RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll

6.9.2017 - (08858/2017 – C8-0179/2017 – 2017/0073(NLE)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Brice Hortefeux

Proċedura : 2017/0073(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0284/2017
Testi mressqa :
A8-0284/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll

(08858/2017 – C8-0179/2017 – 2017/0073(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08858/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0179/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0284/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-qafas tal-proċedura ta' konsultazzjoni, il-Parlament Ewropew jintalab jiddeċiedi fi żmien tliet xhur dwar id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva ġdida N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll.

Ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju mfassal b'mod konġunt miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) u l-Europol u ppubblikat fis-17 ta' Novembru 2016, jikkonkludi li din is-sustanza psikoattiva hija opjojde sintetiku bi struttura simili għall-fentanil, sustanza kontrollata użata ħafna fil-mediċina bħala supplement għall-anestesija ġenerali fil-kirurġija u bħala analġeżiku. Il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ssir fiċ-Ċina.

Ir-rapport jinnota li l-akriloilfentanil ilha disponibbli fl-Unjoni minn April tal-2016 u nstabet f'sitt Stati Membri. Tliet Stati Membri rrappurtaw 47 mewta assoċjata ma' din is-sustanza u 20 intossikazzjoni akuta li apparentement kienu dovuti għall-akriloilfentanil.

Għalhekk, fid-dawl tan-natura tossika u perikoluża ta' din is-sustanza, li tirrappreżenta riskju soċjali u għas-saħħa, u f'konformità mal-konklużjonijiet tal-EMCDDA u tal-Europol, ir-rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta’ kontroll

Referenzi

08858/2017 – C8-0179/2017 – COM(2017)01612017/0073(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

2.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

31.8.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Brice Hortefeux

29.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.7.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Caterina Chinnici, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Pál Csáky, Gérard Deprez, Petr Ježek, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Francesc Gambús, Anne Sander, Ramón Luis Valcárcel Siso

Data tat-tressiq

7.9.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Gérard Deprez, Petr Ježek, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

EFDD

Kristina Winberg

GUE/NGL

Martina Anderson, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

PPE

Andrea Bocskor, Pál Csáky, Francesc Gambús, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Nadine Morano, Anne Sander, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Ramón Luis Valcárcel Siso, Axel Voss

S&D

Caterina Chinnici, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Bodil Valero

0

-

 

 

1

0

ENF

Auke Zijlstra

Tifsira tas-simboli użati

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni