RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd.

25.4.2016 - (COM(2015)0294 – C8-0160/2015 – 2015/0133(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur (għal opinjoni): Marco Affronte
(Recast – Rule 104 of the Rules of Procedure)


Proċedura : 2015/0133(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0150/2016
Testi mressqa :
A8-0150/2016
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(COM(2015)0294 – C8-0160/2015 – 2015/0133(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0294),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0160/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2015[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Frar 2016[2],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni tal-atti legali[3],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0150/2016),

A.  billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta, u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3..  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Politika Komuni tas-Sajd saritilha riforma permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. L-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u r-rekwiżiti għall-ġbir ta’ dejta fis-settur tas-sajd huma stipulati fl-Artikoli 2 u 25 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 wettaq riforma fl-istruttura tal-appoġġ finanzjarju mogħti lill-attivitajiet ta’ ġbir ta' dejta tal-Istati Membri.

(2) Il-Politika Komuni tas-Sajd saritilha riforma permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. L-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u r-rekwiżiti għall-ġbir ta’ dejta fis-settur tas-sajd huma stipulati fl-Artikoli 2 u 25 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 wettaq riforma fl-istruttura tal-appoġġ finanzjarju mogħti lill-attivitajiet ta’ ġbir ta' dejta dwar is-sajd tal-Istati Membri.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p.22).

21 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

22 Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

22 Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Għal raġunijiet prattiċi, għandu jiġi stabbilit reġistru uniku Ewropew għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u għal skambju ta’ informazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Il-prijoritajiet għandhom jiġu identifikati u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta għandhom isiru b’tali mod li jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni miksuba. Il-qafas għall-ġbir ta’ dejta għandu jiġi estiż biex ikopri l-flotot kollha, jew li għandha tingħata kunsiderazzjoni serja biex isir ix-xogħol meħtieġ sabiex jevalwa l-istat ta’ stokkijiet importanti fil-każijiet kollha fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Id-definizzjoni ta’ "sajd rikreattiv" għandha tinkludi t-tipi kollha ta' sajd mhux kummerċjali, irrispettivament mill-għanijiet speċifiċi tagħhom, sabiex jiġu koperti l-forom kollha ta’ sajd li jistgħu jaffettwaw l-istokkijiet ta' ħut.

(9) Id-definizzjoni ta’ "sajd rikreattiv" għandha tinkludi t-tipi kollha ta' sajd mhux kummerċjali, irrispettivament mill-għanijiet speċifiċi tagħhom, sabiex jiġu koperti l-forom kollha ta’ sajd li jistgħu jaffettwaw l-istokkijiet ta' ħut u l-ekosistemi, sabiex jiġi żgurat li l-impatt u l-valur soċjoekonomiku ta' sajd bħal dan jitqies bis-sħiħ waqt il-ġestjoni tas-sajd.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Hemm il-ħtieġa li jkun hemm dejta kompleta, affidabbli, komprensiva u armonizzata relatata mas-sajd rikreattiv, bl-għan li jiġi vvalutat l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet u l-ekosistemi u biex dak l-impatt jitqies bis-sħiħ meta jkun qed jiġi ġestit is-sajd f'livell reġjonali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Id-definizzjoni ta’ "utenti finali" għandha tiġi allinjata mad-definizzjoni ta’ 'utenti finali ta’ dejta xjentifika' li tidher fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandha tkopri wkoll korpi xjentifiċi li għandhom interess fl-aspetti ambjentali tal-ġestjoni tas-sajd.

(10) Id-definizzjoni ta’ "utenti finali" għandha tiġi allinjata mad-definizzjoni ta’ 'utenti finali ta’ dejta xjentifika' li tidher fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandha tkopri wkoll korpi xjentifiċi u organizzazzjonijiet mhux għall-profitti li għandhom interess fl-aspetti ambjentali tal-ġestjoni tas-sajd.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-ħtiġijiet ta’ dejta tal-utenti finali għandhom jiġu identifikati, u għandu jiġi speċifikat liema dejta għandha tinġabar skont dan ir-Regolament. Dik id-dejta għandha tinkludi dejta dwar l-ekosistemi dwar l-impatt tas-sajd, kif ukoll dejta dwar is-sostenibbiltà tal-akkwakultura. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li d-dejta miġbura skont dan ir-Regolament ma tinġabarx ukoll skont leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

(13) Il-ħtiġijiet ta’ dejta tal-utenti finali għandhom jiġu identifikati, u għandu jiġi speċifikat liema dejta għandha tinġabar skont dan ir-Regolament. Dik id-dejta għandha tinkludi dejta dwar l-ekosistemi dwar l-impatt tas-sajd, kif ukoll dejta dwar is-sostenibbiltà tal-akkwakultura, kif ukoll dejta soċjoekonomika dwar is-sajd u l-akkwakultura. Sabiex jiġi ssimplifikat u minimizzat il-piż amministrattiv, jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li d-dejta miġbura skont dan ir-Regolament ma tinġabarx ukoll skont leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Ikun xieraq li d-disponibbiltà ta’ dejta titfassal b'mod li xxaqleb aktar lejn il-ħtiġijiet tal-ġestjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-analiżijiet kost-benefiċċju jew kost-użu ma jikkompromettux il-kwalità u d-disponibbiltà tad-dejta. Għal ċerta dejta, riċerka fuq il-baħar ma tistax tinbidel b’metodi inqas għaljin.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Hemm xewqa qawwija, tal-inqas f’xi Stati Membri, espressa minn xjentisti u utenti finali, li jkun hemm dejta affidabbli għalkollox mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. F’xi każijiet, id-dejta ta' kontroll ma tistax tintuża għal finijiet statistiċi u xjentifiċi minħabba n-nuqqas ta' regoli ta' kontroll implimentati tajjeb. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, fil-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom, jekk għandhomx jinkludu wkoll, għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika, dejta li s-soltu hija koperta minn dak ir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għall-iskop ta’ verifika tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta mill-Istati Membri, jeħtieġ li r-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jsir f’format speċifiku.

(19) Għall-iskop ta’ verifika tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta mill-Istati Membri, jeħtieġ li r-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jsir f’format standardizzat u ddefinit b'mod ċar li jnaqqas il-piż amministrattiv.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fid-dawl tal-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li tingħata aktar responsabbiltà lill-Istati Membri u li l-utenti finali tad-dejta jiġu involuti b'mod aqwa fil-ġbir ta' dejta, il-koordinazzjoni reġjonali għandha tiġi estiża minn laqgħa waħda għal proċess kontinwu kkoordinat minn Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għal kull reġjun tal-baħar.

