Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Kapaċitajiet" li jimplimenta s-Seba" Programm ta" Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta" dimostrazzjoni (COM(2005)0443 – C6-0384/2005 – 2005/0188(CNS))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0384/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0371/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta" referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta" l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju għall 2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali se jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod tas-17 ta" Mejju 2006(3)
;
3. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa" jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 4
(4) Is-Seba" Programm ta" Qafas għandu jikkumplimenta
l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma" dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
(4) Il-Programm ta" Qafas għandu jikkumplementa
l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri u mill-Istati Membri permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'organizzazzjonijiet intergovernattivi Ewropej tar-riċerka
kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma" dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura,
il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
Emenda 2 Premessa 9
(9) Attivitajiet ta" riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji fundamentali ta" l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea.
(9) Attivitajiet ta" riċerka mwettqa fi ħdan dan il-
programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea u jerġgħu jasserixxu l-valuri ċiviċi u umanistiċi tar-riċerka, filwaqt li jiżguraw rispett għad-diversità etnika u kulturali
.
Emenda 3 Premessa 10
(10) Il-Programm ta" Qafas għandu
jikkontribwixxi sabiex jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli.
(10) Il-Programm ta" Qafas għandu
jikkontribwixxi sabiex jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli.
Emenda 4 Premessa 11a (ġdida)
(11a) Biex ikunu simplifikati s-sejħiet għal proposti u jitnaqqsu l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha toħloq database bħala prerekwiżit biex jiġu notifikati l-parteċipanti fis-sejħiet għal proposti.
Emenda 5 Artikolu 3a, paragrafu 1 (ġdid)
Artikolu 3a 1.Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b'mod effettiv u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Emenda 6 Artikolu 3a, paragrafu 2 (ġdid)
2.In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta" l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li joħloq, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet li jsiru skond il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta" l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.
Emenda 7 Artikolu 3a, paragrafu 3 (ġdid)
3.Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta" l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 8 Artikolu 5, paragrafu 3
3. L-Anness IV għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi inizjattiva għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta" riċerka li għandha tkun is-suġġett ta" deċiżjoni separata skond l-Artikolu 169 tat-Trattat.
3. L-Anness IV għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi inizjattiva possibbli
għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta" riċerka li għandha tkun is-suġġett ta" deċiżjoni separata skond l-Artikolu 169 tat-Trattat.
Emenda 9 Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi ta" l-infiq iddikjarata fir-rimarki u fl-anness tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 10 Artikolu 6, paragrafu 2
2. Il-Programm ta" Ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta" riċerka rilevanti li jitwettqu mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Għandu jkun aġġornat fejn jixraq.
2. Il-Programm ta" Ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta" riċerka rilevanti li jitwettqu mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji ma" tali attivitajiet, jintlaħaq valur miżjud Ewropew, tkun influwenzata l-kompetittività industrijali u tinżamm rilevanza ma" politiki oħra tal-Komunità
. Għandu jkun aġġornat fejn jixraq.
Emenda 11 Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid)
3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tar-riċerka jkunu evalwati u għandha tirrapporta dwar il-kontribut tagħhom għal soċjetà dinamika, ibbażata fuq l-għerf, fl-Ewropa.
Emenda 12 Artikolu 8, paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat regolarment bil-progress ġenerali ta" l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdiha
b'tagħrif dwar l-azzjonijiet RŻT
kollha ffinanzjati taħt dan il-programm.
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew
regolarment bil-progress ġenerali ta" l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom
b'tagħrif dwar l-azzjonijiet RTD
kollha ffinanzjati taħt dan il-programm.
Emenda 13 Artikolu 8, paragrafu 5a (ġdid)
5a. Ir-rapport ta" evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandu jkollu evalwazzjoni ta" kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta" l-effiċjenza u r-regolarità ta" l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-programm.
Emenda 14 Artikolu 8 a (ġdid)
Artikolu 8a Il-Kummissjoni għandha tippreżenta din id-Deċiżjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku lill-korpi kompetenti għal reviżjoni f'ħin biżżejjed sabiex ikun żgurat li l-proċedura għall-modifikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni tkun tista" titlesta sa l-aħħar ta" l-2010.
Emenda 15 Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', paragrafu 1, inċiż 5
- It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea;kif ukoll
- It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea; l-għoti ta' ħila lill-help desks ta" informazzjoni eżistenti ta" l-UE, nazzjonali jew reġjonal biex jipprovdu informazzjoni sħiħa lill-SMEs, lill-industrija u lill-istituzjonijiet ta" l-għerf, dwar il-Programm ta" Qafas, il-Programm ta" Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni, u l-Fondi Strutturali
; kif ukoll
Emenda 16 Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', paragrafu 1, inċiż 6
- azzjonijiet orizzontali u miżuri ta' appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali.
- azzjonijiet orizzontali u miżuri ta' appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali, inkluża l-koperazzjoni transkonfinali u interreġjonali
.
Emenda 17 Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', paragrafu 4
L-azzjonijiet għall-koordinament
ta" programmi mhux Komunitarji jista" jsir
f'dan il-Programm Speċifiku bl-użu ta" l-iskema ERA-NET
u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat) kif jidher fil-Programm Speċifiku ta" Kooperazzjoni
.
L-azzjonijiet għall-koordinazzjoni
ta" programmi mhux Komunitarji jistgħu jsiru
f'dan il-Programm Speċifiku bl-użu ta" l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat) kif jidher fil-Programm Speċifiku ta" Koperazzjoni.L-azzjonijiet jintużaw ukoll sabiex isaħħu l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm ta" Qafas u l-attivitajiet li jitwettqu fil-qafas ta" l-istrutturi intergovernattivi.
- Attività ta" monitoraġġ ta" l-investimenti fil-qasam tar-riċerka industrijali biex tipprovdi sors ta" informazzjoni konsistenti fih innifsu
u komplementarju biex jgħin fl-għażla tad-direzzjoni tal-politika pubblika u biex tippermetti
lill-impriżi jivverifikaw l-istrateġiji ta" investiment tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Dan se jinkludi tabelli ta" valutazzjoni perjodika ta" investimenti f'livelli ta" impriża u settorjali, stħarriġ dwar it-tendenzi ta" l-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi tal-fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u l-prattika ta" l-investiment ta" l-impriżi fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi ta" l-impatti ekonomiċi, u valutazzjoni
ta" l-implikazzjonijiet għall-politika.
– Attività ta" monitoraġġ ta" l-investimenti fil-qasam tar-riċerka industrijali biex tipprovdi sors ta" informazzjoni internament konsistenti
u komplementarju biex jgħin fl-għażla tad-direzzjoni tal-politika pubblika u biex jgħin
lill-impriżi f'setturi ta" interess ewlieni għall-ekonomija ta" l-UE biex
jivverifikaw l-istrateġiji ta" investiment tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Dan se jinkludi tabelli ta" valutazzjoni perjodika ta" investimenti f'livelli ta" impriża u settorjali, stħarriġ dwar it-tendenzi ta" l-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi tal-fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u l-prattika ta" l-investiment ta" l-impriżi fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi ta" l-impatti ekonomiċi, u evalwazzjoni
ta" l-implikazzjonijiet għall-politika.
L-għan hu t-tisħiħ tal-koordinament
ta' l-oqsma tal-politika tar-riċerka permezz ta' azzjonijiet ta' sostenn (i) ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinament
(open method of coordination [OMC]
) u (ii) ta' inizjattivi mill-qiegħ meħuda minn bosta pajjiżi u reġjuni, li fejn hu xieraq jinvolvu partijiet interessati oħrajn (inklużi l-industrija, l-organizzazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili).
L-għan hu t-tisħiħ tal-koordinazzjoni
ta' l-oqsma tal-politika tar-riċerka, fejn din tista" toħloq b'mod ċar valur miżjud għas-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni,
permezz ta' azzjonijiet ta' sostenn (i) ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni
(open method of coordination [OMC])
u (ii) ta' inizjattivi mill-qiegħ meħuda minn bosta pajjiżi u reġjuni, li fejn hu xieraq jinvolvu partijiet interessati oħrajn (inklużi l-industrija, l-organizzazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili).
Emenda 20 Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', intestatura, 'Żvilupp koerenti mal-
politiki tar-riċerka', paragrafu 3, bulit 2, subparagrafu 3 a (ġdid)
Tingħata attenzjoni speċjali: - lis-sinerġija fl-iżvilupp ta" potenzjal ta" riċerka flimkien ma" programmi favur l-innovazzjoni u programmi ta" Fondi Strutturali; - lit-tnaqqis fl-ostakli amministrattivi u fiżiċi għal koperazzjoni transkonfinali effettiva bejn reġjuni fi Stati Membri differenti u - lill-iżvilupp ta" kapaċità ta" riċerka u innovazzjoni kkombinati.
