Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0187(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0360/2006

Testi mressqa :

A6-0360/2006

Dibattiti :

PV 29/11/2006 - 18
CRE 29/11/2006 - 18

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2006 - 8.15

Testi adottati :

P6_TA(2006)0518

Testi adottati
DOC 195k
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2006 - Brussel Verżjoni finali
Il-programm speċifiku 'In-Nies' (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
P6_TA(2006)0518A6-0360/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku 'In-Nies' li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0442 – C6-0383/2005 – 2005/0187(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0442)(1) u l-proposta emendata (COM(2005)0442/2)(2) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0383/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0360/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikattiva fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu tat-ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas-17 ta' Mejju 2006(3) ;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 4
(4)  Il-Programm ta' Qafas jimxi id f'id ma' l-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri, kif ukoll ma' azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali u għat-twettiq tal-miri ta' Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
(4)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri, kif ukoll l-azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku generali għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikulari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikultura, l-edukazzjoni, it-taħriġ tul il-ħajja , il-kompetittivita? u l-innovazzjoni, l-impjiegi, l-opportunitajiet ugwali u t-trattament ugwali, il-kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol , l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, l-impjieg , l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
Emenda 2
Premessa 7
(7)  Id-dimensjoni internazzjonali hija parti fundamentali tar-riżorsi umani fir- riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il-fteħimiet meħtieġa għal dan l-iskop, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' fejda reċiproka, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-kooperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku huma miftuħa għar-riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi.
(7)  Il-koperazzjoni u l-esperjenza internazzjonali miksuba minn riċerkaturi huma fundamentalment importanti għar- riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il- fteħim meħtieġa għal dan l- għan, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall- koperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku huma miftuħa għall-parteċipazzjoni, mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni, ta' riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi u ta' riċerkaturi Ewropej li jgħixu barra. Għal dan il-għan, għandhom isiru sforzi biex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali li nkisbu f'pajjiżi terzi. L-adozzjoni ta' politika li tipprovdi inċentivi m'għandhiex tkun ffukata biss fuq il-ħlas ta' riċerkaturi imma wkoll fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Emenda 3
Premessa 8
(8)  L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.
(8)  L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea , bħalma huma l-integrita? tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-possibilta? li jkunu rikonċiljati l-familja u l-ħajja professjonali, u għandhom jikkonfermaw mill-ġdid il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka, filwaqt li tkun rispettata d-diversita? etika u kulturali.
Emenda 4
Premessa 9
(9)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.
(9)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli .
Emenda 5
Premessa 9a (ġdida)
(9a) Il-Programm ta' Qafas għandu jinkoraġġixxi lin-nies biex jistudjaw ix-xjenza, l-iktar billi jikkonvinċi lin-nisa biex jidħlu fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.
Emenda 6
Premessa 10a (ġdida)
(10a) Biex ikunu simplifikati s-sejħiet għal proposti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha twaqqaf 'database' bħala rekwiżit minn qabel biex jiġu infurmati parteċipanti fis-sejħiet għal proposti.
Emenda 7
Premessa 11
(11)  Miżuri xierqa għandhom ukoll jittieħdu sabiex ma jkunx hemm irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod inkorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda fil-ġejjieni. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
(11)  Miżuri xierqa għandhom ukoll jittieħdu biex l-ewwelnett tiġi mmonitorjata l-effettivita? tal-finanzjament mogħti u t-tieni l-effettivita? ta' l-użu ta' dawn il-fondi, sabiex jiġu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod inkorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall -implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda fil-ġejjieni. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Emenda 8
Premessa 13
(13)  Fl-implimentazzjoni tal-programm, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni ta" l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll, inter alia, il- kundizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċessi ta" reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi mqabbda għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta" dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Mġiba għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza.
(13)  Fl-implimentazzjoni ta' dan il -programm, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni tas -sessi, kif ukoll, inter alia, il- kundizzjonijiet tax-xogħol, għal miżuri biex ikunu rikonċiljati l-ħajja familjari u tax-xogħol, inklużi pereżempju 'fellowships part-time', it- trasparenza tal-proċessi ta" reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi imjegati għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta" dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza.
Emenda 9
Premessa 14
(14)  Il-programm huwa konformi ma" u jirfed l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri ta" l-istrateġija integrata dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa fuq il-bażi ta" "Strateġija ta" Mobilità għall-ERA " u "ir -Riċerkaturi fl-ERA/ŻRE: professjoni waħda, bosta karrieri", kif ukoll iqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat-18 ta" April 2005.
