RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008

20.10.2016 - (COM(2016)0039 – C8-0021/2016 – 2016/0023(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Stefan Eck


Proċedura : 2016/0023(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0313/2016

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008

(COM(2016)0039 – C8-0021/2016 – 2016/0023(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0039),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 192(1) u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0021/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016[1],

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0313/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-merkurju huwa sustanza tossika ħafna li tirrappreżenta periklu globali u kbir għas-saħħa tal-bniedem, inkluż bil-metilmerkurju fil-ħut u r-riżorsi tal-baħar, l-ekosistemi u l-organiżmi slavaġ. Minħabba l-għamla transfruntiera tat-tniġġis tal-merkurju, bejn 40% u 80% tad-depożitu totali tal-merkurju fl-Unjoni joriġina minn barra l-Unjoni u, għalhekk, jiġġustifika azzjoni f’livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.

(1)  Il-merkurju huwa sustanza tossika ħafna li tirrappreżenta periklu globali u kbir għas-saħħa tal-bniedem, inkluż bil-metilmerkurju fil-ħut u r-riżorsi tal-baħar, l-ekosistemi u l-organiżmi selvaġġi. L-esponiment għall-merkurju f'livelli għolja jista' jkun ta' ħsara għall-moħħ, il-qalb, il-kliewi, il-pulmuni, u s-sistema immunitarja tal-bnedmin ta' kull età. Livelli għolja ta' metilmerkurju fid-demm ta' trabi li għadhom fil-ġuf u ta' tfal żgħar jistgħu jagħmlu ħsara lis-sistema nervuża li tkun qed tiżviluppa, li jwassal biex it-tfal ikunu anqas kapaċi jaħsbu u jitgħallmu u potenzjalment jonqsilhom l-IQ tagħhom. Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) jelenkaw il-merkurju fost l-"għaxar kimiċi ta' tħassib ewlieni għas-saħħa pubblika". Għaldaqstant jeħtieġ jiġu introdotti miżuri dwar il-merkurju u l-kundizzjonijiet għall-użu tiegħu.

Ġustifikazzjoni

ara US EPA 2014 u http://www.who.int/ipcs/assessment/public_health/chemicals_phc/en/

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-użu tal-merkurju fil-proċessi tal-produzzjoni għandu jiġi eliminat gradwalment u, għal dak il-għan, għandhom jingħataw inċentivi għar-riċerka dwar sustanzi alternattivi għall-merkurju b'karatteristiċi li jkunu innokwi jew, ikun x'ikun il-każ, inqas perikolużi għall-ambjent u għas-saħħa.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Minħabba l-għamla transfruntiera tat-tniġġis tal-merkurju, bejn 40 % u 80 % tad-depożiti totali tal-merkurju fl-Unjoni joriġinaw minn barra l-Unjoni, filwaqt li 70 % tas-siti kontaminati bil-merkurju huma kkonċentrati f'reġjuni industrijali fl-Ewropa u fl-Amerka ta' Fuq; u għalhekk hija meħtieġa azzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ħafna mill-emissjonijiet tal-merkurju u r-riskji ta’ esponiment assoċjati jirriżultaw minn attivitajiet antropoġeniċi, inkluż l-estrazzjoni primarja u l-ipproċessar tal-merkurju, l-użu tal-merkurju fil-prodotti, il-proċessi industrijali u l-estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira (“ASGM”) u l-emissjonijiet tal-merkurju li joriġinaw b’mod partikolari mill-kombustjoni tal-faħam u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju.

(2)  Ħafna mill-emissjonijiet tal-merkurju u r-riskji ta’ esponiment assoċjati jirriżultaw minn attivitajiet antropoġeniċi, inkluż l-estrazzjoni primarja u l-ipproċessar tal-merkurju, l-użu tal-merkurju fil-prodotti, il-proċessi industrijali u l-estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira (“ASGM”), siti kontaminati u l-emissjonijiet tal-merkurju li joriġinaw b’mod partikolari mill-kombustjoni tal-faħam u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju. Il-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-impjanti tal-enerġija u fil-bojlers industrijali, flimkien mat-tisħin residenzjali, jikkostitwixxu kważi nofs l-emissjonijiet globali tal-merkurju. Għaldaqstant, it-tranżizzjoni għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli flimkien ma' miżuri għall-effiċjenza enerġetika għandhom isiru aktar malajr sabiex ir-rilaxx tal-merkurju fl-atmosfera jitnaqqas b'mod sinifikanti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (E-PRTR) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għandu l-għan li jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti, dawk li jfasslu l-politika, ix-xjenzati u l-pubbliku ġenerali bażi ta' dejta koerenti u valida fl-Unjoni kollha dwar ir-rilaxx u t-trasferimenti industrijali li tkopri wkoll il-merkurju. L-utenti jingħataw aċċess għal informazzjoni dwar rilaxxi u trasferimenti minn faċilitajiet industrijali fil-viċinat tagħhom jew f'pajjiżhom, li jkunu jistgħu jitqabblu ma' faċilitajiet oħra madwar l-Unjoni kollha. Dan l-aċċess għad-dejta għandu l-potenzjal li jiżgura parteċipazzjoni reali taċ-ċittadini fi kwistjonijiet ambjentali. L-E-PRTR jikkontribwixxi għal trasparenza akbar u għalhekk l-għodda tat-traċċar diġà eżistenti għall-inkwinanti għandha tiġi estiża għall-flussi tal-iskart tal-merkurju, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' frodi u biex jitjieb il-kontroll tat-trasferimenti tal-merkurju fl-iskart.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 033, 4.2.2006, p. 1).

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-E-PRTR se jimminimizza r-riskju ta' frodi u jikkontribwixxi għall-istampa globali li nistennew li niksbu mit-talba tagħna dwar inventarju għall-UE kollha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sar progress sinifikanti fl-Unjoni fl-aħħar 10 snin fil-qasam tal-ġestjoni tal-merkurju mindu ġew adottati l-Istrateġija u firxa sħiħa ta’ miżuri li jikkonċernaw l-emissjonijiet, il-provvista, id-domanda u l-użu tal-merkurju u l-ġestjoni tal-eċċess u l-ħażniet tal-merkurju.

(5)  Sar progress sinifikanti fl-Unjoni fl-aħħar 10 snin fil-qasam tal-ġestjoni tal-merkurju mindu ġew adottati l-Istrateġija u firxa sħiħa ta’ miżuri li jikkonċernaw l-emissjonijiet, il-provvista, id-domanda u l-użu tal-merkurju u l-ġestjoni tal-eċċess u l-ħażniet tal-merkurju. Madankollu hemm bżonn azzjoni ulterjuri għaliex bħalissa huwa stmat li d-domanda tas-suq għall-merkurju hija ta' 260-400 tunnellata metrika fis-sena u anke wara t-tneħħija gradwali prevista tal-użu tal-merkurju fl-industrija tal-kloroalkali sal-2017 huwa stmat li d-domanda prevista għall-merkurju fl-2025-2030 tkun ta' 40-220 tunnellata metrika fis-sena. Jeħtieġ, għalhekk, tingħata attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament f'konformità mar-regoli applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Ara d-dokument ta' ħidma tal-persunal (SWD) tal-Kummissjoni, valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta 2016 final p.26/ 186.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-Istrateġija tistabbilixxi li n-negozjar u l-konklużjoni ta’ strument internazzjonali legalment vinkolanti għandhom ikunu prijorità billi l-Unjoni waħedha ma tistax tiggarantixxi protezzjoni effettiva taċ-ċittadini tal-Unjoni kontra l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-merkurju.

(6)  Flimkien mal-Istrateġija, li tistabbilixxi li n-negozjar u l-konklużjoni ta’ strument internazzjonali legalment vinkolanti għandhom ikunu prijorità, l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex teċċella fost is-sħab globali tagħha sabiex tiggarantixxi protezzjoni taċ-ċittadini tagħha mill-effetti negattivi tal-merkurju fuq is-saħħa li tkun verament effikaċi, billi tistabbilixxi eżempji tal-aħjar prattika għall-pajjiżi kollha li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex jiġi rifless l-għarfien xjentifiku attwali dwar ir-riskji mill-metilmerkurju, meta twettaq ir-rieżami ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsum attwali abbażi tas-saħħa u għandha tistabbilixxi parametri referenzjarji ġodda mil-lat ta' saħħa fir-rigward tal-merkurju.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ratifika rapida tal-Konvenzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se tħeġġeġ lill-utenti u l-emittenti globali ewlenin tal-merkurju, li huma firmatarji għall-Konvenzjoni, sabiex jirratifikawha u jimplimentawha.

(8)  Ratifika rapida tal-Konvenzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se tħeġġeġ lill-utenti u l-emittenti globali ewlenin tal-merkurju, li huma firmatarji għall-Konvenzjoni, sabiex jirratifikawha u jimplimentawha. Azzjoni ulterjuri mwettqa mill-Unjoni, li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni, tista' twitti t-triq, kif kien il-każ bir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, għal prodotti u proċessi mingħajr merkurju.

 

_____________________

 

1a  Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta' ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Billi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni diġà tittrasponi ħafna mill-obbligi tal-Konvenzjoni, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi biss id-dispożizzjonijiet li jaħdmu id f’id mal-acquis tal-Unjoni u li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tiegħu mal-Konvenzjoni u, b’hekk, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jirratifikawh u jimplimentawh.

(9)  Billi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni diġà tittrasponi ħafna mill-obbligi tal-Konvenzjoni, dan ir-Regolament għandu bħala prijorità jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jaħdmu id f’id mal-acquis tal-Unjoni u li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tiegħu mal-Konvenzjoni u, b’hekk, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jirratifikawh u jimplimentawh. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet ġodda li jmorru lil hinn mill-Konvenzjoni, f'konformità mal-Istrateġija u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fil-qasam tal-iskart.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament il-ġdid ma għandux jirrestrinġi lilu nnifsu li jadatta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni. L-Unjoni tista' timxi 'l quddiem aktar malajr fir-rigward ta' ċerti aspetti tal-Konvenzjoni, biex b'hekk tistabbilixxi l-pedamenti għall-Konvenzjoni fil-futur.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-Istati Membri huma meqjusa li huma pajjiżi żviluppati skont il-Konvenzjoni, u l-Unjoni mhix biss hija avvanzata bil-leġiżlazzjoni tagħha iżda hija wkoll fil-pussess ta' teknoloġiji alternattivi disponibbli; għaldaqstant, l-Unjoni għandha tadotta kemm tista' mill-għażliet u l-miżuri proposti u previsti mill-Konvenzjoni ta' Minamata sabiex tistabbilixxi direzzjoni ambizzjuża għall-Partijiet l-oħra kollha għall-Konvenzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)    Għandhom ikunu jistgħu jiġu adottati miżuri addizzjonali fil-livell tal-Unjoni li jkollhom livell ta' ambizzjoni li jmur lil hinn minn dak tal-Konvenzjoni jekk dawn jippermettu li jitnaqqsu l-effetti ħżiena tal-merkurju b'mod effiċjenti u effikaċi, skont l-aħħar żviluppi xjentifiċi. Pereżempju, l-Unjoni għandha tħeġġeġ l-użu tal-merkurju riċiklat għal skopijiet industrijali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titnaqqas il-produzzjoni globali tal-merkurju u jintbagħat sinjal pożittiv, l-Unjoni għandha tħeġġeġ ir-riċiklaġġ u l-użu tal-merkurju riċiklat.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 għandha tkun ikkomplementata b’restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-merkurju skont is-sors, l-użu maħsub u l-post ta’ oriġini tal-merkurju. L-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi marbutin mal-implimentazzjoni tat-tali restrizzjonijiet.

(10)  Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 għandha tkun ikkomplementata bi projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-merkurju għal użi differenti mir-rimi bħala skart. Deroga ta' din ix-xorta għall-merkurju importat għar-rimi bħala skart għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2027. Sadanittant il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tippromwovi u tiffaċilita l-bini tal-kapaċità ta' pajjiżi terzi fir-rigward tat-trattament tal-merkurju. L-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi marbutin mal-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri ta' projbizzjoni.

__________________

__________________

39  Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75).

 

40  Ir-Regolament (KE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

40  Ir-Regolament (KE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura ta’ firxa ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju li jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-użu tal-merkurju u komposti tal-merkurju fi ħdan l-Unjoni u f’livell globali għandhom ikunu pprojbiti.