Sabiex l-Ewropa ssir l-ekonomija l-iktar kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, l-infrastrutturi moderni u effettivi ta" riċerka huma kritiċi għall-ksib tat-tmexxija fix-xjenza u t-teknoloġija. L-infrastrutturi ta" riċerka għandhom rwol
ewlieni fil-ħolqien
ta" l-għarfien
, fit-tixird ta" l-għarfien
u l-applikazzjoni u l-isfruttament tiegħu, b'hekk l-innovazzjoni tkun imħeġġa. L-aċċess għalihom huwa dejjem aktar indispensabbli fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-
teknoloġija. Ħafna infrastrutturi ta" riċerka evolvew minn faċilitajiet kbar dedikati kważi esklussivament għal dixxiplina speċifika, f'facilitajiet ta" servizz għal varjetà wiesgħa ta" komunitajiet xjentifiċi. Bis-saħħa ta" l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kunċetti reċenti ta' infrastrutturi qed jespandu sabiex
jinkludu sistemi mqassma ta' ħardwer, softwer u kontenuti b'valur kumulattiv enormi bħala arkivji ta' għarfien
f'ħafna dixxiplini differenti.
Sabiex l-Ewropa ssir l-ekonomija l-iktar kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, l-infrastrutturi moderni u effettivi ta" riċerka huma kritiċi għall-ksib tat-tmexxija fix-xjenza u t-teknoloġija. L-infrastrutturi ta" riċerka għandhom irwol
ewlieni fil-ksib
ta" l-għerf
, fit-tixird ta" l-għerf
u l-applikazzjoni u l-isfruttament tiegħu, b'hekk l-innovazzjoni tkun imħeġġa. L-aċċess għalihom huwa dejjem aktar indispensabbli fl-oqsma kollha tax-xjenza, it-
teknoloġija u t-tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza.
Ħafna infrastrutturi ta" riċerka evolvew minn faċilitajiet kbar dedikati kważi esklussivament għal dixxiplina speċifika, f'facilitajiet ta" servizz għal varjetà wiesgħa ta" komunitajiet xjentifiċiBis-saħħa ta" l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kunċetti reċenti ta' infrastrutturi qed jespandu wkoll sabiex
jinkludu sistemi mqassma ta' ħardwer, softwer u kontenuti b'valur kumulattiv enormi bħala arkivji ta' għerf
f'ħafna dixxiplini differenti u għal ħafna komunitajiet differenti ta" utenti
.
L-azzjoni proposta għandha b'mod partikolari tagħti kontribut lill-iżvilupp, l-isfruttament u ż-żamma ta" l-għarfien
, permezz tas-sostenn tagħha lill-infrastruttri ta" riċerka bbażati kemm fuq strateġija mill-qiegħ immexxija mill-eċċellenza kif ukoll b'waħda mmirata. It-titjib strateġiku ta" e-Infrastructures ibbażati
fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa wkoll meqjus bħala element mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq
ix-xjenza
.
L-azzjoni proposta b'mod partikolari tagħti kontribut lill-iżvilupp, l-isfruttament u ż-żamma ta" l-għerf
, permezz tas-sostenn tagħha lill-infrastruttri ta" riċerka bbażati kemm fuq strateġija mill-qiegħ 'il fuq immexxija mill-eċċellenza kif ukoll fuq strateġija mmirata konsistenti mar-riżorsi disponibbli u l-prijoritajiet prinċipali Ewropej.
It-titjib strateġiku ta" e-Infrastructuresu infrastutturi virtwali bbażati
fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa wkoll meqjus bħala element mexxej ewlieni
fit-tibdil tal-mod kif jitwettaq
ix-xogħol xjentifiku
u huwa appoġġjat b'investiment sinifikanti minn parteċipanti pubbliċi u privati fil-partijiet kollha ta" l-Ewropa. Il-koordinazzjoni ma" l-Istati Membri hija essenzjali għall-iżvilupp u l-finanzjament ta" l-infrastrutturi.
Emenda 23 Anness I, sottotitolu 'L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-istrateġija', paragrafu 3, parti introduttorja
It-terminu "Infrastrutturi ta" riċerka" fil-kuntest tal-Programm ta' qafasKomunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku
jirreferi għall-
faċilitajiet, riżorsi jew servizzi li huma meħtieġa mill-komunità ta" riċerka sabiex twettaq ir-riċerka fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi kollha. Din it-tifsira tinkludi, barra r-riżorsi umani assoċjati:
It-terminu "Infrastrutturi ta" riċerka" fil-kuntest tal-Programm ta' Qafas
jirreferi għal faċilitajiet, riżorsi jew servizzi li huma meħtieġa mill-komunità ta" riċerka fis-settur pubbliku, fis-settur privat u fis-soċjetà ċivili
sabiex twettaq ir-riċerka fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi kollha. Din it-tifsira tinkludi, barra r-riżorsi umani assoċjati:
- il-perfezzjonament ta" l-użu ta' infrastrutturi ta" riċerka eżistenti u t-titjib tar-rendiment
tagħhom;
- bħala prijorità,
il-perfezzjonament ta" l-użu ta' l-infrastruttura ta" riċerka eżistenti u tal-prestazzjoni
tagħhom;
Emenda 25 Anness I, sottotitolu 'L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', paragrafu 1, inċiżi 2 u 3
it-trawwim ta' l-iżvilupp ta' infrastutturi ta' riċerka ġodda (jew titjib sostanzjali lil dawk eżistenti) ta" interess pan-Ewropew, ibbażat fuq ix-
xogħol ta" l-ESFRI (Forum għall-istrateġija Ewropea dwar l-Infrastrutturi ta" Riċerka)
–
it-trawwim ta' l-iżvilupp ta' infrastutturi ta' riċerka ġodda (jew titjib sostanzjali lil dawk eżistenti) ta" interess pan-Ewropew, inkluż b'mod partikolari x-
xogħol ta" l-ESFRI (Forum għall-istrateġija Ewropea dwar l-Infrastrutturi ta" Riċerka)
miżuri ta" sostenn, inkluż is-sostenn lill-ħtiġijiet li jinħolqu.
– miżuri ta" sostenn, inkluż is-sostenn lill-ħtiġijiet li jinħolqu u l-kapaċitajiet ta" żvilupp teknoloġiku fir-reġjuni ta" konverġenza
.
Emenda 26 Anness I, sottotitolu ''L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.1.
L-infrastrutturi ta" riċerka ta" livell dinji jeħtieġu investimenti kbar u għal medda ta" żmien twil f'riżorsi (umani u finanzjarji). Għandhom jiġu użati u sfruttati minn komunità kemm jista" jkun kbira ta' xjenzjati u ta' industriji klijenti
, fuq skala EwropeaL-UE għandha tagħti kontribut lil dan il-għan permezz tal-promozzjoni ta" L-Aċċess transnazzjonaliDan hu intiż għall-ftuħ ta" opportunitajiet ġodda għal timijiet ta' riċerka biex jiksbu aċċess għal infrastrutturi
ta' riċerka aħjar, inklużi t-timijiet ta' riċerka, minn reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda.
Dan l-aċċess għandu jkun disponibbli għal utenti esterni, sew personalment ("hands-on") sew permezz komunikazzjonijiet elettroniċi xierqa. Jista' wkoll jieħu l-għamla ta" għoti ta" servizzi xjentifiċi mill-bogħod. Dan għandu jkun implimentat permezz ta" sejħiet għal proposti "mill-qiegħ" miftuħa għall-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija mingħajr preferenza għal ebda qasam.
L-infrastrutturi ta" riċerka ta" livell dinji jeħtieġu investimenti kbar u għal medda ta" żmien twil f'riżorsi (umani u finanzjarji). Għandhom jiġu użati u sfruttati minn komunità kemm jista" jkun kbira ta' xjenzjati u ta' industriji tal-konsumatur
, fuq skala Ewropea. L-UE għandha tagħti kontribut lil dan il-għan permezz tal-promozzjoni ta" L-Aċċess transnazzjonali. Dan hu intiż għall-ftuħ ta" opportunitajiet ġodda għal timijiet ta' riċerka, inkluż dawk minn reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda,
biex jiksbu aċċess għall-aħjar infrastrutturi
ta' riċerka. Dan l-aċċess għandu jkun disponibbli għal utenti esterni, sew personalment ("hands-on") sew permezz komunikazzjonijiet elettroniċi xierqa. Jista' wkoll jieħu l-għamla ta" għoti ta" servizzi xjentifiċi mill-bogħod. Dan għandu jkun implimentat permezz ta" sejħiet għal proposti "mill-qiegħ" miftuħa għall-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija mingħajr preferenza għal ebda qasam.