(14)  Dan il -programm huwa f'konformita' ma' l-għanijiet li joħloq Zona Ewropea ta' Riċerka ġenwina kif stabbilit fl -istrateġija integrata dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa fuq il-bażi ta" "Strateġija ta" Mobilità għall-ERA " u "ir -Riċerkaturi fl-ERA: professjoni waħda, bosta karrieri", kif ukoll iqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat-18 ta" April 2005.
L-Istati Membri huma mistiedna japplikaw il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi sabiex tinħoloq Zona Ewropea ta' Riċerka ġenwina.
Emenda 10
Premessa 14a (ġdida)
(14a) Dan il-programm għandu l-għan li jżid ir-riċerka tal-bneidem u l-potenzjal ta' żvilupp fl-Ewropa kemm mil-lat ta' kwalita? kif ukoll ta' kwantita?, parzjalment billi tkun rikonoxxuta l-'professjoni' ta' riċerkatur. Din tiffavorixxi ż-żamma ta' eċċellenza fir-riċerka bażika u l-iżvilupp organiku tar-riċerka teknoloġika, u tinkoraġġixxi l-mobilita? ta' riċerkaturi Ewropej mill-Ewropa u madwar l-Ewropa kollha. Barra minn hekk, din tgħin biex tipprovdi l-kundizzjonijiet xierqa sabiex tattira l-aħjar riċerkaturi barranin biex iwettqu r-riċerka tagħhom fl-Ewropa.
Emenda 11
Artikolu 2, paragrafu 1
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġja l-attivitajiet għal "Nies", filwaqt li jsaħħaħ, sew mill-lat tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità, il-potenzjal uman fir-riċerka u fit-teknoloġija fl-Ewropa. Sejrin jissaħħu l-attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, li jissejħu azzjonijiet "Marie Curie", permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u fuq it-tisħiħ tal-konnessjonijiet mas-sistemi nazzjonali.
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġja l-attivitajiet għal "Nies", u jinkoraġġixxi lin-nies biex jieħdu karriera bħala riċerkaturi filwaqt li jsaħħaħ, sew mill-lat tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità, il-potenzjal uman, u speċjalment dak femminili , fir-riċerka u fit-teknoloġija fl-Ewropa, filwaqt li jiżgura aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa u jagħti attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet ta' riċerkaturi b'diżabilita?. Dawn l- attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, imsemmija bħala l-" azzjonijiet Marie Curie", se jissaħħu permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-karriera u t-tisħiħ tar-rabtiet mas-sistemi nazzjonali.
Emenda 12
Artikolu 3, paragrafi 1 a, 1 b u 1 c (ġodda)
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jiġu mwettqa b'mod effettiv u konformi mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li se titwaqqaf, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet imwettqa skond il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.
Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 13
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  L-attivitajiet kollha ta' riċerka eżegwiti taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitħaddmu f'konformità ma' prinċipji etiċi fundamentali.
1.  L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il- prinċipji etiċi fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 14
Artikolu 4, paragrafu 3
3.  L-oqsma li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:
3.  L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:
attivitajiet ta" riċerka li mhumiex ipprojbiti fl-Istati Membri kollha
- attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni ta' embrijoni umani ,
attivitajiet ta" riċerka li se jitwettqu fi Stat Membru fejn din ir-riċerka hija pprojbita.
- attivita? ta' riċerka maħsuba biex timmodifika l-wirt ġenetiku tal-bniedem li tista' twassal biex dawn il-bidliet ikunu jistgħu jintirtu,
- attivita? ta' riċerka maħsuba biex toħloq embrijoni umani għal skopijiet ta' riċerka biss jew għall-iskop ta' akkwist ta' ċellula staminali u ta' attivita? ta' riċerka li tuża ċelluli minn dawn l-embrijoni.
Emenda 15
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità tal-baġit kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u fl-anness tal-baġit annwali ta' l-Unjoni Ewropea..
Emenda 16
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidmagħall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri aktar fid-dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi kif jinsabu fl-Anness I, l-iskema tal-finanzjament li se tintuża għat-tema li dwarha qed issir stedina għall-proposti, u l-iskeda ta' l- implimentazzjoni.
1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri f' aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi stabbiliti fl-Anness, l-iskema ta' finanzjament li se tintuża għat-tema li dwarha qed issir stedina għall-proposti, u l-iskeda ta' żmien għall - implimentazzjoni. Dan il-programm ta' ħidma għandu jfittex li jissimplifika l-proċeduri tal-Programm ta' Qafas u jippromwovi t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet li qed isiru taħt il-Programm ta' Qafas.