(21) Minħabba l-fatt li l-Politika Komuni tas-Sajd tagħti importanza partikolari lill-ġbir u t-trażmissjoni ta’ dejta sabiex il-ġestjoni tas-sajd tkun tista' tiġi bbażata fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli, huwa vitali li tinġabar dejta ċara, affidabbli u eżatta dwar il-flotot u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, l-impatt ambjentali tagħhom u l-qbid skartat tagħhom, f’konformità ma’ prinċipji statistiċi xierqa u standardizzati, u sabiex l-impriżi fis-settur tas-sajd ikunu jistgħu jiġu analizzati minn perspettiva ekonomika.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma l-korpi ta’ koordinazzjoni reġjonali jingħataw il-kontroll fuq il-ġbir ta’ dejta reġjonali, għadd ta’ aspetti ewlenin – bħal pereżempju l-kompożizzjoni ta’ dawn il-korpi, ir-rwol tagħhom u l-validità tal-ftehimiet tagħhom – iridu jiġu definiti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Bl-għan li jiġi żgurat li politiki simili għall-ġbir ta’ dejta jkunu kkoordinati b’mod xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tal-metodoloġiji użati u l-miri tal-kwalità u l-affidabbiltà li jridu jintlaħqu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea u l-Qafas ta’ Garanzija tal-Kwalità tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Il-qafas għall-ġbir ta’ dejta għandu jiġi estiż biex ikopri l-flotot kollha.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 21c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21c) Huwa essenzjali għal dawk li jiġbru d-dejta li jippjanaw il-ħidma tagħhom b’konsultazzjoni ma’ utenti finali ta’ dejta fuq livell reġjonali, bl-għan li jiġi żgurat li d-dejta miġbura tkun kemm jista’ jkun rilevanti.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21d) Il-valutazzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut li huma fundamentali għal parir xjentifiku dwra il-livelli ta’ qbid sostenibbli jiddependu fuq dejta ta’ kwalità tajba. Madankollu, id-dejta hija ta’ spiss ir-riżultat ta’ rappurtar mhux komplut u żbaljat, minħabba fost l-oħrajn sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (sajd IUU) u xi qabdiet minn sajd rikreattiv li mhux inklużi fil-valutazzjonijiet.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21e) Teżisti ħtieġa għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta ta’ kwalità tajba rigward l-obbligu ta’ ħatt fuq l-art, sabiex tiġi kkontrollata u vvalutata l-effettività tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt fuq l-art u sabiex il-ġbir tad-dejta jikkonforma mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-PKS riveduta. Il-ħtiġijiet ta’ dejta b’appoġġ għall-obbligu tal-ħatt fuq l-art għandhom jiġu vvalutati bis-sħiħ. Huwa neċessarju li jkun hemm strateġija speċifika għall-futur qrib u medju li tippermetti l-użu sħiħ tal-għodod ta’ kontroll u monitoraġġ applikabbli għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt fuq l-art. Dik l-istrateġija għandha tqis il-ħtieġa ta' dejta għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-ħatt fuq l-art, għall-bini tal-kapaċità għall-industrija u l-amministrazzjonijiet fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tekniċi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21f) Ir-rwol tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jissaħħaħ u l-istruttura tagħhom għandha tiġi rinforzata, li potenzjalment iwassal biex fil-ġejjieni dawk il-Gruppi jiksbu status ġuridiku.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21g) Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jaħdmu favur il-ħolqien ta’ bażijiet ta' dejta supranazzjonali reġjonali, u għandhom jibdew il-passi preparatorji meħtieġa kollha sabiex jilħqu dak il-għan.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21h) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, f’konformità mar-reġjonalizzazzjoni tal-PKS, huwa wieħed mill-objettivi ta’ dan ir-Regolament, speċjalment permezz tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali. F’dak ir-rigward hemm il-ħtieġa li l-proċeduri tal-ġbir, l-analiżi u d-disponibbiltà tad-dejta għall-utenti finali jiġu armonizzati fost ir-reġjuni tal-baħar differenti. Kien diffiċli biex din il-ħaġa tirnexxi, speċjalment meta hemm il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri u pajjiżi terzi f’attivitajiet rilevanti għall-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21i) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2008/56/KE, hemm bżonn li tinġabar dejta ta’ kwalità tajba dwar qabdiet aċċidentali ta’ speċijiet protetti (pereżempju għasafar tal-baħar, mammiferi u fkieren tal-baħar) u dwar l-impatt tas-sajd fuq il-ħabitats, fuq iż-żoni vulnerabbli tal-baħar u fuq il-katini tal-ikel.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21j) Il-pjanijiet dwar ir-rimi għandhom jipprovdu dejta ġdida, estensiva u frekwenti. Huwa importanti li wieħed jieħu vantaġġ sħiħ ta’ dik id-dejta ġdida għall-ġestjoni sostenibbli tas-sajd u għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-istokkijiet u l-ekosistemi.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 21k (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21k) Bejn wieħed u ieħor nofs il-qabdiet li jinħattu fuq l-art mill-ilmijiet Ewropej tal-Atlantiku u tal-Baltiku, taħt ġestjoni esklużivament Ewropea, huma attwalment meħuda minn stokkijiet li hemm nuqqas ta’ dejta dwarhom. Fl-ilmijiet tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed ġestiti mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran, madwar 80 % tal-qabdiet li jinħattu fuq l-art jiġu minn stokkijiet li hemm nuqqas ta’ dejta dwarhom.

Ġustifikazzjoni

European Parliament Study, Policy Department, Data deficient fisheries in the EU waters, European Union, June 2013 (Studju tal-Parlament Ewropew, Dipartiment Tematiku, Sajd fl-ilmijiet tal-UE li hemm nuqqas ta’ dejta dwaru, Unjoni Ewropea, Ġunju 2013).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 21l (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21l) Skont ir-rakkomandazzjonijiet riċenti tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran, il-Baħar Mediterran ma għandux jitqies bħala reġjun tal-baħar uniku u omoġenju: Il-Mediterran tal-Punent, dak Ċentrali, il-Baħar Adrijatiku, il-Baħar l-Iswed u l-Mediterran tal-Lvant huma ħames sottoreġjuni li huma ġeografikament, oċeanografikament u ekoloġikament differenti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21m) hemm ħtieġa għal ġbir ta’ dejta dwar il-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet protetti, inklużi għasafar tal-baħar, mammiferi u fkieren tal-baħar, u dwar l-impatt tas-sajd fuq il-ħabitats, iż-żoni vulnerabbli tal-baħar u l-ekosistema sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2008/56/KE.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif jiġbru d-dejta, iżda sabiex ikunu jistgħu jgħaqqdu d-dejta flimkien f'livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jilħqu ftehim, f'livell reġjonali, dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità, il-kopertura u l-kompatibbiltà tad-dejta. Meta jintlaħaq ftehim ġenerali dwar il-metodi f'livell reġjonali, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jissottomettu pjan ta’ ħidma reġjonali għall-adozzjoni mill-Kummissjoni.