Emenda 27 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.2., paragrafu 2, inċiż 1
– sejħiet "mill-
qiegħ" biex jintensifikaw il-koordinament reċiproku u l-ġbir ta" riżorsi fost l-operaturi ta" l-infrastrutturi bil-għan li jħeġġu kultura ta" kooperazzjoni
bejniethom. dawn
l-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-istrutturazzjoni aħjar, fuq skala Ewropea, tal-mod kif l-infrastrutturi ta' riċerka joperaw, fit-tħeġġiġ ta" l-iżvilupp konġunt tagħhom f'termini ta' kapaċità u rendiment
, u biex jinġieb 'il quddiem l-użu koerenti u interdixxiplinarju tagħhom
– sejħiet "mill-
qiegħ" biex jintensifikaw il-koordinament reċiproku u l-ġbir ta" riżorsi fost l-operaturi ta" l-infrastruttura bil-għan li jħeġġu kultura ta" koperazzjoni
bejniethom. Dawn
l-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-istrutturazzjoni aħjar, fuq skala Ewropea, tal-mod kif joperaw l-infrastrutturi ta' riċerka u biex jagħmluha iktar ċara lil utenti potenzjali kif joperaw u l-kondizzjonijiet ta" aċċess
, għat-tħeġġiġ ta" l-iżvilupp konġunt tagħhom f'termini ta' kapaċità u prestazzjoni
, u biex jinġieb 'il quddiem l-użu koerenti u interdixxiplinarju tagħhom;
Emenda 74 Anness I, parti 1, sottotitolu 'L-Infrastrutturi ta" Riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2, inċiż 2
– "sejħiet immirati" meta dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jkunu ta" benefiċċju ċar għas-sostenn ta' infrastrutturi ta' riċerka potenzjalment importanti fuq medda ta' żmien twil, kif ukoll jitħaffef l-istabbiliment tagħhom fuq il-livell ta' UE.. Se jitwettqu f'kooperazzjoni
mill-qrib ma' l-attivitajiet li jkunu qed isiru fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu fuq il-livell Ewropew fi ħdan il-qafas ta' l-UE jkunu jaqdu l-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fil-qasam rispettiv. Diġà jistgħu jkunu identifikati s-setturi għal użu u tisħiħ aħjar ta" l-infrastrutturi Ewropej eżistenti, li jaqdu l-ħtiġijiet strateġiċi fuq medda ta' żmien twil tal-partijiet interessati ta" l-ambjent akkademiku, pubbliku u industrijali u tas-soċjetà ġenerali, bħax-xjenzi tal-ħajja u l-applikazzjonijiet tagħhom, it-teknoloġiji ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp tar-riċerka industrijali inkluża l-metroloġija, is-sostenn għall-iżvilupp sostenibbli u partikolarment fil-qasam ta' l-ambjent, u għax-xjenzi soċjali u umanistiċi.
– "sejħiet immirati" meta dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jkunu ta" benefiċċju ċar għas-sostenn ta' infrastrutturi ta' riċerka potenzjalment importanti fuq medda ta' żmien twil, kif ukoll jitħaffef l-istabbiliment tagħhom fuq il-livell ta' UE.. Se jitwettqu f'koperazzjoni
mill-qrib ma' l-attivitajiet li jkunu qed isiru fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu fuq il-livell Ewropew fi ħdan il-qafas ta' l-UE jkunu jaqdu l-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fil-qasam rispettiv. Diġà jistgħu jkunu identifikati s-setturi għal użu u tisħiħ aħjar ta" l-infrastrutturi Ewropej eżistenti, li jaqdu l-ħtiġijiet strateġiċi fuq medda ta' żmien twil tal-partijiet interessati ta" l-ambjent akkademiku, pubbliku u industrijali u tas-soċjetà ġenerali, bħax-xjenzi tal-ħajja u l-applikazzjonijiet tagħhom, b'mod partikulari l-infrastrutturi tar-riċerka klinika/netwerks għal mard pedjatriku,
it-teknoloġiji ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp tar-riċerka industrijali inkluża l-metroloġija, is-sostenn għall-iżvilupp sostenibbli u partikolarment fil-qasam ta' l-ambjent, u għax-xjenzi soċjali u umanistiċi.
Emenda 28 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.3., paragrafu 1
It-twaqqif ta" l-e-Infrastructures jipprovdi servizzi kostanti
lill-komunitajiet ta" riċerka bbażati fuq proċessi kumplessi
maħsuba biex tgħaddi l-poter tar-riżorsi distribwiti bbażati fuq it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni
(komputazzjoni, konnessjoni, strumenti) lill-komunitajiet virtwali. It-tisħiħ ta" strateġija Ewropea u ta" attivitajiet Ewropej relatati f'dan is-settur jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għat-tqawwija
tal-potenzjal tar-riċerka Ewropea u ta" l-isfruttament tiegħu, għat-tisħiħ ta" l-e-Infrastructures bħala s-sisien taż-Żona
Ewropea tar-Riċerka, "prekursur" ta" l-innovazzjoni interdixxiplinarja u mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza. Tista" wkoll tagħti kontribut
għall-integrazzjoni tat-timijiet ta" riċerka mir-reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda.
L-użu ta" l-e-Infrastructures jipprovdi servizzi essenzjali
lill-komunitajiet ta" riċerka bbażati fuq proċessi maħsuba biex jgħaddu l-poter tar-riżorsi distribwiti bbażati fuq it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni
(komputazzjoni, konnessjoni, strumenti) lill-komunitajiet virtwali. It-tisħiħ ta" strateġija Ewropea u ta" attivitajiet Ewropej relatati f'dan is-settur jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għat-tisħiħ
tal-potenzjal tar-riċerka Ewropea u ta" l-isfruttament tiegħu, għat-tisħiħ ta" l-e-Infrastructures bħala s-sisien taz-Zona
Ewropea tar-Riċerka, "prekursur" ta" l-innovazzjoni interdixxiplinarja u mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza. Huwa essenzjali wkoll
għall-integrazzjoni tat-timijiet ta" riċerka mir-reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda bl-użu ta' dan il-proċess
.
Emenda 29 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.3., paragrafu 3
Se jkun meħtieġ is-sostenn koordinat ta" libreriji diġitali, arkivji, ħażna tat-tagħrif
, ġestjoni tat-tagħrif
u l-ġbir meħtieġ ta" riżorsi, fuq livell Ewropew, sabiex l-arkivji tat-tagħrif
jiġu organizzati għall-komunità xjentifika u għall-ġenerazzjonijiet ta" xjenzjati tal-ġejjieni. Se jkunu indirizzati l-aspetti ta" affidabilità u fiduċja mtejba fl-e-Infrastructures.
L-attivitajiet proposti se jimmiraw ukoll għall-antiċipazzjoni u l-integrazzjoni ta' rekwiżiti u soluzzjonijiet ġodda sabiex jgħinu l-ħolqien ta" test-beds
fuq skala wiesgħa maħsuba għall-esperimentazzjoni fuq teknoloġiji ġodda li jfixklu u biex jindirizzaw rekwiżiti ġodda ta" l-utenti, inkluż l-e-learning.
L-eIRG (e-Infrastructure Reflection Group)
se jgħin fuq bażi regolari b'rakkomandazzjonijiet strateġiċi.
Ikun meħtieġ li jiġu sostnuti b'mod koordinat libreriji diġitali (bil-għan li tinħoloq Librerija Diġitali Ewropea)
, arkivji, il-ħżin tad-dejta
, l-immaniġġjar ta' dejta
u l-ġbir meħtieġ ta" riżorsi, fuq livell Ewropew, sabiex l-arkivji tad-dejta
jiġu organizzati għall-komunità xjentifika u għall-ġenerazzjonijiet ta" xjenzjati tal-ġejjieni. Ikunu indirizzati l-aspetti ta" affidabilità u fiduċja mtejba fl-e-Infrastructures, filwaqt li jitqies il-fatt li ġenerazzjonijiet futuri jridu jkunu jistgħu jkollhom aċċess għad-dejta
. L-attivitajiet proposti se jimmiraw ukoll għall-antiċipazzjoni u l-integrazzjoni ta' rekwiżiti u soluzzjonijiet ġodda sabiex jgħinu l-ħolqien ta" test-beds
fuq skala wiesgħa maħsuba għall-esperimentazzjoni fuq teknoloġiji ġodda li jfixklu u biex jindirizzaw rekwiżiti ġodda ta" l-utenti, inkluż l-e-learning.