(11)  L-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura ta’ firxa ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u li ma jikkonformawx mal-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli, għandhom jitneħħew gradwalment b’mira fuq medda qasira ta’ żmien aħħarija li l-prodotti kollha li fihom merkurju miżjud apposta għandhom ikunu pprojbiti; sadanittant, l-użu kontinwat għandu jkun issorveljat b'mod rigoruż u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jkollu bażi ġuridika li tinqasam fi tnejn, l-Artikoli 192(1) u 207 tat-TFUE, billi għandu l-għan li jħares l-ambjent kif ukoll is-saħħa tal-bniedem u jiżgura uniformità fir-rigward tal-aspetti kummerċjali tiegħu permezz tal-projbizzjoni u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni li jaffettwaw il-merkurju, il-komposti tal-merkurju u l-prodotti miżjudin bil-merkurju.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Bil-għan li jitnaqqsu l-importazzjonijiet tal-merkurju u l-ħżin tal-iskart tal-merkurju, kemm jekk stabbilizzat jew parzjalment stabbilizzat, l-użu tal-merkurju miksub permezz tar-riċiklaġġ għandu jiġi inkoraġġut meta jkun possibbli.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  B'konformità mal-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar strinġenti, dment li tali miżuri jkunu kompatibbli mat-Trattati u l-Kummissjoni tkun ġiet notifikata.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)   Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura ta' prodotti mediċi omeopatiċi, dment li dawn il-prodotti joffru benefiċċji sinifikanti għas-saħħa u ma jkunx hemm sustanzi attivi mingħajr merkurju disponibbli bħala alternattiva. Il-prodotti mediċinali antroposofiċi deskritti f'farmakopea uffiċjali u ppreparati b'metodu omeopatiku għandhom ikunu trattati, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, bl-istess mod bħall-prodotti mediċinali omeopatiċi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fin-nuqqas ta’ proċessi rilevanti disponibbli għall-produzzjoni mingħajr merkurju, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet operatorji għall-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju li jinvolvu l-użu tal-merkurju.

(14)  Il-produzzjoni ta' alkoħolati li tinvolvi l-użu tal-merkurju bħala elettrodu għandha tiġi eliminata gradwalment u s-sostituzzjoni permezz ta' proċessi ta' produzzjoni fattibbli mingħajr merkurju għandha sseħħ mill-aktar fis possibbli. Fin-nuqqas ta’ proċessi rilevanti disponibbli għall-produzzjoni mingħajr merkurju għall-metilat jew l-etilat tal-potassju, il-perjodu għall-eliminazzjoni gradwali tagħhom għandu jkun itwal. Sabiex l-industrija tkun tista' tagħmel investimenti biżżejjed bil-quddiem, jeħtieġ li tiġi stabbilita data kemm jista' jkun malajr għall-introduzzjoni ta' projbizzjoni fuq il-merkurju fil-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ġodda miżjudin bil-merkurju u l-istabbiliment ta’ proċessi ġodda tal-manifattura bbażati fuq il-merkurju jżidu l-użu tal-merkurju u l-komposti tal-merkurju u l-emissjonijiet tal-merkurju fl-Unjoni. Għalhekk, attivitajiet ġodda bħal dawn għandhom ikunu pprojbiti sakemm valutazzjoni ma turix li dawn l-użi jipprovdu benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u s-saħħa u li ma hemm ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli bla merkurju għad-dispożizzjoni u li tipprovdi t-tali benefiċċji.

(15)   Il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ġodda miżjudin bil-merkurju u l-istabbiliment ta’ proċessi ġodda tal-manifattura bbażati fuq il-merkurju jżidu l-użu tal-merkurju u l-komposti tal-merkurju u l-emissjonijiet tal-merkurju fl-Unjoni. Għalhekk, attivitajiet ġodda bħal dawn għandhom ikunu pprojbiti sakemm valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji ma turix li dawn l-użi jipprovdu benefiċċji sinifikanti netti għall-ambjent u s-saħħa u li ma hemm ebda alternattiva teknikament fattibbli bla merkurju għad-dispożizzjoni u li tipprovdi t-tali benefiċċji.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-użu tal-merkurju u l-komposti tal-merkurju fl-ASGM jirrappreżenta sehem sinifikanti mill-użu u mill-emissjonijiet tal-merkurju madwar id-dinja u, għalhekk, dan għandu jiġi rregolat.

(16)  L-użu tal-merkurju u l-komposti tal-merkurju fl-ASGM jirrappreżenta sehem sinifikanti mill-użu u mill-emissjonijiet tal-merkurju madwar id-dinja b'effetti negattivi kemm għall-komunitajiet lokali u kemm globalment u, għalhekk, dan għandu jiġi eliminat fl-Unjoni u rregolat fil-livell internazzjonali. Huwa stmat li l-estrazzjoni tad-deheb fuq skala żgħira huwa pprattikat f'77 pajjiż. Globalment, il-minaturi fuq skala żgħira jipproduċu bejn 20 % u 30 % tad-deheb kollu li jiġi estratt. L-Unjoni għandha, fil-qafas tal-Konvenzjoni, tinkoraġġixxi lill-partijiet l-oħra kollha għall-Konvenzjoni jikkooperaw biex jissorveljaw mill-qrib, permezz ta' rappurtar preċiż u strett tal-attività ta' esportazzjoni u importazzjoni, il-kummerċ ta' merkurju żejjed maħsub għall-użu fl-ASGM u jsegwu t-trasport tal-merkurju fl-iskart.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Huwa essenzjali li l-iskart tal-merkurju jkun traċċabbli biex jiġi żgurat li jkun trattat u mormi kif suppost u jiġi evitat l-użu illegali tiegħu. Għalhekk għandha tiġi introdotta sistema ta' traċċabbiltà effikaċi tul il-katina kollha tal-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimmiraw li jnaqqsu l-impatt ambjentali u tal-bniedem tal-attivitajiet ta' ASGM li jużaw il-merkurju. Fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet politiċi f'dan ir-rigward, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu r-rwol li għandu l-faqar bħala kawża ta' attivitajiet ta' ASGM. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jaħdmu biex jiżviluppaw alternattivi ekonomiċi għall-attivitajiet ta' ASGM. Barra minn hekk, l-Unjoni għandha timpenja ruħha bis-sħiħ li tikkoopera mal-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni u tipprovdilhom assistenza teknika.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)  Fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet politiċi għall-problema tal-użu tal-merkurju fl-ASGM, l-Istati Membri għandhom iżommu bħala objettiv, b'mod parallel mal-indirizzar tal-fatturi ekonomiċi u soċjali, il-protezzjoni tal-komunitajiet mill-istrutturi kriminali involuti f'attivitajiet ta' ASGM u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw l-attivitajiet ta' estrazzjoni illegali b'mod ġenerali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d)  L-Istati Membri li jkollhom attivitajiet ta' ASGM li fihom jintuża l-merkurju fit-territorju tagħhom għandhom jiżviluppaw pjan ta' azzjoni nazzjonali kif mitlub mill-Artikolu 7(3) tal-Konvenzjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 16e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16e)  Sabiex tiġi enfasizzata l-problema tal-użu tal-merkurju fl-ASGM u biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru prodotti tad-deheb, l-Unjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tippromwovi, fost il-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni, il-ħolqien ta' skema ta' tikkettar għad-deheb li jkun ġie estratt mingħajr ma jkun intuża l-merkurju.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 16f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16f)   L-użu u t-trasport tal-merkurju jinvolvi riskji ambjentali u għas-saħħa. Sabiex jiġi traċċat l-użu tal-merkurju fl-attivitajiet ta' ASGM, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Partijiet għall-Konvenzjoni joħolqu għodda ta' traċċabbiltà applikabbli madwar id-dinja. Il-Kummissjoni għandha tuża l-E-PRTR bħala mudell għal din l-għodda ta' traċċabbiltà l-ġdida f'dak li għandu x'jaqsam mal-prestazzjoni u l-effikaċja.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-użu tal-amalgama dentali f’forma inkapsulata u l-implimentazzjoni tas-separaturi tal-amalgama għandhom isiru obbligatorji sabiex il-prattikanti dentali u l-pazjenti jkunu protetti kontra l-esponiment għall-merkurju u jiġi żgurat li l-iskart tal-merkurju li jirriżulta ma jiġix rilaxxat fl-ambjent, iżda jinġabar u jkun soġġett għal ġestjoni korretta tal-iskart. Minħabba d-daqs tal-impriżi fis-settur tad-dentistrija affettwati minn din il-bidla, jixraq li jingħata biżżejjed żmien sakemm dawn jadattaw għad-dispożizzjoni l-ġdida.

(17)  Sakemm issir l-eliminazzjoni totali tal-użu tal-merkurju fid-dentistrija, l-użu tal-amalgama dentali f’forma inkapsulata u l-implimentazzjoni tas-separaturi tal-amalgama, li diġà huma mifruxa fl-Unjoni, b'effiċjenza ta' ritenzjoni minima, għandhom isiru obbligatorji sabiex id-dentisti u l-pazjenti jkunu protetti kontra l-esponiment għall-merkurju u jiġi żgurat li l-iskart tal-merkurju li jirriżulta ma jiġi rilaxxat fl-ambjent fl-ebda ċirkustanza, iżda jinġabar u jkun soġġett għal ġestjoni korretta u legali tal-iskart. Biex jiġi żgurat li s-separaturi tal-amalgama jkunu effikaċi, fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu żgurati rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tagħmir u għall-ġestjoni tal-iskart tal-amalgama mid-dentisti kif ukoll għat-taħriġ tad-dentisti. Sabiex id-dentisti, il-pazjenti u l-ambjent jitħarsu mill-esponiment għall-merkurju, l-użu ta' amalgama dentali għandu jiġi eliminat b'mod gradwali fl-Unjoni, kif diġà huwa l-każ f'diversi pajjiżi Ewropej.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar l-iġjene orali hija l-aktar mod effikaċi kif jiġi evitat it-taħsir tas-snien u, għalhekk, jitnaqqas l-użu tar-restawr dentali, pereżempju permezz tal-amalgama dentali. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-iġjene orali, pereżempju billi jistabbilixxu objettivi nazzjonali.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)   Il-Partijiet għall-Konvenzjoni ħadu impenn li jieħdu miżuri sabiex iħeġġu lill-organizzazzjonijiet professjonali u l-iskejjel tad-dentistrija jedukaw u jħarrġu lill-professjonisti u l-istudenti tad-dentistrija dwar l-użu ta' alternattivi għar-restawr dentali mingħajr merkurju u dwar il-promozzjoni tal-aħjar prattiki mil-lat ta' ġestjoni; dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati fir-riezami tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c)  L-Istati Membri għandhom jintalbu jappoġġjaw it-taħriġ tal-istudenti u d-dentisti fl-użu ta' alternattivi mingħajr merkurju, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli bħal nisa tqal u tfal, u jinkoraġġixxu r-riċerka u l-innovazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-iġjene orali sabiex jittejjeb l-għarfien dwar il-materjali u t-tekniki ta' restawr eżistenti u jiġu żviluppati materjali ġodda.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka fil-materjali tar-restawr għandha tiġi mħeġġa, b'mod partikolari fir-rigward ta' materjali ġodda, li dwarhom l-għarfien għadu limitat u ma tistax titwettaq analiżi kompluta tar-riskju. Hija waħda mir-rakkomandazzjonijiet li tagħmel il-Konvenzjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)   Ħafna mill-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31KE41 għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju għandhom japplikaw għall-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju f’faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art. L-applikabbiltà ta’ wħud minn dawk il-kriterji għandha tiddependi mill-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull faċilità tal-ħżin taħt l-art, kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri inkarigati mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE.

