Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0035(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0389/2006

Testi mressqa :

A6-0389/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2006 - 6.28
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0596

Testi adottati
DOC 107k
Il-Ħamis, 14 ta' Diċembru 2006 - Strasburg Verżjoni finali
Prevenzjoni u Ġlieda kontra l-Kriminalità (Programm dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet) *
P6_TA(2006)0596A6-0389/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku dwar il-'Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità' għall-Perjodu 2007-2013 - Programm Ġenerali dwar 'is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet' (COM(2005)0124 – C6-0242/2005 – 2005/0035(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0124)(1) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34, paragrafu 2, punt c) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39, paragrafu 1, tat-Trattat KE, skond liema Artikolu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0242/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0389/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarja indikattiv muri fil-proposta leġizlattiva jeħtieġ li jkun kompatibbli mal-limitu ta' l-intestatura 3 A tal-qafas finanzjarju plurjennali ġdid u jfakkar li l-ammont annwali ma jitkompliex matul il-proċedura baġitarja annwali kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(2) ,

3.  Jistieden lill-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250, paragrafu 2, tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 1
(1)  Għandu jinkiseb l-għan ta" l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta" sigurtà fi ħdan żona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja, skond id-dispożizzjoni li hemm fir-raba" inċiż ta" l-Artikolu 2, u fl-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi tevita u tiġġieled il-kriminalità, organizzata jew mhux.
(1)  Għandu jinkiseb l-għan prijoritarju ta" l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta" sigurtà fi ħdan zona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja, skond id-dispożizzjoni li hemm fir-raba" inċiż ta" l-Artikolu 2, u fl-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi tevita u tiġġieled il-kriminalità, organizzata jew mhux.
Emenda 2
Premessa 2
(2)  Biex tħares il-libertà u s-sigurtà taċ-ċittadini u s-soċjetà tagħna mill-attivitajiet kriminali, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tevita, tagħraf, tinvestiga u sseħħ prosekuzzjoni tal-forom kollha ta" kriminalità b'mod effiċjenti u effettiv, b'mod partikolari f'każijiet li għandhom element li jmur lil hinn mill-fruntieri .
(2)  Biex tħares il-libertà u s-sigurtà taċ-ċittadini u s-soċjetà tagħna mill-attivitajiet kriminali, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tevita, tagħraf, tinvestiga u sseħħ prosekuzzjoni tal-forom kollha ta" kriminalità b'mod effiċjenti u effettiv, b'mod partikolari f'każijiet ta' kriminalità organizzata.
Emenda 3
Premessa 5
(5)  Hu meħtieġ u xieraq li jkunu estiżi l-possibbiltajiet għall-finanzjament tal-miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità u li jkunu riveduti l-modalitajiet fl-interess ta" l-effikaċja, l-effiċjenza ta" l-ispejjeż u t-trasparenza.
(5)  Hu meħtieġ u xieraq li jkunu estiżi l-possibbiltajiet għall-finanzjament tal-miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità: se jsiru sforzi biex b'mod partikolari jsir l-aħjar użu possibbli mill-aġenziji rilevanti grazzi għall-approċċ tal-kapaċitajiet ibbażati fuq l-aspetti direttament operattivi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-programm preżenti għandhom jippermettu li jkunu riveduti l-modalitajiet fl-interess ta" l-effikaċja, l-effiċjenza ta" l-ispejjeż u t-trasparenza.