(22) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif jiġbru d-dejta, iżda sabiex ikunu jistgħu jgħaqqdu d-dejta flimkien f'livell reġjonali b’mod sinifikanti, l-Istati Membri għandhom jilħqu ftehim, f'livell reġjonali, dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità, il-kopertura u l-kompatibbiltà tad-dejta, filwaqt li jitqies il-fatt li f’xi reġjuni l-baċini huma ġestiti b’mod konġunt ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet f’dawk ir-reġjuni. Meta jintlaħaq ftehim ġenerali dwar il-metodi f'livell reġjonali, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jissottomettu pjan ta’ ħidma reġjonali abbażi ta' dak il-ftehim għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. Għal dan l-għan, l-objettivi, ir-rwol u s-setgħat tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali proposti u r-rwol tal-awtoritajiet responsabbli li jieħdu l-miżuri meħtieġa għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali, għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet fl-istess reġjun bl-għan, sa fejn huwa possibbli, tal-armonizzazzjoni tal-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju ta’ dejta, kif ukoll il-proċeduri rigward l-aċċess għal dik id-dejta.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tkompli tiddetermina d-dettalji tal-metodoloġiji li għandhom jiġu applikati għall-ġbir tad-dejta. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar metodi partikolari ta’ ġbir ta’ dejta għandhom jiġu sostitwiti mid-deskrizzjoni tal-proċess li permezz tiegħu se jiġu ddeterminati. Dak il-proċess għandu essenzjalment jinkludi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-utenti tad-dejta fi gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali, u l-validazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ pjanijiet ta’ ħidma ppreżentati mill-Istati Membri.

(23) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tkompli tiddetermina d-dettalji preċiżi tal-metodoloġiji li għandhom jiġu applikati għall-ġbir tad-dejta. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar metodi partikolari ta’ ġbir ta’ dejta għandhom jiġu sostitwiti mid-deskrizzjoni tal-proċess li permezz tiegħu se jiġu ddeterminati. Dak il-proċess għandu jkun f’konformità mar-rekwiżiti minimi tal-Unjoni għall-kwalità, il-kopertura u l-kompatibbiltà tad-dejta u essenzjalment jinkludi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-utenti tad-dejta fi gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali, u l-validazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ pjanijiet ta’ ħidma ppreżentati mill-Istati Membri.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Id-dejta msemmija f’dan ir-Regolament għandha tiddaħħal f’bażijiet tad-dejta kompjuterizzati nazzjonali sabiex tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni u tista’ tiġi magħmula disponibbli għall-utenti tad-dejta . Huwa fl-interess tal-utenti kollha tad-dejta li d-dejta li ma tippermettix identifikazzjoni personali għandha tkun disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal kwalunkwe parti interessata fl-analiżi ta’ tali dejta.

(24) Id-dejta msemmija f’dan ir-Regolament għandha tiddaħħal f’bażijiet tad-dejta kompjuterizzati nazzjonali, disponibbli pubblikament, sabiex tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni u tista’ tiġi magħmula disponibbli għall-utenti tad-dejta . Huwa fl-interess tal-utenti kollha tad-dejta li d-dejta li ma tippermettix identifikazzjoni personali għandha tkun disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal kwalunkwe parti interessata fl-analiżi ta’ tali dejta.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Jeħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li speċi li attwalment l-ebda pjan ta’ protezzjoni ma japplika għaliha tista' ssir prijorità fil-futur. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi żgurata d-disponibbiltà tas-serje kronoloġiċi neċessarji għall-monitoraġġ xjentifiku effettiv tal-istatus tar-riżorsi tas-sajd.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24b) Kien hemm tnaqqis fil-frekwenza ta’ ġbir ta’ dejta, li jista’ jaffettwa l-monitoraġġ u t-twaqqif ta’ serje, b’mod partikolari għal dejta li tista’ tinbidel malajr u jkollha impatt kbir fuq il-miżuri ta’ ġestjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Huwa neċessarju li jiġi enfasizzat kemm huma importanti l-istħarriġiet xjentifiċi għall-evalwazzjoni tal-istatus tal-istokkijiet tal-ħut, speċjalment fil-Mediterran, fejn minħabba l-eżistenza kważi esklużiva ta’ sajd imħallat huwa diffiċli li jsiru evalwazzjonijiet xjentifiċi abbażi tal-monitoraġġ tas-sajd kummerċjali li spiss huma mxaqilba minħabba sottorappurtar jew rappurtar ħażin.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Aktar studji xjentifiċi għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat l-istat tal-istokkijiet tal-ħut, partikolarment fil-Mediterran, fejn hemm bżonn li jittejjeb l-istat tal-istokkijiet tiegħu u fejn huwa diffiċli li jsiru studji xjentifiċi abbażi tal-monitoraġġ tas-sajd kummerċjali minħabba li kważi s-sajd kollu huwa mħallat.

Ġustifikazzjoni

Programmi ta’ riċerka speċjali qed jitwettqu fil-Baħar Mediterran u ġiet żviluppata strateġija għall-ġbir ta’ dejta minn osservaturi f’portijiet ewlenin u l-pixkeriji, u għalhekk jeħtieġ li l-emenda tar-rapporteur tiġi ċċarata.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 25c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25c) Fl-Atlantiku tat-Tramuntana hemm 19-il stħarriġ xjentifiku taħt il-qafas għall-ġbir ta’ dejta (DCF) attwali filwaqt li fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed hemm biss żewġ stħarriġiet għal kull wieħed. F’dak ir-rigward, huwa importanti li jiżdied l-għadd ta’ stħarriġiet xjentifiċi mwettqa fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 25d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25d) Huwa importanti li jiġi żgurat, kemm jista’ jkun, li jsiru biżżejjed studji xjentifiċi u li jitwettqu skont il-ħtiġijiet identifikati f’kull waħda minn dawn iż-żoni tas-sajd sabiex ikun jista’ jinkiseb għarfien aħjar dwar ir-riżorsi tas-sajd tagħhom u l-aħjar riċerka xjentifika possibbli tkun tista’ tintuża biex tivvaluta liema forom ta’ ġestjoni huma l-aktar xierqa f’kull wieħed minn dawn l-oqsma.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex daqshekk importanti li jiġi kkwotat in-numru ta’ studji li qegħdin isiru bħalissa biex tkun possibbli għall-Istati Membri li jadattaw il-metodi għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 25e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25e) Meta l-miri speċifiċi għall-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli ma jkunux jistgħu jiġu determinati minħabba nuqqas ta' dejta, il-pjanijiet pluriennali taħt il-PKS għandhom jipprevedu miżuri bbażati fuq approċċ ta' prekawzjoni li tal-anqas jiżgura livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Huwa neċessarju li tiġi enfasizzata l-importanza ta’ dejta soċjoekonomika għas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, u l-armonizzazzjoni ta’ din id-dejta tista’, f’terminu medju, tikkontribwixxi għal armonizzazzjoni u titjib akbar ta’ regoli soċjali f’dawk is-setturi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-utenti finali jiġu pprovduti b’dejta fi żmien skadenzi relattivament qosra, minħabba li jeħtieġ li jipprovdu konsulenza f’waqtha biex jippermettu li jkun hemm sajd sostenibbli. Partijiet interessati oħrajn ukoll għandhom jingħataw garanzija li jirċievu d-dejta sa ċertu perjodu ta' żmien.

