analiżi ċara tal-partiti kollha ffinanzjati mill-baġit tal-PESK, inkluż għal kull operazzjoni tal-PSDK, għal kull rappreżentant speċjali tal-UE u għal kull politika oħra relatati, peress li huwa konvint li dan ma jippreġudikax il-flessibbiltà u r-reattività meħtieġa tal-PESK; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, mingħajr dewmien, il-loġika għall-użu tal-allokazzjonijiet mill-baġit tal-PESK, aktar milli mill-baġit tas-Servizz għall-Azzjoni Esterna, biex ikunu ffinanzjati l-ispejjeż tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE; huwa konvint li kwalunkwe tnaqqis fil-finanzjament tal-missjonijiet tal-PSDK għandu jsir biss wara valutazzjoni dettaljata tal-impatt ta' tali tnaqqis;

8.  Jilqa’ l-iffrankar sostanzjali tan-nefqa miksuba mis-Servizz għall-Azzjoni Esterna fl-2012, u t-tkomplija ta’ din ix-xejra fl-2013 kif previst fl-Estimi; huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li filwaqt li l-introduzzjoni gradwali tas-Servizz tista' tiġġustifika żieda fl-infiq li tkun proporzjonalment akbar minn dik prevista mill-Istituzzjonijiet l-oħra, għad fadal dubji dwar in-numru għoli ta' karigi maniġerjali li jiswew ħafna flus f'livelli ta' gradi għoljin; jitlob għalhekk lis-SEAE jipprovdi informazzjoni addizzjonali, b'mod partikolari rigward iż-żieda sinifikanti (+9.2 %) fil-karigi AD 14 proposta fl-abbozz ta' baġit; bl-istess mod jitlob aktar informazzjoni dwar iż-żidiet kbar fl-approprjazzjonijiet proposti għas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini (+57.2 %);

9.  Huwa konvint li l-prevenzjoni u l-medjazzjoni huma fost l-aktar modi kosteffiċjenti biex jiġu mmaniġġjati l-kunflitti, peress li jipprevjenu li dawn jeskalaw fi vjolenza; jilqa' għalhekk il-proposta li tiddaħħal linja baġitarja li tammonta għal EUR 500 000 għal Servizzi ta' Prevenzjoni tal-Kunflitti u ta' Appoġġ għall-Medjazzjoni fis-SEAE, wara t-tlestija b'suċċess, fl-aħħar ta' din is-sena, ta' azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament Ewropew.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Franziska Katharina Brantner, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, György Schöpflin, Adrian Severin, Marek Siwiec, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Sir Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolaos Chountis, Véronique De Keyser, Diogo Feio, Kinga Gál, Elisabeth Jeggle, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Jacek Protasiewicz, Marietje Schaake, Alf Svensson, Ivo Vajgl

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonidas Donskis

(1)

P7_TA-PROV(2012)0077, Riżoluzzjoni tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-linji gwida ġenerali għall-baġit 2013 - Taqsima III - Il-Kummissjoni.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (7.6.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Gay Mitchell

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li, sakemm ma jkunx ipprovdut finanzjament addizzjonali għall-għajnuna għall-iżvilupp, huwa probabbli li dawn se jonqsu milli jissodisfaw l-impenji internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) u qed jissugraw li jitbiegħdu ħafna mill-impenn kollettiv tal-UE li jinkiseb 0.7 % ODA/DNG sal-2015, u li bosta Stati Membri mhux se jilħqu l-impenji individwali tagħhom tal-ODA/DNG matul l-istess sena;

2.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-livell totali ta’ impenji skont l-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit għall-2013, żdied inqas mir-rata ta’ inflazzjoni prevista u li l-livell propost ta’ pagamenti totali tad-DCI huwa anqas minn dak tal-2012;

3.  Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri jridu jieħdu bis-serjetà s-sħubija tagħhom mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jirċievu finanzjament mid-DCI, u li l-prevedibilità fit-tul hija element essenzjali ta' din is-sħubija; jinsisti li l-ifqar popolazzjonijiet u l-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli fil-pajjiżi benefiċjarji tad-DCI ma għandhomx iġarrbu l-piż taż-żidiet sostanzjali fil-finanzjament tal-iStrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) minħabba r-Rebbiegħa Għarbija; jiġbed l-attenzjoni għall-impenn meħud b’rabta mal-Aġenda għall-Bidla għal tnaqqis gradwali tal-programmi tal-UE li għadhom għaddejjin f’pajjiżi bi dħul medju, sa mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (2014-2020) li jmiss;

4.  Jiddispjaċih, b’mod partikolari, mill-qtugħ enormi lill-programmi ġeografiċi tad-DCI għall-Asja, l-Asja Ċentrali, l-Iraq, l-Iran u l-Jemen; hu tal-fehma li, billi dawn il-programmi qed jitħabtu biex jilħqu r-riżultati maħsuba f'termini ta' tnaqqis tal-qafar, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, jixirqilhom aktar attenzjoni u u input finanzjarju flok anqas;

5.  Jappoġġja ż-żieda sostanzjali fil-finanzjament għall-programm tematiku tad-DCI fuq l-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; hu tal-fehma li l-Kummissjoni qed tfittex appoġġ addizzjonali biex tippromwovi l-enerġija sostenibbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw matul il-perjodu li jwassal għall-Konferenza Rio+20 tan-NU tal-2012, u għall-iffinanzjar tal-inizjattiva tal-UE mħabbra dan l-aħħar dwar ‘Enerġija għall-Iżvilupp’ li tindirizza l-inugwaljanza tal-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; itenni, madankollu, li l-iffinanzjar marbut mal-klima għandu jiżdied mal-finanzjament għall-iżvilupp ipprogrammat attwalment u li l-fondi għal setturi ewlenin tal-MDGs, eżempju l-edukazzjoni bażika u s-saħħa, ma għandhomx imorru fuq l-azzjoni klimatika; jilqa’ ż-żieda proposta fil-linja baġitarja ‘Investiment fin-Nies’, u jfakkar lill-Kummissjoni fil-livelli ta' referenza u fl-impenji stabbiliti tal-UE, li saru mindu beda d-DCI 2007-2013, li jkun allokat tal-anqas 20 % tad-DCI għas-saħħa u l-edukazzjoni bażika, b’attenzjoni partikolari għall-progress li sar fir-rigward tal-MDGs li l-aktar għadhom lura;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jittieħed approċċ aktar kontrollat u koerenti għall-iffinanzjar ta’ enerġiji alternattivi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, sabiex ikun żgurat li l-UE ma tipprovdix indirettament appoġġ finanzjarju għal attivitajiet li jagħtu lok għal distorsjonijiet u spekulazzjoni fil-prezzijiet fir-rigward ta’ materja prima tal-ikel jew li jwasslu għall-ħtif ta’ art;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għal miżuri mmirati għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni biex tevita u teħodha kontra l-ħtif tal-art, li qed isir dejjem iżjed komuni, u biex ikun promoss l-istabbiliment ta’ kodiċi ta’ kondotta fil-livell tal-UE u internazzjonali;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka ffinanzjar sinifikanti li jtejjeb l-aċċess għal sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-pensjonijiet ġusti bbażati fuq skemi tal-assigurazzjoni reċiproċi u mhux bi skop ta’ profitt f’żamma mal-mudelli ekonomiċi soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-pajjiżi sħab fit-tqegħid fis-seħħ ta’ skemi ta’ assigurazzjoni b’kopertura wiesgħa li jinkludu l-ifqar u l-aktar partijiet vulnerabbli tas-soċjetà, inter alia permezz ta’ appoġġ għas-settur tas-servizzi mikrofinanzjarji; konvint li tali skemi, jekk imfassla tajjeb, għandhom il-potenzjal mhux biss li joħorġu n-nies mill-faqar u jsaħħu r-reżistenza tal-aktar nies vulnerabbli billi jitħarsu l-assi tagħhom, iżda wkoll titkattar aktar koeżjoni soċjali u aktar tkabbir inklussiv;

9.  Jenfasizza l-bżonn għall-Kummissjoni li tiżgura li l-assistenza tkun effettiva u jkollha impatt dirett fuq il-qerda tal-faqar, l-iżvilupp tal-bniedem u l-koeżjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward tintroduċi, bħala parti minn serje ta’ miżuri ta’ bini tal-kapaċità għal atturi mhux statali, arranġamenti għal finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira li jinvolvu partijiet interessati privati, bħall-SMEs, kooperattivi u assoċjazzjonijiet lokali;