(18)  Minħabba l-karatteristiċi perikolużi tal-merkurju, il-valur għoli tiegħu fis-suq kif ukoll il-volum kompatt tiegħu, li jagħmluh attraenti ħafna għall-akkwist fis-suq illeċitu, il-kriterji għall-ħżin temporanju għandhom ikunu differenti minn dawk għar-rimi permanenti tiegħu. Sabiex jiġi żgurat ir-rimi bla periklu fit-tul, ir-rimi permanenti ta' merkurju metalliku għandu jiġi pprojbit u dan għandu jiġi trasformat f'sulfur tal-merkurju fl-aktar forma irriversibbli qabel jintrema b'mod permanenti. Jekk, wara l-konverżjoni tal-merkurju f'sulfur tal-merkurju, l-iskart tal-merkurju jkun sikur daqs wara s-solidifikazzjoni, ma jkun jinħtieġ ebda trattament ieħor. Dan jiżgura wkoll in-nuqqas ta' disponibbiltà tiegħu bħala komodità. Sal-2017 mistennija jiġu ġġenerati aktar minn 6 000 tunnellata metrika ta' skart tal-merkurju metalliku fl-Unjoni, l-aktar minħabba d-dekummissjonar obbligatorju taċ-ċelloli tal-merkurju fl-industrija tal-kloroalkali f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/732/UE41a. Minħabba l-kapaċità disponibbli limitata għat-twettiq tat-trasformazzjoni tal-iskart tal-merkurju likwidu, il-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju likwidu għandu jibqa' jitħalla jsir skont dan ir-Regolament għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex tiġi żgurata s-solidifikazzjoni ta' dan l-iskart kollu ġġenerat, iżda f'faċilitajiet ta' fuq l-art biss.

__________________

__________________

41 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

 

 

41a Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/732/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-produzzjoni tal-chlor-alkali (ĠU L 332, 11.12.2013, p. 34).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Ir-rimi permanenti mingħajr trattament minn qabel tal-merkurju metalliku li huwa meqjus bħala skart għandu jiġi eskluż minħabba r-riskji li joħloq dan ir-rimi, peress li jikkostitwixxi sustanza estremament perikoluża fil-forma likwida tagħha. Qabel ir-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju, sabiex jitnaqqsu dawn ir-riskji għandhom jitwettqu operazzjonijiet rilevanti għall-konverżjoni tiegħu f'sulfur tal-merkurju u għas-solidifikazzjoni ta' dan l-iskart, f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/31/KE. Ir-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju għandu jitħalla jsir biss wara li jkun ġie kkonvertit f'sulfur tal-merkurju u jkun ġie solidifikat.

Ġustifikazzjoni

Il-merkurju metalliku huwa likwidu, u l-ġestjoni ta' dan l-iskart toħloq riskji ikbar milli fil-każ tas-solidi. Id-Direttiva 1999/31/KE tipprojbixxi l-aċċettazzjoni ta' skart likwidu f'miżbliet. B'analoġija u fid-dawl tan-natura perikoluża tiegħu, l-istess għandu japplika għall-iskart tal-merkurju. Biex jiġu mminimizzati r-riskji, il-ħżin permanenti għandu jitħalla jsir biss meta l-iskart tal-merkurju jkun l-ewwel għadda minn trattament ta' stabbilizzazzjoni u solidifikazzjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)  Is-siti kontaminati jikkontribwixxu għal mobilizzazzjoni ġdida, emissjonijiet ġodda, u rilaxxi ta' merkurju fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma. Fin-nuqqas ta' informazzjoni komprensiva dwar siti kontaminati abbandunati, huwa meħtieġ l-iżvilupp ta' inventarju u linji gwida għall-ġestjoni tas-siti kontaminati kollha fl-Unjoni. Sabiex ikun hemm lok għal dak l-iżvilupp, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment tal-metodi u l-approċċi għall-ġestjoni ekoloġikament sostenibbli u t-tindif ta' siti kontaminati bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju, b'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, meta dan ikun possibbli.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 18c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18c)  Kwalunkwe tip ta' inċinerazzjoni tal-iskart tal-merkurju għandu jkun ipprojbit peress li huwa inkompatibbli mal-ġestjoni ambjentalment korretta tal-iskart tal-merkurju.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Sabiex ikun hemm lok għal adattament għall-aħħar progress fl-innovazzjoni u t-teknoloġija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-projbizzjoni jew il-permess għal prodotti u proċessi ġodda li jużaw il-merkurju.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-projbizzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti u proċessi ġodda li jużaw il-merkurju u l-obbligi tar-rapportar, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42.

imħassar

__________________

 

42 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri u kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-kummerċ, il-manifattura, l-użu u l-ħżin temporanju tal-merkurju, il-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet, il-prodotti miżjudin bil-merkurju u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri u kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-kummerċ, il-manifattura, l-użu u l-ħżin tal-merkurju, il-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet, il-prodotti miżjudin bil-merkurju u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent mill-merkurju. Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  "kompost tal-merkurju" tfisser kwalunkwe sustanza li tikkonsisti f'atomi tal-merkurju u atomu wieħed jew aktar ta' elementi kimiċi oħrajn li jistgħu jiġu sseparati f'komponenti differenti permezz ta' reazzjonijiet kimiċi biss;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  "ħżin temporanju" tfisser il-ħżin tal-merkurju jew tal-komposti tal-merkurju, definit bħala skart tal-merkurju, għal perjodu limitat ta' żmien qabel ma jiġi kkonvertit f'sulfur tal-merkurju bl-aħjar teknoloġija disponibbli u solidifikat u qabel ma jintrema b'mod permanenti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel sottoparagrafu ma għandux ikun japplika għall-esportazzjoni tal-komposti tal-merkurju elenkati fl-Anness I għal riċerka fuq skala tal-laboratorju.

L-ewwel sottoparagrafu ma għandux ikun japplika għall-esportazzjoni tal-komposti tal-merkurju elenkati fl-Anness I għal riċerka fuq skala tal-laboratorju u, meta dawn il-komposti jintużaw bħala sustanzi attivi għall-manifattura ta' prodotti mediċinali omeopatiċi kif definiti fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-importazzjoni tal-merkurju u tat-taħlitiet elenkati fl-Anness I għal użi oħrajn għajr ir-rimi bħala skart għandha tkun ipprojbita.

1.  L-importazzjoni tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju u tat-taħlitiet elenkati fl-Anness I għandha tkun ipprojbita.

 

L-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika għall-importazzjoni tal-komposti tal-merkurju elenkati fl-Anness I meta dawn il-komposti jintużaw bħala sustanzi attivi għall-manifattura ta' prodotti mediċinali omeopatiċi kif definiti fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2001/83/KE.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel sottoparagrafu, l-importazzjoni għandha tkun awtorizzata fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, l-importazzjoni tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju u tat-taħlitiet elenkati fl-Anness I għar-rimi bħala skart għandha titħalla ssir sal-31 ta' Diċembru 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi testendi din id-deroga, filwaqt li tqis il-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fis-subparagrafu 5.

  il-pajjiż esportatur ikun Parti għall-Konvenzjoni u l-merkurju esportat ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju kif stipulat fl-Artikolu 3(3) u (4) ta’ dik il-Konvenzjoni;

Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tippromwovi u tiffaċilita l-iżvilupp, it-trasferiment u d-diffużjoni ta' teknoloġiji alternattivi ambjentalment korretti aġġornati, kif ukoll l-aċċess għalihom, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma Partijiet għall-Konvenzjoni, b'mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati. Il-Kummissjoni għandha tidentifika l-mezzi finanzjarji u tekniċi biex tagħti kontribut għall-bini tal-kapaċità u t-trasferiment tal-assistenza teknika u t-teknoloġija, skont l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni, b'rabta mal-oqsma u l-fażijiet kollha tat-trattament tal-merkurju, inkluż ir-rimi bħala skart.

  il-pajjiż esportatur li ma jkunx Parti għall-Konvenzjoni jkun ipprovda ċertifikazzjoni li l-merkurju ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju u mhux mill-industrija tal-kloroalkali, u l-Istat Membru importatur ta l-kunsens tiegħu bil-miktub għall-importazzjoni.

Sal-1 ta' Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' implimentazzjoni u fattibbiltà li jevalwa l-bini tal-kapaċità u l-assistenza teknika pprovduti mill-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u partijiet ikkonċernati rilevanti lil pajjiżi terzi, u tevalwa jekk is-sitwazzjoni fid-diversi reġjuni tippermettix it-trattament tal-merkurju bħala skart fuq bażi reġjonali.

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-importazzjoni ta' merkurju riċiklat fl-Unjoni għandha titħalla ssir sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-użu ta' merkurju riċiklat fl-Unjoni, id-disponibbiltà ta' merkurju riċiklat u stimi dwar id-domanda futura għall-merkurju riċiklat abbażi tax-xejriet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-estensjoni tad-deroga għall-importazzjoni ta' merkurju riċiklat.

 

L-importazzjoni ta' merkurju riċiklat għandha titħalla ssir biss jekk il-pajjiż esportatur ikun Parti għall-Konvenzjoni u l-operatur ekonomiku jkun ipprovda ċertifikazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja u r-riċiklaġġ tal-merkurju riċiklat u r-riċiklaġġ ikun sar f'faċilità ta' riċiklaġġ liċenzjata skont l-istandards tal-Unjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti iktar stretti stabbiliti f’leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni, l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura fl-Unjoni tal-prodotti miżjudin bil-merkurju kif stipulat fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2021.

1.  Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti iktar stretti stabbiliti f’leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni, l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura fl-Unjoni tal-prodotti miżjudin bil-merkurju kif stipulat fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti mid-dati speċifikati fih.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sal-1 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-prodotti kollha li fihom il-merkurju importati, esportati jew manifatturati fl-Unjoni li mhumiex elenkati fl-Anness II.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–   prodotti għar-riċerka, għall-kalibrazzjoni tal-istrumentazzjoni jew għall-użu bħala standard ta’ referenza.

–  prodotti għar-riċerka, għall-użu bħala standard ta’ referenza.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Abbażi tal-lista stabbilita skont il-paragrafu 1a, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda l-Anness II sabiex tipprojbixxi l-produzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti miżjudin bil-merkurju sal-1 ta' Jannar 2020.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni esperta tal-użu tal-merkurju fil-manifattura tal-vaċċini, kif imsemmi wkoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2005 u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2006, bil-għan li tinkiseb restrizzjoni fuq dan l-użu u, jekk ikun hemm alternattivi xierqa u sikuri, projbizzjoni totali, u tappoġġja r-riċerka f'alternattivi vijabbli għall-forniment, fil-ġejjieni, ta' vaċċini b'diversi dożi ħielsa mit-tjomersal fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħżin temporanju ambjentalment korrett tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, meta l-Unjoni tkun sostniet id-Deċiżjoni kkonċernata.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħżin temporanju ambjentalment korrett tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-operaturi ekonomiċi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-prodotti u l-proċessi tal-manifattura eżistenti kollha li jużaw il-merkurju u/jew komposti tal-merkurju, inkluża data dwar il-kwantitajiet totali kif ukoll il-kwantitajiet għal kull prodott ta' merkurju u/jew komposti tal-merkurju użati għas-sena ta' qabel.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti miżjudin bil-merkurju mhux koperti minn xi użu magħruf qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandhom ikunu pprojbiti.

1.  Il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti miżjudin bil-merkurju li ma kinux notifikati lill-awtoritajiet kompetenti sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ijkunu pprojbiti.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proċessi tal-manifattura li jinvolvu l-użu tal-merkurju u/jew tal-komposti tal-merkurju li ma kinux jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandhom ikunu pprojbiti.

2.  Il-proċessi tal-manifattura li jinvolvu l-użu tal-merkurju u/jew tal-komposti tal-merkurju li ma kinux notifikati lill-awtoritajiet kompetenti sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikunu ppprojbiti.

Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-proċessi li jimmanifatturaw u/jew jużaw il-prodotti miżjudin bil-merkurju li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-paragrafu 1.

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, meta operatur ekonomiku jkun biħsiebu jimmanifattura u/jew iqiegħed fis-suq prodott ġdid miżjud bil-merkurju jew jopera proċess tal-manifattura ġdid, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u jipprovdilhom dawn li ġejjin:

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, u biss meta prodott ġdid miżjud bil-merkurju jew proċess tal-manifattura ġdid ikun se jipprovdi benefiċċji netti sinifikanti għall-ambjent u għas-saħħa u meta l-ebda alternattivi teknikament fattibbli bla merkurju li jipprovdu dawn il-benefiċċji ma jkunu disponibbli, fil-każ li operatur ekonomiku jkun biħsiebu jimmanifattura u/jew iqiegħed fis-suq prodott ġdid miżjud bil-merkurju jew jopera proċess tal-manifattura ġdid, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u jipprovdilhom dawn li ġejjin:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – inċiż - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

–  evidenza li turi n-nuqqas ta' alternattivi mingħajr merkurju li huma teknikament fattibbli li jipprovdu benefiċċji netti sinifikanti għall-ambjent u għas-saħħa;

Emenda55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  valutazzjoni tar-riskji tiegħu għas-saħħa u l-ambjent;

–  valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji tiegħu għas-saħħa u l-ambjent;

Emenda56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  spjegazzjoni dettaljata tal-mod li bih it-tali prodott jew proċess irid jiġi manifatturat, użat u mħaddem biex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

–  spjegazzjoni dettaljata tal-mod li bih it-tali prodott jew proċess irid jiġi manifatturat, użat u mħaddem u mormi bħala skart wara l-użu biex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tiġi notifikata mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivverifika b'mod partikolari li l-prodott il-ġdid miżjud bil-merkurju jew il-proċess tal-manifattura ġdid jipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u s-saħħa u li ma hemm ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli bla merkurju disponibbli u li tipprovdi t-tali benefiċċji.