Emenda 4
Premessa 9
(9)  Peress li l-għanijiet ta" l-azzjoni li trid tittieħed, partikolarment il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u dik li tmur lil hinn mill-fruntieri, ma jistgħux jinkisbu bis-sħiħ mill-Istati Membri u għaldaqstant, għal raġunijiet ta" skala u ta" impatt ta" l-inizjattiva, jinkisbu aħjar fuq il-livell ta" l-Unjoni, l-Unjoni tista" tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta" proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(9)  Peress li l-għanijiet ta" l-azzjoni li trid tittieħed, partikolarment il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u dik li tmur lil hinn mill-fruntieri, ma jistgħux jinkisbu bis-sħiħ mill-Istati Membri u għaldaqstant, għal raġunijiet ta" skala u ta" impatt ta" l-inizjattiva, hemm bżonn ta' azzjoni fuq il-livell ta" l-Unjoni, l-Unjoni tista" tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta" proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
Emenda 5
Premessa 11
(11)  In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mar-rata massima taħt Titolu 3 tal-perspettiva finanzjarja. Hu meħtieġ li tkun prevista flessibilità fid-definzzjoni tal-programm b'mod li jkunu jistgħu jsiru l-aġġustamenti eventwali fl-azzjonijiet previsti, b'mod li jwieġbu għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet matul il-perjodu 2007-2013. Id-deċiżjoni għandha, għalhekk, tkun limitata għad-definizzjoni ġenerika ta" l-azzjonijiet previsti u l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji rispettivi.
(11)  In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mal-limitu taħt Intestatura 3 A tal-qafas finanzjarju plurijennali . Hu meħtieġ li tkun prevista flessibilità fid-definzzjoni tal-programm b'mod li jkunu jistgħu jsiru l-aġġustamenti eventwali fl-azzjonijiet previsti, b'mod li jwieġbu għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet matul il-perjodu 2007-2013.
Emenda 6
Artikolu 3, paragrafu 1 punti (a) u (b)
(a) l-infurzar tal-liġi
(a) il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-kriminoloġija
(b) il-prevenzjoni tal-kriminalità u kriminoloġija
(b) l-infurzar tal-liġi għall-iskop tal-ġlieda kontra l-attività kriminali u l-prevenzjoni tal-kriminali milli jibbenefikaw mill-attivitajiet kriminali tagħhom
Emendi 7 u 8
Artikolu 3, subparagrafu 2, punt (a)
(a) li jippromwovi u jiżviluppa l-koordinament, kooperazzjon i u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta" l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali oħra u organi relatati ta" l-Unjoni;
(a) li jippromwovi u jiżviluppa l-koordinament, koperazzjoni u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta" l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali oħra, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u organi kompetenti ta" l-Unjoni, filwaqt li jipproċedi speċjalment fir-razzjonalizzar ta' l-isforzi tagħhom, fit-tisħiħ ta' l-interoperabbiltà tagħhom filwaqt li jinkoraġġixxi t-tkabbir tan-numru ta' "Joint Investigation Teams" ikkordinati mill-EUROPOL kif ukoll il-miżuri ta' taħriġ u ta' ħolqien ta' kuxjenza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu bbażata fuq il-koperazzjoni bejn is- CEPOL u l-EUROPOL;
Emenda 9
Artikolu 3, paragrafu 2, punt b)
b) li jħeġġeġ, jippromwovi u jiżviluppa metodi u għodda orizzontali meħtieġa biex il-kriminalità tkun evitata u miġġielda strateġikament, per eżempju bi sħubijiet pubbliċi-privati, l-aqwa prattika fil-prevenzjoni tal-kriminalità, tqabbil ta" statistika u kriminoloġija applikata;
(b) li jħeġġeġ, jippromwovi u jiżviluppa metodi u għodda orizzontali kif ukoll l-istandardizzazzjoni tal-proċeduri meħtieġa biex il-kriminalità tkun evitata u miġġielda strateġikament, per eżempju bi sħubijiet pubbliċi-privati (b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet attwali u futuri f'oqsma sensittivi bħaż-żamma u l-ħarsien ta' data) l-aqwa prattika fil-prevenzjoni tal-kriminalità, tqabbil ta" statistika u kriminoloġija applikata speċjalment permezz tal-ħolqien ta' tagħmir awtonomu ta' 'benchmarking';
Emenda 10
Artikolu 3, paragrafu 2, punt c)
c) li tkun promossa u żviluppata l-aqwa prattika għall-ħarsien tal-vittmi tal-kriminalità u x-xhieda.