10. Jinsisti li l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp jibqa' d-dokument gwida għall-għajnuna u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, speċjalment fir-rigward tas-saħħa u l-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp jibqa’ għodda relevanti u effikaċi għall-implimentazzjoni tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, speċjalment għall-appoġġ u l-integrazzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni u kwistjonijiet orizzontali relevanti bħall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-HIV/AIDS;

11. Jenfasizza l-importanza li jinżammu livelli ta’ finanzjament suffiċjenti għal-linji baġitarji tal-għajnuna umanitarja kif ukoll tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza; jinsisti li, jekk wieħed iżomm f’moħħu ż-żieda evidenti fil-frekwenza, il-ħruxija u d-daqs tal-kriżijiet umanitarji u d-diżastri naturali li seħħew matul dawn l-aħħar snin, l-UE trid tkun lesta li timmobilizza malajr il-fondi bħala reazzjoni għal tali kriżijiet barra mill-konfini tagħha;

12. Jinsab imħasseb dwar il-qtugħ propost fin-nefqa amministrattiva, inter alia għall-assistenza teknika, l-evalwazzjonijiet u l-awditjar, kemm fi kwartieri ġenerali u f'delegazzjonijiet tal-UE lil hinn minnha, billi dawn l-attivitajiet huma fundamentali biex jinżammu l-aktar standards rigorużi ta' evalwazzjoni u awditjar; meta jitqies li, fl-2011, il-Kummissjoni talbet żieda fil-persunal ta’ 18-il persuna full-time għall-2012 "biex tiżgura amministrazzjoni finanzjarja tajba xierqa għal numru kbir ta' għotjiet ta' ammont żgħir taħt id-DCI",(1) jinsab imħasseb ukoll mir-riorganizzazzjoni sostanzjali tal-persunal proposta mill-attivitajiet tad-DCI lejn l-ENPI, u jinnota r-riskji f’termini ta’ kwalità tal-amministrazzjoni finanzjarja tad-DCI li dan il-livell imdgħajjef tal-persunal jista’ jimplika;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

4.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emer Costello, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Edvard Kožušník, Judith Sargentini, Horst Schnellhardt, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marisa Matias

(1)

Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Sena Finanzjarja 2012, Dokument ta’ Ħidma Parti II Riżorsi Umani tal-Kummissjoni, COM(2011)300, Mejju 2011, p 87


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (30.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Peter Šťastný

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni għandu jqis il-prijoritajiet definiti għall-politika kummerċjali komuni bħala, fl-ambitu tal-istrateġija UE 2020 kif ukoll l-interessi strateġiċi komuni fuq żmien twil, u jinnota f'dan ir-rigward il-konklużjonijiet tad-dokument "Xejriet Globali 2030" maħruġ mis-Sistema għall-Analiżi tal-Politika tal-Istrateġija Ewropea (ESPAS); ifakkar fil-bżonn li l-finanzjamenti jitħejjew għar-reviżjoni tal-istrateġija tal-UE fil-qasam tal-politika kummerċjali fl-2013;

2.  Ifakkar fl-impenji mġedda tal-UE favur il-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni u tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju; jirrikonoxxi l-bżonn ta' żieda fl-effiċjenza tal-istrumenti eżistenti f'dak il-qasam u huwa tal-fehma li ċ-Ċentri tal-UE għall-SMEs għandhom jitwessgħu biex ikopru swieq prijoritarji ġodda; jappoġġa l-finanzjament ta' fieri kummerċjali għall-SMEs biex jgħinhom jissuperaw l-ostaklu biex jistabbilixxu l-ewwel kuntatti u sħab tan-negozju, bħall-klijenti, l-intermedjarji jew il-fornituri fi swieq terzi u jagħtu bidu għall-preżenza tagħhom hemmhekk jew ikompu jżiduha;

3.  Jisħaq fuq il-bżonn li jingħata sostenn tekniku u assistenza adegwati lill-pajjiżi tal-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa b'konformità sħiħa mal-prinċipu "aktar u aktar", speċjalment waqt in-negozjati magħhom ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles profondi u komprensivi li għandhom influwenza b'saħħitha fuq il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom;

4.   Jappoġġa l-estensjoni sal-2013 tal-azzjoni ta' tħejjija "Innovazzjoni fl-Euromed: imprendituri għall-bidla" li ġiet adottata s-sena li għaddiet u li attwalment qed tiġi implimentata. din l-azzjoni ta' tħejjija għandha l-għan li ssaħħaħ in-netwerks tal-innovazzjoni u l-investiment ta' kumpaniji ġodda bejn l-Unjoni u erba' pajjiżi Mediterranji assoċjati, li huma l-Eġittu, il-Libanu, it-Tuneżija u l-Marokk; iqis li l-istabbiliment ta' tali rabtiet huwa kruċjali għall-prospetti ekonomiċi u politiċi futuri f'dawn il-pajjiżi u huwa konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament espress fir-rapport bit-titolu "Kummerċ għall-bidla: L-Istrateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-rivoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija".

5.  Jemmen li għandhom jingħataw riżorsi adegwati bil-għan li jittieħed benefiċċju sħiħ mid-djalogi ta' livell għoli ta' bħalissa mal-Istati Uniti, maċ-Ċina, mal-Ġappun u mar-Russja u jinbnew sħubiji kummerċjali strateġiċi ma' potenzi kummerċjali emerġenti b'rati għoljin ta' tkabbir, bħall-Brażil u l-Indja;

6.  Iwissi li r-responsabilitajiet tal-UE fit-titjib tal-inklużjoni fil-kummerċ u tat-trawwim tal-kooperazzjoni u l-istabilità ekonomika internazzjonali jridu jkunu riflessi fil-baġits tal-programmi bħall-Għajnuna għall-Kummerċ, l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati u l-Istrumenti għall-Assistenza Makrofinanzjarja;

7.   Jinnota li l-iskemi għall-kummerċ ġust u etiku u dawk li jinvolvu responsabilità u responsabilizzazzjoni soċjali korporattiva, bħall-"Kummerċ Ġust", isaħħu wkoll il-pożizzjoni tal-produtturi ż-żgħar fil-konfront tal-kumpaniji l-kbar fis-suq dinji; għalhekk, jistieden lill-Unjoni tkompli tiżviluppa skemi eżistenti bħala sinjal pożittiv għall-appoġġ tal-Kummerċ Ġust;

8.  Jappella biex il-kampanji ta' komunikazzjoni pubblika jiġu organizzati bil-ħsieb li jiggarantixxu li ċ-ċittadini Ewropej ikunu infurmati sewwa dwar il-politika kummerċjali tal-Unjoni; jenfasizza l-bżonn, partikolarment fi żmien ta' kriżi, li jiġu żgurati finanzjamenti xierqa għall-politiki ta' aġġustament strutturali intern tal-UE;

9.   Jenfasizza li l-inklużjoni tal-proġett ta' pjattaforma tal-koordinament b'appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-impriżi tal-Unjoni fil-qafas tal-ICI+ jimplika żieda konsistenti ta' dak il-finanzjament tul is-snin li ġejjin

10.  Ifakkar li l-finanzjament suffiċjenti jrid jiġi żgurat biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha ta' verifika ġuridika u lingwistika u ta' traduzzjoni malli tikkonkludi ftehimiet kummerċjali, sabiex tiżgura li dawn il-ftehimiet jiġu inizjalati, iffirmati u implimentati malajr kemm jista' jkun;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Vital Moreira, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Silvana Koch-Mehrin, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Miloslav Ransdorf, Tokia Saïfi, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Roithová


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (31.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Christofer Fjellner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-Ewropa qed tiffaċċa kriżi ekonomika, finanzjarja u baġitarja gravi, u billi għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jintuża l-baġit tal-UE bl-iktar mod effiċjenti possibbli bil-mira tal-irkupru ekonomiku;

B.  billi waħda mill-ikbar sfidi fis-sitwazzjoni diffiċli attwali hija l-kompitu tal-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi, b'mod partikulari għall-SMEs u għaż-żgħażagħ;

C. jiddispjaċih mill-fatt li l-Parlament Ewropew qatt ma rċieva s-sommarji annwali mill-Istati Membri tal-UE kif dispost fl-Artikolu 44 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2006/C 139/01) iffirmat konġuntament mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummisjoni; jistenna li l-Kummissjoni tibgħat uffiċjalment lill-Parlament is-sommarji annwali mill-2007 'l hawn;