Emenda 17
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka pertinenti mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jkun aġġornat fejn ikun hemm bżonn.
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka relevanti , it-taħriġ tar-riċerkaturi u l-iżvilupp tal-karriera mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali, flimkien ma' kwalunkwe kontribuzzjoni antiċipata, f'termini ta' valur miżjud Ewropew, l-impatt mistenni fuq il-kompetittivita? industrijali, u r-relazzjoni tal-programm ma' linji politiċi Komunitarji oħra. Dan għandu jkun aġġornat fejn xieraq .
Emenda 18
Artikolu 6, paragrafu 3
3.  Il-programm ta" ġidma se jispeċifika l-kriterji li bihom se jiġu evalwati il-proposti għall-azzjonijiet indiretti taħt l-iskema ta" finanzjament u li bihom se jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji se jkunu dwak li jivvaltaw aspetti kwalitattivi ta" min qed jipproponi (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar progress inkluż, fejn xieraq, il-kapaċità ta" l-implimentazzjoni tagħhom. il-kwalità ta" l-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew fit-trasferiment ta" termini ta" għarfien; il-valur miżjud Komunitarju u l-effett strutturanti ta" l-attività proposta f'termini ta" kontribuxxjoni lejn l-għanijiet tal-programm speċifiku u tal-Programm ta" Ħidma. Il-kriterji u kull piż jew limitu-għatba għall-kejl jistgħu jiġu speċifikati aktar jew ikkumplimentati fil-programm ta" ħidma.
3.  Se jiġu evalwati il-proposti għall-azzjonijiet indiretti taħt l-iskema ta" finanzjament u l-proġetti magħżula filwaqt li jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:
- eċċellenza xjentifiku u/jew teknoloġika;
- kif il-proġett jirrelata ma' l-objettivi tal-Programm Speċifiku;
- il-kalibru u l-kapaċita? ta' implimentazzjoni ta' min jipproponi (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar progress;
- l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali u opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel;
- il-kwalita? ta' l-attivita? proposta f'termini ta' taħriġ xjentifiku u/jew objettivi ta' trasferiment ta' għarfien.
F'dan ir-rigward, il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika f'aktar dettall il-kriterji ta' l-evalwazzjoni u ta' l-għażla u jista' jżid aktar rekwiżiti, enfasi, u limiti.
Emenda 19
Artikolu 7, paragrafu 2
2.  Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall- adozzjoni tal-programm ta" ħidma msemmi fl-Artikolu 6(1).
2.  Il-proċedura ta' tmexxija stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall- adozzjoni tal-programm ta" ħidma msemmi fl-Artikolu 6(1).
Emenda 20
Artikolu 8, paragrafu 4
4.  Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
4.  Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
Emenda 21
Artikolu 8, paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdih b'tagħrif dwar kull azzjoni RTD ffinanzjata taħt dan il-programm.
5.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat , u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew, regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom bl-informazzjoni dwar kull azzjoni RTD ffinanzjata taħt dan il-programm.
Emenda 22
Artikolu 8, paragrafu 5a (ġdid)
5a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku ta' dan il-programm.
Emenda 23
Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Il-Kummissjoni għandha tissottometti din id-Deċiżjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku lill-korpi kompetenti għal reviżjoni f'temp ta' żmien suffiċjenti sabiex ikun żgurat li l-proċedura għall-modifikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tista' tintemm sa l-aħħar ta' l-2010.
Emenda 24
Artikolu 8b (ġdid)
Artikolu 8b
Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni indipendenti kif stipulati fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta' Qafas rigward l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-Programm Speċifiku.
Emenda 25
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 1
Wieħed mill-vantaġġi ewlenin ta" kompetizzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija hija l-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi umani f'dan il-qasam. Bħala premessa għat-tkabbir fil-kapaċità u l-prestazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għal konsolidazzjoni u iktar żvilupp fiż-Żona ta" Riċerka Ewropea, l-għan globali ta" dan il-programm huwa li jrendi l-Ewropa iktar attraenti għar-riċerkaturi. Dan se jsir billi jinkiseb effett ta' struttura konsiderevoli madwar l-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, l-prestazzjoni u l-kwalità tar-riċerka ta' l-istħarriġ, fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, fuq it-taqsim ta" l-għarfien mar-riċerkaturi kollha bejn is-setturi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u fuq il-parteċipazzjoni qawwija fir-riċerka u l-iżvilupp min-nisa .