c) li tkun promossa u żviluppata l-aqwa prattika għall-ħarsien tal-vittmi tal-kriminalità u x-xhieda speċjalment bit-twaqqif ta' bażi soda għal fondi ta' kumpens permanenti u addizzjonali għas-sistemi nazzjonali varji, li jipprovdu livell garantit minimu komuni ta' protezzjoni u kumpens;
Emenda 11
Artikolu 3, paragrafu 2, punt c a) (ġdid)
c a) il-promozzjoni, fi ħdan proġetti adatti, il-kunċett ta' 'l-involviment taċ-ċittadini' u t-tħeġġiġ ta' inizjattivi bbażati fuq l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini tagħha fit-titjib tas-sigurtà globali.
Emenda 12
Artikolu 3, paragrafu 3
3.  Il-programm ma jittrattax dwar il -kooperazzjoni ġuridika. Madankollu, jista" jkopri xi azzjonijiet li jkollhom l-għan ta" kooperazzjoni bejn awtoritajiet ġuridiċi u awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi.
3.  Il-programm ma jittrattax il-koperazzjoni ġuridika. Madankollu, jista" jkopri xi azzjonijiet li jkollhom l-għan ta" koperazzjoni bejn awtoritajiet ġuridiċi u awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi speċjalment permezz ta' l-istabbiliment, fil-qafas tal-koperazzjoni bejn il-EUROPOL u l-EUROJUST, ta' unità permanenti u ta' emerġenza ta' assistenza legali responsabbli mill-evalwazzjoni, bbażata fuq is-sitwazzjoni li twassal għal konsiderazzjoni ta' każ, liema bażi legali tista' tintuża sabiex testendi l-operat tal-pulizija u/jew tas-servizzi tas-sigurtà b'konformità sħiħa mal-liġi.
Emenda 26
Artikolu 5, paragrafu 1
1.  Il-programm hu mmirat għall-aġenziji ta" infurzar tal-liġi, organi, atturi u istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati oħra, atturi u istituzzjonijiet oħra, inklużi awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, l-imsieħba soċjali, universitajiet, uffiċċji ta" statistika, media, għaqdiet mhux governattivi, sħubijiet pubbliċi-privati u organi internazzjonali rilevanti.
1.  Il-programm hu mmirat għall-aġenziji ta" infurzar tal-liġi, l- organi, l- atturi u l- istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati l- oħra, l- atturi u l- istituzzjonijiet l- oħra, inklużi l- awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, l-imsieħba soċjali, l- universitajiet, l- uffiċċji ta" statistika, il- media, l- għaqdiet mhux governattivi, l- organi internazzjonali rilevanti, kif ukoll is-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat bil-kundizzjoni li dawn ta' l-aħħar jibqgħu ristretti fil-kuntest ta' l-oqsma tematiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), punti b) u c) u jiġu sottomessi għal kontroll strett min-naħa tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, b'mod speċifiku tad-dritt tal-ħarsien tad-dejta personali.
Emenda 13
Artikolu 6 paragrafu 1
1.  L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista" jieħu l-forom legali segwenti:
1.  L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista" jieħu l-forom legali segwenti, skond it-tifsira ta' l-Artikoli 108 u 88 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament Finanzjarju':
(a) l-għotjiet
(a) l-għotjiet ,
(b) il-kuntratti ta" akkwisti pubbliċi.
(b) il-kuntratti ta" akkwisti pubbliċi.
Emenda 14
Artikolu 6, paragrafu 2 a) (ġdid)
2 a. L-aċċess għall-finanzjament hu ffaċilitat bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità rigward dokumenti li jridu jiġu pprovduti u bil-ħolqien ta' bażi ta' data għall-preżentazzjoni tat-talbiet.
Emenda 15
Artikolu 7, paragrafu 3 a) (ġdid)
3 a. Il-Kummissjoni għandha tissimplifika kemm jista' jkun il-proċeduri u tiżgura li s-sejħiet għal proposti inklużi f' dan il-programm ma jkunux ta' piż burokratiku żejjed għall-promoturi tal-proġetti proposti. F'dak il-każ, is-sejħa għall-proposti tkun tista' tiġi organizzata f'żewġ fażijiet, hekk li l-ewwel waħda ma tkunx teħtieġ għajr li tintbagħat l-informazzjoni strettament neċessarja għal evalwazzjoni xierqa tal-proġett.