D. billi l-ġbir kif suppost tal-VAT u d-dazji doganali jinfluwenza direttament kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri kemm il-baġit tal-UE;

1.  Ifakkar li l-impenji baġitarji pendenti huma approprjazzjonijiet ta' impenn li saru, iżda ma ntużawx, u li dawn ġejjin prinċipalment mill-programmi multiannwali (eż. il-Koeżjoni) fejn l-impenji jsiru fis-snin tal-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, filwaqt li l-pagamenti korrispondenti jsiru b'mod gradwali tul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni;

2.  Jinnota li l-livell għoli ta' impenji li għadhom pendenti jista' jindika li, bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, l-Istati Membri qed isibuha diffiċli jassorbu l-ammonti allokati;

3.  Jinnota li fl-2010, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li dawn l-impenji pendenti kienu żdiedu bi kważi 10% ta' EUR 194 biljun, ċifra li tirrappreżenta kważi tliet snin ta' infiq bir-rata attwali (Rapport Annwali 2010, punt 1.43);

4.  Jemmen li l-kwistjoni tal-impenji pendenti għandha tiġi trattata bir-reqqa fil-baġit 2013 u fin-negozjati dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss sabiex ikun żgurat li l-baġit jiġi implimentat bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli;

5.  Jinnota li tipi differenti ta' dħul għandhom effetti negattivi differenti, u jitlob lill-Kummissjoni tqis il-kost tal-għażla tal-ġbir tad-dħul għas-sorsi differenti tad-dħul.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Jorgo Chatzimarkakis, Derk Jan Eppink, Véronique Mathieu

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Joachim Zeller


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (1.6.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Philippe Boulland

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-baġit tal-2013 għandu jappoġġa l-għanijiet tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 u jitlob finanzjament ambizzjuż għall-inizjattivi ewlenin ‘Żgħażagħ Attivi’, ‘Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda’, ‘Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar’, u ‘Unjoni tal-Innovazzjoni’; jitlob li enfasi partikolari għandha titqiegħed fuq il-ħolqien ta’ impjiegi permezz tat-twaqqif u l-konsolidazzjoni ta’ negozji ġodda, u fuq l-enfasizzar tar-rwol sinifikanti li dawn għandhom fil-kisba tal-mira ta’impjieg ta’ 75% sal-2020;

2.  Jenfasizza l-importanza ta’ fondi baġitarji għal kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari fost gruppi soċjalment żvantaġġati, u l-ħtieġa li jinħoloq ambjent dinamiku, innovattiv u li hu tajjeb għan-negozju għal bidu ġdid ta’ ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità; jitlob allokazzjoni ċara ta’ fondi mill-Kummissjoni għal dan l-għan; jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament xieraq tal-istrumenti kollha tal-impjieg;

3.  Iħeġġeġ ukoll l-appoġġ finanzjarju għall-programmi li joħolqu impjiegi għal dawk bi żvantaġġi multipli fis-suq tax-xogħol, bħalma huma l-persuni f’qgħad fit-tul, il-persuni b’diżabilità u l-persuni li jagħmlu parti minn minoranza;

4.  Jirrimarka li l-mikrointrapriżi, dawk żgħar, u ta’ daqs medju jimpjegaw ħafna ħaddiema fl-UE u li waħda mill-problemi ewlenin fit-twaqqif u ż-żamma ta’ tali intrapriżi hi l-kisba tal-finanzi; jipproponi, għalhekk, li l-element mikrofinanzjarju jiġi estiż;

5.  Huwa tal-fehma li l-baġit tal-2013 għandu jappoġġa wkoll is-sett ta’ miżuri konkreti proposti mill-Kummissjoni biex tingħata spinta lill-impjiegi, bħall-iffokar fuq il-ħolqien tal-impjiegi mil-lat ta' domanda u s-suġġeriment ta’ modijiet kif l-Istati Membri jistgħu jħeġġu t-tfittix tal-ħaddiema billi jnaqqsu t-taxxi fuq ix-xogħol - b’mod newtrali għall-baġit, bla ebda impatt fuq il-ħarsien soċjali - jew billi jagħtu iktar appoġġ lill-bidu tan-negozji;

6.  Jistieden l-Istati Membri jiddirezzjonaw l-għajnuna mhux allokata mill-FSE u l-Fondi Strutturali l-oħra bil-għan li jitnaqqas il-qgħad taż-żgħażagħ billi jiġu appoġġati l-SMEs (b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, peress li 90% tal-SMEs huma mikro-intrapriżi) fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u billi jiġu żviluppati programmi ta’ taħriġ vokazzjonali; jitlob li titqies il-programmazzjoni miżjuda u orjentata mill-ġdid tal-FSE fil-baġit tal-2013 fir-rigward tat-tmiem viċin tal-qafas finanzjarju multiannwali attwali;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jiddirezzjonaw il-Fondi Strutturali mhux allokati għat-titjib tal-kundizzjonijiet eżistenti għal imprendituri l-ġodda, sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal qawwi tagħhom għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u sostenibbli;

8.  Jitlob biex isir sforz sostnut permezz tal-baġit li jipprovdi, bl-appoġġ tas-sħab soċjali u f'konformità mal-għanijiet tal-Ewropa 2020, taħriġ xieraq u l-għoti ta’ ħiliet mill-ġdid, mhux l-inqas ta’ ħaddiema aktar anzjani li kieku jistgħu jiffaċċjaw l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol, f’setturi b’nuqqas ta’ ħaddiema u s-setturi ewlenin b'potenzjal għoli ta’ ħolqien ta’ impjiegi identifikati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi” (COM (2012) 0173), bħall-ekonomija ekoloġika u s-setturi tal-kura tas-saħħa u tal-ICT; Jitlob għal użu aħjar tal-FSE u l-valorizzazzjoni tal-FEG billi jiżdiedu l-koerenza, is-sostenibilità u l-komplementarjetà sabiex jitnaqqas u jiġi ssimplifikat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

9.  Jenfasizza li r-reviżjoni attwali tar-regolament ta’ implimentazzjoni tal-FEG għandha tagħmlu iktar effikaċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti baġitarji tal-mobilizzazzjoni tiegħu; jistieden l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-FEG u b’mod partikolari jżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu s-sensibilizzazzjoni dwar dan l-istrument;

10. Jitlob għal tisħiħ ta’ informazzjoni pubblika mmirata lejn programmi eżistenti bħall-EURES, il-proġetti pilota "L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek" u "Solidarjetà Soċjali għall-Integrazzjoni Soċjali" u l-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament;

11. Jitlob li l-Parlament jingħata aġġornamenti regolari u dettaljati dwar l-istadji varji fl-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota mill-Kummissjoni;

12. Jenfasizza li l-baġit tal-UE jrid jappoġġa l-kompletezza tas-suq uniku, il-kompetittività, u l-konverġenza soċjali, l-iżvilupp ta’ politika dwar l-impriżi soċjalment responsabbli u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tan-normi soċjali legali mill-impriżi biex jiġi żgurat il-ħolqien ta’ impjiegi diċenti (impjiegi li jkunu stabbli u joffru kundizzjonijiet ta’ impjieg tajbin u ħlas suffiċjenti biex jinkiseb aċċess għal prodotti u servizzi vitali).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Richard Howitt, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Iliana Malinova Iotova, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Anthea McIntyre, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner, Csaba Sógor

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (1.6.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Reinhard Bütikofer

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jemmen li l-baġit tal-UE għandu jkun iffokat fuq politiki u programmi tal-UE li jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali għar-revitalizzazzjoni tat-tkabbir sostenibbli fl-UE u li jindirizzaw l-isfidi prinċipali fis-soċjetà;

2.  Jenfasizza l-importanza tal-investiment fit-tul fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u li jiġi żgurat livell adattat ta' finanzjament fl-2013 għat-tranżizzjoni għal ekonomija b'livelli baxxi tal-karbonju u ekoloġika;

3.  Jemmen li għandhom jittieħdu passi biex in-nisa jiġu integrati fis-suq tax-xogħol u biex ikun hemm rikonċilazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja;