(28) Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-utenti finali jiġu pprovduti b’dejta malajr u f'forma standardizzata, b'sistemi ta' kodifikazzjoni ċari, biex ikunu jistgħu jibagħtu rispons rapidu minħabba li jeħtieġ li jipprovdu konsulenza f’waqtha biex jippermettu li jkun hemm sajd sostenibbli. Partijiet interessati oħrajn ukoll għandhom jingħataw garanzija li jirċievu d-dejta sa ċertu perjodu ta' żmien.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba waqt il-kompilazzjoni tad-dejta primarja għandha tiġi żgurata, u l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu rrispettati.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni, l-informazzjoni li għandha tinġabar għandha tiġi magħżula abbażi tal-valur tagħha u tad-domanda kif ukoll tal-impatt li l-analiżi tagħha jista' jkollha.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 30b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b) Jeħtieġ li tkun enfasizzata l-importanza li jiġu stabbiliti kriterji għall-ġbir tal-informazzjoni, b'kont meħud tal-utilità tagħha u tad-domanda, kik ukoll l-importanza ekonomika u l-impatt soċjali li l-analiżi tal-informazzjoni jista' jkollha.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 30c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30c) Sabiex tiżdied il-viżibilità tar-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd, il-varjabbli tal-ġeneru għandu jitqies fil-ġbir ta' dejta dwar persuni fiżiċi, b'mod partikolari d-dejta elenkata fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament dwar l-aspetti soċjoekonomiċi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jintlaħaq l-għan bażiku tat-titjib tal-kwalità tad-dejta, tal-aċċess u tad-disponibbiltà fis-settur tas-sajd, li jiġi stabbilit qafas għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, b’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

(34) B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jintlaħaq l-għan bażiku tat-titjib tal-kwalità tad-dejta, tal-aċċess u tad-disponibbiltà fis-settur tas-sajd, li jiġu stabbiliti qafas u linji gwida ġenerali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta bi flessibbiltà suffiċjenti fil-metodi biex l-implimentazzjoni tagħha tieħu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull każ. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, b’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli rigward il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta bijoloġika, ambjentali, ekonomika u soċjali dwar is-settur tas-sajd fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd.

1. Bl-għan li jingħata kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli rigward il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta bijoloġika, ambjentali, ekonomika u soċjali dwar is-settur tas-sajd kif previst fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Rigward id-dejta li għandha tinġabar skont atti legali għajr dan, dan ir-Regolament jiddefinixxi biss regoli għall-użu ta’ din id-dejta.

2. Rigward id-dejta li għandha tinġabar skont atti legali oħra rigward il-ġestjoni tas-sajd, dan ir-Regolament jiddefinixxi biss regoli għall-użu ta’ din id-dejta.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-c) "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta’ sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin ;

(-c) "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta’ sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-d) "reġjun tal-baħar" tfisser żona ġeografika stabbilita fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, żona stabbilita mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew żona definita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(6) ;

(-d) "reġjun tal-baħar" tfisser żona ġeografika stabbilita fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew żona stabbilita mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda referenza għal xi att ta’ implimentazzjoni fl-Artikolu 5(6). Barra minn hekk, biex tiġi evitata l-konfużjoni, jidher li huwa aktar effiċjenti li r-Reġjun tal-Baħar jinżamm kif miftiehem fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-PKS u bħar-reġjuni tal-baħar diġà definiti fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni

L-istabbiliment ta’ programm pluriennali tal-Unjoni

Ġustifikazzjoni

Se jkun hemm programm wieħed biss fis-seħħ għall-Unjoni. Dan ma jaffettwax id-disponibilità tal-Kummissjoni biex temenda l-programm.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jistabbilixxu programmi pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika dwar is-settur tas-sajd.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jistabbilixxu programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika dwar is-settur tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Se jkun hemm programm wieħed biss fis-seħħ għall-Unjoni. Dan ma jaffettwax id-disponibilità tal-Kummissjoni biex temenda l-programm.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandhom jiġu stabbiliti programmi pluriennali tal-Unjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8, mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u ma' kwalunkwe korp konsultattiv xjentifiku ieħor.

2. Għandu jiġi stabbilit programm pluriennali tal-Unjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8, mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u ma' kwalunkwe korp konsultattiv xjentifiku ieħor.

Ġustifikazzjoni

Se jkun hemm programm wieħed biss fis-seħħ għall-Unjoni. Dan ma jaffettwax id-disponibilità tal-Kummissjoni biex temenda l-programm.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ħtiġijiet ta' informazzjoni għall-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(a) il-ħtiġijiet ta' informazzjoni għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Politika Komuni tas-Sajd, inklużi l-ħtiġijiet għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistemi, l-impatt tas-sajd rikreattiv u l-ħtiġijiet tal-PKS meta dawk il-ħtiġijiet ta' informazzjoni jkunu simili għal atti ġuridiċi oħra bħad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, il-Politika Marittima Integrata u d-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-b) il-ħtieġa u r-rilevanza tad-dejta għal deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistema, inklużi l-ispeċijiet u l-ħabitats vulnerabbli,

(-b) il-ħtieġa u r-rilevanza ta' dejta komprensiva u affidabbli ta' kwalità tajba għal deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi, inklużi l-ispeċijiet u l-ħabitats vulnerabbli;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-ħtieġa ta' dejta armonizzata li tkun konformi ma' prinċipji statistiċi korretti u standardizzati li jippermettu li jiġi vvalutat l-impatt fuq l-ekosistemi u l-istokkijiet tal-ħut u li jiġu kkunsidrati għall-ġestjoni fil-livell reġjonali;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-e) serje kronoloġiċi eżistenti,

(-e) serje kronoloġiċi eżistenti u l-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fil-kronoloġija tad-dejta,

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-f) il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta' dejta,

(-f) il-ħtieġa ta' simplifikazzjoni u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta' dejta,

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) il-ħtieġa li d-dejta tkopri s-sajd li hemm nuqqas ta' dejta dwaru,

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) il-ħtieġa li tinġabar informazzjoni dwar il-flotot li għadhom ma ġewx koperti;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-programmi pluriennali tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu:

1. Il-programm pluriennali tal-Unjoni għandu jistabbilixxi:

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rekwiżiti tad-dejta biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(a) lista dettaljata tar-rekwiżiti tad-dejta biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikoli 2, 6, 9 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-c) livelli limitu li taħtu l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jiġbru dejta jew iwettqu stħarriġiet ta’ riċerka, fuq il-bażi tal-attivitajiet tagħhom tas-sajd.

