Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għal koperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (11877/2006 – C6-0265/2006 – 2006/0807(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-abbozz għal Regolament tal-Kunsill (11877/2006)(1)
,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0265/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0430/2006),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kunsill
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 3
(3) L-Unjoni Ewropea u pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli qablu biex isaħħu r-relazzjoni tagħhom u biex jikkooperaw
tul l-oqsma li fihom qasmu interessi permezz ta'
varjetà ta' strumenti bilaterali bħal ftehim
, dikjarazzjonijiet, pjanijiet ta' azzjoni u dokumenti simili oħra.
(3) L-Unjoni Ewropea u pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli qablu biex isaħħu r-relazzjoni tagħhom u biex jikkoperaw
tul l-oqsma li għandhom interessi komuni fost
varjetà ta' strumenti bilaterali u multilaterali
bħal ftehimiet
, dikjarazzjonijiet, pjanijiet ta' azzjoni u dokumenti simili oħra.
Emenda 2 Premessa 4
(4) Skond il-prinċipji stabbliti f'dawn l-istrumenti, il-Komunità timplimenta politika ta' kooperazzjoni
mmirata lejn il-ħolqien ta' ambjent li jiffavorixxi t-tfittxija u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tagħha ma' dawk il-pajjiżi u territorji. Attivitajiet ta' kooperazzjoni
jgħinu biex jinħolqu kondizzjonijiet li aktarx
isaħħu l-preżenza u l-vizibilità ta' l-Ewropa f'dawn il-pajjiżi u jinkoraġġixxu skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, kulturali u oħrajn u interazzjoni bejn firxa diversifikata ta' atturi fuq kull naħa.
(4) Skond il-prinċipji stabbliti f'dawn l-istrumenti, il-Komunità timplimenta politika ta' koperazzjoni
mmirata lejn il-ħolqien ta' ambjent li jiffavorixxi t-tfittxija u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tagħha ma' dawk il-pajjiżi u territorji. Attivitajiet ta' koperazzjonigħandhomjgħinu biex
isaħħu l-preżenza u l-vizibilità ta' l-Ewropa f'dawn il-pajjiżi u jinkoraġġixxu skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, kulturali u oħrajn, djalogi
u interazzjoni bejn l-atturi adatti fis-setturi rilevanti.
Emenda 3 Premessa 4 a (ġdida)
(4a) Il-koperazzjoni tal-Komunità għandha tagħti kontribut għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat ta" dritt, u għall-għan li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.
Emenda 4 Premessa 5 a (ġdida)
(5a) Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandu jkun segwit approċċ divrenzjat skond il-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi, li tiġi mfittxija il-koperazzjoni mal-pajjiżi jew reġjuni msieħba bi programmi speċifiċi u mfassla apposta, ibbażati fuq is-sitwazzjoni speċifika tagħhom kif ukoll fuq l-interessi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Komunità.
Emenda 5 Premessa 6 a (ġdida)
(6a) Fl-implimentazzjoni tal-politika tal-koperazzjoni tal-Komunità, huwa essenzjali li jkun hemm kumplimentarjetà akbar u armonizzazzjoni aħjar, allinjament u koordinazzjoni tal-proċeduri, kemm bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha kif ukoll fir-relazzjonijiet ma' atturi oħrajn, sabiex ikunu assigurati l-konsistenza u l-effikaċja tal-koperazzjoni.
Emenda 6 Artikolu 1, paragrafu 1
1. Assistenzakomunitarja għandha tappoġġa kooperazzjoni
ekonomika, finanzjarja u teknika u forom oħra ta' kooperazzjoni
li jaqgħu fi ħdan l-isfera ta' kompetenza tagħha, ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli.
1. Finanzjar komunitarji għandu jappoġġa koperazzjoni
ekonomika, finanzjarja u teknika u forom oħra ta' koperazzjoni
li jaqgħu fi ħdan l-isfera ta' kompetenza tagħha, mal-
pajjiżi u mat-
territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli elenkati fl-Anness
.