4.  Ifakkar li l-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa strument importanti għat-titjib tas-solidarjetà bejn l-Istati Membru u bejn il-ġenerazzjonijiet, kif ukoll għat-titjib tal-kompetittività Ewropea; hu konvint li l-baġit tal-UE jirrappreżenta potenzjal sinerġetiku għall-implimentazzjoni ta' politiki li ma jistgħux jitwettqu mill-Istati Membri waħedhom; jitlob li jsir l-aħjar użu mill-għoti attwali ta' fondi mill-UE billi jkun hemm enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali miżjuda, ir-razzjonalizzazzjoni effettiva u l-effetti tal-ingranaġġ;

5.  Jifhem it-tħassib tal-Kunsill fir-rigward tar-restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji li jaġixxu fil-livell nazzjonali, bħala riżultat tal-kriżi globali li għamlet ħsara lit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja tal-Istati Membri kif ukoll aggravat il-pożizzjoni tad-dejn tagħhom, iżda jemmen li fl-2013 għandhom jittieħdu miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u jistimulaw it-tkabbir sostenibbli u l-impjieg sabiex jinkiseb irkupru ekonomiku;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsawru u jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ġodda sostenibbli ta' kwalità għolja permezz tal-iżvilupp, fl-UE, mhux biss ta' industriji li ma jagħmlux ħsara lill-ekosistema u trasport u enerġija ekoloġiċi u effiċjenti, iżda wkoll ta' servizzi innovattivi aġġornati;

7.  Ifakkar li l-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea bl-effett ta' lieva tiegħu, irid jappoġġja l-politiki ta' rkupru tal-Istati Membri, u jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-għoti ta' fondi jissaħħaħ u jiġi kkoordinat sabiex jimplimenta u jkun allinjat mal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi; isostni li l-valuri limitu taħt l-Intestatura 1a għall-qafas finanzjarju kurrenti huma insuffiċjenti biex jissodisfaw il-politiki prijoritarji tal-UE; jilqa' ż-żieda proposta fl-infiq fuq it-tkabbir sostenibbli, partikolarment is-Seba' Programm Qafas u l-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-prijoritajiet baġitarji tal-PE tas-snin preċedenti fl-oqsma tal-politika industrijali, ir-riċerka u l-enerġija;

8.  Jemmen, f'dan ir-rigward, li għandu jkun hemm iffokar aktar b'saħħtu fuq il-proġetti ta' mobilizzazzjoni fi ħdan il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jitnaqqas id-distakk bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-kummerċjalizzazzjoni, u b'hekk tiġi żgurata l-kompetittività Ewropea;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura livell suffiċjenti ta' għoti ta' fondi fl-2013 għar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta' applikazzjonijiet u servizzi speċifiċi tal-GNSS;

10. Jinnota r-rwol prinċipali li l-programmi ewlenin futuri tal-UE, bħal l-Orizzont 2020, il-COSME u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jista' jkollhom għall-irkupru ekonomiku tal-UE jekk jingħataw biżżejjed fondi; jemmen li l-baġit tal-2013 għandu jwassal għal tranżizzjoni bla xkiel lejn l-istabbiliment ta' dawn il-programmi l-ġodda; jitlob li jiġu mobilizzati riżorsi aktar sostanzjali, fil-politika ta' sinerġija u koeżjoni, sabiex tissaħħaħ is-sostenibilità tal-ekonomija Ewropea bħala mutur ewlieni għall-kompetittività, l-iżvilupp industrijali u r-reżiljenza fil-futur;

11. Jenfasizza l-importanza tal-politiki ta' appoġġ tal-UE għall-pluraliżmu tal-media, speċjalment permezz tar-riċerka, l-edukazzjoni u attivitajiet ta' disseminazzjoni; jenfasizza r-rwol ta' valur għoli li jista' jkollu ċ-Ċentru għall-Pluraliżmu u l-Libertà tal-Media li għadu kif twaqqaf;

12. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li 85 % tal-impjiegi netti ġodda fl-UE bejn l-2002 u l-2010 nħolqu minn impriżi żgħar u ta' daqs medju(1); jitlob li jkun hemm titjib fil-politiki, il-programmi u r-riżorsi ta' appoġġ tal-UE li jiġi provduti biex jappoġġjaw lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal ta' tkabbir tagħhom, jiġifieri billi tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-akkwist pubbliku, jiġu garantiti investimenti fl-innovazzjoni, jiġu appoġġjati l-intrapriżi li għadhom jibdew, tingħata l-għajnuna biex jitqassmu l-piżijiet amministrattivi, titjieb il-mentalità intraprenditorjali u jiġi ffaċilitat u ssimplifikat l-aċċess għall-fondi, inkluż l-aċċess għall-kapital ta' riskju; jilqa' ż-żieda fl-allokazzjoni lill-programm Intraprenditorija u Innovazzjoni li jappoġġja l-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħir u ta' daqs medju; jidispjaċih, madanakollu, li l-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix l-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa;

13. Ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea bil-ħtieġa li ssaħħaħ l-iffokar u l-għoti ta' fondi tal-programmi mmirati biex jilħqu l-għanijiet fis-'Small Business Act' għall-Ewropa, li fih ġew stipulati sett ta' għaxar prinċipji biex jiġi żgurat ambjent tan-negozju aktar favorevoli għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

14. Jifraħ lill-Kummissjoni għas-suċċess tal-azzjoni preparatorja tal-Erasmus għall-Intraprendituri ż-Żgħar, u jilqa' d-deċiżjoni li l-programm jiġi inkorporat fil-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; jiddispjaċih, madankollu, li l-azzjoni biex il-programm jiġi estiż hija mxekkla mill-allokazzjoni finanzjarja fqira u li, għal din ir-raġuni, is-sħab interessati u kapaċi qed jaqtgħu qalbhom; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tagħmel il-fondi disponibbli sabiex il-programm jikber b'mod adegwat fl-2012 u l-2013;

15. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi evitat li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jnaqqsu mill-investimenti tagħhom, b'mod partikolari fir-riċerka u l-iżvilupp; jemmen li t-tisħiħ tal-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-infrastruttura min-naħa tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) għandu jkun prijorità ewlenija u, għalhekk, l-użu ta' dan l-appoġġ finanzjarju mill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għandu jiġi massimizzat;

16. Jappoġġa bis-sħiħ l-Inizjattiva pilota tal-Bonds tal-Proġetti, immirata lejn il-mobilizzazzjoni tat-tfaddil privat u biex ittejjeb il-firxa ta’ strumenti finanzjarji disponibbli għal proġetti infrastrutturali tal-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu adegwat mill-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-BEI, fuq bażi ugwali mal-kriterji finanzjarji;

17. Jitlob li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji speċifiċi biex jappoġġjaw inizjattivi tal-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI) biex tinbena infrastruttura Ewropea ta' għoti ta' fondi lill-intraprenditorija soċjali sabiex dan is-settur jiġi stabbilit bħala settur ekonomiku tal-istess importanza daqs setturi ekonomiċi oħra fl-Ewropa;

18. Ifakkar li madwar EUR triljun(2) għandhom jiġu investiti fis-sistema enerġetika tagħna bejn illum u l-2020 sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima u li hemm diskrepanza finanzjarja ta' madwar EUR 100 biljun għan-netwerks għat-trażmissjoni tal-enerġija;

19. Jiddeplora l-fatt li l-inizjattivi mmirati biex itejbu l-miri tal-enerġija ewlenin tal-UE ma ngħatawx fondi biżżejjed u li l-pjan SET għadu ma rċeviex biżżejjed fondi minkejja t-talbiet kontinwi tal-Parlament Ewropew;

20. Jemmen li jeħtieġ li l-UE tagħmel investimenti biex tiżgura aċċess Ewropew garantit għall-infrastruttura spazjali u orbitali;

21. Ifakkar li l-2103 se tkun l-aħħar sena tal-perjodu ta’ pprogrammar attwali u jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis possibbli fil-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jenfasizza li huwa essenzjali li jiġu ssodisfati l-impenji tal-UE fi proġetti kurrenti u jappoġġja ż-żieda proposta fil-ħlasijiet imresssqa mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit tagħha;

22. Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq dwar il-finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali tal-ITER f'Diċembru 2011, iżda huwa tal-fehma li l-garanzija tal-ammont ta' EUR 360 miljun fil-baġit tal-2013 ma għandhiex thedded l-implimentazzjoni b'suċċess ta' politiki oħra tal-UE, speċjalment dawk li jikkontribwixxu għall-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 matul din l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmar, u jopponi speċifikament kwalunkwe riallokazzjoni tikser din il-prijorità baġitarja.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Marisa Matias, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Ioan Enciu, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Zofija Mazej Kukovič, Vladimír Remek

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Franziska Keller

(1)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – 'Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir' – 'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa, COM(2008)394.