4.  Meta tiġi notifikata mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivverifika b'mod partikolari li l-prodott il-ġdid miżjud bil-merkurju jew il-proċess tal-manifattura ġdid jipprovdi benefiċċji netti sinifikanti għall-ambjent u s-saħħa u li ma hemm ebda alternattiva teknikament fattibbli bla merkurju disponibbli u li tipprovdi t-tali benefiċċji.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, sabiex tispeċifika jekk il-prodott rilevanti l-ġdid miżjud bil-merkurju jew il-proċess tal-manifattura rilevanti l-ġdid huwiex awtorizzat.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tispeċifika jekk il-prodott rilevanti l-ġdid miżjud bil-merkurju jew il-proċess tal-manifattura rilevanti l-ġdid huwiex awtorizzat.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

 

Emenda58

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jitwettqu attivitajiet ta' pproċessar u estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira mhux insinifikanti għandhom:

L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jitwettqu attivitajiet ta' pproċessar u estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira bl-użu tal-merkurju jew tal-komposti tal-merkurju għandhom:

-  jieħdu passi sabiex inaqqsu u, fejn fattibbli, jeliminaw l-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju f'estrazzjoni u fi pproċessar bħal dawn, u l-emissjonijiet u r-rilaxxi fl-ambjent tal-merkurju li joriġina minn dawn l-attivitajiet;

-  jeliminaw l-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju f'estrazzjoni u fi pproċessar bħal dawn, u l-emissjonijiet u r-rilaxxi fl-ambjent tal-merkurju li joriġina minn dawn l-attivitajiet;

-  jiżviluppaw u jimplimentaw pjan nazzjonali f'konformità mal-Anness IV.

-  jiżviluppaw u jimplimentaw pjan nazzjonali f'konformità mal-Anness IV.

 

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Partijiet għall-Konvenzjoni joħolqu għodda ta' traċċar dinji, sabiex jiġi ttraċċat l-użu tal-merkurju għall-finijiet tal-ASGM.

 

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi fost il-Partijiet għall-Konvenzjoni l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' skema ta' tikkettar li tiżviluppa s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi madwar id-dinja kollha għad-disponibilità ta' deheb estratt bla merkurju.

Emenda59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mill-1 ta' Jannar 2019 'il quddiem, l-amalgama dentali għandha tintuża biss f'forma inkapsulata.

1.  Minn... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-amalgama dentali għandha tintuża biss f'forma inkapsulata ddożata minn qabel.

Emenda60

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Minn ...[sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-użu tal-amalgama dentali ta' kwalunkwe forma għandu jiġi pprojbit fit-trattament ta' nisa tqal jew li qed ireddgħu jew individwi li jagħmlu trattament fuq is-snien deċidwi tagħhom.

Emenda61

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-użu tal-amalgama dentali għandu jiġi eliminat b'mod gradwali sal-31 ta' Diċembru 2022.

Emenda62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mill-1 ta' Jannar 2019 'il quddiem, il-faċilitajiet dentali għandhom ikunu mgħammrin b'separaturi tal-amalgama mmirati sabiex iżommu u jiġbru partikuli tal-amalgama. Dawk is-separaturi għandhom jinżammu kif ikun hemm bżonn sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' żamma.

2.  Minn ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-faċilitajiet dentali għandhom ikunu mgħammrin b'separaturi tal-amalgama mmirati sabiex iżommu u jiġbru partikuli tal-amalgama kollha, inklużi dawk li jinsabu f'ilma użat. Dawk is-separaturi għandhom jinżammu kif ikun hemm bżonn sabiex jiġi żgurat livell għoli u kontinwu ta' żamma ta' mill-anqas 95 % tal-partikoli tal-amalgama.

Emenda63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  B'deroga mill-paragrafu 1b, l-użu tal-amalgama dentali għandu jibqa' jiġi awtorizzat fir-rigward ta' ħtiġijiet mediċi speċifiċi, u biss jekk ikun strettament meħtieġ għal raġunijiet ta' saħħa relatati mal-pazjenti u jekk ma jkunx hemm alternattiva sodisfaċenti.

Emenda64

Proposta għal regolament

Artikolu 10b – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Minkejja l-paragrafi 1 sa 2a, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu aktar l-użu tal-amalgama dentali, b'konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE.

Emenda65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.   Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistipulaw kif biħsiebhom jimplimentaw it-tneħħija gradwali tal-amalgama dentali skont il-paragrafi 1a u 1b, u għandhom ukoll jistabbilixxu l-objettivi nazzjonali tas-saħħa orali, u jgħarrfu kif ikun biħsiebhom jimplimentaw dik it-tneħħija gradwali u dawk l-għanijiet lill-Kummissjoni.

Emenda66

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-prattikanti tad-dentistrija għandhom ikunu responsabbli għall-kondizzjonament u r-rimi tal-iskart tagħhom u għandhom jaċċertaw li dawn l-istadji jitwettqu b'mod li ambjentalment korrett. Huma għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizz li jiġbru l-iskart tagħhom ikunu konformi mar-regoli applikabbli.

Emenda67

Proposta għal regolament

Kapitolu IV – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħżin u r-rimi tal-iskart tal-merkurju

Il-ħżin u r-rimi tal-iskart tal-merkurju u siti kkontaminati

Emenda68

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE44, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skart u għandhom jintremew mingħajr ma tiġi pperikolata saħħet il-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent skont id-Direttiva 2008/98/KE:

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skart u għandhom jintremew mingħajr ma tiġi pperikolata saħħet il-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent skont id-Direttiva 2008/98/KE:

__________________

 

44 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

 

Emenda69

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapportar dwar l-iskart tal-merkurju minn sorsi kbar

Ir-rapportar dwar l-iskart tal-merkurju

Ġustifikazzjoni

Il-kejl għar-rapportar m'għandux ikun id-daqs tas-sors imma d-daqs tal-emissjonijiet u r-rilaxxi. It-trasferiment tal-iskart għandu jiġi inkluż ukoll bħalma jiġi inkluż it-trasferiment tal-iskart mis-siti kkontaminati.

Emenda70

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, il-kumpaniji li joperaw fis-setturi tal-industrija msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati d-dejta marbuta mal-ammont totali ta' skart tal-merkurju maħżun f'kull installazzjoni u mibgħut f'faċilitajiet individwali għall-ħżin temporanju jew permanenti kif ukoll il-post u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk il-faċilitajiet.

1.  Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, il-kumpaniji li joperaw fis-setturi tal-industrija msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati d-dejta marbuta mal-ammont totali ta' skart tal-merkurju u l-kontenut tal-merkurju ta' dan l-iskart maħżun f'kull installazzjoni u mibgħut f'faċilitajiet individwali għall-ħżin temporanju, il-faċilitajiet ta' konverżjoni u solidifikazzjoni u l-faċilitajiet għar-rimi finali kif ukoll il-post u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk il-faċilitajiet.

Emenda71

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu għodda ta' traċċar biex tirreġistra informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' skart minn siti kkontaminati. Fejn il-limitu minimu tat-total tal-merkurju u l-komposti tiegħu fl-iskart prodott jaqbeż il-5 kg kull sena, l-operatur tad-dekontaminazzjoni jew l-awtorità ta' ġestjoni tas-siti kkontaminati għandhom jużaw din l-għodda ta' traċċar u għandhom jiikkomunikaw kull sena l-ammont tal-iskart tal-merkurju u tal-kontenut ta' merkurju tiegħu;

Emenda72

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Siti kkontaminati

 

1.  Sa ...[sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jidentifikaw is-siti kkontaminati bil-merkurju jew b'komposti tal-merkurju fit-territorju tagħhom, u jikkomunikaw il-lista ta' dawk is-siti lill-Kummissjoni u jidentifikaw it-tip ta' kontaminazzjoni.

 

2.  Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 17, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u approċċi għall-ġestjoni u r-rimedjazzjoni ekoloġikament sostenibbli ta' siti kkontaminati bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju, li għandhom jinkludu:

 

(a)  l-involviment tal-pubbliku;

 

(b)  valutazzjoni tas-saħħa tal-bniedem u r-riskju ambjentali;

 

(c)  miżuri ta' dekontaminazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-approċċi nazzjonali differenti għad-dekontaminazzjoni;

 

(d)  evalwazzjoni tar-riżultati.

 

3.  Sal-1 ta' Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għad-dekontaminazzjoni tas-siti identifikati fit-territorju tagħhom. Dawk l-istrateġiji jistgħu jiġu integrati fl-istrateġiji nazzjonali ta' dekontaminazzjoni li jkopru diversi sustanzi.

 

4.  Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tfassal inventarju tas-siti kkontaminati bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju u sal-1 ta' Ġunju 2021, l-istrateġiji nazzjonali għandhom ukoll ikunu inklużi fl-inventarju. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, inkluż fuq l-internet. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali.

Emenda73

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-iskart tal-merkurju għandu jintrema permanentement u b'mod li jirrispetta l-ambjent skont il-Linji Gwida Tekniċi tal-Konvenzjoni ta' Basilea, u skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  qabel ma jintrema, l-iskart tal-merkurju jrid jiġi kkonvertit f'sulfur tal-merkurju bl-użu tal-aqwa teknoloġija disponibbli, u jiġi solidifikat; kif ukoll

 

(b)  l-iskart tal-merkurju għandu jintrema f'minjieri tal-melħ liċenzjati li jkunu adattati għar-rimi tal-iskart tal-merkurju, jew f'formazzjonijiet fondi taħt l-art ta' blat iebes liċenzjati li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalenti għal dak ta' dawn il-minjieri tal-melħ jew ogħla minnu. L-iskart tal-merkurju jkuntqiegħed f'lottijiet għar-rimi u jkun tqiegħed f'kompartiment għar-rimi fl-imħażen li jkun issiġillat u li ma jkunx tħalla miftuħ għal aktar minn sitt xhur; jew

 

 

 

(c)  l-iskart tal-merkurju jintrema f'faċilitajiet liċenzjati fuq l-art jew f'faċilitajiet liċenzjati taħt l-art li jkunu maħsuba u mgħammra għar-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju u li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalenti għal dak ta' dawn il-minjieri tal-melħ jew ogħla minnu; kif ukoll

 

(d)  ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, kif stabbiliti fl-ewwel, it-tielet, il-ħames u s-sitt inċiżi tat-Taqsima 8 tal-Anness I u fl-Anness II tad-Direttiva 1999/31/EC1a għandhom japplikaw ukoll għall-faċilitajiet ta' rimi permanenti għas-sulfur tal-merkurju solidifikat; kif ukoll

 

(e)  ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, kif stabbiliti fit-tieni u fir-raba' inċiżi tat-Taqsima 8 tal-Anness I u fit-Taqsima 6 tal-Anness III għad-Direttiva 1999/31/KE għandhom japplikaw għall-faċilitajiet ta' rimi permanenti solidifikat għas-sulfur tal-merkurju ssolidifikat meta jitqies xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri inkarigati mill-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva.

 

_________________

 

1aId-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

Emenda74

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jevalwa s-sikurezza tad-diversi alternattivi għar-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju, inkluż ir-rimi fuq l-art, taħt il-wiċċ u taħt l-art. Ir-rapport għandu jqis ir-riskji u l-benefiċċji tal-għażliet kollha. Abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tippreżenta kriterji dwar ir-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju. Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi sabiex tintroduċi dawk il-kriterji fl-Annessi għad-Direttiva 1999/31/KE u għall-emenda ta' dan ir-Regolament.