Emenda 7 Artikolu 1, paragrafu 2
2. Il-mira ewlenija ta' kooperazzjoni
ma' dawn il-pajjiżi u territorji għandha tkun li tipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu rabtiet u jidħlu magħhom aktar f'bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali. L-attivitajiet ta' kooperazzjoni se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta'
ambjent aktar favorevoli għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Komunità ma' dawn il-pajjiżi u territorji u l-promozzjoni ta' djalogu u l-interessi strateġiċi tal-Komunita' hemmhekk
.
2. Il-koperazzjoni komunitarja ma' pajjiżi msieħba hija mfittxija skond it-Titolu XXI tat-Trattat. Il-mira primarja ta' din it-tip ta' koperazzjoni
ma' dawn il-pajjiżi u territorji għandha tkun li tipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu rabtiet u jidħlu magħhom aktar fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 4
f'bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali sabiex jinħoloq
ambjent aktar favorevoli u trasparenti
għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Komunità ma' dawn il-pajjiżi u territorji u l-promozzjoni ta' djalogu effettiv filwaqt li jiġu mħeġġa l-interessi tal-Komunita'.
Emenda 8 Artikolu 2, paragrafu 2
2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli se jikkomprendi
pajjiżi u territorji mniżżla fl-Anness 1
u huma
minn hawn 'il quddiem msemmija bħala "pajjiżi msieħba". Madankollu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex titrawwem kooperazzjoni
reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi meta tadotta programmi ta' azzjoni msemmija fl-artikolu 6 li pajjiżi mhux imniżżla fl-Anness 1 huma eliġibbli, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta' natura reġjonali jew trans-konfini. Għal dan jistgħu jsiru dispożizzjonijiet fil-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5. Il-Kummissjoni għandha temenda din il-Lista skond
reviżjonijiet regolari ta' l-OECD/DAC tal-Lista tagħha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u tinforma l-Kunsill b'dan
.
2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli se jikkomprendu
pajjiżi u territorji mniżżla fl-Anness
u minn hawn 'il quddiem huma
msemmija bħala "pajjiżi msieħba". Madankollu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex titrawwem koperazzjoni
reġjonali, il-Kummissjoni, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew,
tista' tiddeċiedi meta tadotta programmi ta' azzjoni msemmija fl-artikolu 6 li pajjiżi mhux imniżżla fl-Anness 1 huma eliġibbli, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta' natura reġjonali jew trans-konfini. Għal dan jistgħu jsiru dispożizzjonijiet fil-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5. Kwalunkwe emenda fil-lista fl-Anness li tirriżulta mir-
reviżjonijiet regolari ta' l-OECD/DAC tal-Lista tagħha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tiġi notifikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel ma' l-Kummissjoni tadotta l-modifikazzjonijiet meħtieġa.
Emenda 9 Artikolu 3, paragrafu -1 a (ġdid)
(-1a) Il-Komunità hija stabbilita fuq il-prinċipji tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt, tal-governanza tajba, tar-rispett għad-drittijiet tal-bnieden, ta' l-iżvilupp sostenibbli u tal-libertajiet fundamentali u għandha l-għan li tiżviluppa u tikkonsolida impenn lejn dawn il-valuri f'pajjiżi u reġjuni msieħba permezz tad-djalogu u tal-koperazzjoni.
Emenda 10 Artikolu 3, paragrafu 1
1. Miżuri finanzjati taħt
dan ir-Regolament għandhom ikopru oqsma ta' kooperazzjoni
mniżżla partikolarment
fl-istrumenti, ftehim
, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta' azzjoni, bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba kif ukoll oqsma li jappartjenu għall-interessi strateġiċi tal-Komunità
.
1. Miżuri finanzjati permezz ta'
dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti ma' l-għanijiet ta' koperazzjoni
mniżżla fl-istrumenti, ftehimiet
, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta' azzjoni, bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba.
Emenda 11 Artikolu 3, paragrafu 2
2. Meta timplimenta miżuri taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni
għandha tiżgura li l-proġetti
ta' kooperazzjonihumalegalment u sostanzjalment koerenti
mal-linji ta' politika Komunitarji rilevanti oħrajn.