L-eIRG (e-Infrastructure Reflection Group) se jgħin fuq bażi regolari b'rakkomandazzjonijiet strateġiċi.
Emenda 30 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2, paragrafu 1 a (ġdid)
ESFRI kif ukoll pjattaformi ta" teknoloġija, inizjattivi teknoloġiċi konġunti u l-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jintalbu biex jiddikjaraw b'mod espliċitu l-ħtiġijiet tagħhom għal infrastruttura ta" riċerka.
Emenda 31 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2., paragrafu 1 u paragrafu 2, parti introduttorja
Sabiex jinġieb 'il quddiem il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka bbażati fuq ix-
xogħol imwettaq mill-ESFRI dwar l-iżvilupp ta' rotta Ewropea
għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda. Il-Kummissjoni se tidentifika
proġetti prijoritarji
li għalihom tista" tingħata għajnuna possibbli ta" l-UEtaħt il-Programm ta" Qafas
.
Sabiex jinġieb 'il quddiem il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka skond il-prinċipju ta" "ġeometrija varjabbli" li jinkludi b'mod speċjali ix-
xogħol imwettaq mill-ESFRI dwar l-iżvilupp ta' pjan direzzjonali (roadmap) Ewropew
għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda. Il-programm ta" ħidma jinkludi
proġetti ta" prijoritàmagħżula
li għalihom tista" tingħata għajnuna possibbli tal-KE
.
L-attività li għandha x'taqsam mal-kostruzzjoni ta" infrastrutturi ġodda se tkun implimentata fi strateġija magħmula minn żewġ stadji:
L-attività li għandha x'taqsam mal-kostruzzjoni ta" infrastrutturi ġodda se tkun implimentata fi strateġija magħmula minn żewġ stadji fuq il-bażi ta" lista ta" kriterji stipulati fil-Programm ta" Qafas
:
Emenda 32 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2, paragrafu 2, bulit 2
Fit-tieni stadju, il-pjanijiet ta" kostruzzjoni se jkunu implimentati bil-bini fuq il-ftehimiet tekniċi, legali, amministrattivi u finanzjarji miksuba, primarjament bl-użu tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti nazzjonali u dawk Komunitarji (bħall-Fondi Struttuali jew il-Bank Ewropew għall-
Investiment). The Framework Programme financial support for the construction phase may be provided to those priority projects for which there is a critical need for such support. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu permezz ta" mekkaniżmu li se jiddependi fuq in-natura u l-livell ta" finanzjament meħtieġ (eż. għotja diretta, self mill-Bank Ewropew għall-
Investiment, li l-aċċess għalih jista" jkun iffaċilitat mill-Faċilità ta" Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju [Risk Sharing Finance Facility] (Anness III),
Artikolu 171.)
Fit-tieni stadju, il-pjanijiet ta" kostruzzjoni jkunu implimentati bil-bini fuq il-ftehimiet tekniċi, legali, amministrattivi u finanzjarji miksuba, primarjament bl-użu tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti nazzjonali u dawk Komunitarji (bħall-Fondi Struttuali jew il-Bank Ewropew ta" l-
Investiment) bl-involviment ta" l-istituzzjonijiet finanzjarji privati xierqa
. L-appoġġ finanzjarju tal-Programm ta" Qafas għall-fażi ta" kostruzzjoni
jista" jkun
ipprovdut lil dawk il-proġetti ta" prijorità
li għalihom hemm ħtieġa kruċjali għal dan l-appoġġ. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu permezz ta" mekkaniżmu li se jiddependi fuq in-natura u l-livell ta" finanzjament meħtieġ (eż. għotja diretta, self mill-Bank Ewropew ta" l-
Investiment, li l-aċċess għalih jista" jkun iffaċilitat mill-Faċilità ta" Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju [Risk Sharing Finance Facility] (Anness III,
Artikolu 171.)
Emenda 33 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2 a (ġdid)
1.2.2.a Ċentri ta" "Innovazzjoni Miftuħa" Biex ikun permess it-twettiq ta" proġetti ta" l-R&D industrijali u kollaborattivi ewlenin f'sit wieħed, b'sieħba fil-konsorzju jissekondaw l-istaff tagħhom f'impjiegi temporanji u/jew jipprovdu aċċess miftuħ għal infrastrutturi u servizzi ta" riċerka fuq il-bażi ta" qsim ta" faċilitajiet.
Emenda 34 Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2 b (ġdid)
1.2.2.b Il-qsim ta" riżultati ta" riċerka Sabiex ikun stabbilit "Server ta' Metodi Xjentifiċi" li jagħmel kontribut sinifikanti fl-effiċjenza ta" metodi ta" riċerka billi jagħmel ir-riżultati ta" ċerti passi ta" riċerka aċċessibbli f'kondizzjonijiet komparabbli.
Se jkunu implimentati azzjoni
speċifiċi biex jgħinu l-SMEs
u għaqdiet ta" SMEs
fil-bżonn li jqabbdu lil universitajiet u
ċentri ta" riċerka biex jagħmlu r-riċerka (operaturi ta" l-RTD)
. Dawn l-azzjonijiet se jitwettqu fil-firxa sħiħa tal-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija. L-evalwazzjoni tal-proposti ta" proġetti se jqisu debitament
l-impatt ekonomiku mistenni għall-SMEs
. Il-mezzi finanzjarji jiġu
allokati permezz ta' żewġ skemi: Riċerka għall-SMEs
u Riċerka għall-għaqdiet ta" SMEs
. L-ewwel hija maħsuba prinċipalment għal SMEs b'livell teknoloġiku minn baxx għal medju bi ftit ħila ta' riċerka jew mingħajrha, iżda wkoll għal SMEsbi grad għoli ta" attività ta" riċerka
li jeħtiġilhom iqabbdu lil ħaddieħor jagħmel ir-riċerka biex jikkomplementaw il-qofol tal-kapaċità ta' riċerka tagħhom. It-tieni hija maħsuba għal għaqdiet ta" SMEs
li normalment huma f'qagħda aħjar li jsiru jafu u
jidentifikaw problemi tekniċi komuni tal-membri tagħhom, li jaġixxu f'isimhom, u li jġibu 'l quddiem it-tixrid u t-twettiq tar-riżultati.
Ikunu implimentati azzjonijiet speċifiċi biex jgħinu l-SMEs u għaqdiet ta" SMEs fil-bżonn li jqabbdu lil "operaturi tal-RTD" bħal
universitajiet,
ċentri ta" riċerka u SMEs bi grad għoli ta" attività ta" riċerka
biex jagħmlu r-riċerka. Dawn l-azzjonijiet se jitwettqu fil-firxa sħiħa tal-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija. L-evalwazzjoni tal-proposti ta" proġetti se jqisu b'mod xieraq
l-impatt ekonomiku mistenni għall-SMEs. Il-mezzi finanzjarji se jiġu
allokati permezz ta' żewġ skemi: Riċerka għall-SMEs u Riċerka għall-għaqdiet ta" SMEs. L-ewwel hija maħsuba prinċipalment għal SMEs b'livell teknoloġiku minn baxx għal medju bi ftit ħila ta' riċerka jew mingħajrha, iżda wkoll għal SMEs b'kapaċitajiet teknoloġiċi u mis-setturi tradizzjonali
li jeħtiġilhom iqabbdu lil ħaddieħor jagħmel ir-riċerka biex jikkomplementaw il-qofol tal-kapaċità ta' riċerka teknoloġika
tagħhom. It-tieni hija maħsuba għal għaqdiet ta" SMEs li normalment huma f'qagħda aħjar li jsiru jafu jew
jidentifikaw problemi tekniċi komuni tal-membri tagħhom, li jaġixxu f'isimhom, u li jġibu 'l quddiem it-tixrid u t-twettiq tar-riżultati.
Minbarra dawn l-azzjonijiet speċifiċi, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs matul il-Programm ta" Qafas se tiġi mħeġġa u ffaċilitata. Il-ħtiġijiet u l-potenzjal tar-riċerka ta' l-SMEs jitqiesu debitament fl-iżvilupp tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi tal-programm "kooperazzjoni
", li se jkunu implimentati permezz ta' proġetti ta' daqs u ambitu differenti skond il-qasam u t-tema.
Minbarra dawn l-azzjonijiet speċifiċi, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs matul il-Programm ta" Qafas se tiġi mħeġġa u ffaċilitata. B'mod partikulari, il-proċeduri amministrattivi għall-SMEs isiru eħfef u iżjed ċari u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-SMEs li jibbenefikaw mill-Programm ta' Qafas.
Il-ħtiġijiet u l-potenzjal tar-riċerka ta' l-SMEs jitqiesu debitament fl-iżvilupp tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi tal-programm "koperazzjoni"
, li se jkunu implimentati permezz ta' proġetti ta' daqs u ambitu differenti skond il-qasam u t-tema.
Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, għandhom jittieħdu miżuri sabiex titħaffef il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs b'mod individwali jew f'raggruppamenti fi proġetti konnessi mat-temi ta' prijorità tal-programm "Koperazzjoni" u fi pjattaformi teknoloġiċi.
Fil-finanzjament ta' proġetti li jinvolvu l-SMEs, għandhom isiru sforzi sabiex tiġi żgurata l-akbar kontribuzzjoni possibbli mill-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità, inklużi l-EIB u l-EIF.
During the implementation of the Community RTD
Framework Programme, complementarity and synergy will be ensured with the actions of the Competitiveness and Innovation Framework Programme to encourage and facilitate the participation of SMEs in the Community RTD
Framework Programme.
Matul l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas, il-komplementarjetà u s-sinerġija se jkunu garantiti bl-azzjonijiet tal-Programm ta" Qafas għall-Kompetittività u Innovazzjoni sabiex
il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs tkun imħeġġa u ffaċilitata fil-Programm ta' Qafas. Titfittex koordinazzjoni ukoll mal-programmi ta' riċerka nazzjonali rilevanti, li jikkumplimentaw l-attivitajiet ta' riċerka mfissra hawn taħt. B'dan il-għan, tista" tingħata kunsiderazzjoni ukoll għall-implimentazzjoni konġunta possibbli tal-programmi ta" l-iżvilupp teknoloġiku immirati lejn l-SMEs taħt il-EUREKA sabiex iħeġġu proġetti innovatorji mmirati lejn il-ħtiġijiet tas-suq. Għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin:
- it-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fil-Programm ta' Qafas u t-tħaffif ta' l-aċċess tagħhom għalih; u,
- l-iżgurar li l-SMEs jieħdu vantaġġ b'mod sħiħ mill-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli taħt il-Programm ta' Qafas.
Għandhom jiġu introdotti proġetti sempliċi, qosra u ta' proċedura ħafifa li ma jinvolvux prinċipji finanzjarji kumplessi jew rapportar mhux meħtieġ. Applikazzjoni komuni u prinċipji kuntrattwali se jiġu applikati kemm fil-Programm ta' Qafas u kemm fil-Programm ta" Qafas għall-Kompetittività u Innovazzjoni, fejn ikun possibbli.
Emenda 38 Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs', intestatura 'Strateġija', paragrafu 4 a (ġdid)
Jiddaħħlu ukoll mekkaniżmi għall-koperazzjoni mal-programmi ta" appoġġ R&D nazzjonali u reġjonali għall-SMEs, bil-mira li jiġi provdut servizz aktar lokali mfassal għall-ħtiġijiet tagħhom u sabiex isaħħu l-massa kritika u d-dimensjoni Ewropea tad-diversi skemi ta" appoġġ nazzjonali.
Din l-iskema tagħti appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari. Il-proġetti, li huma għal żmien relattivament qasir, kienu msejsa fuq il-ħtiġijiet innovattivi ta" l-SMEs li jqabbdu operaturi ta" l-RTD jagħmlu r-riċerka u għandhom juru potenzjal ta" sfruttament ċar għall-SMEs ikkonċernati.
Din l-iskema tagħti appoġġ lill-kriterju ta'
gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi u intrapriżi tas-snajja'
sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari u jagħtihom appoġġ f'dan ix-xogħol
. Il-proġetti, li huma għal żmien relattivament qasir, kienu msejsa fuq il-ħtiġijiet innovattivi ta" l-SMEs li jqabbdu operaturi ta" l-RTD jagħmlu r-riċerka u għandhom juru potenzjal ta" sfruttament ċar għall-SMEs ikkonċernati.
Emenda 40 Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 2 a (ġdid)
Riċerka għall-gruppi żgħar ta" SMEs. Biex jingħata appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innobvattivi ħalli jsolvu problemi teknoloġiċi komuni jew kumplementari, permezz tal-Programm ta' Qafas u/jew skemi ta' finanzjament intergovernattivi, bħall-inizjattivi JEREMIE u JASPER tal-Kummissjoni, ta' l-EIB u ta' tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD).
Emenda 41 Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju ta" l-SMEs', intestatura 'Attivitajiet', sotto intestatura 'Aspetti komuni ta" l-iskemi', inċiż 3 a (ġdid)
-Sabiex jiġi stimulat l-R&D fl-SMEs li jagħmlu r-riċerka u li jkollhom potenzjal kbir ta' tkabbir fuq bażi sostenibbli, il-Kummissjoni tista' wkoll tressaq proposta għal inizjattiva ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat b'koperazzjoni ma' l-EUREKA (eżempju, l-inizjattiva Eurostars).
"Ir-Reġjuni ta" l-Għarfien" jimmira għas-sostenn tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta" l-aħjar politika u strateġiji għall-iżvilupp tar-raggruppamenti mmexxija mir-riċerka u żvilupp. Se jtejjeb partikolarment
ir-rilevanza u l-effettività ta' l-aġendi reġjonali ta' riċerka permezz ta' tagħlim reċiproku; promote and strengthen cooperation between clusters;
and contribute to strengthening the sustainable development of existing R&D driven clusters as well as foster the creation of new ones. Se jiġi pprovdut sostenn partikolarment
lill-proġetti mmexxija mid-domanda u orjentati lejn il-problemi billi oqsma u setturi teknoloġiċi speċifiċ
jkunu indirizzati.
"Ir-Reġjuni ta" l-Għarfien" jimmira għas-sostenn tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta" l-aħjar politika u strateġiji għall-iżvilupp tar-raggruppamenti mmexxija mir-riċerka u żvilupp. Se jtejjeb partikularment
ir-rilevanza u l-effettività ta' l-aġendi reġjonali ta' riċerka permezz ta' tagħlim reċiproku, jippromwovi u jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn ir-raggruppamenti u jikkontribwixxi għat-tisħiħ l-iżvilupp sostenibbli tar-raggruppamenti mmexxijin mir-riċerka u żvilupp kif ukoll tistimula l-ħolqien ta' oħrajn ġodda. Se jiġi pprovdut sostenn partikularment
lill-proġetti mmotivati mid-domanda u orjentati lejn il-problemi billi jkunu indirizzati oqsma u setturi teknoloġiċi speċifiċi
, b'mod partikulari fejn dawn diġà wrew integrazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali, l-aġenziji ta" l-iżvilupp, l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u l-industrija.
Emenda 43 Anness I, sottotitolu 'Reġjuni ta" l-għarfien', intestatura 'Strateġija', paragrafu 4 a (ġdid)
Trid tingħata attenzjoni b'mod speċifiku għal koperazzjoni bejn reġjuni ta' fruntieri adjaċenti fi Stati Membri differenti. Bħall-programmi INTERREG III fl-UE, u fuq il-bażi ta' l-objettiv territorjali tal-Fondi Strutturali, il-programm Reġjuni ta' l-Għerf għandu jinkorpora fih ukoll soluzzjonijiet għal problemi transkonfinali u mekkaniżmi li jinkuraġġixxu koperazzjoni reġjonali transkonfinali fil-qasam tar-riċerka, irrispettivament jekk l-azzjonijiet jaqgħux taħt objettiv ta' konverġenza jew ta' kompetittività reġjonali.
"Tutorat" ta" reġjuni bi profil ta" riċerka anqas żviluppat minn reġjuni żviluppati ħafna permezz tat-twaqqif ta" raggruppamenti orjentati lejn ir-riċerka u żvilupp. Il-konsorzji reġjonali transnazzjonali se jimmobilitaw u jassoċjaw atturi tar-riċerka fl-universitajiet, fl-industrija u fil-gvern sabiex jagħtu soluzzjonijiet ta" "gwida" ma" u għal reġjuni teknoloġikament anqas żviluppati.
"Mentoring"
ta" reġjuni bi profil ta" riċerka anqas żviluppat minn reġjuni żviluppati ħafna permezz tat-twaqqif ta" raggruppamenti orjentati lejn ir-riċerka u żvilupp jew permezz ta' integrazzjoni aħjar ta" raggruppamenti eżistenti fis-suq globali
. Il-konsorzji reġjonali transnazzjonali se jimmobilitaw u jassoċjaw atturi tar-riċerka fl-universitajiet, fl-industrija u fil-gvern sabiex jagħtu soluzzjonijiet ta" "gwida" ma" u għal reġjuni teknoloġikament anqas żviluppati. Arranġamenti ta' mentoring iridu jinkludu miżuri sabiex tinkiseb kollaborazzjoni eqreb mal-komunitajiet xjentifiċi ta' l-Istati Membri l-ġodda.
•
Inizjattivi għat-titjib ta" l-integrazzjoni ta" l-atturi u istituzzjonijiet tar-riċerka f'ekonomija reġjonali, permezz ta' l-interazzjonijiet fuq livell ta' raggruppament. Dawn se jinkludu attivitajiet transnazzjonali għat-titjib tar-rabtiet bejn l-partijiet interessati fir-riċerka u l-komunitajiet kummerċjali lokali kif ukoll l-attivitajiet relevanti bejn ir-raggruppamenti.
•
Inizjattivi għat-titjib ta" l-integrazzjoni ta" l-atturi u istituzzjonijiet tar-riċerka f'ekonomija reġjonali, permezz ta' l-interazzjonijiet fuq livell ta' raggruppament. Dawn se jinkludu attivitajiet transnazzjonali għat-titjib tar-rabtiet bejn l-partijiet interessati fir-riċerka u l-komunitajiet kummerċjali lokali kif ukoll l-attivitajiet relevanti bejn ir-raggruppamenti. Dawn l-attivitajiet jistgħu jgħinu jidentifikaw il-kumplimentarjetajiet fl-RDT, bil-għan li juru l-vantaġġi ta" l-integrazzjoni.
Se jingħata wkoll sostenn lill-attivitajiet għall-promozzjoni ta' skambju sistematiku reċiproku ta' informazzjoni kif ukoll l-interazzjonijiet bejn proġetti simili u fejn hu xieraq, ma' azzjonijiet ta' programmi Komunitarji relevanti oħra (eż. laqgħat ta' ħidma għall-analiżi u s-sinteżi, assemblej għad-diskussjoni (round-tables), pubblikazzjonijiet).
Se jingħata wkoll sostenn lill-attivitajiet għall-promozzjoni ta' skambju sistematiku reċiproku ta' informazzjoni kif ukoll l-interazzjonijiet bejn proġetti simili u fejn hu xieraq, ma' azzjonijiet ta' programmi Komunitarji relevanti oħra (eż. laqgħat ta' ħidma għall-analiżi u s-sintesi, assemblei għad-diskussjoni, round-tables, pubblikazzjonijiet) u l-involviment ta" pajjiżi terzi fejn dan huwa essenzjali għall-objettivi tal-proġett
.
l-iskambju ta" l-għarfien espert u ta' esperjenza permezz ta" trasferiment temporanju reċiproku ta' staff ta' riċerka bejn iċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw, u organizzazzjoni(jiet) oħra assoċjata/i minn pajjiż(i) ieħor/oħrajn fi Stat ieħor ta" l-UE, b" mekkaniżmi obbligatorji awtomatiċi ta" ritorn ta' l-istaff misluf li ġej miċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw
• L-iskambju ta" l-għerf
espert u ta' esperjenza permezz ta" trasferiment transnazzjonali u reċiproku ta' staff ta' riċerka u ta' amministraturi
bejn iċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw, u organizzazzjoni(jiet) oħra assoċjata/i fi Stat Membru
, pajjiż assoċjat, pajjiż ġar jew pajjiż terz
, b'mekkaniżmi obbligatorji awtomatiċi ta" ritorn ta' l-istaff misluf li ġej miċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw;
· L-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma u konferenzi biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' għarfien f'livell nazzjonali u internazzjonali li jinvolvi kemm l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula kif ukoll ir-riċerkaturi mistiedna, minn pajjiżi oħra fil-qafas ta" l-iżvilupp tal-kapaċità ta" taħriġ u r-reputazzjoni internazzjonali taċ-ċentri magħżula; il-parteċipazzjoni ta'l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula taħt l-iskema f'konferenzi internazzjonali jew avvenimenti ta" taħriġ għal żmien qasir, għall-qsim ta" l-għarfien, il-bini tan-networking u biex jesponu rwieħhom
għal ambjent iżjed internazzjonali;
· L-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma u konferenzi biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' għarfien f'livell nazzjonali u internazzjonali li jinvolvi kemm l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula kif ukoll ir-riċerkaturi mistiedna, minn pajjiżi oħra fil-qafas ta" l-iżvilupp tal-kapaċità ta" taħriġ u r-reputazzjoni internazzjonali taċ-ċentri magħżula; il-parteċipazzjoni ta'l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula taħt l-iskema f'konferenzi internazzjonali jew avvenimenti ta" taħriġ għal żmien qasir, għall-qsim ta" l-għarfien, il-bini tan-networking u biex jesponu ruħhom
għal ambjent iżjed internazzjonali;
Emenda 49 Anness I, sottotitolu 'Ix-xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Objettiv', paragrafu 1 a (ġdid)
L-għarfien xjentifiku u l-iżvilupp soċjali se jinfluwenzaw lil xuxlin, b'mod partikulari fil-qasam tal-politika ambjentali. Barra minn dan, bħala kontro-argument għall-argumenti irrazzjonali u psewdo-xjentifiċi mressqin f'dibattiti pubbliċi, se jintużaw iżjed elementi kwantitattivi.
Il-parti l-kbira ta" l-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej tiddependi fuq il-ħila ta" dawn ta' l-aħħar li joħolqu, jisfruttaw u jxerrdu l-għarfien u, minn hemm, ma jaqtgħu qatt mit-tiġdid. Ir-riċerka xjentifika għandha rwol kbir f'dan ir-rigward, u dan għandu jissokta billi huwa wieħed mill-muturi għall-promozzjoni tat-tkabbir, il-benessri, u l-iżvilupp sostenibbli.
Il-parti l-kbira ta" l-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej tiddependi fuq il-ħila ta" dawn ta' l-aħħar li joħolqu, jisfruttaw u jxerrdu l-għarfien u, minn hemm, ma jaqtgħu qatt mit-tiġdid. L-għerf ġdid jiżviluppa madwar is-soċjetà kollha, iżda rwol prinċipali fil-ħolqien tiegħu huwa tat-"triangolu ta' l-għerf': ir-riċerka', l-edukazzjoni, l-innovazzjoni.
Ir-riċerka xjentifika għandha rwol kbir f'dan ir-rigward, u dan għandu jissokta billi huwa wieħed mill-muturi għall-promozzjoni tat-tkabbir, il-benessri, u l-iżvilupp sostenibbli.
Biex jinkiseb dan l-għan, huwa assolutament importanti li jinħoloq ambjent soċjali u kulturali li jwassal għal riċerka ta" suċċess u ta" sfruttament. Dan ifisser li tħassib u ħtiġijiet leġittimi tas-soċjetà jintlaqgħu, li għalihom jeħtieġ dibattitu demokratiku msaħħaħ b'pubbliku aktar impenjat u infurmat, kif ukoll kundizzjonijiet mtejba għall-għażliet kollettivi dwar kwistjonijiet xjentifiċi. Għandu jwaqqaf ukoll klima favorevoli għas-sejħiet għal xogħolijiet xjentifiċi, żieda ġdida fl-investimenti fir-riċerka u t-tixrid sussegwenti ta" l-għarfien li fuqu l-istrateġija
ta" Liżbona hija mibnija.
Biex jinkiseb dan l-għan, huwa assolutament importanti li jinħoloq ambjent soċjali u kulturali li jwassal għal riċerka ta" suċċess u ta" sfruttament. Dan ifisser li tħassib u ħtiġijiet leġittimi tas-soċjetà jintlaqgħu, li għalihom jeħtieġ dibattitu demokratiku msaħħaħ b'pubbliku aktar impenjat u infurmat, kif ukoll kundizzjonijiet mtejba għall-għażliet kollettivi dwar kwistjonijiet xjentifiċi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jitħallew iqabbdu entitajiet barranin biex jagħmlu l-ħtiġijiet tar-riċerka.
Għandu jwaqqaf ukoll klima favorevoli għas-sejħiet għal xogħolijiet xjentifiċi, żieda ġdida fl-investimenti fir-riċerka u t-tixrid sussegwenti ta" l-għarfien li fuqu l-Istrateġija ta" Liżbona hija mibnija. Din l-attività tfittex ukoll li ġġib l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fid-dinja xjentifika. Kwistjonijiet konnessi max-'xjenza u s-soċjetà' (bħar-relazzjoni bejn it-teknoloġija, l-impjiegi u l-post tax-xogħol jew l-għażliet ewlenin fil-qasam ta' l-enerġija, l-ambjent u s-saħħa), jeħtieġu jieħdu dimensjoni Ewropea dejjem akbar.
timla l-vojt bejn dawk li għandhom edukazzjoni xjentifika u dawk li ma għandhomx, tippromwovi interess għall-kultura xjentifika fl-ambjent dirett taċ-ċittadini kollha (permezz ta' bliet, reġjuni, fondazzjonijiet, ċentri xjentifiċi, eċċ.)
