Proċedura : 2012/2133(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0163/2013

Testi mressqa :

A7-0163/2013

Dibattiti :

PV 10/06/2013 - 21
CRE 10/06/2013 - 21

Votazzjonijiet :

PV 11/06/2013 - 10.6

Testi adottati :

P7_TA(2013)0239

RAPPORT     
PDF 251kWORD 186k
17 ta' Mejju 2013
PE 500.621v02-00 A7-0163/2013

dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur

(2012/2133(INI))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Vicente Miguel Garcés Ramón

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur

(2012/2133(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li l-istess drittijiet jiġu inkorporati magħha permezz tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Karta li jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistipula li "s-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-TUE, li jorbot l-Unjoni biex taħdem għal "ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta' impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità tal-ambjent",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-TFUE, li jistipula li "fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TFUE, li jistipula li "l-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bil-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-TFUE, li jistipula li "fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' politika u attivitajiet oħra tal-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 14, l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 169 tat-TFUE u l-Protokoll 26 tal-istess trattat dwar is-servizzi ta' interess ġenerali (ekonomiku),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 169(1) tat-TFUE, li jistipula li "sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom",

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/560/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-iżvilupp tal-kompetittività tal-industrija Ewropea u l-informazzjoni permezz tal-promozzjoni ta' oqfsa nazzjonali mmirati biex jilħqu livell komparabbli u effettiv ta' protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi – COM(2009)0336)(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali')(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fl-14 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007–2013)(4),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/952/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħarsien tal-minorenni u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta' tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online(5),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni(6),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bl-isem 'L-Istrateġija Ewropea tal-Politika tal-Konsumatur 2007–2013 – Responsabilitajiet akbar għall-konsumaturi, titjib tal-benessri tagħhom u l-ħarsien effettiv tagħhom' u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-Istrateġija tal-Politiki favur il-konsumatur tal-UE 2007– 2013(7),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, li l-objettiv tiegħu hu li joħloq qafas ġenerali ta' standards u prinċipji fil-qasam tal-akkreditament u tas-sorveljanza tas-suq(8),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli(9),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta' direttivi li jolqtu s-suq intern(10),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur (COM(2009)0330) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) No 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) (COM(2009)0336),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2009 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar metodoloġija armonizzata għall-klassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (COM(2009)0346) u l-abbozz ta' rakkomandazzoni tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2009)0949),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew bl-isem 'EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi(11),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva(12), verżjoni kodifikata),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti lill-Kumissjoni tad-9 ta' Mejju 2010 dwar ir-rivitalizzazzjoni tas-suq uniku bl-isem 'Strateġija ġdida għas-suq uniku',

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku(14),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)(15),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2010 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi' (ir-4 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2010)1257),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tas-27 ta' Ottubru 2010 bl-isem 'Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE' (COM(2010)0603),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2011 bl-isem 'Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (il-5 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2011)0299),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2010 tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Kunsumaturi, ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2011,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-23 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur(16),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust(17),

-    wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2011 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi' (is-6 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2011)1271),

–   wara li kkunsidra d-'Dikjarazzjoni ta' Krakovja' tal-Ewwel Forum tas-Suq Uniku, li sar fi Krakovja (il-Polonja) fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2011,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-29 October 2012 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport(18) u tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(19),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjonament u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru(20),-  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi(21),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2011 dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707) u d-dokumenti relatati (SEC(2011)1320 u SEC(2011)1321),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar strateġija ġdida għall-politika tal-konsumatur(22),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem 'Viżjoni Ewropea għall-passiġġieri: Komunikazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport' (COM(2011)0898),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bl-isem ‘Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali għall-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online' (COM (2011)0942),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2012 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 bl-isem 'Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għar-Rimedju Kollettiv'(23),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2012 bl-isem ‘Strateġija Ewropea għall-akkwist elettroniku' (COM(2012)0179),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2012 bl-isem ‘Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal' (COM(2012)0196),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli(24),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern(25),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2012 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem 'Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir' (COM(2012)0225),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2012 bl-isem 'It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (is-7 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)0165),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2012 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi', (it-8 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)432),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2012 bl-isem 'It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (is-7 edizzjoni tat-t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)0165),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Ġunju 2012 dwar l-identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (COM(2012)0238),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar it-titjib fl-aspetti ta' għarfien tal-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi mill-2012 sal-2014 (SWD(2012)235),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Ottubru 2012 bl-isem 'Is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid" (COM(2012)0573),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar it-twettiq tas-suq uniku diġitali(26),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem 'Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir' (COM(2012)0225),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0163/2013),

A. billi l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi u d-drittijiet tagħhom huma valuri fundamentali tal-Unjoni;

B.  billi jqis ir-rwol essenzjali li għandhom il-konsumaturi fl-ekonomija peress li l-konsum huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tkabbir fl-Unjoni;

C. billi ċ-ċittadini tal-UE għandhom rwol kruċjali fil-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, u r-rwol tal-konsumaturi għandu, għaldaqstant, ikun rikonoxxut bħala parti mill-politika ekonomika tal-UE;

D. billi l-Unjoni għandha l-objettivi li tikseb livell għoli ta' sensibilizzazzjoni, bini tal-kapaċitajiet u protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll li ssib il-bilanċ xieraq fir-rigward tal-kompetittività tan-negozji u l-ekonomiji tal-Unjoni, partikolarment billi tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi tippromwovi d-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni;

E.  billi l-konsumaturi ma jiffurmawx grupp omoġenju uniku u billi d-differenzi li jirriżultaw jeħtieġ li jiġu indirizzati fl-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew, peress li hemm differenzi konsiderevoli fost il-konsumaturi f'termini ta' ħiliet tal-konsumaturi, sensibilizzazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, assertività u rieda biex ifittxu rimedju; billi jeħtieġ li jitqiesu n-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibilità fl-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew;