2. Għall-miżuri kollha finanzjati permezz ta', u l-oqsma ta' koperazzjoni koperti minn, dan ir-Regolament, il-Komunità
għandha tassikura li l-koperazzjonihijakoerenti b'mod ġuridiku u sostanzjali ma'l-oqsma diversi ta' l-azzjoni esterna u ma' politiki rilevanti oħra tal-Komunità.Din il-koerenza għandha tiġi assikurata fil-formulazzjoni tal-politika, fl-ippjanar strateġiku u fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta' miżuri.
Emenda 12 Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid)
(2a) Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa meħtieġ li jkun segwit approċċ divrenzjat skond il-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi, li tiġi mfittxija il-koperazzjoni mal-pajjiżi msieħba jew reġjuni bi programmi speċifiċi u mfassla apposta, ibbażati fuq is-sitwazzjoni speċifika tagħhom kif ukoll fuq l-interessi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Komunità
.
Emenda 13 Artikolu 3, paragrafu 2 b (ġdid)
(2b) Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom itejbu l-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà tal-politiki tagħhom, tal-programmi tagħhom u ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri ma' pajjiżi u reġjuni msieħba.
Emenda 14 Artikolu 4, parti introduttorja
Assistenza
komunitarja għandha tappoġġa azzjonijiet ta' kooperazzjoni
konsistenti ma' l-Artikolu 1 u għandha tkun
konsistenti ma' l-iskop, il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament. Attenzjoni speċifika għandha tingħata lil azzjonijiet fl-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:
L-iffinanzjar tal-Komunitàgħandu jappoġġja
azzjonijiet ta' koperazzjoni
konsistenti ma' l-Artikolu 1 u għandu jkun
konsistenti ma' l-iskop, il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament. Il-fondi tal-Komunità għandhom ikopru l-ispejjeż ta' l-attivitajiet li ġejjin
:
Emenda 15 Artikolu 4, punt 1
(1) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni
, sħubijiet u intrapriżi konġunti bejn atturi ekonomiċi, akkademiċi u xjentifiċi fil-Komunità u l-pajjiżi msieħba;
(1) il-promozzjoni ta' koperazzjoni
, sħubijiet u intrapriżi konġunti bejn atturi ekonomiċi, akkademiċi u xjentifiċi, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju,
fil-Komunità u l-pajjiżi msieħba;
Emenda 16 Artikolu 4, punt 3
(3) il-promozzjoni ta' djalogi bejn atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali u organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi f'setturi rilevanti fil-pajjiżi Komunitarji u msieħba;
(3) il-promozzjoni ta' djalogi bejn atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali inkluż intrapriżi żgħar u ta' daqs medju
u organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi f'setturi rilevanti fil-pajjiżi Komunitarji u msieħba;
Emenda 17 Artikolu 5, paragrafu 1
1. Azzjonijiet biex jippromwovu kooperazzjoni taħt
dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fil-qafas ta' programmi ta' kooperazzjoni pluriennali li jkopru kooperazzjoni f'
oqsma xierqa ta' attività mal-pajjiżi msieħba kollha jew ma' selezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tfassal il-programmi ta' kooperazzjoni
pluriennali u tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.
1. L-
azzjonijiet kollha
biex jippromwovu koperazzjoni skond
dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fil-qafas ta' programmi ta' koperazzjoni plurijennali
li jkopru koperazzjonifl-
oqsma xierqa ta' attività msemmija fl-Artikolu 4
mal-pajjiżi msieħba kollha jew ma' selezzjoni. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew,
il-Kummissjoni għandha tfassal il-programmi ta' koperazzjoni
pluriennali u tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.
Emenda 18 Artikolu 5, paragrafu 2
2. Programmi ta' kooperazzjoni
se jkopru mhux aktar mill-perijodu ta' validità ta' dan ir-regolament. Għandhom iniżżlu l-interessi strateġiċi u l-prijoritajiet tal-Komunità, objettivi ġenerali u riżultati mistennija
. Għandhom iniżżlu wkoll l-oqsma magħżula għall-iffinanzjar mill-Komunità u jissottolinjaw l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva ta' fondi, ġenerali, għal qasam ta' prijorità u għal pajjiż jew grupp imsieħeb ta' pajjiżi msieħba għall-perijodu kkonċernat. Dan jista' jingħata fil-forma ta' firxa, fejn xieraq. Id-dokumenti ta" strateġija għandhom jiġu riveduti f'nofs it-terminu tagħhom, jew ad hoc
jekk ikun meħtieġ.