Ir-riżorsi umani huma ta' importanza kbira biex tiżdied il-kompetittivita? u l-iżvilupp ibbażati fuq l-għarfien fix-xjenza u t-teknoloġija. Il-fatt li hemm ħafna xjentisti ta' kalibru għoli jagħti lill-Ewropa xejra kompetittiva. Bħala premessa għat-tkabbir fil-kapaċità u l-prestazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għal konsolidazzjoni u iktar żvilupp fiż-Żona ta" Riċerka Ewropea, l-għan globali ta" dan il-programm huwa, inter alia, it-titjib kostanti ta' ċentri ta' riċerka ta' l-universita?, li jrendi l-Ewropa iktar attraenti għar-riċerkaturi. Dan se jsir billi jinkiseb effett ta' struttura konsiderevoli madwar l-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, l-prestazzjoni u l-kwalità tar-riċerka ta' l-istħarriġ, fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, fuq it-taqsim ta" l-għarfien bejn ir -riċerkaturi kollha u bejn is-setturi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u jkunu mħeġġa prattiki li jinvolvu l-moviment mill-akkademja għall-industrija u fid-direzzjoni l-opposta, u fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, b'referenza partikulari għall-parteċipazzjoni min-nisa u riċerkaturi li għadhom żgħar fir-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li tkun promossa r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja.
Emenda 26
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 2
Il- programm se jiġi implimentat permezz ta" investimenti sistematiċi fin-nies, prinċipalment permezz ta" sett koerenti ta" l-"Azzjonijiet Marie Curie", li jindirizza r-riċerkaturi f'termini tal-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp ta' kompetenza f'kull stadju tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali tar-riċerka għall-iżvilupp tal-karriera u t-taħriġ għal ħajja kollha. Il-mobilità, kemm transnazzjonali u kemm intersettorjali, ir-rikonoxximent ta" l-esperjenzi miksuba fl-oqsma u l-pajjiżi differenti, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati huma l-elementi ewlenin matul l-"Azzjonijiet Marie Curie ".
Ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi għandhom jitqiesu fil -programm li se jiġi implimentat permezz ta' investiment sistematiku fin-nies, prinċipalment permezz ta' sett koerenti ta' "Azzjonijiet Marie Curie", b'referenza partikulari għall-valur miżjud Ewropew li dawn se jiġġeneraw bħala effett ta' strutturazzjoni fuq iz-Zona Ewropea ta' Riċerka. Dawn l-azzjonijiet jindirizzaw riċerkaturi f'termini tal-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp ta' kompetenza f'kull stadju tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali tar-riċerka għall-iżvilupp professjonali u t-taħriġ tul il- ħajja kollha fis-settur pubbliku u privat. Il-mobilità, kemm transnazzjonali u kemm intersettorjali, li hija ċentrali għal dan il-programm, ir-rikonoxximent ta' esperjenza miksuba fl-oqsma u l-pajjiżi differenti, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, f'termini kemm ta' l-indipendenza tar-riċerka, il-konformita? tal-ħlas ma' l-aqwa standards internazzjonali, u attenzjoni akbar għal benessri u l-assikurazzjoni, huma elementi ewlenin matul l-"Azzjonijiet Marie Curie ".
Fl-aħħarnett, sabiex il-mobilita? tar-riċerkaturi fl-Unjoni Ewropea tiġi promossa, huwa neċessarju li jibdew jittieħdu miżuri biex il-kundizzjonijiet tat-taxxa għar-riċerkaturi jiġu armonizzati.
Emenda 27
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 3a (ġdid)
Jista' jingħata wkoll appoġġ għal pożizzjonijiet ta' wara d-dottorati għal riċerkaturi mill-Istati Membri l-ġodda biex jipparteċipaw fit-twaqqif ta' gruppi ta' riċerka stabbiliti fi Stati Membri oħra.
Emenda 28
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 4
Parteċipazzjoni qawwija mill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, hija kkunsidrata bħala valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. Matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja marbut mat-taħriġ għar-riċerka, l-iżvilupp tal-karriera u t-taqsim ta" l-għarfien huwa mħeġġeġ, filwaqt li azzjoni ddedikata tindirizza s-sħubija u r-rotot ta" l-industrija u l-akkademja.
Il-parteċipazzjoni mill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, hija kkunsidrata bħala valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. Matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" t-titjib tal-koperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja marbut mat-taħriġ għar-riċerka, l-iżvilupp tal-karriera u t-taqsim ta" l-għarfien huwa mħeġġeġ, filwaqt li azzjoni ddedikata tindirizza s-sħubija u r-rotot ta" l-industrija u l-akkademja. Huwa neċessarju li l-liberta? akkademika tal-ħaddiema tar-riċerka tkun preservata skond l-arranġamenti ta' koperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet.