Emenda75

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-iskart tal-merkurju jista' jinħażen b'wieħed mill-modi li ġejjin:

1.  B'deroga mill-paragrafu 1 u mill-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-iskart tal-merkurju jista' jinħażen b'mod temporanju f'forma likwida, waqt li jistenna li jiġi kkonvertit f'sulfur tal-merkurju u ssolidifikat, għal massimu ta' tliet snin, wara li jsir skart, suġġett għar-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, kif stabbiliti fl-Annessi I, II u III ta' dik id-Direttiva sakemm tali ħżin:

(a)  jinħażen b'mod temporanju għal iktar minn sena jew b'mod permanenti f'minjieri tal-melħ li huma adattati għar-rimi tal-merkurju, jew f'formazzjonijiet fondi taħt l-art ta' ġebel iebes li jipprovdu livell ta' sikurezza u ta' żamma fil-magħluq ekwivalent għal dawk il-minjieri tal-melħ;

(a)  iseħħ biss f'faċilitajiet fuq l-art liċenzjati u ddedikati u mgħammrin għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, qrib jew l-aħħar utent tal-merkurju jew l-operatur ekonomiku li jkun se jikkonverti l-iskart tal-merkurju f'sulfur tal-merkurju u jissolidifikah; kif ukoll

(b)  jinħażen b'mod temporanju f'faċilitajiet fuq l-art iddedikati u mgħammrin għall-ħżin temporanju tal-merkurju.

(b)  ikun akkumpanjat minn pjan, inkluż kalendarju, għal din il-konverżjoni għas-sulfur tal-merkurju, għas-solidifikazzjoni tiegħu u għar-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju.

Emenda76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju, kif stabbiliti fl-Annessi I, II u III tad-Direttiva 1999/31/KE għandhom japplikaw għall-faċilitajiet tal-ħżin permanenti msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bil-kundizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi li ġejjin għal dik id-Direttiva:

2.  L-operaturi tal-faċilitajiet li jwettqu l-ħżin temporanju jew li jwettqu l-konverżjoni f'sulfur tal-merkurju u s-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju għandhom, bħala parti miż-żamma ta' rekords meħtieġa skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/98/KE, iżommu reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)  L-Anness I, it-Taqsima 8 (l-ewwel, it-tielet u l-ħames inċiżi) u l-Anness II għad-Direttiva 1999/31/KE għandhom ikunu japplikaw;

(a)  għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li taslilhom:

 

(i)  l-oriġini u l-kwantità tal-iskart tal-merkurju li jaslilhom;

 

(ii)  l-isem u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-fornitur u tas-sid tal-iskart maħżun b'mod temporanju;

(b)  L-Anness I, it-Taqsima 8 (it-tieni, ir-raba' u s-sitt inċiżi) u l-Anness III, it-Taqsima 6, tad-Direttiva 1999/31/KE għandhom ikunu japplikaw biss meta jitqiesu xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri inkarigati mill-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(b)  għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju stabbilizzat li jitlaq mill-faċilità:

 

(i)  il-kwantità ta' skart tal-merkurju kkonvertit f'sulfur tal-merkurju u ssolidifikat u l-kontenut ta' merkurju tiegħu;

 

(ii)  id-destinazzjoni u l-operazzjonijiet maħsuba għar-rimi ta' skart tal-merkurju li jiġi kkonvertit f'sulfur tal-merkurju u ssolidifikat;

 

(iii)  iċ-ċertifikat ipprovdut mill-operatur li jwettaq ir-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju li jiġi kkonvertit f'sulfur tal-merkurju u ssolidifikat kif imsemmi fil-paragrafu 2a;

 

(c)  għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li titlaq mill-faċilità tal-ħżin temporanju:

 

(i)  l-ammont ta' skart tal-merkurju u l-kontenut ta' merkurju tiegħu;

 

(ii)  id-destinazzjoni u l-operazzjoni ta' rimi maħsuba tal-iskart tal-merkurju;

 

(iii)  iċ-ċertifikat ipprovdut mill-operatur li jwettaq il-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju;

 

(d)  l-ammont ta' skart tal-merkurju maħżun fil-faċilità fi tmiem kull xahar.

 

L-operatur tal-faċilità għandu jibgħat ir-reġistru lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru kkonċernat kull sena, sal-31 ta' Jannar.

Emenda77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-operazzjoni tar-rimi tkun tlestiet, l-operaturi tal-faċilità responsabbli għar-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju għandhom joħorġu ċertifikat li jgħid li l-kunsinna sħiħa tal-merkurju l-iskart kienet intremiet b'mod permanenti skont ir-rekwiżiti speċifiċi għar-rimi permanenti tal-iskart tal-merkurju kif stipulat f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 1999/31/KE. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi informazzjoni li tikkonċerna l-post tar-rimi.

Emenda78

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Kwalunkwe tip ta' inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni tal-iskart tal-merkurju għandu jkun ipprojbit.

Emenda79

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  L-Istati Membri li fihom ikun stabbiliti l-kumpaniji li joffru teknoloġiji ta' konverżjoni, għandhom jippromwovu l-użu tal-konverżjoni tal-iskart likwidu tal-merkurju f'sulfur tal-merkurju f'pajjiżi terzi.

Emenda80

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.  Sal-1 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni għandha toħloq għodda biex tiżgura t-traċċabbiltà tal-iskart tal-merkurju tul il-katina kollha u li tkopri l-partijiet kollha involuti, f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-liġi tal-Unjoni applikabbli.

 

L-għodda għandha żżomm reġistru tad-dħul u l-ħruġ tal-iskart tal-merkurju għal kull parti involuta fil-katina, b'mod partikolari l-produtturi tal-iskart, l-operaturi tal-ġbir tal-iskart, l-operaturi tal-ħżin temporanju, l-operaturi tal-faċilità ta' konverżjoni u l-operaturi tal-ħżin permanenti. L-għodda għandha tiddikjara l-kwantità tal-iskart tal-merkurju miżmum minn kull persuna jew entità fl-istadji kollha tal-katina.

Emenda81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2019 dwar jekk il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1 għall-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju jeħtiġx jiġi emendat. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva flimkien ma' dan ir-rapport.

Emenda82

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [xxx] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li tolqothom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jinnotifikaw dawk ir-regoli u dawk il-miżuri lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li tolqothom.

Ġustifikazzjoni

Ir-reati ambjentali huma problema serja u li qed tikber li jeħtieġ tiġi indirizzata fil-livell Ewropew. Ħafna drabi, ir-reati ambjentali jkollhom aspett transkonfinali. Fl-UE, il-kriminalità ambjentali tkopri atti li jiksru l-leġiżlazzjoni ambjentali u jikkawżaw ħsara jew riskju sinifikanti għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. L-aktar oqsma magħrufa tal-kriminalità ambjentali jinkludu l-emissjoni jew ir-rilaxx illegali ta' sustanzi fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija jew ir-rimi mhux kontrollat tal-iskart. Il-livell ta' sanzjonijiet għal reati ambjentali speċifiċi jvarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor kif ukoll bejn id-direttivi u r-regolamenti.

Emenda83

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni meħtieġa għall-issodisfar mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-obbligu ta' rapportar tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni ta' Minamata;

(b)  informazzjoni meħtieġa għall-issodisfar mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-obbligu ta' rapportar tagħhom stabbiliti skont l-Artikoli 8, 9 u 21 tal-Konvenzjoni;

Emenda84

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sommarju tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 12;

(c)  sommarju tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13(2);

Emenda85

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  lista tal-ħażniet individwali tal-merkurju li jaqbżu l-50 tunnellata metrika, li jinsabu fit-territorju tagħhom u, meta l-Istati Membri jkunu jafu biha, lista tal-provvista tal-merkurju li tiġġenera ħażniet annwali tal-merkurju li jaqbżu l-10 tunnellati metriċi.

(d)  lista tal-ħażniet u s-siti tal-merkurju, komposti tal-merkurju jew skart tal-merkurju li jaqbżu kumulattivament il-50 tunnellata metrika, li jinsabu fit-territorju tagħhom, kif ukoll l-ammont ta' merkurju, komposti tal-merkurju u skart tal-merkurju f'kull sit;

Emenda86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  lista tas-sorsi ta' provvista tal-merkurju li jiġġeneraw stokkijiet annwali tal-merkurju li jaqbżu l-10 tunnellati metriċi.

Emenda87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, permezz ta' reġistru pubbliku tal-Unjoni, l-ammonti u l-post fejn jintrema l-iskart tal-merkurju, u l-garanziji li dawn ġew immaniġġjati b'mod ambjentalment korrett.

 

Kull trasferiment ta' merkurju u ta' komposti tal-merkurju bejn l-installazzjonijiet industrijali fi Stat Membru għandu jiġi rreġistrat minn dak l-Istat Membru u rrappurtat lill-Kummissjoni.

Emenda88

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, sabiex tipprovdi mudell għal dawk il-kwestjonarji u sabiex tagħmel l-għodda tar-rapportar elettronika disponibbli għall-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, sabiex tfassal mudell għal dawk il-kwestjonarji sabiex tagħmel l-għodda tar-rapportar elettronika disponibbli għall-Istati Membri.

Emenda89

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-allinjament ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, mal-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-użu tal-Aqwa Tekniki Disponibbli u tal-aqwa prattiki ambjentali għall-kontroll tar-rilaxxi tal-merkurju minn sorsi rilevanti tal-merkurju, bħalma huma d-Dokumenti ta' Referenza riveduti dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli.

 

Din il-valutazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn xahar qabel issir l-ewwel Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, u sa mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2019 skont l-Artikolu 73(1) tad-Direttiva 2010/75/UE.

 

Fi żmien sena wara l-ewwel Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, il-Kummissjoni għandha terġa' tivvaluta jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkunx allinjata mad-dispożizzjonijiet adottati fl-ewwel Konferenza tal-Partijiet, skont l-Artikoli 8 u 9, kif ukoll il-verżjoni riveduta tad-Dokumenti ta' Referenza tal-Konvenzjoni dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli.

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konklużjonijiet tagħha b'rabta ma' dawn il-valutazzjonijiet u, jekk xieraq, takkumpanjahom bi proposta leġislattiva.

 

Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, twettaq rieżami ta' dan ir-Regolament, fost l-oħrajn fid-dawl tal-iżviluppi rigward il-Konvenzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jekk xieraq, ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament. Ir-rieżami għandu jikkunsidra l-possibilità li jiġu inklużi miżuri sabiex jitnaqqas l-użu tal-merkurju fl-attivitajiet industrijali u l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tiegħu mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni.

 

____________________

 

1aId-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

Emenda90

Proposta għal regolament

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Krematorji

 

Sal-1 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-emissjonijiet tal-merkurju mill-krematorji, li għandu jiġi akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti dawn l-emissjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-krematorji huma sors importanti ta' emissjonijiet tal-merkurju fl-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni u tagħmel proposta leġiżlattiva sabiex tnaqqas b'mod sinifikanti t-tali emissjonijiet sal-1 ta' Lulju 2018.

Emenda91

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi l-ġodda tal-Istati Membri relatati ma' dan ir-Regolament huma limitati ħafna u t-tneħħijiet gradwali kollha għandhom skadenza realistika fil-futur. Ma hemm l-ebda raġuni biex ikollna data differenti ta' applikazzjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Emenda92

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komposti tal-merkurju:

Komposti tal-merkurju:

Klorur tal-merkurju (I) (Hg2Cl2, CAS RN 10112-91-1)

Klorur tal-merkurju (I) (Hg2Cl2, CAS RN 10112-91-1)

Ossidu tal-merkurju (II) (HgO, CAS RN 21908-53-2)

Ossidu tal-merkurju (II) (HgO, CAS RN 21908-53-2)

Mineral taċ-ċinabru

Mineral taċ-ċinabru

 

Nitrat tal-merkurju (II) (Hg(NO3)2, CAS RN 10045-94-0)

 

Sulfur tal-merkurju (HgS, CAS RN 1344-48-5)

 

Sulfat tal-merkurju (II) (HgSO4, CAS RN 7783-35-9)

Emenda93

Proposta għal regolament

Anness II – parti A

Prodotti miżjuda bil-merkurju

Data li minnha għandhom ikunu pprojbiti l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura tal-prodotti miżjuda bil-merkurju

1.  Batteriji jew akkumulaturi, kemm jekk inkorporati f'apparati jew le, li jkun fihom aktar minn 0,0005 % ta' merkurju fil-piż.