(2)

Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan ddetaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat, COM (2010) 677 finali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (31.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Georgios Stavrakakis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Iqis li l-konsolidazzjoni fiskali trid tiġi bbilanċjata bl-investimenti meħtieġa biex jiġu segwiti l-miri tat-Trattati, minn naħa l-waħda, u biex jiġu bbilanċjati l-effetti negattivi tal-kriżi, min-naħa l-oħra;

2.  Jinnota li f’dawn iż-żminijiet diffiċli għall-ekonomija Ewropea, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġu jikkunsidraw flimkien kif għandhom jifformulaw “Aġenda għat-tkabbir” u jagħtu sens u kredibilità akbar lill-politika dwar il-konsolidament tal-baġit; iqis li, f’dan il-kuntest, il-mobilizzazzjoni tal-istrumenti tal-UE, kemm jekk huma l-fondi strutturali jew jekk huma l-possibilitajiet offruti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex dak l-objettiv jintlaħaq;

3.  Jenfasizza li l-Politika ta' Koeżjoni ilha li tat prova tal-valur miżjud tagħha bħala għodda ta' investiment meħtieġa biex jiġu rrealizzati t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi b'mod effikaċi billi tindirizza b'mod eżatt il-ħtiġijiet ta' investiment tar-reġjuni, u b'hekk tikkontribwixxi mhux biss għat-tnaqqis tad-disparitajiet ta' bejniethom, imma wkoll għall-irkupru ekonomiku u għall-iżvilupp tal-Unjoni b'mod ġenerali;

4.  Jinnota bi tħassib li l-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-parti l-kbira tal-programmi taħt l-Intestatura 1b wasslet biex fi tmiem l-2011 kien hemm ammont konsiderevoli ta’ ħlasijiet li kienu għadhom ma sarux, sitwazzjoni li se jkollha tiġi indirizzata permezz tad-disponibilità ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament suffiċjenti fl-2012;

5.  Jinsab imħasseb ukoll li dawn in-nuqqasijiet x’aktarx li jmorru għall-agħar fl-2013, filwaqt li l-implimentazzjoni taħt l-Intestatura 1b mistennija tkompli taċċelera aktar; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni ħalli immedjatament janalizzaw u jivvalutaw, flimkien mal-Parlament, iċ-ċifri u l-ħtiġijiet bil-għan li l-implimentazzjoni għall-2013 ma tintefax f’riskju; jirrimarka li nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament jista' jqiegħed f'periklu l-programmi li bħalissa qed jiffunzjonaw tajjeb u jista’ jillimita r-realizzazzjoni tal-objettivi li dawn il-programmi għandhom;

6.  Jistieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jivvalutaw b’attenzjoni l-ħtiġijiet reali f’dawk li huma pagamenti għall-2013 taħt l-Intestatura 1b, jaraw li ma jagħmlu l-ebda tnaqqis li ma jkunx realistiku jew li ma jkunx ġustifikat biżżejjed u li ma jeħdux deċiżjonijiet li ma jaqblux mal-previżjonijiet mogħtija mill-Istati Membri nfushom u użati bħala bażi għall-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni; jenfasizza f’dan ir-rigward li se jopponi kwalunkwe tnaqqis li jista’ jkun hemm fil-livell tal-pagamenti kif imqabbla mal-ħtiġijiet stmati mill-Kummissjoni fuq dik il-bażi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, Alain Cadec, Nikos Chrysogelos, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivars Godmanis, Lena Kolarska-Bobińska, Ivari Padar, László Surján, Giommaria Uggias


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (31.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur: Esther de Lange

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li, minħabba l-miżuri ta’ awsterità approvati f’bosta Stati Membri sabiex jerġgħu jibbilanċjaw il-baġits nazzjonali u jnaqqsu d-dejn pubbliku, huwa meħtieġ baġit realistiku tal-UE li jistipula kemm il-prijoritajiet pożittivi u negattivi; jinnota li l-impenji bbaġittjati għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali żdiedu bi ftit, b’żidiet fl-impenji ta’ 0.4 % u 1.3 % rispettivament meta mqabbla mal-2012, u żidiet fil-pagamenti ta’ 0.5 % u 5.4 % rispettivament, b’żieda totali f’pagamenti taħt l-Intestatura 2 ta’ 1.6 %, li huwa sew taħt iż-żieda proposta tal-baġit ta’ 6.8 %; jistieden lill-Kummissjoni biex kontinwament tfittex kulfejn huwa possibbli li jiġu ffrankati spejjeż fil-baġit, speċjalment permezz ta’ tnaqqis tal-infiq amministrattiv u bl-għoti ta’ finanzjament għal ħtiġijiet reali biss;

2.  Jinnota li l-marġni mbassar ta' EUR 809 miljun għas-subintestatura tan-nefqa relatata mas-suq u l-għajnuniet diretti taħt l-Intestatura 2 jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-2012, li, skont il-Kummissjoni, huwa fil-parti l-kbira r-riżultat ta' effett ta' darba wara t-tmiem tal-Fond għar-Ristrutturar tal-Industrija taz-Zokkor; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-marġni jfisser li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja mhux se jiġi applikat fl-2013;

3.  Jistenna, minħabba l-adeżjoni li ġejja tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, li r-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) tiġi adottata malajr, f’konformità mal-Punt 29 tal-IIA (‘L-Aġġustament tal-qafas finanzjarju sabiex jindirizza t-tkabbir’), u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għall-approprjazzjonijiet addizzjonali korrispondenti hekk kif l-Att ta’ Adeżjoni jkun ġie rratifikat mill-Istati Membri kollha;

4.  Jinnota li hemm żieda proposta ta’ 5.4% f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-iżvilupp rurali; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika li din iż-żieda hija preċiża u tikkorrispondi mal-ħtiġijiet reali tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-proġetti ta’ żvilupp rurali bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-leġittimità tal-infiq tal-UE; jirrimarka li l-programmi tat-tieni pilastru tal-PAK jirrappreżentaw mutur importanti għall-iżvilupp rurali u għandhom jiġu mmirati lejn il-ġenerazzjoni tat-tkabbir, il-valur miżjud u l-impjiegi fiż-żoni rurali;

5.  Jinnota li ż-żieda proposta fl-għajnuniet diretti hija prinċipalment dovuta għall-introduzzjoni gradwali kontinwa ta’ pagamenti diretti fit-12-il Stat Membru tal-UE, li joħloq ħtieġa baġitarja addizzjonali ta’ EUR 860 miljun fl-2013, filwaqt li n-nefqa fuq l-interventi fis-suq mistennija tonqos minħabba dħul assenjat ogħla u s-sitwazzjoni favorevoli tas-suq għall-maġġoranza tas-setturi;

6.  Jesprimi tħassib dwar il-volatilità tas-swieq tal-biedja, li tikkawża inċertezza fost il-bdiewa u n-negozji agrikoli; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi fis-swieq agrikoli u tirreaġixxi bil-ħeffa u b’mod effettiv meta jkun meħtieġ; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli strumenti għal żminijiet ta’ kriżi u żżid il-livell ta’ għarfien fost il-bdiewa fir-rigward ta’ kif għandhom jirreaġixxu għas-swieq volatili;

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-problemi kontinwi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex minħabba kundizzjonijiet tat-temp ħżiena u jtenni, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi supplimentari maħsuba għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet promossi mill-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi; jinnota li dan is-settur diġà qed jiffaċċja problemi iebsa f’ċerti Stati Membri mill-2011 bħala riżultat tal-mod kif ġiet indirizzata s-sitwazzjoni meta faqqgħet l-EHEC; jinnota r-rwol importanti li jista’ jkollhom miżuri ta’ promozzjoni biex is-settur ikun b’saħħtu;

8.  Jinnota li l-ammonti assenjati lil ċerti linji tal-baġit, inkluż il-programm tal-ħalib fl-iskejjel, tnaqqsu b’mod sinifikanti, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament ġustifikazzjoni għal dan;