2. Programmi ta' koperazzjoni pluriennali
se jkopru mhux aktar mill-perijodu ta' validità ta' dan ir-regolament. Għandhom iniżżlu l-interessi strateġiċi u l-prijoritajiet tal-Komunità, objettivi ġenerali u riżultati li għandhom jintlaħqu
. Għandhom iniżżlu wkoll l-oqsma magħżula għall-iffinanzjar mill-Komunità u jissottolinjaw l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva ta' fondi, b'mod
ġenerali, għal qasam ta' prijorità u għal pajjiż jew grupp imsieħeb ta' pajjiżi msieħba għall-perijodu kkonċernat. Dan jista' jingħata fil-forma ta' firxa, fejn xieraq. Id-dokumenti pluriennali
ta" strateġija għandhom jiġu riveduti f'nofs it-terminu tagħhom, fuq talba tal-Parlament Ewropew
jew ad hoc
jekk ikun meħtieġ.
Emenda 19 Artikolu 5, paragrafu 3
3. Il-programmi kooperattivi
u kwalunkwe reviżjoni tagħhom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' tmexxija mniżżla fl-Artikolu 14(2).
3. Il-programmi pluriennali koperattivi
u kwalunkwe reviżjoni tagħhom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' tmexxija mniżżla fl-Artikolu 14(2).
Emenda 20 Artikolu 6, paragrafu 3
3. Il-programmi ta' azzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' ġestjoni stabbilita fl-Artikolu 14(2). Din il-proċdeura jeħtieġ li tintuża għal emendi lill-programmi ta' azzjoni, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jestendu l-perijodu ta' implimentazzjoni, jassenjaw mill-ġdid fondi bejn l-operazzjonijiet ippjanati fi ħdan il-baġit mbassar, jew iżiedu jew inaqsu d-daqs tal-baġit b'anqas minn 20% tal-baġit inizjali, sakemm dawn l-emendi huma konsistenti ma' l-objettivi inizjali mniżżla fil-programmi ta' azzjoni.
3. Il-programmi annwali
ta' azzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' ġestjoni stabbilita fl-Artikolu 14(2). Din il-proċedura jeħtieġ li tintuża għal emendi lill-programmi ta' azzjoni, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jestendu l-perijodu ta' implimentazzjoni, jassenjaw mill-ġdid fondi bejn l-operazzjonijiet ippjanati fi ħdan il-baġit mbassar, jew iżiedu jew inaqsu d-daqs tal-baġit b'anqas minn 20% tal-baġit inizjali, sakemm dawn l-emendi huma konsistenti ma' l-objettivi inizjali mniżżla fil-programmi ta' azzjoni.
Emenda 21 Artikolu 7, punt 2
(2) Pajjiżi msieħba u l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati tagħhom;
(2) Pajjiżi u reġjuni
msieħba u l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati tagħhom;
Emenda 22 Artikolu 9, paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' appoġġ mhux koperti mill-programmi pluriennali u għandha tinforma l-Istati Membri b'dan.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' appoġġ mhux koperti mill-programmi pluriennali u għandha tinforma l-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew
b'dan.
Emenda 23 Artikolu 10, paragrafu 1, punt (a)
(a) Stati Membri, u b'mod partikolari l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom;
(a) Stati Membri, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom,
u b'mod partikolari l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom;
Emenda 24 Artikolu 11 a (ġdid)
Artikolu 11a
Il-Ħarsien ta' l-Interessi Finanzjarji tal-Komunità
(1)Kull ftehima li tirriżulta minn dan ir-Regolament għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità b'mod partikolari rigward irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kull attività illegali oħra bi qbil mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-Ħarsien ta' l-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej1 u (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post li twettqu mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji kontra frodi u irregolaritajiet oħra2, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet li twettqu mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF)3
.
(2)Dawn il-ftehimiet għandhom b'mod ċar jagħtu d-dritt lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri li jagħmlu verifiki, inklużi verifiki ta' dokumenti jew verifiki fuq il-post ta' kull kuntrattur jew sottokuntrattur li jkun irċieva fondi mill-Komunità
. Huma għandhom ukoll b'mod ċar jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tagħmel investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post kif stipulat fir-Regolament (Euratom, KE) 2185/96.
(3)Il-kuntratti kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' l-għajnuna għandhom jiżguraw id-drittijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta' l-Awdituri skond il-paragrafu 2 waqt u wara l-andament tal-kuntratti.
__________________ ĠU L 312, 23.12.1995, p.1. ĠU L 292, 15.11.1996, p.21.
ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.
Emenda 25 Artikolu 12, paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-azzjonijiet u l-programmi finanzjati taħt
dan ir-Regolament sabiex taċċerta jekk l-objettivi ġewx milħuqa u tkun tista'
tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu operazzjonijet futuri.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-azzjonijiet u l-programmi finanzjati skond
dan ir-Regolament sabiex taċċerta jekk il-grad ta' suċċess ta'
l-objettivi stipulati oriġinarjament, l-effettività fl-infiq tal-miżuri finanzjati mill-Komunità u l-impatt tagħhom kienux sodisfaċenti. Skond dan, il-Kummissjoni għandha
tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu operazzjonijet futuri.
Emenda 26 Artikolu 12, paragrafu 1a (ġdid)
1a. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom jitwettqu permezz ta' evalwazzjonijiet indipendenti u esterni fejn xieraq jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 27 Artikolu 12, paragrafu 2a (ġdid)
2a. Il-Kummissjoni għandha tassoċja lill-parteċipanti rilevanti kollha, inkluż il-parteċipanti mhux ta' l-Istat, fil-fażi ta' l-evalwazzjoni tal-koperazzjoni tal-Komunità stabbilit f'dan ir-Regolament.
Emenda 28 Artikolu 12, paragrafu 2b (ġdid)
2b.Parti limitata tal-baġit annwali għandha tintuża għall-iffinanzjar ta' studji ta' evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet u l-programmi mwettqa fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
Emenda 29 Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress magħmul dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri meħuda taħt
dan ir-Regolament u għandha tissottomentti kull sentenjn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jniżżwl
ir-riżultati ta' implimentazzjoni tal-baġit u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi finanzjati.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress magħmul dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri meħuda skond
dan ir-Regolament u għandha tissottomentti kull sentenjn rapport dettaljat
dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jniżżel
ir-riżultati ta' implimentazzjoni tal-baġit u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi kollha
finanzjati u, safejn ikun possibbli, jinkludi r-riżultati u l-impatti ewlenin ta' l-azzjonijiet u l-programmi ta' koperazzjoni.
Emenda 30 Artikolu 14, paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Parlament Ewropew bil-proċedimenti tal-Kumitat u tipprovdi d-dokumenti rilevanti inkluż aġenda, abbozz ta' miżuri u reġistri sommarji tal-laqgħat.
4. Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Parlament Ewropew bil-proċedimenti tal-Kumitat u tipprovdi d-dokumenti rilevanti inkluż aġenda, abbozz ta' miżuri u reġistri sommarji dettaljati
tal-laqgħat.
Emenda 31 Artikolu 15
L-ammont ta' finanzjament Komunitarju meqjus meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet identifikati f'dan ir-Regolament se jkunu stabbiliti
mill-awtorità baġitarja fuq bażi annwali fi ħdan il-limti tal-perspettivi finanzjarji
.
L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2007 sa l-2013 huwa EUR 172 miljun.
L-ammont annwali
ta' finanzjament Komunitarju meqjus meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet identifikati f'dan ir-Regolament se jkun stabbilit
mill-awtorità baġitarja fuq bażi annwali fi ħdan il-limti tal-qafas finanzjarju
.
Emenda 32 Artikolu 15 a (ġdid)
Artikolu 15a
Reviżjoni
Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, flimkien ma', jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifikazzjonijiet meħtieġa.