31 ta' Diċembru 2020

2.  Tagħmir elettriku u elettroniku, inkluż bozoz, swiċċijiet u rilejs, li jaqbżu l-valuri rilevanti ta' limitu għall-merkurju kif stabbilit fl-Annessi II, III u IV għad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill0a.

31 ta' Diċembru 2020

imħassar

 

imħassar

 

imħassar

 

imħassar

 

7.  Kożmetiċi bil-merkurju u bil-komposti tal-merkurju, ħlief dawk il-każijiet speċjali inklużi fl-annotazzjoni 17 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1

31 ta' Diċembru 2020

8.  Pestiċidi, bijoċidi u antisettiċi topiċi.

31 ta' Diċembru 2020

9.  L-istrumenti tal-kejl mhux elettroniċi li ġejjin:

31 ta' Diċembru 2020

(a)  barometri;

 

(b)  igrometri;

(c)  manometri;

(d)  termometri u applikazzjonijiet termometriċi mhux tal-elettriku oħrajn;

(e)  sfigmomanometri;

(e a)  strain gauges biex jintużaw mal-pletismografi;

 

(e b)  piknometri tal-merkurju;

(e c)  strumenti tal-kejl tal-merkurju għad-determinazzjoni tal-punt tat-trattib;

Din l-annotazzjoni ma tkoprix l-istrumenti tal-kejl li ġejjin:

(a)  strumenti tal-kejl mhux elettroniċi installati f'tagħmir fuq skala kbira jew dawk użati għal kejl ta' preċiżjoni għolja, fejn ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva xierqa mingħajr merkurju;

(b)  strumenti tal-kejl li fit-3 ta' Ottubru 2007 ikollhom aktar minn 50 sena;

(c)  strumenti tal-kejl li jridu jidhru f'wirjiet pubbliċi għal finijiet kulturali u storiċi.

Emenda94

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  mill-1 ta' Jannar 2019: il-produzzjoni tal-aċetaldeid

(a)  mill-1 ta' Jannar 2018: fejn il-merkurju jintuża bħala katalist,

Emenda95

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  mill-1 ta' Jannar 2019: il-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil

(b)  Minn erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament: fejn il-merkurju jintuża bħala elettrodu

Emenda96

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  B'deroga mill-punt (a) tal-Parti I, il-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil tiġi awtorizzata għal perjodu ta' tliet snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda97

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  b'deroga mill-punt (b) tal-Parti I, il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tal-potassju tiġi awtorizzata għal perjodu ta' erba' snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament sabiex testendi d-deroga għal perjodu ta' mhux aktar minn 10 snin minn... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jkunux disponibbli tekniki alternattivi xierqa.

Emenda98

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  b'deroga mill-punt (a) tal-Parti I, mill-10 ta' Ottubru 2017: katalisti li fihom il-merkurju u li jużaw il-poliuretan.

Emenda99

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)  b'deroga mill-punt (b) ta' Parti I, mill-11 ta' Diċembru 2017: għall-produzzjoni tal-kloroalkali fejn il-merkurju jintuża bħala elettrodu.

Emenda100

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju għandha ssir skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

Il-produzzjoni tal-metilat jew tal-etilat tas-sodju jew tal-potassju għandha ssir skont il-punt (b) tal-Parti I u r-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda101

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  is-sostenn tar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward tal-proċessi mingħajr merkurju; kif ukoll

Emenda102

Proposta għal regolament

Anness IV – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-objettivi nazzjonali u l-miri ta' tnaqqis;

(a)  l-objettivi nazzjonali u l-miri ta' tnaqqis li jiżguraw l-eliminazzjoni sħiħa tal-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju;

  • [1]    ĠU C 303, 19.8.2016, p. 122.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-merkurju huwa wieħed mill-10 inkwinanti ewlenin tad-dinja

L-evidenza xjentifika tikkonferma mingħajr kontestazzjoni t-tossiċità akuta tal-Merkurju, element li la jista' jinqered u lanqas jgħib. Bl-impatti fuq is-saħħa ferm debilitanti tiegħu, il-merkurju huwa fost l-agħar 10 inkwinanti fid-dinja.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), "m'hemmx limiti sikuri fir-rigward tal-merkurju". Għalhekk, l-emissjonijiet tal-merkurju huma x-xorta ta' problema li titlob għal tweġibiet ambizzjużi u robusti. Imma anke b'azzjonijiet b'saħħithom mill-gvernijiet, minħabba l-karatteristiċi bijoakkumulattivi tiegħu, it-tniġġis mill-merkurju jieħu deċennji sħaħ biex jitnaqqas fl-ambjent globali.

Sa mir-rivoluzzjoni industrijali, l-ammont ta' merkurju qrib il-wiċċ ta' ħafna mill-oċeani tad-dinja ttriplika b'riżultat ta' attivitajiet ta' tniġġis mill-bniedem. Tossiku għall-bnedmin u għall-ħajja tal-baħar, il-merkurju jakkumula f'ġisimna maż-żmien għaliex aħna esposti għal sorsi tiegħu. L-emissjonijiet tal-merkurju, li la għandhom togħma u lanqas riħa, jikkontaminaw l-ilma u jakkumulaw fil-ħut.

Il-merkurju jista' jkun mifrux ħafna madwar id-dinja meta jintrema fl-ilma u fl-arja, għalhekk anke partijiet mill-pjaneta 'l bogħod minn sorsi industrijali jistgħu jsofru malajr minn livelli għolja ta' materjal tossiku.

L-esponiment għall-merkurju huwa problema ta' saħħa mifruxa

L-esponiment għall-merkurju huwa problema ta' saħħa mifruxa u jista' jkollu effetti tossiċi fuq is-sistemi nervużi, diġestivi u immunitarji, u fuq il-pulmuni, il-fwied, il-ġilda u l-għajnejn. Anke ammonti żgħar ta' merkurju jistgħu jinterferixxu mas-sistema nervuża. F'dawn l-aħħar 20 sena l-merkurju ġie identifikat bħala periklu ambjentali marbut mal-marda ta' Alzheimer, l-isklerożi multipla, il-ħsara fil-fwied u l-moħħ.

Il-merkurju jista' jinbidel fl-ambjent f'kompost aktar kumpless u ta' ħsara msejjaħ metilmerkurju. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EFSA fl-opinjoni tiegħu tal-2015[1] jistma kemm porzjonijiet ta' ħut/ikel tal-baħar fil-ġimgħa wieħed irid jieħu biex jilħaq id-Doża Tollerabbli fil-Ġimgħa (TWI) ta' metilmerkurju, li hija stabbilita bħala d-doża ta' 1.3μg/kg bw/ġimgħa. Meta jiġi kkalkulat li l-porzjonijiet huma rrapportati taħt il-100g, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li gruppi tal-età li jaqbżu t-TWI bl-anqas numru ta' porzjonijiet kienu t-tfal sa 10 snin u fi ftit każijiet ta' tfal oħra, adoloxxenti, nisa fl-età li jista' jkollhom it-tfal, adulti u anzjani, it-TWI ntlaħqet wara anqas minn u b'madwar porzjon wieħed fil-ġimgħa. Fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku, fl-Istati Uniti, 84 % tal-ħut kampjunat ma kienx sikur għall-konsum għal aktar minn ikla waħda (ta' 170 g) fix-xahar, skont ir-regolamenti tal-Istati Uniti. Bl-istess mod, aktar minn 82 % tan-nies studjati kellhom merkurju li jaqbeż il-livelli attwali konsultattivi tas-saħħa. Aktar minn 13 % tal-ħut kampjunat madwar id-dinja ma jkunx rakkomandat għall-bejgħ kummerċjali mid-WHO u mill-Kummissjoni Ewropea.[2]

Il-metilmerkurju jgħaddi kemm mill-barriera plaċentali kif ukoll mill-barriera ematoenċefalika, għalhekk jista' jxekkel l-iżvilupp mentali tat-tfal anke qabel it-twelid. U hekk kif il-moħħ ikompli jiżviluppa anke wara t-twelid, it-trabi li jkunu għadhom kemm telqu jimxu u tfal esposti għall-metilmerkurju li jaqbeż it-TWI fuq bażi regolari ukoll għandhom jitqiesu fir-riskju għall-effett newrotossiku tal-metilmerkurju.

Il-Konvenzjoni ta' Minamata u l-pożizzjoni tal-UE

Għalhekk huwa ovvju kemm huwa urġenti l-bżonn għar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-merkurju li torbot legalment u li se tirregola l-provvista, il-kummerċ u l-użu tas-sustanza u tmur anke lil hinn. Taħt it-termini ta' dan it-Trattat, il-gvernijiet se jkunu mħeġġa jieħdu miżuri biex jimmaniġġjaw l-impatti tas-saħħa tal-esponiment għall-merkurju.

L-għan globali tal-kooperazzjoni internazzjonali taħt il-proċess ta' Minamata huwa l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent globali mir-rilaxx ta' merkurju u l-komposti tiegħu, billi jitnaqqsu u finalment jiġu eliminati r-rilaxxi globali kkawżati mill-bniedem fl-arja, fl-ilma u fuq l-art.

Ir-Regolament tal-UE 1102/2008 witta t-triq għal dan it-Trattat Internazzjonali, u r-Regolament attwali li jemenda għandu jkompli jagħmel dan. L-UE tappartjeni għall-Parti tal-Pajjiżi Żviluppati, għalhekk skont ir-Rapporteur, l-azzjoni meħuda mill-UE u mill-Istati Membri tagħha m'għandhiex tkun limitata għall-applikazzjoni tal-obbligi ta' Minamata għall-pajjiżi kollha li ffirmawha. L-UE f'ħafna każijiet diġà ttrasponiet l-obbligi tagħha fid-dritt tal-Unjoni; hija wieħed mir-reġjuni fejn jeżistu teknoloġiji alternattivi u, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, għandhom japplikaw l-Aqwa Tekniki Disponibbli fi proċessi differenti. Barra minn hekk, l-UE tinsab f'pożizzjoni ferm aktar privileġġjata biex tesporta prattiki tajba, teknoloġija, kompetenzi, prodotti ħielsa mill-merkurju u b'mod speċjali l-messaġġ li l-użu tal-merkurju huwa ta' ħsara għan-nies, għall-annimali u għall-ambjent.

Soluzzjonijiet alternattivi possibbli biex jiġi limitat l-esponiment mifrux tal-merkurju

Il-merkurju jintuża, b'mod partikolari, f'tagħmir ta' kontroll, prodotti, proċessi industrijali, fis-saħħa orali bħala amalgama dentali u fl-Estrazzjoni tad-Deheb Artiġjanali u Fuq Skala Żgħira (ASGM). Il-merkurju jista' jiġi prodott bir-riċiklaġġ ta' materjali tal-iskart; xi kultant jiġi ġġenerat bħala prodott sekondarju flimkien mal-produzzjoni ta' materjal ieħor, bħaż-żingu jew il-landa jew ikun preżenti bħala kontaminant tal-fertilizzanti. Fl-aħħar imma mhux l-anqas il-merkurju jista' jiġi rilaxxat jew maħruġ fl-arja permezz ta' siti kkontaminati, li ma jintużawx aktar imma li għadhom sors ewlieni ta' tniġġis jekk ma jkunux ġew dekontaminati.

Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-UE 1102/2008, id-domanda annwali għall-merkurju fl-UE naqset, imma xorta għadha stmata għal madwar 400 tunnellata. Meta jitqiesu l-karatteristiċi bijoakkumulattivi tal-merkurju, il-fatt li "m'hemmx limiti sikuri fir-rigward tal-merkurju", li l-użu globali tal-merkurju wkoll jibqa' għoli f'madwar 3 600 tunnellata fis-sena u li t-tniġġis m'għandux fruntiera, definittivament hemm lok għal titjib ulterjuri.

F'dan l-ispirtu, ir-Rapporteur għamel il-proposti tiegħu, bit-tama li l-Parlament jagħti lill-Kummissjoni mandat aktar b'saħħtu għal aktar azzjoni u azzjoni aktar ambizzjuża fin-negozjati internazzjonali futuri.