(-c) livelli limitu li taħtu mhuwiex mandatorju għall-Istati Membri li jiġbru dejta jew iwettqu stħarriġiet ta’ riċerka, fuq il-bażi tal-attivitajiet tagħhom tas-sajd u tal-akkwakultura.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dejta bijoloġika dwar l-istokkijiet kollha maqbuda jew maqbuda b’mod inċidentali bħala riżultat ta' attivitajiet ta' sajd kummerċjali tal-Unjoni u, fejn xieraq, ta' attivitajiet ta' sajd rikreattiv fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ilmijiet esterni sabiex ikunu jistgħu jitwettqu ġestjoni u konservazzjoni bbażati fuq l-ekosistema, skont kif meħtieġ għall-funzjonament tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(a) dejta bijoloġika dwar l-istokkijiet kollha maqbuda jew maqbuda b’mod inċidentali bħala riżultat ta' attivitajiet ta' sajd kummerċjali tal-Unjoni u, fejn xieraq, ta' attivitajiet ta' sajd rikreattiv fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ilmijiet esterni inklużi l-ispeċijiet ta' ħut dijadromi ta' interess kummerċjali sabiex ikunu jistgħu jitwettqu ġestjoni u konservazzjoni bbażati fuq l-ekosistema, skont kif meħtieġ għall-funzjonament tal-Politika Komuni tas-Sajd;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) dejta dwar l-istokkijiet tal-ħut u l-konservazzjoni u l-ġestjoni tagħhom;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) il-miri kwantifikabbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bħar-rati ta' mortalità mis-sajd u l-bijomassa ta' stokk riproduttiv;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-b) dejta dwar l-ekosistemi biex jiġi vvalutat l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ilmijiet esterni, inkluża dejta dwar il-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet mhux fil-mira, b’mod partikolari speċijiet protetti skont il-liġijiet internazzjonali jew tal-Unjoni, dejta dwar l-impatti tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar u dejta dwar l-impatti tas-sajd fuq il-katini alimentari;

(-b) dejta dwar l-ekosistemi biex jiġi vvalutat l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ilmijiet esterni, inkluża dejta dwar il-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet mhux fil-mira, b’mod partikolari speċijiet protetti skont il-liġijiet internazzjonali jew tal-Unjoni, dejta dwar l-impatti tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar u dejta dwar l-impatti tas-sajd fuq il-katini alimentari, miksuba, inter alia, bl-analiżi tal-qabdiet u taż-żoni tal-baħar vulnerabbli, bħalma huma ż-żoni ta' nurseries u l-qigħan tal-baħar tal-Posidonia (meded ta' algi tal-baħar);

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-c) dejta dwar l-attività tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ilmijiet esterni, inklużi l-livelli tas-sajd u l-isforzi u l-kapaċità tal-flotta tal-Unjoni;

(-c) dejta dwar il-flotta tal-Unjoni u l-attività tagħha fl-Unjoni u f’ilmijiet esterni, inklużi l-livelli tas-sajd u l-isforzi u l-kapaċità tal-flotta tal-Unjoni;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-d) dejta soċjoekonomika dwar is-sajd biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni soċjoekonomika tas-settur tas-sajd tal-Unjoni;

(-d) dejta soċjoekonomika dwar is-sajd, inkluż is-sajd rikreattiv, biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni soċjoekonomika tas-settur tas-sajd tal-Unjoni;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-e) dejta soċjoekonomika u dejta dwar is-sostenibbiltà rigward l-akkwakultura sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni soċjoekonomika u tas-sostenibbiltà tas-settur tal-akkwakultura tal-Unjoni, inkluż l-impatt ambjentali tiegħu;

(-e) dejta soċjoekonomika u dejta dwar is-sostenibbiltà rigward l-akkwakultura ta' speċijiet tal-baħar u dijadromi sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni soċjoekonomika u tas-sostenibbiltà tas-settur tal-akkwakultura tal-Unjoni, inkluż l-impatt ambjentali tiegħu;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-f) dejta soċjoekonomika dwar is-settur tal-ipproċessar tal-ħut sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni soċjoekonomika ta' dak is-settur.

(-f) dejta soċjoekonomika dwar is-settur tal-ipproċessar tal-prodotti tal-ħut u tal-akkwakultura sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni soċjoekonomika ta' dak is-settur.

Ġustifikazzjoni

Is-setturi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni spiss huma meqjusa bħala kumplementari u ma jistgħux jinfirdu. Dan huwa koerenti mal-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 dwar il-FEMS.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tinġabar skont dan ir-Regolament biss jekk ma tinġabarx fi ħdan oqfsa legali oħrajn tal-Unjoni.

3. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tinġabar skont dan ir-Regolament biss jekk ma tinġabarx fi ħdan oqfsa legali oħrajn tal-Unjoni. Madankollu, il-ġbir ta' dejta skont dan ir-Regolament jista' jinkludi rekwiżiti ta' dejta koperti bir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, f'każ li d-dejta miġbura attwalment skont dak ir-Regolament ma tkunx konformi mal-istandards tekniċi meħtieġa għal skopijiet xjentifiċi u statistiċi. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li d-dejta li għandha tinġabar skont dan ir-Regolament għandha tinkludi rekwiżiti ta' dejta koperti bir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandhom jindikaw dan b'mod ċar fil-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali tagħhom.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ħtiġijiet ta' informazzjoni għall-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(a) il-ħtiġijiet ta' informazzjoni għall-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluża l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-c) il-ħtiġijiet ta' informazzjoni għall-evalwazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni, inkluż il-monitoraġġ ta’ fatturi varjabbli relatati mal-ekosistemi;

(-c) il-ħtiġijiet ta' informazzjoni għall-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluż il-monitoraġġ ta’ fatturi varjabbli relatati mal-ekosistemi;

Ġustifikazzjoni

Il-pjanijiet ta’ ġestjoni huma biss waħda mill-miżuri ta’ konservazzjoni possibbli fost oħrajn. Huwa importanti li l-kamp ta’ applikazzjoni jinfetaħ u li jiġu inklużi l-miżuri ta’ konservazzjoni kollha fil-kontenut tal-programm pluriennali.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għas-sajd li hemm nuqqas ta’ dejta dwaru;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) l-informazzjoni meħtieġa sabiex jitwaqqfu jew jitranġaw il-miżuri ta’ emerġenza meta jkunu oriġinarjament ibbażati fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-e) l-evitar tad-duplikazzjoni bejn l-istħarriġiet; u

(-e) l-evitar tad-duplikazzjoni bejn l-istħarriġiet ta’ riċerka; u

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-f) l-evitar tat-tfixkil fl-istorja tad-dejta tal-istħarriġiet.

(-f) l-evitar tat-tfixkil fl-istorja tad-dejta tal-istħarriġiet, u l-ħtieġa li jinżammu serje kronoloġiċi affidabbli.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr ħsara għall-obbligi attwali dwar il-ġbir ta' dejta skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u pjan ta’ ħidma mfassal skont il-programm pluriennali tal-Unjoni u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

1. Mingħajr ħsara għall-obbligi attwali dwar il-ġbir ta' dejta skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u pjan ta’ ħidma mfassal skont il-programm pluriennali tal-Unjoni u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 sal-31 ta’ Ottubru tas-sena li tiġi qabel is-sena li minnha għandu japplika l-pjan ta’ ħidma, kemm-il darba ma jkunx għadu japplika pjan eżistenti, f’liema każ għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Artikolu 21 FEMS, dik l-iskadenza terġa’ tissemma għal raġunijiet ta’ kjarifika.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-d) kif u meta tkun meħtieġa d-dejta;

(-d) f’liema format u meta d-dejta għandha titwassal lill-utenti finali, filwaqt li jitqiesu l-iskadenzi mogħtija għas-sejħiet għal dejta;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) liema dejta tinġabar għal skopijiet ta’ kontroll u liema tinġabar fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma tiegħu, kull Stat Membru għandu jikkoordina l-isforzi tiegħu ma’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari fl-istess reġjun tal-baħar, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kopertura suffiċjenti u effiċjenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta.

3. Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom ma’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari fl-istess reġjun tal-baħar, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kopertura suffiċjenti u effiċjenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta. L-attivitajiet u l-metodi ta’ ġbir ta’ dejta għandhom ikunu tali li jiżguraw li jkun possibbli li d-dejta tiġi mqabbla u integrata tal-inqas fil-livell reġjonali.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-lista uffiċjali tal-korrispondenti nazzjonali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun hemm il-massimu ta' trasparenza għall-korrispondenti nazzjonali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista uffiċjali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li tkun tista' tiġi riveduta fi kwalunkwe waqt u tkun pubblikament disponibbli.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jikkoordina t-tħejjija tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 10;

(a) bl-għan li jtejjeb it-trasparenza, jikkoordina t-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma nazzjonali msemmi fl-Artikolu 6 u tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 10, b’ħidma mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali rilevanti;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-b) jiżgura li ssir it-trażmissjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-Istat Membru; u

(-b) jiżgura li ssir it-trażmissjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-Istat Membru lill-awtoritajiet rilevanti; u

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-c) jiżgura l-attendenza ta’ esperti rilevanti f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 8.

(-c) jiżgura l-attendenza ta’ esperti rilevanti f’laqgħat ta' gruppi ta' esperti organizzati mill-Kummissjoni u fil-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 20, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 8;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jinforma lill-awtoritajiet lokali kostali li jkollhom setgħat ġuridiċi jew ekonomiċi b'rabta mas-sajd.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korrispondent nazzjonali tagħhom ikun mħarreġ biżżejjed u jkollu esperjenza biżżejjed, ikollu mandat suffiċjenti biex jirrappreżenta lill-Istat Membru tiegħu fil-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, u jista’ jinnegozja rigward il-kondiviżjoni tal-kompiti fir-rigward tal-kampjunar, l-analiżi u l-istħarriġ xjentifiku.

Ġustifikazzjoni

Fl-imgħoddi kien hemm għadd ta’ każijiet li fihom Korrispondenti Nazzjonali ma kellhomx il-mandat li jinnegozjaw meta dan kien meħtieġ biex ix-xogħol jitqassam fil-Laqgħa tal-Koordinazzjoni Reġjonali. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha u mhux biss xi wħud minnhom ikollhom tali madat bil-għan li jkun jista' jsir it-tqassim ġust u f'waqtu tax-xogħol.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ Stati Membri oħra, filwaqt li għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġuriżdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess reġjun tal-baħar. Għal dan l-għan, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri rilevanti f’kull Reġjun tal-Baħar.

1. B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ Stati Membri oħra. Għal dan l-għan, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri rilevanti f’kull Reġjun tal-Baħar.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet fl-istess reġjun tal-baħar, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 3.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Ir-rwol, l-objettivi u l-mandati ta’ Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jiġu definiti b’mod ċar.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Skont l-Artikolu 21, l-iskop tal-Gruppi ta' Koordinazzjoni Reġjonali għandu jkun li jikkoordinaw l-isforzi tal-Istati Membri bl-għan li jkomplu jtejbu aktar il-kwalità, il-puntwalità u l-kopertura tad-dejta, u li jikkooperaw sabiex ikun jista' jseħħ titjib ulterjuri tal-affidabbiltà tal-parir xjentifiku, tal-kwalità tal-programmi ta’ ħidma u l-metodi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li għalihom l-Unjoni hija parti kontraenti jew osservatur u tal-korpi xjentifiċi internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jissemmew il-kompiti tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali ħalli jkunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw proċeduri, metodi, assigurazzjoni tal-kwalità u kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta bl-għan li jitfasslu pjanijiet ta’ ħidma reġjonali kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 5(4) kif ukoll strateġiji ta’ kampjunar koordinati reġjonalment.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jissemma l-għan tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali ħalli jkunu jistgħu jipprijoritizzaw l-attivitajiet tagħhom.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-Istati Membri, minn esperti mill-Kummissjoni, u minn utenti finali rilevanti tad-dejta.

2. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ikunu magħmula mill-korrispondenti nazzjonali, minn esperti nnominati mill-Istati Membri, minn esperti mill-Kummissjoni, u minn utenti finali rilevanti tad-dejta inklużi l-Kunsilli Konsultattivi kif ukoll, meta jkun applikabbli, minn rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali rilevanti.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'każijiet fejn ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw bosta reġjuni, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

4. F'każijiet fejn ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw bosta reġjuni tal-baħar, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet konġunti fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali dwar il-proċeduri, il-metodi, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5, u jistgħu jħejju wkoll strateġiji ta’ kampjunar ikkoordinati f'livell reġjonali. Waqt li jkunu qed jagħmlu dan, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iqisu l-parir tal-STECF, meta jkun xieraq. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti humiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-programm pluriennali tal-Unjoni, u jekk iva, għandha wkoll tapprova l-pjan ta’ ħidma reġjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

5. Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iħejju rakkomandazzjonijiet konġunti fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali dwar il-proċeduri, il-metodi, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5, jistgħu jħejju wkoll strateġiji ta’ kampjunar ikkoordinati f'livell reġjonali u l-kontribut rilevanti mill-Istat Membru għall-istħarriġiet xjentifiċi. Waqt li jkunu qed jagħmlu dan, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iqisu l-parir tal-STECF, tal-ICES u tal-organizzazzjonijiet reġjonali ta' ġestjoni tas-sajd, meta jkun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti humiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-programm pluriennali tal-Unjoni, u jekk iva, għandha wkoll tapprova l-pjan ta’ ħidma reġjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, dawn għandhom jissostitwixxu l-partijiet rilevanti tal-pjanijiet ta’ ħidma mfassla minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom skont dan.

6. Meta l-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, dawn għandhom jissostitwixxu l-partijiet rilevanti tal-pjanijiet ta’ ħidma mfassla minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom skont dan billi jneħħu l-partijiet rilevanti koperti mill-pjan ta’ ħidma reġjonali.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet ta' ħidma u l-emendi magħmula fihom skont l-Artikolu 8(2) abbażi tal-evalwazzjoni mill-iSTECF .

3. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet ta' ħidma u l-emendi magħmula fihom skont l-Artikolu 8(2) abbażi tal-evalwazzjoni mill-iSTECF.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw il-pjanijiet ta’ ħidma sal-31 ta’ Diċembru tas-sena qabel is-sena li minnha għandu japplika l-pjan ta’ ħidma, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom fuq bażi annwali jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar it-twettiq tal-pjanijiet ta' ħidma tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

1. L-Istati Membri għandhom fuq bażi annwali jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar it-twettiq tal-pjanijiet ta' ħidma tagħhom. Dak ir-rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ referenza ta' wara u għandu jkun disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien differenti għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għal siti ta’ kampjunar

Aċċess għal siti ta’ kampjunar u sorsi ta’ dejta

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fir-rigward tal-ġbir tad-dejta, il-Kummissjoni sa... [ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], għandha tistabbilixxi bażi ta’ dejta Ewropea unika sabiex tissimplifika u tiffaċilita l-analiżi tad-dejta fil-livell Ewropew.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati dwar dan li ġej:

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta, skont l-Artikolu 23, atti delegati li jistipulaw regoli dettaljati dwar dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

Bl-għan li jissaħħaħ l-iskrutinju tal-Parlament dwar din id-dispożizzjoni importanti, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li bihom il-kaptani tal-bastimenti huma obbligati jaċċettaw l-osservaturi xjentifiċi u l-metodi ta’ ġbir tad-dejta alternattivi, jidher li att delegat ikun aktar xieraq.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-b) il-kundizzjonijiet li skonthom il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni huma obbligati li jaċċettaw abbord osservaturi xjentifiċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, kif ukoll metodi alternattivi ta' ġbir ta' dejta, u regoli għall-Istati Membri li skonthom dawn għandhom iwettqu monitoraġġ u rappurtar dwar dawk il-kundizzjonijiet u metodi.

