Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (COM(2006)0084 – C6-0256/2006 – 2006/0022(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2006)0084)(1)
,
– wara li kkunsidra Artikolu 62(2)(b)(i) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 67 tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0256/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0431/2006),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 1 PREMESSA 3
(3) Antigua u Barbuda, il-Bahamas, il-Barbados, il-Mauritius, Saint Kittss u Nevis, u s-Seychelles għandhom ikunu trasferiti għall-Anness II. L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta" dawk il-pajjiżi m'għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma jkun konkluż ftehim bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiż in kwistjoni
.
(3) Antigua u Barbuda, il-Bahamas, il-Barbados, il-Mauritius, Saint Kitts
u Nevis, u s-Seychelles għandhom ikunu trasferiti għall-Anness II. L-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għal ċittadini ta" dawk il-pajjiżi m'għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma tkun konkluża ftehima
bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiż ikkonċernat
dwar l-eżenzjoni mir-rekwiżit
tal-viża. Meta r-Regolament (KE) Nru 539/2001 jerġa' jiġi rivedut, għandu jkun eżaminat il-każ ta' stati gżejjer żgħar oħrajn
.
Emenda 2 PREMESSA 6
(6) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħtieġa tal-viża lil refuġjati rikonoxxuti u
lil persuni bla stat residenti f'pajjiż terz imsemmi fl-Anness II
u tfal ta' l-iskola li jkunu qed jivvjaġġaw fuq ħarġiet skolastiċi u li jgħixu f'wieħed minn'dawk il-pajjiżi
. Jekk dawn iż-żewġ
kategoriji ta' persuni jgħixu fl-Istati Membri trid issirilhom
eżenzjoni sħiħa mill-ħtieġa tal-viża.
(6) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżit
tal-viża lil refuġjati rikonoxxuti, lil persuni bla stat kollha, kemm dawk koperti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1954 relatata ma' l-Istatus ta' Persuni mingħajr Stat kif ukoll dawk barra mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha,
u tfal ta' l-iskola li jkunu qed jivvjaġġaw fuq ħarġiet skolastiċi u li jgħixu f'pajjiż terz elenkat fl-Anness II
. Eżenzjoni sħiħa mir-rekwiżit
tal-viża diġà teżisti
għal dawn it-tliet
kategoriji ta' persuni li jgħixu fi ħdan iz-zona ta' Schengen meta jidħlu mill-ġdid f'din iz-zona. Għandha tkun introdotta eżenzjoni ġenerali għal persuni f'dawk il-kategoriji li jgħixu fi Stat Membru li mhux jew għad mhux membru taz-zona ta' Schengen, fir-rigward tad-dħul mill-ġdid tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor marbut bl-acquis ta' Schengen.
Emenda 3 ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (B) Artikolu 1, paragrafu 2, subparagrafu 1 a, inċiż 3 (Regolament (KE) Nru 539/2001)
– refuġjati rikonoxxuti u
persuni bla stat li huma residenti fi Stat Membru u li huma titulari ta" dokument ta" vjaġġar maħruġ minn dak l-Istat.
– refuġjati rikonoxxuti, persuni bla stat u persuni oħra li ma huma ċittadini ta' l-ebda pajjiż
u li huma residenti fi Stat Membru u huma detenturi
ta' passaport barrani, passaport ta' ebda nazzjonalità jew
dokument ieħor
ta" vjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru
;
– ċittadini ta' pajjiż terz li għandhom permess ta' residenza fuq perijodu ta' żmien fit-tul skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 rigward l-istat ta' ċittadini minn pajjiż terz li huma residenti fuq perijodu ta' żmien fit-tul1.
1 ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
Emenda 4 ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (A) Artikolu 4, paragrafu 1, punt (a) (Regolament (KE) Nru 539/2001)
(a) titulari ta" passaporti diplomatiċi, ta" servizz jew passaporti
uffiċjali u passaporti speċjali
skond waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 789/2001;
(a) detenturi
ta" passaporti diplomatiċi, jew
passaporti ta" servizz/ uffiċjali skond waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 789/2001;
Emenda 5 ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (C) Anness I, punt 3 (Regolament (KE) Nru 539/2001)
3) ĊITTADINI BRITTANIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA" FUQ GĦALL-ISKOPIJIET TAL-LIĠI KOMUNITARJA:
3) ĊITTADINI BRITTANIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA" FUQ GĦALL-ISKOPIJIET TAL-LIĠI KOMUNITARJA:
Ċittadini Brittaniċi tat-Territorji Barra l-Pajjiż
Ċittadini Brittaniċi tat-Territorji Barra l-Pajjiż li m'għandhomx id-dritt ta' residenza fir-Renju Unit
Ċittadini Brittaniċi Barra l-Pajjiż
Ċittadini Brittaniċi Barra l-Pajjiż
Suġġetti
Brittaniċi
Ċittadini
Brittaniċi li m'għandhomx id-dritt ta' residenza fir-Renju Unit