F'dan l-isfond ir-Rapporteur iqis li hija ta' importanza kbira li l-UE tieħu azzjoni determinata, għalhekk bl-emendi tiegħu jipproponi li:

A)  Jitwessa' l-ambitu tal-projbizzjoni tagħha fuq l-esportazzjoni tal-merkurju billi jiżdiedu l-prodotti kollha inklużi fil-Konvenzjoni ta' Minamata u billi tiġi pprojbita l-esportazzjoni ta' prodotti bil-merkurju miżjud li ma jitħallewx jiġu kkummerċjalizzati fl-UE. Huwa kontra l-ispirtu tal-Konvenzjoni li l-UE tesporta prodotti li mhumiex permessi fl-UE lejn pajjiżi li la għandhom it-teknoloġija u lanqas il-kapaċitajiet biex jittrattaw l-iskart tagħhom. Il-każijiet tal-Indja u ċ-Ċina, li reċentement adottaw l-istandards u l-limiti tal-UE, huma indikattivi tar-rwol li jista' jkollha l-UE;

B)  Jitneħħa b'mod gradwali l-użu tal-merkurju fid-dentistrija, inizjalment billi jiġi pprojbit l-użu tiegħu għan-nisa tqal u għall-pazjenti tfal, u wara l-perjodu ta' tneħħija gradwali, l-amalgama dentali għandha titħalla tintuża biss f'każijiet speċifiċi, ristretti ħafna;

C)  Jiġi pprojbit l-użu industrijali tal-merkurju bħala katalist jew elettrodu, b'mod speċjali għaliex jeżistu teknoloġiji disponibbli ħielsa mill-merkurju, użati fl-UE u partijiet oħra tad-dinja. L-użu tagħhom ikun inċentiv għall-industrija biex tkun innovattiva u tesporta l-paradigma tagħha fit-tul;

D)  L-Istati Membri jidentifikaw u jnaddfu s-siti kollha kkontaminati bil-merkurju. Huwa ferm importanti li siti kkontaminati l-ewwel jiġu identifikati u jittieħed ħsiebhom b'mod ambjentalment san, sabiex jitwaqqaf it-tniġġis tan-natura, il-fawna u l-flora, u l-popolazzjonijiet esposti, li spiss ikunu diġà qed isofru mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-għeluq ta' dawk l-industriji;

E)  L-UE tirrinforza r-regoli dwar trattament ambjentalment san tal-iskart tal-merkurju. L-Ewropa għandha t-teknoloġija biex tittratta l-merkurju bl-aktar mod disponibbli u l-anqas riskjuż magħruf sal-lum, jiġifieri bis-solidifikazzjoni. Teknoloġija li tippermetti li t-teknoloġija tas-solidifikazzjoni tivvjaġġa minn impjant għal impjant u għas-sorsi tal-merkurju hija mistennija tidħol dalwaqt fis-suq. Il-merkurju likwidu mhux se jiġi ttrasportat aktar għal distanzi twal, b'hekk b'dan il-mod jiġu llimitati r-riskji eventwali kollha, eż. għall-ambjent, għall-impjegati, li l-merkurju jidħol fis-suq illeċitu, ta' kwalunkwe inċident eventwali eċċ. B'rekwiżiti stretti dwar il-ġestjoni tal-iskart, l-UE tissalvagwardja kemm jista' jkun malajr li l-merkurju ma jerġax jidħol fis-suq jew iniġġes l-ambjent ma' kull inċident żgħir. Fl-istess ħin, dan jinkoraġġixxi l-innovazzjoni fl-UE u t-trasferiment tal-għarfien lejn pajjiżi terzi, li huma anqas vantaġġjati fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika;

F)  Jiġu pprojbiti l-proċessi kollha ġodda tal-manifattura tal-merkurju u prodotti ġodda bil-merkurju miżjud, b'dan jibda b'mod retrospettiv, sabiex ma jinħolqux lakuni għall-prodotti u l-proċessi li ma kinux jeżistu matul in-negozjati ta' Minamata u fiż-żmien tal-proposta tal-Kummissjoni u għalhekk ma kinux regolati;

G)  Tiġi stabbilita sistema komprensiva ta' traċċar u rapportar tal-merkurju, hekk kif l-obbligu għar-rapportar illum ikopri biss valuri għolja ħafna u ma jinkludix trasferimenti ta' skart, li jkun nuqqas ta' viżibbiltà kbir ta' dejta nieqsa mat-tmiem tal-produzzjoni tal-merkurju kloroalkali;

H)  Jiġi inkoraġġit u implimentat fil-livell tal-UE l-użu tal-prodotti alternattivi kollha ħielsa mill-merkurju u l-aħjar tekniki disponibbli għall-proċessi u l-ġestjoni tal-iskart;

I)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-passi neċessarji biex iqajmu kuxjenza fost il-pubbliku u biex iżidu t-trasparenza fuq l-użi, it-trasferimenti u r-rilaxxi tal-merkurju.

Id-dinja teħtieġ li l-Ewropa jkompli jkollha rwol ewlieni fil-proċess ta' Minamata billi tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal kollu tal-Konvenzjoni u billi tirrispetta bis-sħiħ l-impenji preċedenti taħt leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-merkurju li kienet teżisti qabel. Ir-Rapporteur iqis li kwalunkwe approċċ minimalista fir-rigward ta' Minamata jkun kontroproduttiv kif ukoll kuntrarju għall-interess pubbliku. Ir-Rapporteur jixtieq li l-PE jkun jirrappreżenta ambjent aktar b'saħħtu, ikel aktar sikur u saħħa aħjar għaċ-ċittadini kollha.

  • [1]  Ġurnal tal-EFSA 2015; 13(1):3982.
  • [2]  Global Mercury Hotspots, Studju mill-Istitut ta' Riċerka dwar il-Bijodiversità u l-IPEN; Jannar, 2013.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Giovanni La Via

President

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (COM(2016)00392016/0023(COD))

Sur President,

Bl-ittra tat-30 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ikkonsulta lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 39(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex jagħti opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008[1]. L-ewwel proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dwar il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent, u fuq l-Artikolu 207 tat-TFUE, dwar il-politika kummerċjali komuni. Madankollu, ir-rapporteur ressaq emenda li għandha l-għan li tbiddel il-bażi ġuridika għall-Artikolu 192(1) tat-TFUE esklużivament.

I - L-isfond

L-Unjoni u sitta u għoxrin Stat Membru ffirmaw Konvenzjoni Internazzjonali ġdida dwar il-Merkurju[2], innegozjata taħt il-patroċinju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), l-hekk imsejħa "l-Konvenzjoni ta' Minamata". L-Istati Membri kollha ntrabtu li jirratifikaw il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni tindirizza ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-merkurju, mill-estrazzjoni primarja tal-merkurju sal-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju, bil-għan li titħares is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn emissjonijiet antropoġeniċi tal-merkurju u komposti tal-merkurju fl-arja, l-ilma u l-art. Ħafna mill-Konvenzjoni ta' Minamata hija diġà koperta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u speċifikament ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008[3], li jistabbilixxi projbizzjoni tal-esportazzjoni fuq il-merkurju u fuq bosta komposti tal-merkurju; ir-Regolament (UE) Nru 649/2012[4], li jistabbilixxi sistema ta' notifika applikabbli, fost l-oħrajn, għall-importazzjonijiet tal-merkurju; u r-Regolamenti (KE) 396/2005[5], 1907/2006[6], 1223/2009[7] u d-Direttivi 2006/66/KE[8] u 2011/65/UE[9], li jindirizza t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' firxa ta' prodotti miżjudin bil-merkurju u jistabbilixxu l-livelli massimi tal-kontenut tal-merkurju. Finalment, id-Direttivi 2010/75/UE[10], 2012/18/UE[11], 2008/98/KE[12] u 1999/31/KE[13] għandhom l-għan li jikkontrollaw, inaqqsu u, meta jkun hemm alternattivi mingħajr merkurju, li jeliminaw is-sorsi puntiformi u l-emissjonijiet diffużi tal-merkurju, il-komposti tal-merkurju u l-iskart tal-merkurju fl-ambjent.

Skont il-propost tal-Kummissjoni, l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni li għadhom mhumiex trasposti f'liġi tal-UE għandhom jinġabru f'att legali wieħed. Għal dak il-għan, bħala l-uniku att legali tal-Unjoni s'issa dwar il-merkurju, ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 għandu jservu bħala l-bażi. Madankollu, minħabba l-għamla u l-firxa tal-modifiki li huma meħtieġa jsiru fir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 u l-bżonn li jissaħħu l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, tali att għandu jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament imsemmi filwaqt li jieħu minnu l-obbligi sostanzjali tiegħu, kull meta jkunu għadhom meħtieġa.

II - Artikoli relevanti tat-Trattat

L-Artikolu 192(1) tat-TFUE, fit-Tielet Parti dwar il-politika u l-azzjonijiet interni tal-Unjoni, flimkien mal-Artikolu 207 tat-TFUE, fil-Ħames Parti dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, huma ppreżentati bħala l-bażi ġuridika fil-proposta tal-Kummissjoni u jgħidu hekk (enfasi miżjuda):

Artikolu 192

(ex Artikolu 175 TKE)

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 191.

[...]

Artikolu 207

(ex Artikolu 133 TKE)

1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta' bidliet fir-rati tariffarji, il-konklużjoni ta' ftehim tariffarji u dawk kummerċjali rigward il-kummerċ ta' merkanzija u ta' servizzi, u l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, l-investiment barrani dirett, il-kisba tal-uniformità fil-miżuri ta' liberalizzazzjoni, il-politika dwar l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri għall-protezzjoni tal-kummerċ bħal dawk li għandhom jittieħdu fil-każ ta' dumping jew sussidji. Il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri li jiddefinixxu l-qafas għall-implementazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

[...]

L-Artikolu 191 tat-TFUE għandu d-diċitura li ġejja (enfasi miżjuda):

Artikolu 191

(ex Artikolu 174 TKE)

1. Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin:

is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent;

il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem;

l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali;

il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.

[...]

4. Fil-qafas tal-isferi ta' kompetenza rispettiva tagħhom tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' pajjizi terzi u mal-organizazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġamenti dwar il-koperazzjoni tal-Unjoni jistgħu jkunu s-suġġett ta' ftehim bejn l-Unjoni u t-terzi involuti.

Is-subparagrafu preċedenti m'għandux jippreġudika l-kompetenza tal-Istati Membri li jinnegozjaw f'korpi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali.

III - Il-bażi ġuridika proposta

Il-Kummissjoni pproponiet l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 207 tat-TFUE bħala l-bażi ġuridika xierqa għal Regolament dwar il-merkurju, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008. Kif ikkonfermat fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni qieset li x-xebh bejn ir-Regolament Nru 1102/2008 u l-proposta preżenti jiġġustifikaw ir-rikors għall-istess bażi legali doppja[14].

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, wieħed għandu jtenni li l-plenarja tal-Parlament fl-ewwel qari tal-proposta għal Regolament Nru 1102/2008 ddeċidiet, wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li l-bażi ġuridika xierqa kienet biss l-Artikolu 175(1) KE (issa l-Artikolu 192(1) TFUE), peress li l-iskop fundamentali tal-proposta kienet li jiġu protestti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, aktar milli li jiġu promossi kunsiderazzjonijiet dwar il-politika kummerċjali[15].

Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset il-mistoqsijiet li kienu jikkonċernaw l-għażla tal-bażi ġuridika u l-ambitu tal-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 207 tat-TFUE rispettivament f'għadd ta' okkażjonijiet[16]. Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li (enfasi miżjuda)[17]:

"l-għażla ta' bażi ġuridika ta' att għandha ssir billi jiġi kkunsidrat l-għan u l-kontenut proprju tagħha, u mhux fir-rigward tal-bażi ġuridika użata għall-adozzjoni ta' atti Komunitarji oħra li jippreżentaw, f'ċertu każijiet, karatteristiċi simili."

Skont dan il-prinċipju, il-bażi ġuridika xierqa għal din il-proposta tal-Kummissjoni għandha tiġi eżaminata irrispettivament mill-bażi ġuridika użata għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 1102/2008.