Emenda 29
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 4a (ġdid)
Fil-kuntest ta' "l-Azzjonijiet Marie Curie", għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-ħarsien u l-qsim ta' proprjeta? intellettwali, u dawn ikunu żgurati permezz ta' klawżoli ta' kuntratt adegwati li jipproteġu r-riċerkatur individwali, meta r-riċerka tirriżulta fi brevett biex tiġu prodotta merkanzija mqiegħda fis-suq.
Emenda 30
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 5
Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, se tiġi indirizzata fit-termini ta" l-iżvilupp fil-karriera, ta" tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attrazzjoni ta" l-aħjar talenti fir-riċerka lejn l-Ewropa. Id-dimensjoni internazzjonali se tkun inkorporata matul l-"Azzjonijiet Marie Curie " u ma" dan, se tkun suġġetta wkoll għall-azzjonijiet awtonomi.
Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, se tiġi indirizzata f'termini ta" l-iżvilupp fil-karriera, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, kif ukoll għat- tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attrazzjoni ta" l-aħjar talenti fir-riċerka lejn l-Ewropa, billi jiġu pprovduti inċentivi adegwati għal dan il-għan. Id-dimensjoni internazzjonali se tkun inkorporata matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" u ma" dan, se tkun suġġetta wkoll għall-azzjonijiet awtonomi.
Emenda 31
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 6
Se jitqiesu l-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza tas-sessi kif jixraq. Il-mira tal-programm huwa li jiżgura, billi jitħeġġu l-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-"Azzjonijiet Marie Curie" kollha, u billi jiġu stabbiliti parametri għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati miż-żewġ sessi (mira ta" mill-inqas 40% parteċipazzjoni min-nisa). Barra minn hekk, l-azzjonijiet se jitfasslu b'mod li jiżguraw li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq ta" xogħol/ħajja u li jgħinu biex titħaffef it-tkomplija ta" karriera fir-riċerka wara pawża. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser titwettaq u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, se jiġu indirizzati taħt dan il-programm speċifiku.
Se jitqiesu l-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn is- sessi kif jixraq. Il-mira tal-programm huwa li jiżgura, billi jitħeġġu l-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-"Azzjonijiet Marie Curie" kollha, u billi jiġu stabbiliti parametri għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati miż-żewġ sessi (mira ta" mill-inqas 40% parteċipazzjoni min-nisa). Barra minn hekk, l-azzjonijiet se jitfasslu b'mod li jneħħu l-ostakoli għall-mobilita? u biex jiżguraw li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq ta" xogħol/ħajja, billi jipprovdu inċentivi xierqa biex jassistu lill-familji tagħhom u biex jgħinu lir-riċerkaturi jsibu xogħol permanenti jew li jkomplu karriera fir-riċerka wara waqfien . Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser titwettaq u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, se jiġu indirizzati taħt dan il-programm speċifiku.
Emenda 32
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 7
Sabiex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta" l-Ewropa biex ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, l-"Azzjonijiet Marie Curie" se toħloq sinerġiji konkreti ma" l-azzjonijiet l-oħra kemm fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja tar-riċerka, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet taħt politiki Komunitarji oħra, eż. dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjieg. It-tali sinerġiji se jiġu segwiti anke b'azzjonijiet li jsiru f'livelli nazzjonali u internazzjonali.
Sabiex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta" l-Ewropa biex ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, l-"Azzjonijiet Marie Curie" se toħloq sinerġiji konkreti ma" l-azzjonijiet kemm fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja tar-riċerka, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet taħt politiki Komunitarji oħra, filwaqt li jkun żgurat li l-integrazzjoni tas-sessi jiġi inkluża f'oqsma bħall- edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjieg. Tali sinerġiji se jiġu segwiti anke b'azzjonijiet li jsiru f'livelli reġjonali , nazzjonali u internazzjonali, speċifikament bil-ħsieb li tinkiseb koeżjoni reġjonali filwaqt li jitqies il-bżonn għal reġjuni anqas żviluppati li jattiraw riċerkaturi sabiex jgħinuhom jilħqu l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp fit-tul jew f'perjodu medju.
Emenda 33
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 7a (ġdid)
Se jkun essenzjali li jissaħħu r-rabtiet bejn ir-riċerka u r-riforma ta' l-universita? u l-proċess ta' konverġenza (il-'Proċess ta' Bologna') sabiex tiġi mħeġġa l-mobilita? tal-ħaddiema ta' riċerka u jkun żgurat li din ma twassalx għal sistema mfassla biss biex tiżgura t-tlestija mgħaġġla ta' l-istudji ta' l-universita? a skapitu ta' esperjenza barra mill-pajjiż.