Emenda 16
Artikolu 7, paragrafu 5, punt (d)
(d) l-impatt ġeografiku ta" l-attivitajiet imwettqa;
(d) l-impatt ġeografiku u soċjali ta" l-attivitajiet imwettqa;
Emenda 17
Artikolu 9
1.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu . Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fi żmien limitat li l-Presidenza tista" tistipula skond l-urġenza tal-kwistjoni, f'każ ta" bżonn b'votazzjoni.
Meta ssir riferenza għal dan l-Artikolu l-Artikoli (3) u (7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
2.  L-opinjoni għandha tkun miżmuma fil-minuti; kull Stat Membru jista" jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun miżmuma fil-minuti.
3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar qies possibbli lill-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Hi għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-mod ta" kif l-opinjoni kienet ikkunsidrata.
Emenda18
Artikolu 14, paragrafu 1 a) (ġdid)
1a Il-Kummisjoni għandha tieħu ħsieb li l-attivitajiet pertinenti ta' din id-deċiżjoni isirulhom evalwazzjonjiet qabel, monitoraġġ u evalwazzjoni ex post . Hija għandha tiżgura li l-programm ikun aċċessibbli u implimentat b'mod trasparenti.
Emenda 19
Artikolu 14, paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha toffri evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-programm.
2.  Il-Kummissjoni għandha toffri evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-programm. Hija għandha torganizza wkoll skambji ta' opinjonijiet mal-benifiċjarji tal-programm dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-programm.
Emendi 20 u 21
Artikolu 14, paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
3.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali:
(- a) rapport annwali fil-qosor li jinkludi b'mod partikulari l-informazzjoni meħtieġa biex jitkejjel is-suċċess, minn perspettiva kwantitattiva, ta' dan il-programm;
(a) rapport ta" evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta" l-implimentazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu 2010;
(a) tliet snin wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programm;
Komunikat dwar il-kontinwazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2010;
(b) erba' snin wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, komunikat dwar il-kontinwazzjoni tal-programm;
rapport ta" evalwazzjoni ex-post mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu 2015.
(c) rapport ta" evalwazzjoni dettaljat ex-post mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm hekk kif jintemm.
Emenda 22
Artikolu 14 a) (ġdid)
Artikolu 14 a
Trattament ugwali
L-organi li jibbenefikaw minn sussidju minn dan il-programm għall-funjzonament tagħhom jistgħu jipparteċipaw f'sejħiet għal proposti għal programmi oħrajn mingħajr madankollu ma jibbenefikaw minn trattament speċjali vis à vis organizzazzjoni oħra ffinanzjati minn baġits oħrajn mhux ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 23
Artikolu 14 b) (ġdid)
Artikolu 14 b
Rikonoxximent tal-finanzjamenti
L-istituzzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jirċievu għotja minn dan il-programm, għandhom l-obbligu li jirrikonoxxu l-appoġġ mogħti mill-Unjoni; għal dan l-iskop il-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida dettaljati dwar il-viżibilità.
Emenda 24
Artikolu 14 c) (ġdid)
Artikolu 14 c
Tixrid tar-riżultati
Sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid tar-riżultati, l-għodod iġġenerati mill-proġett iffinanzjati minn dan il-programm u relatati b'mod partikolari ma' l-istatistika u data dwar il-kriminalità, għandhom ikunu disponibbli għal pubbliku mingħajr ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi.
Emenda 25
Artikolu 14 d) (ġdid)
Artikolu 14 d
Pubblikazzjoni tal-proġetti
Kull sena, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jippubblikaw il-lista tal-proġetti ffinanzjati minn dan il-programm b'deskrizzjoni qasira ta' kull programm.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 4 t'Ottubru 2007Avviż legali