- timla l-vojt bejn dawk li għandhom edukazzjoni xjentifika u dawk li ma għandhomx, tippromwovi interess għall-kultura xjentifika fl-ambjent dirett taċ-ċittadini kollha (permezz ta' bliet, reġjuni, fondazzjonijiet, ċentri xjentifiċi, mużewijiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili,
eċċ.)
Emenda 53 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 4 a (ġdid)
- tħeġġeġ id-dibattitu u d-diskussjoni fil-komunità tar-riċerka dwar l-aspetti soċjali tar-riċerka,
Emenda 54 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 4 b (ġdid)
- l-esplorazzjoni ta' modi ta' kif is-sistema Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni titmexxa aħjar
,
toħloq stampa tax-xjenza u tar-riċerkaturi li tinftiehem minn kulħadd, l-aktar miż-żgħażagħ
- turi lix-xjenza u lir-riċerkaturi bħala li tista' toqgħod fuqhom u
tipprovdi stampa tax-xjenza u tar-riċerkaturi li tinftiehem minn kulħadd, l-aktar miż-żgħażagħ,
tirrinnova
l-komunikazzjoni xjentifika, billi tiffavorixxi mezzi moderni għall-ksib ta" impatt akbar, tgħin ix-xjenzjati
jaħdmu b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-professjonisti tax-xandir.
- tirrinova
l-komunikazzjoni xjentifika, billi tiffavorixxi mezzi moderni għall-ksib ta" impatt akbar, tgħin ix-xjenzati
jaħdmu b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-professjonisti tax-xandir, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-ICT l-ġodda
.
Emenda 58 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 8 a (ġdid)
– tikkollabora ma" inizjattivi ta" l-iżvilupp ta' mediċinali mhux għal skop ta' profitt.
Emenda 59 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', subtitolu 'L-ewwel linja ta' azzjoni:', bulit 1, inċiż 1
titjib fl-użu, u l-monitoraġġ ta" l-impatt, tal-konsulenza xjentifika u l-għarfien espert dwar it-tfassil tal-politika fl-Ewropa, u l-iżvilupp ta" għodod u skemi prattiċi (eż. netwerks elettoniċi)
- għajnuna f'taħriġ kontinwu u ta' aġġornament għall-professjonisti u l-uffiċjali li jamministraw programmi ta' għajnuna u riċerka fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom, f'ħidma biex jinkisbu metodi uniformi u l-familjarità ma' l-aqwa prattika
Emenda 60 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'L-ewwel linja ta" azzjoni: ', bulit 1, inċiż 2
il-promozzjoni tal-fiduċja u l-awtoregolazzjoni fil-komunità xjentifika
– il-promozzjoni tal-leġittimità demokratika
, tal-fiduċja u ta' l-awtoregolazzjoni fil-komunità xjentifika, li terġa' tiddefinixxi u xxerred il-kriterji bażiċi għas-salvagwardji xjentifiċi
Emenda 61 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'L-ewwel linja ta" azzjoni: ', bulit 2, inċiż 2 a (ġdid)
-Enfasi ikbar fuq id-diskussjoni fil-komunità tar-riċerka dwar l-aspetti soċjali tar-riċerka.
Emenda 62 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'L-ewwel linja ta" azzjoni:', bulit 3
Sabiex ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà tkun indirizzata permezz ta" politika soda, l-għarfien miġbur fl-istorja, soċjoloġija u filosofija tax-xjenzi għandu jitwessa', ikkonsolidat u mxerred fuq livell Ewropew. Għal dan il-għan, l-istudjużi minn dawn id-dixxiplini għandhom jiffurmaw netwerks sabiex ir-riċerka u d-dibattiti li kapaċi jikxfu l-parteċipazzjoni reali tax-xjenza fil-bini tas-soċjetà u identità Ewropea jkunu strutturati.
Sabiex ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà tkun indirizzata permezz ta" politiki sodi, l-għerf
miġbur matul il-korsta" l-
istorja, fil-wirt xjentifiku u teknoloġiku u fis-
soċjoloġija u l-filosofija tax-xjenzi għandu jitwessa', ikkonsolidat u jinxtered fuq livell Ewropew. Għal dan il-għan, l-istudjużi minn dawn id-dixxiplini għandhom jiffurmaw netwerks sabiex ir-riċerka u d-dibattiti li kapaċi jikxfu u jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar
il-parteċipazzjoni reali tax-xjenza fil-bini tas-soċjetà u ta' identità Ewropea jkunu strutturati, b'enfasi partikolari:
Ir-rabtiet bejn ix-xjenza, id-demokrazija u l-liġi
- Ir-rabtiet bejn ix-xjenza, id-demokrazija u l-liġi
Ir-riċerka dwar l-etika fix-xjenza u t-teknoloġija
- Ir-riċerka dwar l-etika fix-xjenza u t-teknoloġija
L-influwenza reċiproka tax-xjenza u l-kultura
- L-influwenza reċiproka tax-xjenza u l-kultura
Ir-rwol u d-dehra tax-xjenzjati
- L-irwol u d-dehra ta"l-irġiel u n-nisa fix-xjenza
-L-evalwazzjoni tar-riskju u l-proċeduri ta' l-amministrazzjoni bħala għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex jiġu limitati r-reazzjonijiet irrazzjonali mis-soċjetà
- Metodi li bihom ix-xjenza tkun tista" tinftiehem aktar mis-soċjetà u li bihom tħeġġeġ id-dibattitu pubbliku.
Emenda 63 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', subtitolu 'It-Tieni linja ta' azzjoni:', bulit 2, parti introduttorja
L-attivitajiet huma maħsuba biex jiġbdu iktar nies fil-karrieri xjentifiċi, iħeġġu rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet, u jgħollu l-livell ta" litteriżmu xjentifiku f'livell ġenerali. L-iskambji u l-kooperazzjoni
fuq livell Ewropew se jiffukaw fuq metodi ta" tagħlim ta" suġġetti xjentifiċi adatti għal pubbliku ta" żgħażagħ, is-sostenn għall-għalliema tax-xjenza (kunċetti, materjal), l-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-iskejjel u l-ħajja professjonali. Minbarra dan, jistgħu jiġu ffinanzjati avvenimenti b'ambitu wiesa" Ewropew li jlaqqgħu flimkien xjenzjati
distinti – bħala "mudelli għall-oħrajn" – u xjenzjati
żgħar li jippromettu. Ir-riċerka ta" sostenn se tkun indirizzata, billi jitqiesu kuntesti soċjali u tal-valuri kulturali. Inżammu tliet aspetti:
L-attivitajiet huma maħsuba biex jiġbdu iktar nies lejn
karrieri xjentifiċi, iħeġġu rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet, u jgħollu l-livell ta" litteriżmu xjentifiku f'livell ġenerali, u fuq kollox biex janalizzaw il-fatturi li jżommu liż-żgħażagħ milli jagħżlu karriera fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija
. L-iskambji u l-koperazzjoni
fuq livell Ewropew se jiffukaw fuq metodi ta" tagħlim ta" suġġetti xjentifiċi adatti għal pubbliku ta" żgħażagħ, is-sostenn għall-għalliema tax-xjenza (kunċetti, materjal), l-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-iskejjel u l-ħajja professjonali. Minbarra dan, jistgħu jiġu ffinanzjati avvenimenti b'ambitu wiesa" Ewropew li jlaqqgħu flimkien xjenzati
distinti – bħala "mudelli għall-oħrajn" – u xjenzati
żgħar li jippromettu. Ir-riċerka ta" sostenn se tkun indirizzata, billi jitqiesu kuntesti soċjali u tal-valuri kulturali. Inżammu tliet aspetti:
Emenda 64 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', subtitolu 'It-tieni linja ta' azzjoni:', bulit 2, inċiż 3 a (ġdid)
-Iż-żieda tat-tagħlim ta' suġġetti xjentifiċi fl-UE fuq kull livell tal-kurrikula nazzjonali.
Emenda 65 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'It-tielet linja ta" azzjoni:', inċiż 5
promozzjoni ta" komunikazzjoni transnazzjonali eċċellenti fil-qasam tar-riċerka permezz ta" Premji popolari;
- Promozzjoni ta" komunikazzjoni transnazzjonali eċċellenti fil-qasam tar-riċerka u x-xjenza permezz ta" premji
popolari u l-introduzzjoni ta' Ġimgħa għall-Kultura Xjentifika
Emenda 66 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'It-tielet linja ta" azzjoni: ', inċiżi 6 a u 6 b (ġodda)
-Komunikazzjoni mtejba tar-riżultati tar-riċerka u tal-problemi relatati mar-riċerka mill-komunità xjentifika kemm lil dawk li jagħmlu d-deċiżjonijiet politiċi u kemm lill-pubbliku, bil-għan li jagħtu kontribut kwalifikat lid-dibattitu dwar il-politika tax-xjenza.