F.  billi jeħtieġ li jiġu promossi l-fiduċja tal-konsumaturi, is-sigurtà tagħhom fis-suq u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, b'attenzjoni speċjali għall-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, il-persuni anzjani u konsumaturi oħra f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità; billi f'dan ir-rigward hu essenzjali li l-konsumaturi fl-Unjoni jiġu offruti protezzjoni aħjar f'dan li jikkonċerna l-prodotti u s-servizzi li jistgħu jipperikolawlhom is-saħħa jew is-sikurezza tagħhom;

G. billi 'informazzjoni pertinenti u adegwata' tfisser informazzjoni li tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti, mhux qarrieqa u kumparabbli;

H. billi l-kisba ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb hija konsistenti mal-għanijiet tal-Istrateġija ta' Lisbona li jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi għas-servizz tal-500 miljun konsumatur tal-UE;

I.   billi l-kummerċ elettroniku huwa estremament utli għall-konsumaturi kollha, peress li għandu potenzjal transkonfinali enormi li jippermetti li l-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku; billi l-kummerċ elettroniku huwa wkoll, bħala mezz ta' inklużjoni, estremament utli għall-konsumaturi b'diżabilitajiet jew b'mobiltà mnaqqsa u dawk li jgħixu f'żoni rurali bi żvantaġġi ġeografiċi;

J.   billi l-inċertezza dwar id-drittijiet tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri transkonfinali qed iddgħajjef il-benefiċċji tal-integrazzjoni tas-suq;

K. billi l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku qed ibatti minħabba d-distakk diġitali li għadu jeżisti fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' persuni iktar anzjani; billi l-parti l-kbira tal-websajts pubbliċi u privati għadhom inaċċessibbli għall-persuni b'diżabilità jew b'kompetenza diġitali ta' livell iktar baxx;

L.  billi l-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali tipperikola d-drittijiet tal-konsumaturi; billi xi websajt mhumiex adegwati għax-xerrejja u l-konsumaturi transkonfinali; billi d-Direttiva riveduta dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) u r-Regolament dwar is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) se jidħlu fis-seħħ dalwaqt u se jipprovdu għodda utli għall-konsumaturi, b'mod partikolari għat-tranżazzjonijiet transkonfinali; billi l-mekkaniżmi xierqa biex ikun hemm azzjonijiet kollettivi effettivi jixirqilhom iktar kunsiderazzjoni;

M. billi l-kriżi finanzjarja riċenti ssottolinjat il-ħtieġa kbira li l-konsumaturi jkunu protetti u infurmati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u bankarji, peress li tali prodotti jista' jkollhom impatt dirett fuq il-benesseri globali tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa għal pariri iktar imparzjali għall-konsumaturi;

N. billi l-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tistabbilixxi miżuri ta' integrazzjoni għall-politika tal-konsumatur tal-Unjoni mfassla biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

O. billi l-kriżi ekonomika kurrenti tolqot ukoll serjament il-poter tal-akkwist tal-konsumaturi fis-suq uniku, b'mod partikolari dak tal-konsumaturi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi soċjali jew finanzjarji tagħhom; billi, konsegwentement, id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu rikonoxxuti sal-grad meħtieġ;

P.  billi s-suq uniku jipprovdi aċċess lill-konsumaturi tal-Unjoni għal firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet kompetittivi; billi l-produzzjoni ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli, u b'hekk jistimulaw l-iżvilupp sostenibbli, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; billi l-Kummissjoni għandha tindirizza u tistudja forom ġodda ta' konsum bħalma hu l-konsum kollaborattiv;

Q. billi se jkollhom jiġu introdotti aġġustamenti neċessarji bħall-avvanz tal-għarfien tekniku u xjentifiku, fir-rigward tas-sigurtà kemm tal-ikel kif ukoll ta' prodotti bażiċi oħra għall-konsumatur;

R.  billi jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi fl-oqsma kollha billi jiġu adottati l-miżuri legali u ekonomiċi neċessarji, u li dawn jiġu appoġġati fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom; billi l-assoċċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom rwol uniku fil-garanzija tal-fiduċja fis-suq uniku u l-iżvilupp tiegħu;

T.  billi l-passiġġieri mhumiex infurmati b'mod suffiċjenti dwar id-drittijiet tagħhom u l-kwalità ta' servizz li huma intitolati jistennew, u l-ilmenti legali mill-passiġġieri spiss ikunu diffiċli li jitressqu u jiġu infurzati; billi huma meħtieġa linji gwida biex tiġi ffaċilitata u titjieb il-applikazzjoni tar-regolamenti differenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha ta' trasport; bilil, fir-reviżjoni tagħha li jmiss tad-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż, jeħtieġ li l-Kummissjoni teżamina b'mod sħiħ l-impatt tal-kummerċ elettroniku u s-swieq diġitali fuq l-imġiba tal-konsumatur fi ħdan l-industrija Ewropea tat-turiżmu;

U. billi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE toffri protezzjoni bażika tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport, imma għal uħud minn dawn id-drittijiet tal-passiġġieri, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar mhumiex żgurati b'mod xieraq fil-mezzi kollha u fil-partijiet kollha tal-Unjoni, fatt li jimpedixxi l-moviment liberu fis-suq uniku, minħabba li jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini meta jkunu qed jivvjaġġaw u jdgħajjef il-kompetizzjoni ġusta fost it-trasportaturi;

V. billi jeħtieġ li l-passiġġieri jkunu jistgħu jagħmlu differenza ċara bejn l-ispejjeż operattivi mhux fakultattivi inklużi fin-nollijiet u l-elementi fakultattivi li jistgħu jiġu bbukkjati fil-kuntest tas-sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata rregolati bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)(27) peress li dan se jżid it-trasparenza tal-prezz għall-konsumaturi li jibbukkjaw il-biljetti fuq l-Internet;