IV - Ġurisprudenza dwar il-bażi ġuridika

Il-Qorti tal-Ġustizzja tradizzjonalment qieset il-kwistjoni tal-bażi ġuridika xierqa bħala kwistjoni ta' importanza kostituzzjonali, li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju tas-setgħat konferiti (l-Artikolu 5 tat-TUE) u tiddetermina n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Unjoni. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla ta' bażi legali għal miżura tal-Unjoni għandha tiddependi minn fatturi oġġettivi li huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja, inkluż b'mod partikolari l-għan u l-kontenut tal-miżura"[18]. Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika t-tħassir tal-att ikkonċernat. F'dan il-kuntest, ix-xewqa ta' istituzzjoni li jkun hemm parteċipazzjoni aktar attiva fl-adozzjoni ta' miżura partikolari, f'liema ċirkostanzi miżura ġiet adottata, kif ukoll il-ħidma li saret f'aspetti oħra fl-ambitu ta' azzjoni kopert minn miżura partikolari huma irrelevanti biex tiġi identifikata l-bażi ġuridika korretta[19].

Fil-każ li eżami ta' miżura juri li għandha skop doppju jew li għandha komponent doppju u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala l-iskop jew il-komponent ewlieni jew predominanti, waqt li l-ieħor ikun biss inċidentali, dik il-miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi ġuridika waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-iskop jew il-komponent ewlieni jew predominanti[20]. Madankollu, meta miżura jkollha diversi objettivi jew komponenti kontemporanji, li jkunu marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett meta mqabbel mal-ieħor/oħrajn, tali miżura għandha tkun ibbażata fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti[21], jekk il-proċeduri previsti għall-bażijiet ġuridiċi risepttivi ma jkunux inkompatibbli mad-dritt tal-Parlament Ewropew u ma jimminawhx[22].

V. Għan u kontenut tal-miżura proposta

L-għan ta' din il-proposta, kif ġie ddikjarat mill-Kummissjoni fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni u l-premessi 7 u 9, huwa li jiġi żgurat l-allinjament sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni ta' Minamata permezz tal-integrazzjoni f'att legali wieħed tal-obbligi kollha li jirriżultaw mill-Konvenzjoni li għadhom ma ġewx trasposti f'liġi tal-UE[23].

F'dan is-sens, il-premessa 1 tal-proposta tal-Kummissjoni ittenni li "Il-merkurju huwa sustanza tossika ħafna li tirrappreżenta periklu globali u kbir għas-saħħa tal-bniedem"; Il-premessa 3 tfakkar fis-seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jistabbilixxi l-objettiv fit-tul ta' ambjent mhux tossiku u l-minimizzazzjoni tal-effetti negattivi sinifikanti ta' sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent sal-2020[24]. Il-premessa 6 tirreferi għal Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju[25], li tistabbilixxi n-negozjar u l-konklużjoni ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti billi l-Unjoni waħedha ma tistax tiggarantixxi protezzjoni effettiva taċ-ċittadini tal-Unjoni kontra l-effetti negattivi tal-merkurju fuq is-saħħa. Fl-aħħar nett, skont il-premessa 24, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' ħarsien tal-ambjent mill-merkurju, permezz ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkurju u tal-prodotti miżjudin bil-merkurju, restrizzjonijiet fuq l-użu tal-merkurju fil-proċessi tal-manifattura, fil-prodotti, fl-ASGM tal-merkurju u fl-amalgama dentali u l-obbligi applikabbli għall-iskart tal-merkurju.

L-Artikolu 1 tar-Regolament propost jiddefinixxi s-suġġett tar-Regolament, li huwa l-istabbiliment ta' ta' miżuri u kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-kummerċ, il-manifattura, l-użu u l-ħżin temporanju tal-merkurju u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju. L-Artikolu 2 fih definizzjonijiet, inkluż tat-termini "esportazzjoni" u "importazzjoni". L-Artikolu 3 jdaħħal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' merkurju u komposti tal-merkurju, filwaqt li l-Artikolu 6 jdaħħal restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Skont l-Artikolu 5, l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura fl-Unjoni tal-prodotti miżjudin bil-merkurju kif stipulat fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta' Jannar 2021, filwaqt li l-Artikolu 6 jdaħħal il-possibilità għall-Kummissjoni li tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jiġu implimentati l-Artikoli 3 u 4. L-Artikoli 10 sa 7 jdaħħlu restrizzjonijiet fuq l-użu u l-ħżin tal-merkurju, inklużi l-attivitajiet industrijali, il-proċessi l-ġodda ta' manifattura, l-estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira u l-amalgama dentali. Fl-aħħar nett, l-Artikoli 11 sa13 fihom dispożizzjonijiet dwar il-ħżin u r-rimi tal-iskart tal-merkurju.

VI - Determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

B'kont meħud tal-fatt li l-għan primarju ta' din il-proposta huwa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi allinjata bis-sħiħ mal-Konvenzjoni ta' Minamata, l-iskop tal-konvenzjoni nnifisha huwa essenzjali sabiex jiġi determinat jekk il-proposta għandhiex simultanjament iż-żewġ objettivi ta' protezzjoni ambjentali u l-kummerċ jew jekk wieħed minnhom huwiex sempliċiment inċidentali.

F'dak li jikkonċerna l-għan u l-kontenut tal-Konvenzjoni ta' Minamata, l-Artikolu 1 jipprevedi li "l-objettiv ta' din il-Konvenzjoni huwa li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn emissjonijiet antropoġeniċi u minn rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju". F'dan il-kuntest, il-preambolu jindika li l-miżuri stipulati sabiex jintlaħaq dak l-objettiv "jinkludu miżuri li jikkontrollaw il-provvista u l-kummerċ tal-merkurju, inkluż l-iffissar ta' limitazzjonijiet fuq ċerti sorsi speċifiċi ta' estrazzjoni primarja tal-merkurju, u miżuri li jikkontrollaw il-prodotti miżjudin bil-merkurju u l-proċessi tal-manifattura li fihom jintużaw il-merkurju jew il-komposti tal-merkurju, kif ukoll fl-estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira"[26].

Għalkemm il-Konvenzjoni ta' Minamata tipprevedi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni fir-rigward tal-merkurju, din għandha prinċipalment x'taqsam mal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-għażla tal-Artikolu 192(1) tat-TFUE bħala l-unika bażi ġuridika għall-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju[27]. Skont l-opinjoni tas-Servizz Legali[28]:

"Billi (a) il-proposta għandha l-għan li timplimenta ċerti obbligi skont il-Konvenzjoni ta' Minamata, (b) l-iskop ambjentali ta' din tal-aħħar huwa ċar mill-preambolu tagħha, u (c) proposta oħra tal-Kummissjoni mressqa għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata hija bbażata fuq l-Artikolu 192(1) tat-TFUE, ir-Regolament propost għandu a priori jkun ukoll ibbażat fuq l-istess bażi ġuridika għal raġunijiet ta' konsistenza"[29].

F'dan l-isfond, wieħed jista' jargumenta li minkejja l-eżistenza ta' għadd ta' artikoli tal-proposta dwar restrizzjonijiet li jirrigwardaw il-kummerċ, meta jitqies l-għan ġenerali tar-Regolament propost kif ukoll is-sensiela ta' kunsiderazzjonijiet li jqiegħduh fil-kuntest tal-politika usa' tal-Unjoni dwar l-ambjent, kif intwera fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali u l-Istrateġija Komunitarja dwar il-Merkurju, il-komponent ambjentali tal-proposta huwa b'mod ċar viżibbli u predominanti. Fl-opinjoni tas-Servizz Legali (enfasi miżjuda)[30]:

[A]nki d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-esportazzjoni u l-importazzjoni m'humiex ġenwinament maħsuba biex jippromwovu, jiffaċilitaw jew jirregolaw il-kummerċ, jew biex jiddefinixxi dawk il-karatteristiċi ta' materjal u prodotti li jippermettulhom li jiċċirkolaw b'mod liberu fil-kuntest ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi. Minflok, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma stabbiliti sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-ambjent[31].Taħt din il-perspettiva, ir-restrizzjonijiet kummerċjali b'mod ċar iservu l-iskop ambjentali tal-proposta. Għaldaqstant, il-komponent ambjentali jidher li huwa predominanti u jiddefinixxi ċ-ċentru tal-gravità tal-proposta."

VII - Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, peress lil l-proposta tal-Kummissjoni, minkejja li fiha restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni, għandha bħala l-objettiv primarju tagħha l-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-Artikolu 192(1) tat-TFUE jikkostitwixxi l-unika bażi ġuridika valida u xierqa għall-proposta.

Matul il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Settembru 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstan ddeċieda b'unanimità, bi 22 vot favur[32], li jirrakkomanda lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ibiddel il-bażi ġuridika tar-regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008 għall-Artikolu 192(1) tat-TFUE esklużivament.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

  • [1]  COM(2016) 39 finali.
  • [2]  Il-Portugall u l-Estonja ma ffirmawx il-Konvenzjoni ta' Minamata.
  • [3]  Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta' ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75).
  • [4]  Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).
  • [5]  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
  • [6]  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
  • [7]  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
  • [8]  Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1).
  • [9]  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
  • [10]  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
  • [11]  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
  • [12]  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p.3).
  • [13]  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
  • [14]  COM(2016) 39 finali, p. 9.
  • [15]  Rapport tal-plenarja A6–0227/2007, p. 38.
  • [16]  Ara, b'mod partikolari, l-Opinjoni 2/00 EU:C:2001:664; kif ukoll il-Kawża C–281/01 il-Kummissjoni vs il-Kunsill, il-Kawża C–94/03 il-Kummissjoni vs il-Kunsill, EU:C:2006:2; il-Kawża C–178/03 il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, EU:C:2006:4; u l-Kawża C–411/06 il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, EU:C:2009:518.
  • [17]  Il-Kawża C–178/03 il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, EU:C:2006:4, paragrafu 55.
  • [18]  Il-Kawża C–45/86 il-Kummissjoni vs il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati) [1987] ECR 1439, paragrafu 5; il-Kawża C–411/06 il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill [2009] ECR I-7585.
  • [19]  Il-Kawża C–269/97 il-Kummissjoni v il-Kunsill [2000] ECR I–2257, paragrafu 44.
  • [20]  Il-Kawża C–137/12 il-Kummissjoni vs il-Kunsill EU:C:2013:675, paragrafu 53; il-Kawża C–490/10 il-Parlament vs il-Kunsill EU:C:2012:525, paragrafu 45; il-Kawża C–155/07 il-Parlament vs il-Kunsill [2008] ECR I–08103, paragrafu 34.
  • [21]  Il-Kawża C–211/01 il-Kummissjoni vs il-Kunsill [2003] ECR I–08913, paragrafu 40; il-Kawża C–178/03 il-Kummissjoni v. il-Parlament u l-Kunsill [2006] ECR I–107, paragrafi 43 sa 56.
  • [22]  Il-Kawża C–300/89 il-Kummissjoni v. il-Kunsill ("Diossidu tat-titanju") [1991] ECR I–2867, paragrafi 17 sa 25; il-Kawża C–268/94 il-Portugall v il-Kunsill [1996] ECR I–6177.
  • [23]  Il-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju li ġiet konkluża taħt il-patroċinju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, http://www.mercuryconvention.org/.
  • [24]  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.
  • [25]  COM(2010) 723 finali.
  • [26]  Ibid, f'punt 4.
  • [27]  COM(2016) 42 finali, p. 4.
  • [28]  SJ–0393/16, p. 4.
  • [29]  Ara argument simili fil-Kawża C–411/06 il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, EU:C:2009:518, paragrafu 66.
  • [30]  SJ-0393/16, p. 4-5.
  • [31]  Ara l-Kawża C–411/06 il-Kummissjoni vs il-Parlament u l-Kunsill, EU:C:2009:518, paragrafu 69 sa 72.
  • [32]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Jean-Marie Cavada (aġent President, rapporteur), Mady Delvaux (Viċi President), Axel Voss (Viċi President), Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Sergio Gaetano Cofferati, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Stefano Maullu, Emil Radev, Evelyn Regner, Virginie Rozière, József Szájer, Tadeusz Zwiefka.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regolament dwar il-merkurju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008

Referenzi

COM(2016)0039 – C8-0021/2016 – 2016/0023(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.2.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.2.2016

ITRE

4.2.2016

JURI

4.2.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

13.7.2016

ITRE

23.2.2016

JURI

15.3.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Stefan Eck

10.3.2016

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

26.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.7.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Paul Brannen, Nicola Caputo, Michel Dantin, Mark Demesmaeker, Luke Ming Flanagan, Elena Gentile, Martin Häusling, Krzysztof Hetman, Gesine Meissner, James Nicholson, Marijana Petir, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Jasenko Selimovic, Mihai Ţurcanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Anna Hedh, Marco Zullo

Data tat-tressiq

20.10.2016