Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (2005/2036(REG))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2004 dwar il-verifikazzjoni tal-kredenzjali(1)
u speċjalment paragrafu 6 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand is-Segretarju Ġenerali tiegħu tal-15 ta' Frar 2005,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0274/2006),
1. Iddeċieda li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidhru hawn taħt,
2. Josserva li dawn l-emendi se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss skond l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test preżenti
Emendi
Emenda 1 Artikolu 3, paragrafu -1 (ġdid)
-1.Wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-President għandu jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jgħaddu lill-Parlament mingħajr dewmien l-ismijiet tal-Membri eletti sabiex il-Membri kollha jieħdu l-kariga fil-Parlament b'effet mill-ftuħ ta' l-ewwel seduta wara l-elezzjonijiet.
Fl-istess ħin, il-President għandu jiġbed l-attenzjoni ta' dawk l-awtoritajiet għad-dispożizzjoniiet rilevanti għall-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 u jistedinhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jevitaw kull inkompatibbiltà mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew. (L-artikolu 3(6) attwali hu mħassar)
Emenda 2 Artikolu 3, paragrafu -1a (ġdid)
-1a. Kull Membru li l-elezzjoni tiegħu jkun mgħarraf biha l-Parlament għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub, qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament, li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976. Wara l-elezzjonijiet ġenerali, din id-dikjarazzjoni għandha ssir fejn hu possibbli mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel is-seduta kostituttiva tal-Parlament. Sakemm il-kredenzjali ta' Membru jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima u kemm-il darba jkun iffirma minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija aktar 'l fuq, il-Membru għandu jidħol fil-kariga tiegħu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u għandu jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga.
Fejn ikun stabbilit minn fatti vverifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku li Membru għandu kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament, fuq informazzjoni provduta mill-President tiegħu, għandu jistabbilixxi li hemm post vakanti. (L-artikolu 3(5) attwali hu mħassar)
Emenda 3 Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 2
M'għandux ikun possibbli li tiġi kkonfermata l-validità tal-mandat ta' xi Membru jekk ma jkunux ġew magħmula d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa skond l-Artikolu 7 ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976
u l-Anness I ta' dawn ir-regoli.
M'għandux ikun possibbli li tiġi kkonfermata l-validità tal-mandat ta' xi Membru jekk ma jkunux ġew magħmula d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa taħt dan l-Artikolu
u l-Anness I ta' dawn ir-regoli.
Emenda 4 Artikolu 4, paragrafu 4
4. L-inkompatibilitajiet ġejjin mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom ikunu mgħarrfa lill-Parlament li għandu jieħu nota tagħhom.
4. Fejn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tinnotifika lill-President bit-tmiem tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew skond id-dispożizzjonijiet tal-Liġi ta' dak l-Istat Membru, b'riżultat jew ta' inkompatibbiltajiet fis-sens ta' l-Artikolu 7(3) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, jew ta' l-irtirar tal-mandat skond l-Artikolu 13(3) ta' dak l-Att, il-President għandu jinforma lill-Parlament li l-mandat spiċċa fid-data kkomunikata mill-Istat Membru u jistieden lill-Istat Membru jimla l-post vakanti mingħajr dewmien.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President dwar xi ħatra jew kariga li hija inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament li jqis il-post vakanti.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President dwar xi ħatra jew elezzjoni għal
kariga li hija inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976
, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament li għandu jistabilixi li hemm post vakanti.
Emenda 5 Artikolu 4, paragrafu 6, inċiż 2
f'każ ta' ħatra għal kariga li hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, skond il-liġi elettorali nazzjonali jew skond
l-Artikolu 7 ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976: id-data notifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew mill-Membru konċernat.
-f'każ ta' ħatra jew elezzjoni
għal kariga li hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta'
l-Artikolu 7(1) jew (2)
ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976: id-data notifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew mill-Membru konċernat.
Emenda 6 Artikolu 4, paragrafu 7
7. Meta l-Parlament iqis il-post bħala vakanti, għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat.
7. Meta l-Parlament jistabilixxi li jeżisti post vakanti, għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat u jistiednu jimla il-kariga mingħajr dewmien
.
Emenda 7 Artikolu 11, interpretazzjoni
Jekk kwistjoni
li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali titqajjem waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, huwa
għandu jirreferi l-kwistjoni
lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.
L-aktar Membru anzjan għandu jeżerċita s-setgħat tal-President imsemmija fl-Artikolu 3 (-1a) subparagrafu 2. Kull kwistjoni oħra
li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali li
titqajjem waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, għandha tkun riferuta
lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.