W. billi l-erba' objettivi prinċipali stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda għall-Konsumatur Ewropew huma: 1) it-tisħiħ tas-sikurezza tal-konsumaturi; 2) it-tisħiħ tal-għarfien; 3) it-tisħiħ tal-infurzar u l-iżgurar ta' rimedju; u 4) l-allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mat-tibdil fis-soċjeta u fl-ekonomija; billi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom jiffaċilitaw it-traspożizzjoni rapida u effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi;

X. billi l-Unjoni stabbiliet miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-2020 u jiġi żgurat li l-parti kbira tal-provvista tal-enerġija tinkiseb minn enerġija rinnovabbli sal-2050;

Y. billi jeħtieġ li l-proposti li jitfasslu jkunu konsistenti mal-erba' objettivi stabbiliti;

It-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni, it-tisħiħ tal-għarfien, is-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumatur

1.  Jilqa' l-approċċ olistiku tal-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew, u b'mod partikolari l-fatt li din tkopri kważi l-oqsma politiki importanti kollha għall-konsumaturi u b'hekk tibgħat sinjal qawwi dwar it-tisħiħ tar-rwol u l-importanza tas-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumaturi fis-suq uniku; jenfasizza, madankollu, li dan għandu jkun rifless ukoll fil-proposti leġiżlattivi u fi proposti oħra mill-Kummissjoni;

2.  Jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tikkoopera mal-kummerċjanti u l-intermedjarji biex tippromwovi inizjattivi ta' responsabilità soċjali korporattiva, li jippromwovu s-sigurtà tal-konsumatur; jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun fi djalogu kontinwu mas-settur privat sabiex l-inizjattivi jiġu aċċettati u applikati fir-realtà;

3.  Jitlob li l-konsumaturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod faċli u effettiv fi prodotti bażiċi, fosthom l-ikel, is-saħħa, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji u diġitali, l-aċċess għall-broadband, il-protezzjoni tad-data, it-trasport, u t-telekomunikazzjonijiet;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-gvernijiet nazzjonali fl-introduzzjoni tal-kampanja mal-Unjoni kollha biex jiżdied l-għarfien dwar id-drittijiet u l-interessi tal-konsumatur; jenfasizza li huwa importanti, għas-suċċess tal-kampanja, li mhux is-settur pubbliku u l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur biss jiddaħħlu fil-proċess, iżda wkoll is-settur privat;

5.  Jemmen li huwa neċessarju li jiġu promossi pjattaformi elettroniċi bħan-Netwerk Ewropew ta' Appoġġ għall-Intrapriżi u l-websajt l-Ewropa Tiegħek, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Ewropew u jipprovdu informazzjoni importanti għall-konsumaturi u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar kif jista' jitjieb l-għarfien taċ-ċittadini dwar is-settur finanzjarju, sabiex il-persuni jkollhom l-informazzjoni neċessarja qabel ma jiddeċiedu li jissellfu; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-ġenerazzjoni iktar żagħżugħa u fir-rigward tal-edukazzjoni tas-soċjetà dwar is-self ta' kreditu fuq perjodu qasir;

7.  Jenfasizza li l-formazzjoni tal-konsumaturi tnaqqas ir-riskji tagħhom fir-rigward tal-prodotti ffalsifikati, il-prodotti finanzjarji spekulattivi u r-reklamar qarrieqi; hu tal-fehma li l-edukazzjoni (inkluża l-edukazzjoni finanzjarja) u l-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi jeħtieġu jkunu matul il-ħajja kollha, u għandhom jibdew mill-iskola; jenfasizza l-bżonn li jkun evitat li tingħata wisq informazzjoni, u jenfasizza minflok il-bżonn li jitnaqqsu d-defiċits ta' għarfien u li titjieb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur permezz ta' informazzjoni affidabbli, ċara, kumparabbli u mmirata;

8.  Jenfasizza l-fatt li sabiex il-konsumaturi jgawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom, m'għandhomx jintesew ir-rwol u l-edukazzjoni tal-intrapriżi; jemmen li huwa essenzjali għarfien tajjeb tad-drittijiet tal-konsumaturi fl-intrapriżi bil-għan li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Memrbi jieħdu l-miżuri neċessarji għal dak l-għan, filwaqt li jiffukaw fuq l-intrapriżi żgħar u medji;

9.  Jenfasizza li, skont ir-riżultati ta' stħarriġ differenti, il-konsumaturi huma mħassba fuq bażi fit-tul dwar id-differenzi possibbli fil-kwalità ta' prodotti bl-istess ditta u l-istess imballaġġ imqassma fis-suq uniku; iqis li l-konsumaturi fi Stati Membri differenti ma jgawdux minn aċċess għall-istess livell ta' kwalità meta jixtru prodotti tal-istess ditta u imballaġġ fis-suq uniku; jenfasizza li l-ebda forma ta' diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi mhi aċċettibbli;

10. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni sinifikanti f'din il-kwistjoni li tagħmilha possibbli li jiġi vvalutat jekk hemmx il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi aġġustata; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-konsumaturi dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards aġġornati u armonizzati li jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentiċità tal-prodotti; huwa fiduċjuż, fi kwalunkwe każ, li l-proposta li temenda d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti se tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur;

12. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tintroduċi qafas legali għas-sigurtà tal-prodotti; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta' sorveljanza tas-suq effikaċi peress li għad hemm prodotti mhux sikuri, inklużi prodotti bil-marka CE, fis-suq uniku Ewropew;

13. Jitlob li l-konsumaturi jibbenefikaw b'mod sikur mill-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni, pariri imparzjali u l-istrumenti meħtieġa għal rimedju ġust u effettiv;

14. Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu inizjattivi li jkollhom l-għan li jittraduċu r-riżultati tal-avvanzi xjentifiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi u innovazzjonijiet oħrajn f'benefiċċji għall-konsumaturi, bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti;