9.  Jinnota li l-Kummissjoni ma implimentatx numru ta’ proġetti pilota ewlenin rikjesti mill-Parlament: ‘Osservatorju Ewropew tal-Prezzijiet u Marġni tal-Farms’, ‘Miżuri kontra l-ispekulazzjoni tal-prodotti agrikoli’ u ‘Skambju tal-aqwa prattika għas-simplifikazzjoni tal-kundizzjonalità’; itenni li dawn il-kwistjonijiet għadhom prijorità għall-Parlament u jistenna lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar ir-raġuni għaliex naqset milli timplimenta l-proġetti pilota u dwar kif qed tippjana li tindirizza dawn il-prijoritajiet fil-ġejjieni;

10. Jissottolinja l-iżbilanċi kontinwi fil-katina ta’ provvista tal-ikel, fejn il-pożizzjoni tal-produtturi primarji hija kunsiderevolment iktar dgħajfa minn dik ta’ atturi oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex ittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet u l-marġnijiet fil-katina ta’ provvista tal-ikel; jenfasizza l-valur ta’ proġett pilota f’dan il-qasam.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Julie Girling, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Marc Tarabella

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Pilar Ayuso, María Auxiliadora Correa Zamora, Esther de Lange, Christa Klaß, Astrid Lulling, Hans-Peter Mayer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bill Newton Dunn


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (31.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-Mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur: Salvatore Iacolino

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja l-ambizzjonijiet dejjem akbar tal-UE fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u l-qafas finanzjarju attwali, l-abbozz ta' baġit propost mill-Kummissjoni jirrappreżenta biss żieda żgħira fl-approprazzjonijiet ta' impenn taħt is-subintestatura 3a meta mqabbel mal-2012;

2.  Jinsisti li, minkejja l-kriżi ekonomika u r-razzjonalizzazzjoni tal-infiq, is-sena finanzjarja 2013 hija sena ta’ konnessjoni mal-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid; konsegwentement, jeħtieġ li l-baġit 2013 ikun adegwat bħala prerekwiżit għall-qafas finanzjarju għall-2014-2020;

3.  Jenfasizza l-importanza li l-baġit tal-UE jiffoka fuq il-valur miżjud tal-UE u jkabbar kemm jista’ jkun l-effiċjenza tal-finanzjament nazzjonali f’oqsma ta’ interess komuni tal-UE;

4.  Jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni fil-programm għall-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha, fid-dawl tal-importanza ta’ dan il-qasam għall-UE kif juri ċar it-twaqqif reċenti tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus, u jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm finanzjament disponibbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità;

5.  Jiddeplora l-fatt li żieda żgħira biss hija proposta għall-Programm Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza u li l-baġit għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini jikkostitwixxi l-iċken baġit li qatt kien allokat għal Sena Ewropea; jitlob, għalhekk, li jkun hemm riżorsi suffiċjenti allokati għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet taċ-ċittadini, speċjalment fid-dawl tal-klima dejjem akbar ta' intolleranza li ġejja mill-kriżi finanzjarja;

6.  Jilqa’ ż-żieda fil-baġit għall-erba’ fondi taħt il-programm tas-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi tal-Migrazzjoni meta mqabbel mal-baġit 2012; jiddispjaċih ħafna, madankollu, għall-iżbilanċ bejn il-fondi differenti, bi prijorità tingħata lill-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond Ewropew ta' Ritorn; jenfasizza li sehem ibbilanċjat ta' riżorsi finanzjarji għandu jiġi allokat lill-Fond għar-Refuġjati u lill-Fond għall-Integrazzjoni; jinnota li għandhom ikunu disponibbli riżorsi finanzjarji bl-iskop tar-rilokazzjoni intra-UE tal-migranti abbażi ta' solidarjetà mal-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati;

7.  Jikkunsidra li, peress li dan huwa fost il-prijoritajiet tal-Istrateġija għas-Sigurtà Interna tal-UE, il-bżonnijiet taċ-ċibersigurtà għandhom jiġu indirizzati skont il-linji baġitarji xierqa, filwaqt li jintużaw bis-sħiħ is-sinerġiji possibbli bejn il-programmi eżistenti; ; jinsisti li l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra ċ-ċ-ċiberkriminalità fil-livell tal-Unjoni permezz taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità se tirrikjedi finanzjament adegwat, u għalhekk jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għall-Europol, għaliex il-kompiti taċ-ċentru kif identifikati mill-Kummissjoni ma jistgħux jitwettqu bir-riżorsi umani u finanzjarji attwali tal-Europol;

8.  Iqis li jeħtieġ li tkun inkluża riżerva pożittiva fil-Programm għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-ġlieda kontriha, sabiex jingħata appoġġ lil azzjonijiet li jikkoordinaw aħjar l-isforzi dwar iċ-ċiberkriminalità bejn l-Aġenziji differenti, inkluża l-ENISA;

9.  Jinnota ż-żieda sinifikanti f'impenji u l-livell relattivament baxx ta' pagamenti għal SIS II; jinnota li, skont l-iskeda globali għal SIS II, fl-2013 l-iżvilupp u l-migrazzjoni tagħha għandhom jitlestew u l-Aġenzija IT għandha tieħu f'idejha l-ġestjoni tas-sistema; mhuwiex konvint, għalhekk, minn din iż-żieda sinifikanti fil-baġit fi stadju daqstant tard qabel ma s-SIS II hija mistennija li tibda topera; jirrakkomanda li sehem sostanzjali tal-baġit għal SIS II jinżamm fir-riżerva sakemm isir progress operazzjonali u jkun hemm konformità mal-ippjanar finanzjarju;

10. Jinsisti li l-aġenziji għandhom jirċievu fondi xierqa, abbażi tal-kontribut u r-riżultati tagħhom u b'kundsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tal-finanzi pubbliċi fl-UE, u għandhom ikunu allokati l-persunal meħtieġ biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom;

11. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni pproponiet riżorsi umani u finanzjarji insuffiċjenti biex jiżguraw l-iżvilupp kontinwu u l-funzjonament tal-EASO; jinnota li l-EASO għandu jkollu rwol kruċjali speċjalment fl-implimentazzjoni b'suċċess tat-Twissija Bikrija, il-Mekkaniżmu ta' Tħejjija u l-Ġestjoni tal-Kriżi kif previst mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2012;

12. Iqis li, fid-dawl taż-żieda fl-impenji skont il-mandat il-ġdid, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u l-implimentazzjoni futura tal-EUROSUR, il-Frontex għandu jaħtar uffiċjal għad-Drittijiet fundamentali, malajr kemm jista' jkun, u kull baġit addizzjonali għal impjiegi ġodda għandu jitqiegħed fir-riżerva sakemm jimtela dan il-post; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jkun hemm fondi speċifiċi disponibbli minnufih u jkunu allokati f'konformità mal-iżviluppi;

13. Jinsisti li għandu jiġi allokat finanzjament speċifiku għall-iżvilupp ta' kontrolli tal-fruntiera sensittivi għall-protezzjoni, li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-migranti u li jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE inkluż il-kontest tal-operazzjonjiet tal-Frontex;

14. Jilqa' r-rwol tal-finanzjament tal-UE fil-promozzjoni tas-solidarjetà fost l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Cornelia Ernst, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Jan Mulder, Georgios Papanikolaou, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Vilija Blinkevičiūtė, Birgit Collin-Langen, Dimitrios Droutsas, Evelyne Gebhardt, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Franziska Keller, Ádám Kósa, Juan Andrés Naranjo Escobar, Hubert Pirker, Zuzana Roithová, Salvador Sedó i Alabart, Marie-Christine Vergiat

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Adam Bielan, Françoise Castex, Marielle Gallo, Esther Herranz García, Seán Kelly


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (30.5.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Enrique Guerrero Salom

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi jagħraf is-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, u billi l-baġit tal-Unjoni jirrappreżenta, fost affarijiet oħra, strument uniku li jista’ jservi ta’ katalizzatur għall-investiment, li għandu jiġi intensifikat fi żmien ta’ kriżi;

B.  billi jagħraf ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar il-linji gwida ġenerali għall-baġit 2013 – Taqsima III – Il-Kummissjoni(1) u tat-8 ta’ Ġunju 2011 bl-isem: “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”(2);

1.  Huwa tal-fehma li l-2013 tista’ tkun, anzi jeħtieġ li tkun, is-sena li fiha jibdew jingħelbu l-kriżijiet, u li l-politika baġitarja m’għandhiex fiha nnifisha sservi ta’ ostakolu għall-prospett ta’ rkupru tat-tkabbir; iqis, għaldaqstant, li l-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss 2014-2020 għandu jipprovdi bilanċ aħjar bejn miżuri restrittivi u dawk li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u r-ritorn lejn ix-xogħol, fil-qies sħiħ tal-integrazzjoni tal-politiki rigward l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

2.  Jissottolinja li l-2013 hija sena ta' qabel l-elezzjonijiet, li tirrikjedi politika ta’ komunikazzjoni bilanċjata ħalli ċ-ċittadini jkunu mgħarrfa dwar il-jeddijiet elettorali tagħhom u l-kwestjonijiet marbutin mal-elezzjonijiet Ewropej;

3.  Jiddispjaċih li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 ma setgħetx tibbenefika minn fondi addizzjonali mill-baġit tal-Unjoni, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-objettivi tas-sena jkunu kkunsidrati sewwa fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni;

4.  Jenfasizza li, biex jiżguraw implimentazzjoni effikaċi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jagħmlu provvediment għal finanzjarment adegwat u ġust għal seduti pubbliċi ta’ smigħ;

5.  Huwa tal-fehma li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew u l-fondazzjonijiet Ewropej għandhom jibbenefikaw minn finanzjament biżżejjed biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjoni li t-trattati jagħtu lill-partiti f’dak li jirrigwarda l-formazzjoni ta’ kuxjenza politika u l-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini; jistenna bil-ħerqa l-proposta tal-Kummissjoni li jinħoloq titolu ġdid fir-Regolament Finanzjarju li jkun iddedikat unikament u mfassal speċifikament għall-finanzjament tal-partiti u tal-fondazzjonijiet Ewropej.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Zuzana Brzobohatá, Dimitrios Droutsas, Anneli Jäätteenmäki, György Schöpflin

(1)

Testi adottati, P7_TA(2012)0077.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2011)0266.


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1.6.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-baġit għall-2013

(2012/2016(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Mary Honeyball

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jissottolinja li l-kwestjoni tal-ugwaljanza għandha tkun inkorporata fil-politiki kollha u indirizzata fil-livelli kollha tal-proċess tal-baġit;

2.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa għall-viġilanza u l-attenzjoni għall-ammont ta’ flus minfuq fi żminijiet ta’ awsterità u għalhekk jisħaq dwar l-importanza ta’ finanzjament effettiv tal-UE li jagħti valur miżjud lill-proġetti kollha; jindika l-fatt li hu aktar neċessarju u urġenti minn qatt qabel, fi żmien ta' kriżi u fraġilità ekonomika, li ssir difiża mingħajr kompromessi tal-jeddijiet ta’ dawk l-aktar milqutin mill-konsegwenzi ta’ din il-kriżi, l-aktar in-nisa; jisħaq li l-ugwaljanza tas-sessi ma hijiex biss kwestjoni ta’ ġustizzja – ġie wkoll dimostrat li għandha impatt ekonomiku pożittiv;

3.  Itenni għalhekk it-talba tiegħu li l-approċċ favur l-ibbaġitjar skont il-ġeneru jintuża fil-valutazzjoni u r-ristrutturar tal-programmi, il-miżuri, u l-politiki kollha tal-baġit, ħalli jiġi ddeterminat sa liema punt ir-riżorsi għandhom jiġu allokati b'modi li jkunu sensibbli għall-ġeneru jew ma jħarsux lejn il-ġeneru, u fl-aħħar mill-aħħar, fil-ksib tan-newtralità tal-ġeneru, meta tingħata kunsiderazzjoni ndaqs lil kull individwu indipendentement mill-ġeneru;

4.  Jissottolinja l-ħtieġa ta’ fondi xierqa għall-azzjonijiet deskritti fl-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015, billi titqies ukoll id-diskriminazzjoni multipla iffaċċjata fost l-oħrajn min-nisa migranti, nisa Roma, nisa b'diżabilitajiet, lesbiċi u nisa anzjani, u jħeġġeġ l-adozzjoni tal-‘ibbaġitjar skont il-ġeneru’ kemm fl-istrateġiji Ewropej u f’dawk nazzjonali għal promozzjoni aktar effikaċi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jisħaq dwar l-importanza li l-Kummissjoni tirrispetta l-impenn tagħha favur il-mainstreaming tal-ġeneru fl-azzjonijiet kollha tagħaha;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati fondi miżjuda għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa; jistieden, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni tagħmel riżorsi finanzjarji disponibbli għal riċerka u informazzjoni settorjali mmirati, sensibilizzazzjoni u taħriġ għal azzjonijiet diretti lejn id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u l-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa;

6.  Ifakkar lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-fondi disponibbli skont il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-aktar fil-qasam tal-impjiegi, u mhux biss bl-implementazzjoni tal-mainstreaming tal-ġeneri; jenfasizza li l-miżuri għandhom ikunu mmirati lejn gruppi ta’ nisa, billi jitqies l-impatt tal-kriżi ekonomika, l-investiment f'servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja, u b'mod speċifiku, il-garanzija ta' għoti xieraq ta' servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet li wieħed ilaħħaq magħhom ta’ kura għat-tfal, kura għall-anzjani, u kura għal persuni oħrajn li jiddependu minn ħaddieħor; jiġbed l-attenzjoni tal-FSE b’mod partikolari, li għandu jkollu kapaċità biżżejjed għall-promozzjoni tal-politiki intiżi għall-ugwaljanza, l-impjiegi permanenti ta’ kwalità għolja, u redistribuzzjoni ġusta tad-dħul; jitlob li tiġi inkluża l-perspettiva tal-ġeneru fir-regolamentazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-fondi kollha tal-UE kif ukoll trasparenza baġitarja ġenwina;

7.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-azzjoni leġiżlattiva li tittratta n-nuqqas ta’ nisa bħala membri ta’ bordijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal u timplimenta l-intestaturi baġitarji relevanti fil-proposti leġiżlattivi tagħha sabiex jiżdied in-numru ta' nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa wkoll azzjonijiet biex iżżid in-numru ta' nisa fil-pożizzjonijiet ta' tmexxija f'kull qasam tal-ħajja, b'mod partikolari biex jiżdied in-numru tan-nisa fil-politika;

8.  Jenfasizza li l-miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra l-vjolenza tal-ġeneru jridu jkunu ffinzjati suffiċjentement; jenfasizza r-rwol importanti li kellu l-programm tal-prevenzjoni u l-ġlieda tal-forom kollha ta’ vjolenza (DAPHNE) fl-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa fl-Unjoni Ewropea, u jisħaq l-importanza ta' żieda fil-finanzjament xieraq għall-programm fl-2013;

9.  Jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkrea programm tal-finanzjament aktar flessibbli għall-azzjonijiet li jsiru mid-DĠ JUST taħt l-intestaturi Ġustizzja, Drittijiet u Ċittadinanza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis limitu aktar baxx għall-finanzjament għall-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa sabiex tiggarantixxi s-sostenibilità tal-azzjonijiet futuri f’dan il-qasam;

10. Jindika r-rwol importanti tal-intestaturi dwar l-ugwaljanza tal-ġeneri u l-antidiskriminazzjoni tal-Programm PROGESS fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u t-taqbida kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ li dawn il-linji baġitarji ma jkunux ridotti fis-sena finali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) 2007-2013 u li jittieħdu miżuri ħalli jiżguraw li l-finanzjament ikun iggarantit fl-MFF li jmiss, dak tal-2014-2020

11. Jafferma mill-ġdid l-ħtieġa ta' żieda fil-finanzjament għall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sabiex ikun jista' jikseb bis-sħiħ l-objettivi ġenerali tiegħu tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-sostenn tal-attività tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-presidenzi tal-Kunsill tal-UE b’rotazzjoni u l-Istati Membri li jagħtu studji, data u statistika importanti marbuta mill-politiki tal-ġeneri fl-Ewropa;

12. Jiddispjaċih mill-fatt li numru għoli ta' nisa għadhom jgħixu fil-faqar jew jinsabu f'riskju ta' faqar, l-aktar in-nisa bi bżonnijiet speċjali, bħalma huma n-nisa b'diżabilitajiet, in-nisa immigranti, in-nisa ġejjin mill-minoranzi, in-nisa xjuħ u n-nisa li huma ommijiet mingħajr ma huma miżżewġin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka fondi biex tiġi indirizzata din il-problema, kemm meta tkun qed tfassal u timplimenta l-intestaturi baġitarji relevanti kif ukoll fil-politiki li tadotta;

13. Jitlob lill-Kummissjoni tvara proġetti pilota fl-oqsma li ġejjin:

–   miżuri mmirati lejn l-identifikazzjoni ta' forom ta' appoġġ ekonomiku disponibbli għall-unitajiet domestiċi monoparentali fl-Ewropa,