Emenda 34
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 1
L-azzjoni tiffinanzja t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, tipikament maħsuba għall-ewwel erba" snin fil-karrieri tar-riċerkaturi , u jekk tinħtieġ, sena addizzjonali, biex jitkompla it-taħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istruttura ta" parti sostanzjali mill-kapaċità fit-taħriġ ta" riċerka inizjali ta" kwalità għolja madwar l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f'dak privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-prospettivi tal-karrieri tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, u b'hekk tikber l-attrazzjoni għar-riċerkaturi żgħar għal karrieri fir-riċerka.
L-azzjoni tappoġġja t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, li tipikament huwa ta' erba' snin (ekwivalenti għal 'full-time') tal- karrieri tagħhom , u jekk ikun meħtieġ , sena addizzjonali, biex jitlesta t-taħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istrutturazzjoni ta" parti sostanzjali mill-kapaċità fit-taħriġ ta" riċerka inizjali ta" kwalità għolja madwar l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f'dak privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-prospettivi tal-karrieri tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, u b'hekk ittejjeb l-attrazzjoni taż-żgħażagħ għal karrieri ta' riċerka.
Emenda 35
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 3
Il-programm ta" taħriġ konġunt għandu jkun koerenti fit-termini ta" standards ta" kwalità, b'arranġamenti xierqa sabiex jipprovdi superviżjoni u mentoring. Il-programm ta" taħriġ konġunt se jisfrutta l-kompetenzi komplimentarji tal-parteċipanti fin-netwerk, inklużi dawk mill-impriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Se jeħtieġ l-għarfien reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta" diplomi u ċertifikati oħra mogħtija.
Il-programm ta" taħriġ konġunt għandu jkun koerenti f'termini ta" standards ta" kwalità, b'arranġamenti xierqa sabiex jipprovdi superviżjoni u mentoring. Il-programm ta" taħriġ konġunt se jisfrutta l-kompetenzi komplimentarji tal-parteċipanti fin-netwerk, inklużi dawk mill-impriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Se jeħtieġ l-għarfien reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta" diplomi u ċertifikati oħra mogħtija. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-problemi ta' madwar l-impjieg fit-tul tar-riċerkaturi.
Emenda 36
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 5, bulit 2a (ġdid)
· il-possibilta? li jitwaqqfu postijiet f'universitajiet għal perjodu limitat għal riċerkaturi li jaħdmu f'intrapriżi bl-intenzjoni li jissaħħu l-koperazzjoni bejn l-akkademju u n-negozju, u t-trasferiment ta' l-għarfien;
Emenda 37
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 5, bulits 3a u 3b (ġodda)
· attivitajiet li għandhom jintlaħqu b'koperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskop ta' taħriġ bikri ta' riċerkaturi;
· il-provvista ta' assistenza biex ikunu promossi pubblikazzjonijiet, studji u kotba minn riċerkaturi bil-għan li jinxtered l-għarfien u jkun appoġġjat l-iżvilupp teoretiku u xjentifiku tar-riċerkaturi.
Emenda 38
Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 2
Ir-riċerkaturi li se jibbenefikaw minn din l-azzjoni għandhom jkollhom mill-inqas erba" snin ta" esperjenza fir-riċerka full-time; minkejja li l-azzjoni hija maħsuba għat-taħriġ matul il-ħajja jew l-iżvilupp fil-karriera, ġeneralment xorta waħda huwa mistenni li r-riċerkaturi jkollhom esperjenza f'karigi għolja.
Ir-riċerkaturi indirizzati minn din l-azzjoni għandhom ikollhom mill-inqas erba" snin jew ekwivalenti, esperjenza fir-riċerka full-time; minħabba li l-azzjoni hija maħsuba għat-taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp fil-karriera, madankollu huwa mistenni li r-riċerkaturi jkollhom esperjenza f'karigi aktar għolja.