15. Jitlob protezzjoni adegwata tal-konsumatur u sigurtà tal-prodott fis-swieq għal prodotti tal-konsum magħmula bin-nanoteknoloġija u organiżmi ġenetikament modifikati;

16. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu garantiti l-indipendenza u t-trasparenza tal-għarfien espert xjentifiku u l-opinjoni regolatorja, b'mod partikolari fil-qasam tal-politiki tas-saħħa, tal-ambjent u tal-ikel, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u fiduċja fosthom;

17. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm protezzjoni aħjar tad-drittijiet għall-gruppi tal-konsumatur vulnerabbli, bħat-tfal u l-persuni iktar anzjani jew konsumaturi oħra f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità, partikolarment fir-rigward tat-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali biex ikunu provduti garanziji adegwati għall-protezzjoni ta' dawk il-konsumaturi;

18. Jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu konsum responsabbli u sostenibbli, b'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, u li s-swieq isiru aċċessibbli bis-sħiħ għall-konsumaturi mill-perspettiva ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, f'Unjoni bbażata fuq is-solidarjetà; iqisha ħaġa neċessarja li tiġi indirizzata l-ħela tal-ikel, li l-prodotti tal-konsumatur isiru iktar durabbli, li jiġu promossi r-riċiklaġġ u l-konsum ta' prodotti użati, u li tkompli titjieb l-effiċjenza tal-enerġija tal-prodotti disponibbli fis-suq intern;

It-titjib tal-implimentazzjoni, it-tisħiħ tal-infurzar u l-iżgurar ta' rimedju

19. Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja b'attenzjoni l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tappoġġa l-iżvilupp tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni legali neċessarja kontra l-Istati Membri li jiksru jew li ma jimplimentawx jew ma jinfurzawx il-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, b'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

20. Jilqa' inizjattivi leġiżlattivi ulterjuri maħsuba biex joħolqu suq uniku kompletament integrat sabiex jiżdiedu l-kompetizzjoni u l-effiċjenza, u tiġi provduta għażla ikbar għall-konsumaturi fl-Unjoni;

21. Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha u konsistenti tal-acquis tal-Unjoni dwar il-konsumaturi, b'mod partikolari d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur(28), id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali(29), u d-Direttiva dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv(30); jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu monitoraġġ dwar l-effikaċità tal-acquis tal-konsumatur; jenfasizza l-evidenza li tissuġġerixxi li ċ-ċittadini għadhom mhux konxji mid-drittijiet tagħhom fis-suq uniku u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu d-disponibilità ta' informazzjoni ċara u komprensiva għall-konsumaturi bħala parti mill-proċess ta' implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar għodda ta' rimedju disponibbli għall-konsumaturi;

22. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi iktar attivi biex tevalwa l-grad sa liema ċ-ċittadini fl-Istati Membri għandhom aċċess għal kontijiet bankarji; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif qed tiġi indirizzata din il-problema u tippreżenta rapport lill-Parlament dwar din il-kwistjoni sa tmiem l-ewwel kwart tal-2014;

23. Jirrkkomanda li jsir użu aħjar mill-informazzjoni disponibbli dwar l-imġiba tal-konsumaturi, u jikkunsidra b'mod partikolari li hemm ambitu biex ir-riżultati tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur jintużaw b'mod iktar effikaċi; jissuġġerixxi, għaldaqstant, li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq ħidma ta' monitoraġġ u analiżi, fil-forma ta' proġett ta' riċerka ffinanzjat bil-għan li jiġu identifikati l-oqsma ta' prijorità għaċ-ċittadini f'dak li għandu x'jaqsam mat-titjib tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi fis-suq uniku, u konsegwentement jiġu adattati l-kontenut u l-format, kif ukoll il-ħidma tal-organizzazzjonijiet li jqassmu l-informazzjoni mal-konsumaturi;

24. Jenfasizza li l-politiki tal-UE għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-istituzzjonijiet pubbliċi fl-oqsma kollha, u b'hekk jiżguraw l-iffaċilitar tal-aċċess għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa, kif ukoll irawmu l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien fost l-assoċjazzjonijiet; jemmen li għandu jinħoloq reġistru ta' assoċjazzjonijiet Ewropej biex wieħed jgħin il-ħolqien ta' tali assoċjazzjonijiet;

L-allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mat-tibdil ekonomiku u tas-soċjetà

25. Iqis li l-Kummissjoni għandha tiffoka mhux biss fuq ix-xiri ta' kontenut diġitali, iżda wkoll fuq il-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodotti u servizzi fl-ambjent diġitali u għandha tippromwovi l-fiduċja tal-konsumatur, sabiex il-konsumaturi jkunu jafu kif jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jagħmlu lment għas-soluzzjoni għat-tilwim jekk ikunu xtraw prodott jew servizz ta' kwalità baxxa;

26. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-konsumatur fil-qasam tas-self fuq terminu ta' żmien qasir, peress li huma l-persuni l-iktar vulnerabbli fi żminijiet ta' kriżi li jużaw dawn il-prodotti finanzjarji mingħajr ma jkunux konxji bis-sħiħ mill-obbligi u r-riskji tagħhom bħala dawk li jissellfu;

27. Ifakkar li l-informazzjoni adegwata u pertinenti għall-konsumaturi għandha tmur id f'id ma' miżuri ta' bini tal-kapaċitajiet sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet li jeżistu fis-suq intern;

28. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex itejjeb l-informazzjoni disponibbli għall-konsumaturi dwar kif jiġġestixxu aħjar il-konsum tal-enerġija ta' unità domestika;

29. Jemmen li huwa neċessarju li jiġu realizzati l-proġetti tal-enerġija transkonfinali, inkluż fil-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, peress li dawn se jippromwovu l-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-elettriku u tal-gass u se jżidu l-awtonomija tas-settur tal-enerġija fl-Istati Membri;