(-b) il-kundizzjonijiet li skonthom il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni huma obbligati li jaċċettaw abbord osservaturi xjentifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 2, kif ukoll metodi alternattivi ta' ġbir ta' dejta f'każijiet li fihom, għal raġunijiet debitament ġustifikati, ma jkunx possibbli li jkunu preżenti osservaturi abbord, u regoli għall-Istati Membri li skonthom dawn għandhom iwettqu monitoraġġ u rappurtar dwar dawk il-kundizzjonijiet u metodi.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Att delegat kif propost fl-Artikolu 11(3). Ma hemm l-ebda ħtieġa tal-proċedura ta' eżami li tikkonċerna biss atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Ġbir ta’ dejta fil-kuntest ta’ parir xjentifiku

 

Meta l-Kummissjoni, għall-fini ta’ ġbir ta’ dejta msemmi fl-Artikolu 5(2), titlob parir xjentifiku minn korp xjentifiku kompetenti, għandha tinforma fi żmien debitu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tibagħtilhom kopja tat-talba ppreżentata lill-korp xjentifiku kkonċernat.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-fini tal-verifika tal-eżistenza ta’ dejta primarja miġbura skont l-Artikolu 6(1) minbarra dejta soċjoekonomika, l-Istati membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni għandha aċċess għall-bażijiet ta’ dejta kompjuterizzati nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(a).

1. Għall-fini tal-verifika tal-eżistenza ta’ dejta primarja miġbura u tal-kwalità tagħha skont l-Artikolu 6(1) minbarra dejta soċjoekonomika, l-Istati membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni għandha aċċess għall-bażijiet ta’ dejta kompjuterizzati nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(a).

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-fini tal-verifika tad-dejta soċjoekonomika miġbura skont l-Artikolu 6(1) l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni għandha aċċess għall-bażijiet ta’ dejta kompjuterizzati nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(b).

2. Għall-fini tal-verifika tad-dejta soċjoekonomika miġbura skont l-Artikolu 6(1) l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-Kummissjoni għandha aċċess għall-bażijiet ta’ dejta kompjuterizzati nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(b).

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat aċċess effettiv u bla xkiel għall-bażijiet ta’ dejta kompjuterizzati nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti minn regoli oħrajn tal-Unjoni .

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess effettiv u bla xkiel għall-bażijiet ta’ dejta kompjuterizzati nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti minn regoli oħrajn tal-Unjoni . Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi, flimkien mal-Istati Membri, rekwiżiti speċifiċi biex dak l-aċċess ikun żgurat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex ikun hemm ftehimiet bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru peress li l-Ġbir tad-Dejta huwa l-kompetenza tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar rekwiżiti speċifiċi biex ikun hemm aċċess għad-dejta skont id-dritt nazzjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjni bil-proċedura ta’ eżami.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni filwaqt li jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u teknoloġiji elettroniċi xierqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandhom iżommu lura milli jimponu kwalunkwe restrizzjoni mhux meħtieġa fuq l-usa’ tixrid possibbli ta’ dejta dettaljata u aggregata.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u teknoloġiji elettroniċi xierqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandhom iżommu lura milli jimponu restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq id-disponibbiltà pubblika, bl-għan li jiżguraw l-usa’ tixrid possibbli ta’ dejta dettaljata u aggregata.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rilevanti dettaljata u aggregata tiġi aġġornata u magħmula disponibbli għall-utenti finali fi żmien xahar mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta. F’każ ta’ talbiet magħmula minn partijiet interessati oħra, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tiġi aġġornata u magħmula disponibbli fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rilevanti dettaljata u aggregata tiġi aġġornata u magħmula disponibbli għall-utenti finali u għal partijiet interessati oħra fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta.

 

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dejta dettaljata u aggregata disponibbli pubblikament sena wara li tkun ġiet miġbura u pproċessata.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'każijiet fejn tintalab dejta dettaljata għal skopijiet ta' pubblikazzjoni xjentifika, l-Istati Membri, sabiex jipproteġu l-interessi professjonali tal-kolletturi tad-dejta, jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ta’ dejta tiddewwem bi 3 snin mid-data li għaliha tirreferi d-dejta. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-utenti finali u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta' dan it-tip, u bir-raġunijiet li jkunu wasslu għat-teħid ta' dik id-deċiżjoni.

4. F'każijiet fejn dejta dettaljata tkun maħsuba għal skopijiet ta' pubblikazzjoni xjentifika evalwata bejn il-pari, l-Istati Membri, sabiex jipproteġu l-interessi professjonali tal-kolletturi tad-dejta, jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ta’ dejta tiddewwem bi 3 snin mid-data li għaliha tirreferi d-dejta. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-utenti finali u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta' dan it-tip, u bir-raġunijiet li jkunu wasslu għat-teħid ta' dik id-deċiżjoni.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta

Sistemi kompatibbli għall-armonizzazzjoni ta’ skambju u ħżin ta’ dejta

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dejta għall-utenti finali u għal partijiet interessati oħra, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-korpi konsultattivi xjentifiċi u kwalunkwe utenti finali rilevanti għandhom jikkooperaw biex jiġu żviluppati sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta’ informazzjoni lil partijiet interessati oħrajn. Il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikolu 8(6) jistgħu jservu bħala bażi għal ftehim dwar sistemi ta' dan it-tip.

1. Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dejta għall-utenti finali u għal partijiet interessati oħra, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-korpi konsultattivi xjentifiċi u kwalunkwe utenti finali rilevanti għandhom jikkooperaw biex jiġu żviluppati sistemi kompatibbli għall-armonizzazzjoni ta’ skambju u ħżin ta’ dejta, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta’ informazzjoni lil partijiet interessati oħrajn. Il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikolu 8(6) jistgħu jservu bħala bażi għal ftehim dwar sistemi ta' dan it-tip.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk Stat Membru jiċħad li jipprovdi dejta skont l-Artikolu 16(4) , l-utent finali jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex tanalizza ċ-ċaħda. Jekk il-Kummissjoni ssib li ċ-ċaħda mhijiex debitament iġġustifikata, tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jipprovdi d-dejta lill-utent finali fi żmien xahar.