–   miżuri intiżi li jiżviluppaw l-indikaturi ħalli jsir il-benchmarking tal-istat ta’ implementazzjoni tal-‘Karta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Ħajja Lokali' kontra l-objettivi tal-istess,

–   miżuri għat-taqbida kontra l-kummerċ fin-nisa u l-prostituzzjoni, inkluż b’mod partikolari miżuri effettivi għall-protezzjoni ta’ dawk il-vittmi li jitkellmu, billi jkunu garantiti lilhom impjiegi b’jeddijiet u t-trawwim tal-inklużjoni soċjali tagħhom, u miżuri għall-ġlieda kontra t-traffikanti u l-promozzjoni tal-assistenza għall-iżvilupp fil-pajjiżi mnejn ikunu ġejjin il-vittmi,

–   miżuri intiżi għall-involviment tan-nisa fl-impjiegi favur l-ekoloġija u t-trasformazzjoni ekoloġika;

14. Jilqa' l-konsultazzjoni aperta tal-Kummisjoni dwar l-attivitajiet fil-qasam tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza 2013; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fil-fondi tal-baġit annwali allokati għall-attivitajiet speċifiċi bbażati fuq is-sessi, inklużi miżuri għaż-żieda tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew, b’enfasi partikolari fuq in-nisa ġejjin mill-minoranzi, in-nisa b’diżabilitajiet, in-nisa ixjeħ, u n-nisa li huma ommijiet imma mhux miżżewġin li spiss isibu rwieħhom soġġetti għal forom multipli ta' diskriminazzjoni;

15. Jisħaq dwar l-importanza tal-imsieħba soċjali fit-tifsil u l-implementazzjoni ta’ proġetti effettivi tal-UE għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni; ifakkar li ħafna organizzazzjoni mhux-governattivi (NGOs) li huma attivi f’bosta livelli jagħtu kontribut importanti fil-livell Ewropew, fl-assistenza tal-iżvilupp tal-orjentamenti tal-politika marbuta mal-objettivi ġenerali tal-programmi DAPHNE u PROGRESS;

16. Jenfasizza l-importanza li finanzjament adegwat isir disponibbli għal miżuri biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-pajjiżi terzi filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonalità ta' dan il-finanzjament tkun ibbażata fuq il-progress kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u l-promozzjoni tad-demokrazija; jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ miżuri ffinanzjati mill-UE għall-eliminazzjoni tal-kummerċ u l-vjolenza f’pajjiżi terzi, l-aktar il-fenomenu tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, u għal programmi għat-tkabbir tal-parteċipazzjoni femminili fl-edukazzjoni u t-taqbida kontra l-illitteriżmu femminili, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-proċessi deċiżjonali u għall-inkoraġġiment tal-imprenditorija femminili;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Andrea Češková, Iratxe García Pérez, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Joanna Senyszyn, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Angelika Werthmann, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Minodora Cliveti, Ana Miranda, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD

Kumitat għas-Sajd

Iċ-Chairperson

IPOL-COM.PECH D(2012) 24881

Is-Sur Alain Lamassoure

Chairperson tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 13E205

Suġġett: Prijoritajiet baġitarji għall-2013 tal-Kumitat PECH - riżoluzzjoni dwar il-mandat għat-Trilogu

Sur Chairperson,

Għażiż kollega,

Fil-kuntest tal-proċedura baġitarja għall-2013, il-Kumitati speċjalizzati huma mitluba jipprovdu kontribuzzjoni għar-riżoluzzjoni dwar il-mandat tat-Trilogu li jmiss. Meta jitqies il-kalendarju intern tal-Kumitat PECH u l-iskadenzi stabbiliti, il-kumitat tagħna mhux se jkun jista' jipprovdi opinjoni f'waqtha u xierqa. Huwa għalhekk li qed nipproponilek li tikkunsidra l-elementi li jsegwu l-prijoritajiet settorjali tagħna għall-2013.

Din l-ittra kienet soġġetta għal konsultazzjoni mal-koordinaturi kollha tal-gruppi tal-kumitat tagħna u r-rapporteur għal opinjoni tagħna għall-baġit 2013, is-Sur Crescenzio Rivellini. Hija tikkostitwixxi wkoll segwitu għall-konklużjonijiet tad-djalogu strutturat dwar il-prijoritajiet politiċi u leġiżlattivi għall-2013 li kellhom il-membri tal-Kumitat PECH fl-20 ta' Marzu 2012 mal-Kummissarju Maria DAMANAKI.

Il-prijoritajiet tal-Kumitat PECH jistgħu jinġabru f'5 punti :

1.  L-ewwel prijorità tal-Kumitat PECH hija ż-żamma tal-koerenza multiannwali tal-mezzi allokati bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagamenti, sabiex jiġu appoġġati l-objettivi allokati lill-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), fid-dawl tar-riforma imminenti tagħha kif ukoll il-previżjoni tal-integrazzjoni tal-Kroazja fil-politiki b'rabta mas-sajd u mal-affarijiet marittimi. Kull tnaqqis fl-approprjazzjonijiet meta mqabbla mal-baġit 2012 ikun għalhekk inaċċettabbli.

2.  Jaqbel li jissaħħu l-approprjazzjonijiet tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) b'mod sinifikanti għar-raġunijiet li jmiss:

–   huwa neċessarju li jiġi appoġġat iktar l-iżvilupp ta' akkwakultura sostenibbli, tas-sajd kostali, artiġjanali u familjari kif ukoll tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) tas-settur. Iż-żieda mingħajr waqfien fl-ispejjeż ta' ġestjoni u ta' kemm l-oġġet iqum għandha konsegwenzi negattivi fuq id-dħul u l-impjieg, u dan jostakola l-ġejjieni tal-ekonomija marittima tradizzjonali. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi favorizzat l-impjieg lokali bl-għan li jiġi ppreservat it-tessut eżistenti tas-sajd kostali, artiġjanali u familjari fuq skala żgħira;

–   huwa wkoll indispensabbli li jiġi appoġġat u promoss id-dħul taż-żgħażagħ fis-settur għaż-żamma ta' bilanċ soċjoekonomiku ottimali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjieg;

–   jaqbel ukoll li jiżdiedu l-isforzi baġitarji fil-kuntest tas-sħubija tal-Kroazja, sabiex tiġi modernizzata l-flotta billi titjieb l-iġjene u s-sikurezza abbord il-bastimenti biex ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dawn l-isforzi, minbarra li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol, huma marbuta b'mod profond mal-limitazzjoni tal-isforzi tas-sajd billi jiġu favorizzati tekniki ta' sajd iktar selettivi li jeliminaw l-iskart tal-ħut, kif ukoll mas-sikurezza alimentari tal-prodotti tal-baħar billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

3.  Barra minn hekk, għandhom jiġu żgurati biżżejjed approprjazzjonijiet għar-riċerka xjentifika u għall-ġbir tad-data fl-oqsma tal-konservazzjoni, tal-ġestjoni u tal-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd (11.07).

4.  Jaqbel ukoll li tiġi enfasizzata l-importanza tal-kontroll (11.08) tal-attivitajiet tas-sajd u b'mod partikolari r-rwol primordjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, li għaliha kwalunkwe tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ikollu konsegwenzi ferm negattivi fuq is-settur, u li l-Kumitat għas-Sajd jopponi bis-saħħa.

5.  Fl-aħħar nett, il-proposta li l-politika marittima integrata ma tiġix allokata approprjazzjonijiet ta' impenn hija meqjusa bħala inaċċettabbli.

Nittamaw li l-Kumitat għall-Baġits u r-rapporteur ġenerali tiegħu, is-Sur Giovanni LA VIA, jaqblu ma' dawn il-prijoritajiet u jkunu jistgħu jinkluduhom fir-riżoluzzjoni dwar il-mandat ta-Trilogu.

Dejjem Tiegħek,

Gabriel Mato Adrover                                                                   Crescenzio Rivellini

Iċ-Chairperson                                                                              Ir-Rapporteur

Kopja: Is-Sur Giovanni LA VIA, Rapporteur ġenerali għall-baġit 2013


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Francesca Balzani, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, James Elles, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Franziska Katharina Brantner, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jürgen Klute, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza, Georgios Papastamkos, Paul Rübig, Peter Šťastný, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Ġunju 2012Avviż legali