30. Jitlob it-tisħiħ tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tingħata post ċentrali f'dan il-proċess; iqis li dan l-allinjament mill-ġdid huwa ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ta' suq uniku diġitali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-websajts tat-tqabbil tal-prezzijiet, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom;

31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda, b'kunsiderazzjoni barra minn hekk tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014–2020, u biex jagħmlu evalwazzjonijiet sistematiċi tal-impatt tagħha;

Il-kummerċ elettroniku                                                                                                                

32. Jenfasizza li l-iżvilupp dejjem iktar rapidu ta' kummerċ elettroniku huwa ta' importanza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsumaturi, peress li joffri għażla usa', speċjalment għal dawk li jgħixu f'żoni inqas aċċessibbli, imbiegħda jew periferiċi, li inkella ma jkollhomx aċċess għal għażla wiesgħa ta' prodotti;

33. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri kontra t-trattament mhux ugwali tal-konsumaturi fis-suq uniku li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet attwali ta' bejgħ mill-bogħod applikati minn kumpaniji involuti fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod;

34. Jenfasizza li mhux il-konsumaturi kollha għandhom l-opportunità li jużaw l-internet jew il-ħiliet neċessarji, u li l-konsumaturi, għalhekk, għandhom jiġu offruti servizzi permezz ta' modi differenti;

35. Jenfasizza l-fatt li l-fiduċja tal-konsumatur hija essenzjali għall-kummerċ elettroniku, kemm dak domestiku kif ukoll dak transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità, is-sigurtà, it-traċċabilità u l-awtentiċità tal-prodotti, jiġu evitati prattiki kriminali jew inġusti, u jiġu osservati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, filwaqt li jkun garantit li, meta jkun xieraq, ikun ingħata kunsens infurmat u espliċitu mill-konsumatur għall-użu tad-data personali;

36. Jenfasizza li l-protezzjoni tad-data personali hija prerekwiżit essenzjali għall-protezzjoni tal-konsumaturi u għall-funzjonament u t-tkabbir tas-suq uniku diġitali;

37. Jenfasizza l-fatt li l-konsumaturi jistennew servizzi ta' kunsinna rapidi, affidabbli u kompetittivi għall-kummerċ elettroniku, u li servizzi ta' kunsinna li jiffunzjonaw sew huma neċessarji biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi;

Is-servizzi finanzjarji, il-prodotti ta' investiment u l-kriżi ekonomika

38. Jilqa' l-miżuri previsti mill-Kummissjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas legali komprensiv li jiggarantixxi konsulenza indipendenti lill-konsumaturi, speċjalment fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; jenfasizza l-fatt li l-informazzjoni dwar is-suq għandha tkun affidabbli, ċara u komparabbli, u aċċessibbli elettronikament u f'forom oħra; jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni legali kontra l-prattiki kummerċjali inġusti jew termini kuntrattwali żleali abbużivi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti l-konsumaturi li jisfaw 'maqbudin' minn prodott finanzjarju;

39. Jieħu nota tal-proposta l-ġdida għal Regolament (COM(2013)130) tat-13 ta' Marzu 2013 li temenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabilità tat-trasportatur tal-ajru fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru; jitlob li l-lista tad-drittijiet komuni għall-mezzi kollha tat-trasport tiġi ċċirkulata b'mod wiesa', f'forma konċiża u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;

40. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat id-dritt għall-aċċess għal kont ta' pagament bażiku għall-konsumaturi u li dawn jiġu provduti b'informazzjoni ċara u relevanti dwar il-prodotti ta' investiment, kif hu previst inter alia, fil-proposta għal regolament dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewliemi għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)352); jenfasizza li jinħtieġu regoli stretti għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji; jenfasizza l-fatt li l-kriżi ekonomika u finanzjara attwali qed iddgħajjef il-pożizzjoni ta' numru kbir ta' konsumaturi, billi qed tagħmilhom dejjem iktar vulnerabbli, u li ż-żieda fl-insigurtà tax-xogħol u fir-rati tal-qgħad u t-telf tal-poter tal-akkwist qed iżidu l-inugwaljanzi; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn l-iżviluppi l-ġodda meta tabbozza l-politiki;

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

42. Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u dawk lokali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u jiġu implimentati l-miżuri pjanati fl-Aġenda;

43. Jitlob lill-Kummissjoni li s-sistema ta' twissija RAPEX (Sistema ta' Twissija Rapida għall-Prodotti Mhux tal-Ikel) tkun iktar trasparenti u effettiva; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati in-netwerk taċ-Ċentri għall-Konsumatur Ewropew u dak tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta' sistema tat-tip RAPEX għas-servizzi;

Is-soluzzjoni għat-tilwim u r-rimedju

44. Jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' tiswija, bħas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) għandhom ikunu mgħaġġla, aċċessibbli u effettivi; jenfasizza li l-aċċess effettiv għall-ġustizzja f'tilwim transkonfinali m'għandux jiġi ostakolat bid-diffikutajiet li jirriżultaw min-natura transkonfinali ta' tilwima, min-nuqqas ta' riżorsi jew min-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-aċċessabilità tal-għajnuna legali; jitlob, għalhekk, li tiġi implimentata aħjar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 u, meta jkun neċessarju, li din tiġi reveduta sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħha;

45. Jenfasizza li l-mekkaniżmi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u tas-soluzzjoni online għat-tilwim ma jistgħux jissostitwixxu mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tesplora miżuri li jwasslu għall-ħolqien ta' mekkaniżmu koerenti ta' rimedju kollettiv mifrux mal-Unjoni kollha fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, li jkun applikabbli għal każijiet transkonfinali; jenfasizza li l-invizjattivi mhux koordinati fl-Unjoni jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni; jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tar-rimedju kollettiv u sabiex jiġu evitati abbużi potenzjali, l-approċċ tal-Unjoni lejn ir-rimedju kollettiv għandu jinkludi biss azzjoni rappreżentattiva fil-każ ta' entitajiet rikonoxxuti kif suppost fil-livell nazzjonali (awtoritajiet pubbliċi bħall-ombudsmen jew l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur); jinsisti fuq il-ħtieġa li jinbena approċċ tal-Unjoni għar-rimedju kollettiv bil-prinċipju li min irid jaderixxi għalih jista' jagħmel dan;

46. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi fl-Unjoni, filwaqt li jiġu koperti oqsma bħalma huma l-ambjent mibni, it-trasport u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi Att ta' Aċċessibilità għall-Unjoni li jkun ambizzju fil-firxa tiegħu;

47. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Qafas Finanazjajru Pluriennali li jmiss għall-2014–2020 għandu jippermetti li l-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tibbenefika minn finanzjament ambizzjuż b'mod suffiċjenti;

48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.

(2)

ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(3)

ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(4)

ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.

(5)

ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72.

(6)

ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(7)

ĠU C 180 E, 17.7.2008, p. 26.

(8)

ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(9)

ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(10)

ĠU L 98, 16.4.2005, p. 47.

(11)

Testi adottati, P7_TA(2010)0046.

(12)

ĠU L 263, 6.10.2010, p. 15.

(13)

Testi adottati, P7_TA(2010)0186.

(14)

Testi adottati, P7_TA(2010)0320.

(15)

Testi adottati, P7_TA(2010)0376.

(16)

Testi adottati, P7_TA(2011)0293.

(17)

Testi adottati, P7_TA(2011)0307.

(18)

Test adottat, P7_TA(2012)0371

(19)

Testi adottati, P7_TA(2011)0453.

(20)

Test adottat, P7_TA(2012)0099

(21)

ĠU L 247, 13.9.2012, p. 17.

(22)

Testi adottati, P7_TA(2011)0491.

(23)

Testi adottati, P7_TA(2012)0021

(24)

Testi adottati, P7_TA(2012)0209.

(25)

Testi adottati, P7_TA(2012)0211.

(26)

Testi adottati, P7_TA(2012)0468

(27)

ĠU L 293, 31.10.2008, p.3

(28)

ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88

(29)

ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22-39

(30)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21-27


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-abbozz ta' Aġenda għall-Konsumatur Ewropew fit-22 ta' Mejju 2012 bħala kontinwità mal-Istrateġija Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Konsumatur 2007–2013 (COM(2007) 99finali). Dan jinkludi sett ta' inizjattivi favur il-konsumaturi għall-perjodu 2014 sa 2020. Aħna nilqgħu dan l-approċċ ambizzjuż u nħeġġu lill-Kummissjoni tħejji wkoll Green Paper għall-Konsumatur Ewropew utli għall-organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-konsumaturi, iċ-ċittadini, il-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali.

L-iżgurar tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa, l-enerġija, il-prodotti finanzjarji u dawk diġitali għandhom ikunu l-ikbar prijorità fl-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew. Din l-Aġenda tinsab ukoll fl-aħħar fażi tas-Suq Uniku Diġitali li jeżiġi l-protezzjoni tal-konsumaturi online, is-sigurtà ġuridika, il-garanziji tad-drittijiet tal-konsumatur u s-servizzi ta' kunsinna effiċjenti u affidabbli għat-trasport ta' merkanzija u servizzi. Hija meħtieġa Aġenda għall-Konsumatur li tnaqqas l-inugwaljanzi fost il-konsumaturi fl-Ewropa u tikkontribwixxu għal ekonomija b'karbonju baxx.

Fil-livell dinji, il-konsumaturi Ewropej qed jiffaċċjaw sfidi ġodda bħall-globalizzazzjoni tas-swieq, id-deregolamentazzjoni finanzjarja, id-diġitizzazzjoni tal-ekonomija u t-tixjiħ tal-popolazzjoni. Dan kollu jimplika rilevanza akbar għall-istrumenti ta' rimedju u appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet li l-konsumaturi għandhom jadottaw isiru iktar kumplessi permezz tal-kriżi finanzjarja attwali. Għalhekk hu meħtieġ li l-informazzjoni effiċjenti, trasparenti, affidabbli u kumparabbli tkun aċċessibbli għall-konsumaturi.

Il-proċessi ta' fużjoni li qed iseħħu bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw f'telf jew li kellhom bżonn injezzjonijiet ta' kapital pubbliku, m'għandhomx ikunu irriversibbli. F'dawn il-każijiet, huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-fatti biex tinkiseb stabilità finanzjarja, trasparenza u l-fiduċja tal-konsumaturi.

L-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tagħti tifsira konkreta lill-prinċipju tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema trattat l-interessi tal-konsumatur għandhom jitqiesu fil-politiki kollha rilevanti tal-UE.

Il-gruppi ta' nies li huma partikolarment vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni fiżika jew psikoloġika tagħhom jew minħabba l-età tagħhom jew li jsiru vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni soċjali jew finanzjarja tagħhom, jeħtieġu protezzjoni speċjali li tippermettilhom l-aċċess għas-servizzi bażiċi u għar-riżorsi finanzjarji neċessarji.

It-Tabelli ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur u l-Aġenda tal-Bini tal-Kapaċitajiet tal-Konsumaturi

L-istudji riċenti tal-Kummissjoni juru li l-konsumaturi jeħtieġu jiżviluppaw dejjem aktar kapaċità ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tas-swieq. Konsegwentement, jeħtieġ li jiġu promossi l-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi, l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, informazzjoni ċara u trasparenti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u mezzi sempliċi u aċċessibbli ta' rimedju.