Jekk Stat Membru jiċħad li jipprovdi dejta skont l-Artikolu 16(4) fi żmien sitt xhur minn meta tkun saret talba, l-utent finali jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex tanalizza ċ-ċaħda fi żmien xahar. Jekk il-Kummissjoni, fi żmien xahar, issib li ċ-ċaħda mhijiex debitament iġġustifikata, tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jipprovdi d-dejta lill-utent finali fi żmien xahar.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u jikkooperaw sabiex itejbu aktar il-kwalità, il-puntwalità u l-kopertura tad-dejta sabiex ikun jista' jseħħ titjib ulterjuri tal-affidabbiltà tal-parir xjentifiku, il-kwalità tal-programmi ta’ ħidma u l-metodi ta’ ħidma ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li għalihom l-Unjoni hija parti kontraenti jew osservatur u ta’ korpi xjentifiċi internazzjonali.

1. L-Istati Membri, flimkien ma' reġjuni b'setgħat rilevanti, u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u jikkooperaw sabiex itejbu aktar il-kwalità, il-puntwalità u l-kopertura tad-dejta sabiex ikun jista' jseħħ titjib ulterjuri tal-affidabbiltà tal-parir xjentifiku, il-kwalità tal-programmi ta’ ħidma u l-metodi ta’ ħidma ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li għalihom l-Unjoni hija parti kontraenti jew osservatur u ta’ korpi xjentifiċi internazzjonali.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament.

2. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Peress li din hija l-ewwel reviżjoni tar-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta’ Dejta, l-ewwel monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament għandu jsir aktar kmieni minn 5 snin.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 16 u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 11, 16 u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin.

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku bir-referenza l-ġdida. Skont il-ftehim interistituzzjonali għall-formulazzjoni aħjar tal-liġijiet id-delega tas-setgħa għandha tingħata għall-perjodu standardizzat ta’ 5 snin.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 16 u 17 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 11, 16 u 17 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku bir-referenza l-ġdida.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 16 u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 11, 16 u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku bir-referenza l-ġdida.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24a

 

Miżuri tranżizzjonali

 

Il-programm Komunitarju fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, għandu jiġi mġedded b'mod awtomatiku għal perjodu massimu ta' sena fil-każ li l-Kummissjoni ma tkunx tista' tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2016, il-programm pluriennali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Bl-għan li jiġi evitat it-tiġdid awtomatiku għal 3 snin tal-Programm Komunitarju taħt il-qafas preċedenti, fil-każ li l-Kummissjoni mhix se tkun tista’ tadotta l-programm pluriennali l-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali u jiġi mitigat l-effett potenzjali ta’ dan it-tiġdid awtomatiku.

  • [1]  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 201.
  • [2]  ĠU C 120, 5.4.2016, p. 40.
  • [3]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref. D(2016)4243

Alain Cadec

President, Kumitat għas-Sajd

ASP 13E205

Brussell

Suġġett:   Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (riformulazzjoni)

  (COM(2015)0294 – C8-0160/2015– 2015/0133(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Tfassil mill-ġdid (riformulazzjoni), kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 58, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Jannar 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda unanimament, b'24 vot favur[1], li jirrakkomanda li l-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Sergio Gaetano Cofferati, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Constance Le Grip, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Angelika Niebler, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

 

    Brussell, 17.12.2015

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

          TAL-KUNSILL

          TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (riformulazzjoni)

COM(2015) 294 final tat-18.6.2015 - 2015/0133 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fil-21 ta' Ottubru u fit-12 ta' Novembru 2015 sabiex janalizza, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

F'dawk il-laqgħat[1], eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jfassal mill-ġdid ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej.

1. Fl-ewwel premessa, l-indikazzjoni "(2)" kellha tiġi ppreżentata bejn vleġeġ ta' adattament flimkien man-numru tal-artikolu 43.

2. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

- it-tħassir propost tal-premessi 8, 9, 10, 19, 21 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

- fil-premessa 24, is-sostituzzjonijiet proposti tal-kelma "trasmessa" bil-kliem "magħmula disponibbli", il-kelma "finali" bil-kelma "tad-dejta" u l-kliem "tal-komunità xjentifika" bil-kliem "tal-utenti kollha tad-dejta", u ż-żieda proposta tal-kliem "mingħajr restrizzjonijiet għal";

- fil-premessa 25, is-sostituzzjoni proposta tal-kelma "Il-ġestjoni" bil-kliem "L-għoti ta' parir xjentifiku" u l-kliem "kwistjonijiet speċifiċi" bil-kliem "il-ħtiġijiet tal-maniġers tal-industrija tas-sajd", kif ukoll il-kelma "lill-maniġment" (li kienet ġiet ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament) u l-kliem kollu tat-tielet sentenza (diġà mmarkati b'"ingassatura doppja");

- fl-Artikolu 3(ċ), it-tħassir propost tal-kliem finali "għal rikreazzjoni jew sport";

- fl-Artikolu 3(d), is-sostituzzjoni proposta tar-referenza li saret attwalment għall-"Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE", b'referenza ġdida għall-"Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013", u ż-żieda proposta tal-kliem finali "jew żona definita fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(6)";

- it-tħassir propost ta' punt (j) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

- fl-Artikolu 9(3) tal-abbozz ta' test riformulat, it-tħassir propost tal-kliem finali "u l-evalwazzjoni tal-ispejjeż imwettqa mis-servizzi tagħha";

- it-test sħiħ tal-Artikolu 10(1), it-tieni u t-tielet sentenza;

- it-tħassir propost ta' punt (ċ) tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

- it-test kollu tal-Artikolu 11(1) tal-abbozz ta' test riformulat;

- it-tħassir propost tal-paragrafi 1, 2, u 4 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

- fl-Artikolu 11(2) tal-abbozz ta' test riformulat, is-sostituzzjoni proposta tal-kliem "ir-responsabbli għall-ikkampjunar fuq il-baħar li qed joperaw skont skema ta' monitoraġġ fuq il-baħar u maħturin mill-korp inkarigat għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali" bil-kliem "osservaturi xjentifiċi";

- it-tħassir propost tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

- fl-Artikolu 13(2)(ċ) tal-abbozz ta' test riformulat, iż-żieda proposta tal-kliem finali "u l-Gruppi ta' Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8";

- fit-titolu u fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 19, is-sostituzzjoni proposta tal-kelma "finali" bil-kelma "ta' dejta";

- fil-kliem introduttorju tal-Artikolu 19(1), is-sostituzzjoni proposta tal-kliem "finali" bil-kliem "ta' dejta";

- fl-Artikolu 21(1), iż-żieda proposta tal-kliem "il-kwalità, il-puntwalità u l-kopertura tad-dejta sabiex ikun jista' jseħħ titjib ulterjuri";

- it-tħassir propost tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

- it-test kollu tal-Artikolu 24 tal-abbozz ta' test riformulat.

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dak it-tibdil sustanzjali, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tiegħu.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

  • [1]   Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2015)0294 – C8-0160/2015 – 2015/0133(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.6.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

6.7.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marco Affronte

26.8.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2015

14.1.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

19.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

Data tat-tressiq

25.4.2016