Emenda 39
Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 4, bulit 2
· Entitajiet oħra pubbliċi jew privati, fosthom organizzazzjonijiet kbar ta" riċerka, li jiffinanzjaw jew imexxu l-programmi tal-boroż ta" studju, jew b'mandat uffiċjali jew permezz ta" għarfien mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti mill-gvernijiet taħt il-liġi privata b'missjoni ta" servizz pubbliku, karitajiet eċċ.;
· Korpi oħra pubbliċi jew privati, fosthom organizzazzjonijiet kbar ta" riċerka, universitajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jiffinanzjaw jew imexxu l-programmi tal-boroż ta" studju, jew b'mandat uffiċjali jew permezz ta" għarfien mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti mill-gvernijiet taħt il-liġi privata b'missjoni ta" servizz pubbliku, karitajiet, intrapriżi b'koperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi eċċ.;
Emenda 40
Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 6
Inizjalment, iż-żewġ mezzi ta" implimentazzjoni se jitmexxew parallelament. Waqt il-Programm ta" Qafas, evalwazzjoni ta" l-impatt taż-żewġ mezzi se tiddetermina l-modalitajiet ta" implimentazzjoni għall-bqija tal-programm.
Inizjalment, iż-żewġ mezzi ta" implimentazzjoni se jitmexxew parallelament permezz ta' modalita? ta' ko-finanzjament, li tipprovdi fażi inizzjali mfassla biex tippermetti li dawn jittwettqu. Waqt il-Programm ta" Qafas, evalwazzjoni ta" l-impatt taż-żewġ mezzi se tiddetermina l-modalitajiet ta" implimentazzjoni għall-bqija tal-programm.
Emenda 41
Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 1
L-għan ta" din l-azzjoni huwa li tiftaħ u trawwem rotot dinamiċi bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika u l-intrapriżi kummerċjali privati, fosthom, b'mod partikolari l-SMEs, ibbażati fuq programmi ta" kooperazzjoni fuq terminu itwal b'potenzjal għoli għal żieda fit-taqsim ta" l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka tad-diversi kuntesti kulturali u tad-diversi ħtiġijiet f'termini ta" kapaċità fiż-żewġ setturi.
L-għan ta" din l-azzjoni huwa li tiftaħ u trawwem rotot dinamiċi bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika u l-intrapriżi kummerċjali privati, fosthom, b'mod partikolari l-SMEs, ibbażati fuq programmi ta" koperazzjoni fuq terminu itwal b'potenzjal għoli għal żieda fit-tqassim ta" l-għerf u l-għarfien reċiproċi tad-diversi kuntesti kulturali u tad-diversi ħtiġijiet f'termini ta" kapaċità fiż-żewġ setturi. L-azzjoni se tkun imfassla sabiex ma tillimitax il-mobilita? tar-riċerkaturi li qed jipparteċipaw, permezz ta' restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni ta' riżultati tar-riċerka jew fuq ħidma ta' intrapriża għal ċerti organizzazzjonijiet.
Emenda 42
Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 2 parti introduttorja
Din l-azzjoni se tiġi implimentata f'mod flessibbli permezz ta" programmi ta" kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet miż-żewġ setturi minn għallinqas żewġ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti, b'finanzjament għall-interazzjonijiet fl-ambitu tar-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja tista' tingħata f'waħda jew aktar minn waħda mill-forom li ġejjin:
Din l-azzjoni se tiġi implimentata b'mod flessibbli , u se tibbaża fuq l-esperjenza miksuba minn sħubijiet eżistenti bejn l-industrija u l-akkademja madwar l-Unjoni Ewropea, permezz ta" programmi ta" koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet miż-żewġ setturi minn għallinqas żewġ Stati Membri jew Stati assoċjati differenti, b'appoġġ għall-interazzjonijiet fil-qafas tar-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-appoġġ finanzjarju Komunitarju jista' jingħata f'forma waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 43
Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 2, bulit 3a (ġdid)
· azzjonijiet biex jissaħħaħ l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali instigati mir-riċerka.
Emenda 44
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 1
Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hija rikonoxxuta bħala parti fundamentali tar-riżorsi umani fl-R&D fl-Ewropa, din id-dimensjoni hija indirizzata permezz ta" azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta" żvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi Ewropej kif ukoll f'termini ta" tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi.
Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hija rikonoxxuta bħala parti fundamentali tar-riżorsi umani fl-R&D fl-Ewropa, din id-dimensjoni hija indirizzata permezz ta" azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta" żvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi Ewropej kif ukoll f'termini tat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi fuq livell nazzjonali jew reġjonali.
Emenda 45
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 2, punti (i)
i) boroż ta" studju ta" riċerka internazzjonali lil hinn mill-Ewropa, bl-obbligu li jirritornaw, għar-riċerkaturi esperti fi ħdan il-qafas ta" taħriġ matul il-ħajja u diversifikazzjoni tal-kompetenzi, għall-ksib ta' kapaċità u għarfien ġodda;
i) boroż ta" studju li għadhom sejrin li għandhom l-obbligu tar-ritorn lura lejn l-Unjoni Ewropea , għar-riċerkaturi b'esperjenza fi ħdan il-qafas ta" taħriġ tul il-ħajja u diversifikazzjoni tal-kompetenzi, u għal riċerkaturi li għadhom fil-bidu, sabiex jgħinuhom biex jiksbu ħiliet u għarfien ġodda.
