Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2647(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0555/2006

Dibattiti :

PV 26/10/2006 - 12.1
CRE 26/10/2006 - 12.1

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2006 - 13.1

Testi adottati :

P6_TA(2006)0465

Testi adottati
WORD 40k
Il-Ħamis, 26 t'Ottubru 2006 - Strasburgu Verżjoni finali
Tibet
P6_TA(2006)0465B6-0555, 0557, 0558, 0562, 0565 u 0568/2006

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Tibet

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tibet u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina tas-7 ta' Settembru 2006(1) ,

–   wara li kkunsidra n-nuqqas ta' progress fid-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina,

–   wara li kkunsidra l-Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu tal-Forza u ta' l-Armi tan-nar mill-Uffiċjali taż-Żamma ta' l-Ordni Pubblika adottata mit-tmien Kungress Tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni tal-Krimini u t-Trattament ta' Kriminali, li sar f'Havana, Kuba bejn is-27 ta' Awissu u s-7 ta' Settembru 1990 .

–   wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-drittijiet Ċivili u Politiċi,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi fit-30 ta' Settembru 2006 aktar minn 70 Tibetan kienu qed jippruvaw jaqsmu l-passaġġ muntanjuż miksi bis-silġ ta' Nangpa (Nangpa Pass) fir-reġjun Himalajan tat-Tibet, bejn wieħed u ieħor sagħtejn mixi mill-fruntiera man-Nepal, bil-għan li jfittxu status ta' rifuġjati fin-Nepal,

B.   billi kontra r-regola tad-dritt internazzjonali l-Forza tal-Pulizija Armata Popolari taċ-Ċina (il-PAP) sparat fuq dawk il-persuni pajżana Tibetani mhux armati, li kienu jinkludu nisa u tfal; billi evidenza ta' vidjow u fotografika dwar l-inċident turi li l-grupp Tibetan kien miexi bil-mod lilhinn mill-forzi Ċiniżi li kienu qed jisparaw fuqhom, u li ma resaqx lejn il-forzi Ċiniżi u lanqas ma kien jirrapreżenta theddida lill-forzi Ċiniżi,

C.   billi Kelsang Namtso, soru ta' sbatax-il sena, inqatlet waqt l-isparar mill-PAP Ċiniża; billi kien hemm rakkonti mhux ikkonfermati minn xhieda okulari ta' aktar minn mewta waħda; billi grupp ta' Tibetani, inklużi tfal, ġew arrestati wara li komplew jaħarbu,

D.   billi l-Midja Ċiniża ta' l-Istat, Xinhua, rrappurtat l-inċident fir-reġjun bħala "difiża persunali (self defence) " minkejja evidenza ta' vidjow u fotografika li turi l-kuntrarju; billi s'issa l-awtoritajiet Ċiniżi la rrikonoxxew b'mod uffiċjali li l-inċident fil-Passaġġ muntanjuż ta' Nangpa qatt seħħ u lanqas li xi individwu inqatel mill-forzi Ċiniżi,

E.   billi minn Settembru 2002 ġew stabbiliti mill-ġdid kuntatti formali bejn l-awtoritajiet Ċiniżi u r-rappreżentanti tad-Dalai Lama sabiex terġa tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza reċiproka,

F.   billi minkejja dawn il-kuntati u l-importanza li l-awtoritajiet ċentrali Ċiniżi rabtu ma' dawn il-laqgħat, fis-snin li għaddew kien hemm każi frekwenti ta' abbużi u ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Tibetana, b'mod partikolari kontra l-patrijiet Tibetani,

1.  Jikkundanna l-użu eċċessiv ta' forza mill-Pulizija Armata tal-Poplu taċ-Ċina (PAP) meta sparat fuq persuni pajżana Tibetani li ma kinux armati, inklużi tfal;

2.  Jikkundanna bil-qawwi l-qtil ta' persuna pajżana mhux armata li, billi kienet taħt it-tmintax-il sena, hija ukoll ikkunsidrata bħala tfal skond il-liġi internazzjonali;

3.  Jesprimi xokk għall-impriġunar ta' persuni pajżana Tibetani li disgħa minnhom huma tfal;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jiggarantixxu li t-Tibetani miżmuma waqt l-inċident mhux ser jiġu maħqura taħt l-arrest, u li l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja qed jiġu rispettati;

5.  Iħeġġeġ lill-awtroitajiet Ċiniżi sabiex jeħilsu minnufih lit-tfal li ġew miżmuma wara l-inċident;

6.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex iwettqu investigazzjoni sħiħa dwar il-ġrajjiet li saru fil-Passaġġ muntanjuż ta' Nangpa u sabiex jiżguraw li dawk ħatja ta' kwalunkwe reat li sar hemm isir ħaqq minnhom.

7.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex isegwu mill-qrib, permezz tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom fin-Nepal, is-sitwazzjoni ta' dawk it-Tibetani mill-grupp li waslu n-Nepal u sabiex jagħmlu oġġezzjonijiet qawwija ma' l-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-kwistjoni, fi ħdan il-qafas tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina;

8.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex itennu l-pożizzjoni tagħhom li huwa biss id-djalogu bejn ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-rappreżentanti tad-Dalai Lama li jista' jwassal għal ftehim paċifiku u sostenibbli għat-Tibet li dwaru jaqblu ż-żewġ naħat;

9.  Jistieden lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina sabiex ikompli d-djalogu tiegħu mar-rappreżentanti tad-Dalai Lama sabiex jitjieb ir-rispett lejn id-drittijiet reliġjużi, kulturali, lingwistiċi u politiċi tar-Reġjun Awtonomu tat-Tibet;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(1) Testi adottati, P6_TA(2006)0346.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2007Avviż legali