-It-tħeġġiġ lir-riċerkaturi biex jikkomunikaw mas-soċjetà ġenerali sabiex ikunu miftuħa fir-rigward tas-suppożizzjonijiet u l-valuri, l-inċertezzi u l-interessi ekonomiċi possibbli fir-riċerka tagħhom
Emenda 67 Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'It-tielet linja ta" azzjoni a:' (ġdida)
It-tielet linja ta' azzjoni a: Multilingwiżmu
L-inizjattivi taħt il-Programm ta' Qafas se jfittxu li jsaħħu l-R&D rigward it-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informatika fil-qasam lingwistiku u li jippromwovu x-xjenza u t-teknoloġija fil-qasam tal-multilingwiżmu.
Emenda 68 Anness I, sottotitolu 'Attivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali', intestatura 'Objettiv', paragrafu 2 a (ġdid)
Se tkun preparata strateġija ġenerali għall-koperazzjoni internazzjonali li tinkludi l-azzjonijiet internazzjonali kollha li saru taħt il-programmi differenti fi ħdan il-Programm ta' Qafas.
Emenda 69 Anness I, sottotitolu 'Attivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali', intestatura 'Strateġija', paragrafu 1, parti introduttorja
Sabiex jiġu identifikati u stabbiliti l-oqsma prijoritarji tar-riċerka ta' interess reċiproku u benefiċju reċiproku mal-pajjiżi terzi fil-mira (Pajjiżi msieħba fil-Kooperazzjoni
Internazzjonali) għall-azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni
internazzjonali tal-Programmi Speċifiki ta' Kooperazzjoni, id-djalogu politiku attwali u n-netwerks ta" sħubija se jissaħħu ma" reġjuni differenti f'dawn il-pajjiżi terzi biex jipprovdu implus
biex jgħinu lill-implimentazzjoni ta" dawn l-azzjonijiet. Il-koerenza ta" l-attivitajiet nazzjonali dwar il-kooperazzjoni
xjentifika internazzjonali se tikber bis-sostenn tal-koordinament tal-programmi nazzjonali (L-Istati Membri, pajjiżi kandidati u assoċjati) permezz ta' koordinament multilaterali tal-politika u attivitajiet nazzjonali ta' l-RTD. Il-kooperazzjoni
mal-pajjiżi terzi fil-Programm ta' Qafas sejra tkun immirata b'mod speċjali lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:
Sabiex jiġu identifikati u stabbiliti l-oqsma prijoritarji tar-riċerka ta' interess reċiproku u ta' benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi terzi mmirati (Pajjiżi msieħba fil-Koperazzjoni
Internazzjonali) għall-azzjonijiet speċifiċi ta' koperazzjoni
internazzjonali tal-Programmi Speċifiki ta' Koperazzjoni, id-djalogu politiku attwali u n-netwerks ta" sħubija se jissaħħu ma" reġjuni differenti f'dawn il-pajjiżi terzi biex jipprovdu impuls
biex jgħinu lill-implimentazzjoni ta" dawn l-azzjonijiet, u jkun provdut l-għan għall-koordinazzjoni ma" l-attivitajiet internazzjonali ta" l-Istati Membri sabiex jiksbu s-sinerġija.
Il-koerenza ta" l-attivitajiet nazzjonali dwar il-koperazzjoni
xjentifika internazzjonali se tikber bis-sostenn tal-koordinament tal-programmi nazzjonali (L-Istati Membri, pajjiżi kandidati u assoċjati) permezz ta' koordinament multilaterali tal-politiki u attivitajiet nazzjonali ta' l-RTD. Il-koperazzjoni
mal-pajjiżi terzi fil-Programm ta' Qafas sejra tkun immirata b'mod speċjali lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:
L-azzjonijiet ta" riċerka ta' kooperazzjoni
internazzjonali li jkunu orjentati lejn it-temi jsiru taħt il-Programm Speċifiku Koperazzjoni
. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-Programm Speċifiku Nies. L-attivitajiet ta" sostenn orizzontali tal-kooperazzjoni
internazzjoni huma mfissra f'dan il-programm. Sejjer jiġi żgurat il-koordinament ġenerali ta' l-azzjonijiet ta' kooperazzjoni
internazzjonali taħt il-programmi differenti.
L-azzjonijiet ta" riċerka ta' koperazzjoni
internazzjonali li jkunu orjentati lejn it-temi jsiru taħt il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni
. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-Programm Speċifiku Nies. L-attivitajiet ta' koperazzjoni
internazzjonali u l-attivitajiet ta' koperazzjoni speċifiċi, inklużi l-miżuri li jsostnu l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea għall-koperazzjoni internazzjonali fix-xjenza
, huma deskritti f'dan il-programm. Sejjer jiġi żgurat il-koordinament ġenerali ta' l-azzjonijiet ta' koperazzjoni
internazzjonali taħt il-programmi differenti.
Emenda 71 Anness III, paragrafu 1
Skond l-Anness II, il-Komunità se tipprovdi għotja (Azzjoni ta" koordinament u sostenn) lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI). Din l-għotja se tikkontribwixxi għall-għan Komunitarju biex jinkoraġġixi
investiment mis-settur privat fir-riċerka billi jżid il-kapaċità tal-Bank li jimmaniġġja r-riskju, b'hekk ikun permess (i) volum akbar ta" self mill-BEI għal ċertu livell ta" riskju, u (ii) il-finanzjament ta" azzjonijiet ta" RTD aktar riskjużi milli kif ikun possibbli mingħajr dan il-finanzjament Komunitarju.
Skond l-Anness II, il-Komunità se tipprovdi għotja (Azzjoni ta" koordinament u sostenn) lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), li sejjer ikun sieħeb fir-riskju maqsum
. Din l-għotja se tikkontribwixxi għall-għan Komunitarju biex irawwem
investiment tas-settur privatfl-RTD u fid-dimostrazzjoni
billi jżid il-kapaċità tal-Bank li jimmaniġġja r-riskju, b'hekk ikun permess (i) volum akbar ta" self u garanziji
mill-BEI għal ċertu livell ta" riskju, u (ii) il-finanzjament ta" azzjonijiet ta" RTD aktar riskjużi milli kif ikun possibbli mingħajr dan il-finanzjament Komunitarju.
Emenda 72 Anness III, paragrafu 2
Il-BEI ser isellef fondi miġbura minn swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, regolamenti u proċeduri standard tiegħu. Huwa mbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi tiegħu, bħala provviżjonijiet
u allokazzjoni tal-kapital fi ħdan il-bank biex ikopri parti mir-riski marbuta ma
dan is-self għal azzjonijiet ta" RTD Ewropej eliġibbli.
Il-BEI ser isellef fondi miġbura minn swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, regolamenti u proċeduri standard tiegħu. Huwa mbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi tiegħu, bħala proviżjonijiet
u allokazzjoni tal-kapital fi ħdan il-bank biex ikopri parti mir-riski marbuta ma'
dan is-self għal azzjonijiet ta" RTD Ewropej eliġibbli.
Emenda 73 Anness III, paragrafu 5, bulit 2
· L-eliġibilità ta" azzjonijiet kbar
ta" RTD Ewropej. Konvenzjonalment, l-iżvilupp ta" infrastrutturi ta" riċerka finanzjati mill-Komunità taħt il-Programm Speċifiku għandhom ikunu awtomatikament eliġibbli. Infrastrutturi ta" riċerka oħra jistgħu jitiqiesu wkoll. F'konformità mar-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Tratta
, il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u jiggarantixxi l-possibilità ta" veto tal-Komunità taħt ċerti ċirkustanzi għall-użu ta" l-għotja ta" provvista ta" self proposta mill-BEI.
· L-eliġibilità ta" azzjonijiet ta" RTD Ewropej. Konvenzjonalment, l-iżvilupp ta" infrastrutturi ta" riċerka finanzjati mill-Komunità taħt il-Programm Speċifiku għandhom ikunu awtomatikament eliġibbli. Infrastrutturi ta" riċerka oħra jistgħu jitiqiesu wkoll. Irrispettivament mid-daqs tagħhom, l-applikanti (inklużi l-SMEs) jistgħu jgawdu minn dan l-istrument sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom.
F'konformità mar-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat
, il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u jiggarantixxi l-possibilità ta" veto tal-Komunità taħt ċerti ċirkustanzi għall-użu ta" l-għotja ta" provvista ta" self proposta mill-BEI.