Il-5 Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur ippubblikata fil-11 ta' Marzu 2011 mill-Kummissjoni Ewropea turi distakk dejjem jikber bejn il-kummerċ elettroniku nazzjonali u dak transkonfinali, żieda fil-faqar, żieda fid-diffikultà tal-aċċess għal oġġetti u servizzi bażiċi u tħassib kbir fost il-konsumaturi dwar is-sikurezza tal-ikel.

Skont il-Pakkett ta' Bini ta' Kapaċitajiet tal-Konsumaturi, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fil-11 ta' April 2011, in-nuqqas ta' għarfien tal-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom jikkonferma l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu infurmati u edukati. Huwa essenzjali li r-rwol attiv tal-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, u għalhekk il-finanzjament tagħhom, għandu jkun żgurat.

L-interessi tal-konsumaturi għandhom jitqiesu fl-intier tagħhom, filwaqt li jiġu appoġġati l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-kapaċità tagħhom ta' influwenza fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha. F'dan is-sens, jeħtieġ li jinħoloq reġistru ta' assoċjazzjonijiet Ewropej li jippermetti li jinbnew assoċjazzjonijiet ta' applikazzjoni Ewropea.

Is-sostenibilità soċjali u ambjentali

Il-kundizzjonijiet li bihom joperaw il-konsumaturi jvarjaw ħafna fl-Unjoni Ewropea kollha. B'total ta' 499 miljun abitant, hemm madwar 80 miljun, li minnhom 19-il miljun huma tfal, li ma jistgħux jaffordjaw affarijiet bażiċi bħal li jħallsu l-kera tad-djar tagħhom jew li jkollhom servizzi tas-saħħa u ta' edukazzjoni denji, u hemm ukoll inugwaljanzi li qed jikbru fl-aċċess għall-ikel u s-servizzi soċjali. Dawn il-kundizzjonijiet ta' inugwaljanza għall-konsumaturi għandhom jiġu indirizzati mill-perspettiva ta' solidarjetà inkorporat fil-mudell soċjali Ewropew.

L-Aġenda għall-Konsumatur teħtieġ li tindirizza l-mod kif il-konsum privat ukoll jista' jgħin biex tiġi promossa ekonomija b'karbonju baxx. Is-sors tat-tkabbir rapidu tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE jinsab fit-trasport u l-enerġija. Għaldaqstant, jeħtieġ li jingħata impuls lil konsum aktar lokali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżultaw mit-trasport fl-UE. Dan ifisser ukoll li għandhom jiġu promossi r-reċiklaġġ u l-konsum ta' oġġetti użati u li jiġu provduti prodotti lill-konsumaturi dejjem aktar effiċjenti f'termini ta' enerġija.

Għandu jitqies li biex jiġi promoss il-konsum sostenibbli, l-akkwist pubbliku wkoll għandu rwol kruċjali Għalhekk, għandu jkun obbligatorju li fl-akkwist pubbliku jiġi stabbilit livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, kif ukoll id-drittijiet tax-xogħol u tal-ftehimiet kollettivi.

Għandha titqies il-possibilità li tinħoloq spezzjoni finanzjarja li tiddokumenta l-ksur u tkun tista' tissanzjona lill-entitajiet li jiksru l-liġi fis-seħħ, filwaqt li taġixxi b'mod uffiċjali jew permezz ta' lmenti minn konsumaturi individwali jew gruppi. Fil-każ ta' konsumaturi minn istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu bla likwidità iżda li jkollhom flus 'maqbudin' fl-entità permezz ta' prodott finanzjarju, din l-ispezzjoni għandha tiftaħ inkjesta dwar l-entità li ma tipprovdix soluzzjoni raġonevoli għall-konsumatur.

Rigward il-kuntratti ipotekarji tal-proprjetà, fil-każ tar-residenza wieħed għandu jikkunsidra l-possibilità li fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' pagamenti dovuti minħabba kawżi li mhumiex attribwibbli lill-konsumatur, bħal sitwazzjonijiet ta' qgħad, jiġu sospiżi kwalunkwe terminazzjoni jew twettiq ipotekarju, filwaqt li jiġi applikat moratorju fuq il-ħlasijiet mensili sakemm dak li jkun jerġa' jkollu xogħol, jew tiġi meħlusa l-ipoteka permezz ta' pagamenti u d-dritt li jikru l-proprjetà bl-għażla ta' xiri, tal-istess dar jew kera fix-xahar inqas minn 20 % tad-dħul individwali b'terminu ta' mill-inqas sentejn.

Il-proċessi ta' fużjoni li jsiru bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji, li jirriżultaw f'telf jew li kellhom bżonn injezzjonijiet ta' kapital pubbliku, m'għandhomx ikunu irriversibbli u jistgħu jissospendu l-fużjoni b'mod retroattiv. Bl-istess mod se jsiru investigazzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, biex jiġu ċċarati l-avvenimenti li kkawżaw it-telf, b'tali mod li s-superviżuri legali jkunu jistgħu jibdew proċeduri, li fil-każ li jiddeterminaw irregolaritajiet, iwasslu għal inizjattivi ġudizzjarji bil-għan li jżommu l-istabilità finanzjarja, it-trasparenza u l-fiduċja tal-konsumaturi fid-dikjarazzonijiet tal-kontabilità u fl-awtoritajiet demokratiċi.

Is-sikurezza tal-ikel u tal-prodotti

Stħarriġ riċenti tal-organizzazzjonijiet membri tal-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi, bħala l-aktar prijoritajiet importanti għall-konsumaturi, jindika protezzjoni aħjar fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-ikel. Huwa essenzjali li l-aspetti tas-sikurezza u l-ittikkettjar tal-ikel jiddaħħlu fl-Aġenda għall-Konsumaturi u li l-konsumaturi jkunu protetti mir-regħba tas-sistemi finanzjarji.

Problema oħra li trid tiġi indirizzati fl-Aġenda għall-Konsumaturi hija l-ħela tal-ikel. Madwar 90 miljun tunnellata ikel jintilfu kull sena fl-UE. Il-popolazzjoni dinjija se tikber għal 9 mitt miljun persuna fl-2050 u d-domanda tal-ikel se tikber b'70 %. Dan se joħloq sfidi kbar għas-sistemi agrikoli dinjija, u wkoll għall-konsumaturi fl-Ewropa, u dan se jkun argument ieħor biex tiġi promossa l-produzzjoni lokali u agroekoloġika tal-ikel, kif ukoll biex jiġu promossi ċirkwiti qosra fil-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel.

Għandha titqies il-ħtieġa li tiġi garantita s-sikurezza fil-katina tal-ikel mill-produzzjoni għall-konsum.

L-ittikkettjar mhux suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-obeżità, il-pestiċidi u prodotti kimiċi perikolużi oħra. Għandu jiġi projbit l-użu ta' sustanzi bħax-xaħmijiet artifiċjali trans, li jiġu użati fil-maġġoranza tal-ikel ipproċessat, u li jikkontribwixxu ħafna għall-mard kardjovaskulari bl-ispejjeż li jirriżultaw mis-sistemi tas-saħħa. F'dan is-sens, wieħed għandu jinsisti li t-tikketti enerġetiċi u ekoloġiċi jkunu obbligatorji biex tissaħħaħ l-informazzjoni utli għall-konsumaturi.

L-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew għandha tindirizza t-tneħħija gradwali tal-użu ġeneralizzat u mingħajr raġuni medika tal-antibijotiċi fl-industrija tal-laħam. M'hemm ebda bażi medika għal din il-prattika u din toħloq problemi kbar għas-saħħa pubblika.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tieħu passi konkreti fl-Aġenda għall-Konsumatur biex jitnaqqas l-esponiment tal-konsumaturi u l-ambjent għal prodotti kimiċi perikolużi Il-konsumaturi jiffaċċaw kuljum taħlita ta' sustanzi kimiċi li huma magħrufa li jikkawżaw il-kanċer u jfixklu s-sistema ormonali, bħal parabens li jintużaw bħala preservattivi fi kważi l-kożmetiċi, kremi u xampus kollha. B'dawn il-prodotti kimiċi perikolużi u użati ħafna fil-prodotti tal-konsumatur, l-ittikkettjar mhux biżżejjed. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm aktar riċerka dwar ir-riskji għas-saħħa tal-parabens. Għandu jittieħed iktar bis-serjetà l-eżempju tad-Danimarka, fejn l-parabens huma projbiti fil-prodotti li huma mmirati lejn it-tfal żgħar.

Hemm bżonn li s-sistema ta' twissija tar-RAPEX tkun aktar trasparenti u effettiva sabiex il-leġiżlaturi jkunu aktar konxji mir-riskji preżentati minn xi prodotti tal-konsum. Ir-regoli dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti għandhom jissaħħu u jiġu applikati u fl-istess ħin jeħtieġ li jiġu żviluppati jew jitjiebu regoli speċifiċi għall-prodotti perikolużi. In-nanoteknoloġija u l-organiżmi ġenetikament modifikati għandhom jiġu regolati b'mod adegwat u l-prodotti li fihom dawn għandhom jiġu ttikkettati b'mod xieraq.

It-tfal u s-swieq

It-tfal jikkostitwixxu wieħed mill-gruppi ta' konsumaturi l-iktar vulnerabbli u huma esposti għal ħafna reklamar. Hu speċjalment urġenti li t-tfal jiġu protetti mir-reklamar ta' ikel ftit li xejn san.

Fl-Isvezja, mill-1991 'l hawn, fit-televiżjoni ġie projbit ir-reklamar dirett lejn it-tfal li għandhom inqas minn 12-il sena. It-tfal huma tfal u mhux 'konsumaturi', u g.ħalhekk għandha tkun prijorità prinċipali tal-Aġenda għall-Konsumatur li titqies il-projbizzjoni tar-reklamar dirett lejn it-tfal li għandhom inqas minn 12-il sena.

Bl-istess mod għandu jkun evitat li t-tfal jiġu esposti għal sustanzi li jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tagħhom.

L-ambjent diġitali

Il-promozzjoni tal-interessi tal-'konsumatur diġitali tikkostitwixxi sfida kbira għall-futur tal-politika Ewropea dwar tal-konsumatur.Għandu jiġi proporzjonat għall-konsumatur ambjent diġitali sikur u l-aċċess għal netwerks ta' telekomunikazzjonijiet li jirrispetta speċjalment il-protezzjoni tad-data personali. Barra minn hekk, is-suq tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE għandu jiggarantixxi d-dritt li l-konsumatur jagħżel.

L-infurzar u r-rimedju

Ir-rimedju kollettiv u s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim huma elementi importanti minn strateġija politika serja tal-konsumaturi. Huwa sinifikanti li s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ġiet integrata bħala prijorità fl-Att dwar is-Suq Uniku, madankollu, is-soluzzjonijiet alternattivi ma jaħdmux sew mingħajr sistemi alternattivi. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta malajr proposta leġiżlattiva biex tifformalizza strument ġuridiku li jiggarantixxi l-aċċess għal rimedju kollettiv.

Is-sistemi alternattivi ta' soluzzjoni għat-tilwim jeħtieġu arbitri indipendenti mill-impriżi u, fil-każ ta' istituzzjonijiet finanzjarji bi spetturi tal-Bank Ċentrali (nazzjonali/Ewropej), jeħtieġ li dawn jagħmluha ta' arbitri fil-każ ta' tilwim.

Jeħtieġ li l-livell ta' infurzar ikun l-istess fl-UE kollha u li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq ikunu effettivi.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

25.4.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Adam Bielan, Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Toine Manders, Franz Obermayr, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Paul Rübig, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Anna Hedh, Seán Kelly, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Pier Antonio Panzeri, Patricia van der Kammen, Kerstin Westphal

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Mejju 2013Avviż legali