Emenda 46
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 2, punti (ii)
ii) għotja għar-ritorn u r-reintegrazzjoni fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi esperti wara esperjenza internazzjonali. Fl-ambitu ta" din l-azzjoni se jiġu ffinanzjati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jinżammu infurmati b'mod attiv dwar u involuti fl-iżviluppi taż-Żona Ewropea ta" Riċerka.
ii) għotjiet iffinanzjati b'mod adegwat għar-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi b'esperjenza jew ta' dawk li għadhom fil-bidu wara esperjenza internazzjonali. Fl-ambitu ta" din l-azzjoni se jiġu appoġġati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jinżammu infurmati b'mod attiv dwar u involuti fl-iżviluppi taż-Żona Ewropea ta" Riċerka, kif ukoll inċentivi għar-ritorn ta' riċerkaturi bbażata barra mill-Ewropa.
Emenda 47
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 3, punti (i)
i) boroż ta" studju internazzjonali ta" riċerka sabiex jattiraw riċerkaturi bi kwalifiki għolja mill-pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, għat-tisħiħ ta" l-għarfien u għall-iżvilupp ta" kuntatti f'livelli għolja. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament għall-fażi tar-ritorn. Se jiġi ffinanzjat ukoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-pajjiżi terzi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jistrutturaw u jiżviluppaw il-kuntatti tagħhom mar-reġjuni ta" l-oriġini rispettivi.
i) boroż ta" studju internazzjonali sabiex jattiraw riċerkaturi bi kwalifiki għolja minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, għat-tisħiħ ta" l-għerf u għall-iżvilupp ta" kuntatti f'livelli għolja. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ għal fażi ta' ritorn. Se jiġu appoġġati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-pajjiżi terzi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jistrutturaw u jiżviluppaw il-kuntatti tagħhom mar-reġjuni ta" l-oriġini rispettivi, u se jiġu offruti inċentivi lil riċerkaturi tajbin fid-dinja kollha biex ikunu mħeġġa jgħixu fl-Ewropa.
Emenda 48
Anness, Attivitajiet, Azzjonijiet Speċifiċi
B'appoġġ għall-ħolqien ta" suq ta" xogħol Ewropew reali għar-riċerkaturi, hija prevista l-implimentazzjoni ta" sensiela ta" miżuri ta" akkompanjament, bl-iskop li jitneħħa t-tfixkil għall-mobilità u favur it-tisħiħ tal-prospettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa. L-għan ta" dawn l-azzjonijiet, huwa li b'mod partikolari, iqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, biex jistimulaw u jsostnu l-azzjoni fil-livell ta" l-Istati Membri u fl-azzjonijiet kumplimentarji tal-Komunità.
B'appoġġ għall-ħolqien ta" suq ta" xogħol Ewropew reali għar-riċerkaturi, hija prevista l-implimentazzjoni ta" sensiela ta" miżuri ta" akkompanjament, bl-iskop li jitneħħa t-tfixkil għall-mobilità professjonali, speċjalment dawk relatati mas-sigurta? soċjali u l-kwistjonijiet ta' taxxa, li ħafna drabi jkunu ta' detriment biex jidħlu fil-qasam tar-riċerka, u favur it-tisħiħ tal-prospettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa, sabiex tkun aktar faċli biex jiġu rikonċiljati x-xogħol u l-ħajja tal-familja, mhux ta' l-anqas billi jippermettilhom li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' finanzjament u salarju adegwati kif ukoll minn arranġamenti ta' sigurta? soċjali. L-għan ta" dawn l-azzjonijiet, huwa li b'mod partikolari, iqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, inkluż permezz ta' għotjiet 'Marie Curie' biex jistimulaw u jsostnu l-azzjoni fil-livell ta" l-Istati Membri u fl-azzjonijiet kumplimentarji tal-Komunità. Barra minn hekk, se jkun hemm dispożizzjoni għal inizjattivi Ewropej biex tkun faċilitata l-mobilita? ta' riċerkaturi u l-familiji tagħhom, u l-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi ospitanti. L-inizjattivi kollha' Marie Curie' għandhom jiggarantixxu opportunitajiet ugwali u jeliminaw l-ostakoli kollha li jiffaċċjaw ħaddiema ta' riċerka b'diżabilita?.

(1) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.
(2) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Ġunju 2007Avviż legali