Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2070(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0095/2007

Testi mressqa :

A6-0095/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.30
CRE 24/04/2007 - 7.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0132

Testi adottati
PDF 688kWORD 309k
It-Tlieta, 24 ta' April 2007 - Strasburgu
Kwittanza 2005: Taqsima III - Il-Kummissjoni
P6_TA(2007)0132A6-0095/2007
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima III - Kummissjoni (SEC(2006)0916 – C6-0263/2006 – 2006/2070(DEC)) (SEC(2006)0915 – C6-0262/2006 – 2006/2070(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (SEC(2006)0916 – C6-0263/2006, SEC(2006)0915 – C6-0262/2006)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-awtorità ta" kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta" kwittanza ta" l-2004 (COM(2006)0642, COM(2006)0641), u l-karta ta" ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet dwar kwittanza ta' l-2004 (SEC(2006)1376, SEC(2006)1377),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Il-Kisbiet tal-Politika 2005" (COM(2006)0124),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2005" (COM(2006)0277),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2005 (COM(2006)0279),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2004 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2006)0184),

–   wara li kkunsidra il-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta" Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-mudell ta" "verifika waħda" (u proposta għal qafas ta" kontroll intern Komunitarju)(3),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan direzzjonali għal qafas ta" kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta" azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta" kontroll intern integrat (COM(2006)0009),

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport dwar it-tabella tal-progress ta' l-applikazzjoni tal-pjan ta" azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta" kontroll intern integrat ippubblikat fid-19 ta" Lulju 2006 (SEC(2006)1009),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta" l-Unjoni Ewropea tal-House of Lords bit-titolu "Immaniġġjar finanzjarju u l-Frodi fl-Unjoni Ewropea: Perċezzjonijiet, Fatti u Proposti", li ġie ppubblikat fit-13 ta" Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet verifikati ta' l-istituzzjonijiet,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5710/2007 – C6-0081/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 4/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0095/2007),

A.   billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE il-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 60, 8.3.2005.
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p.1.
(5) ĠU C 263, 31.10.2006, p.10.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(7) ĠU C 273, 9.11.2006, p. 2.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima III – Kummissjoni (SEC(2006)0916 – C6-0263/2006 – 2006/2070(DEC)) (SEC(2006)0915 – C6-0262/2006 – 2006/2070(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (SEC(2006)0916 – C6-0263/2006, SEC(2006)0915 – C6-0262/2006)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-awtorità ta" kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta" kwittanza ta" l-2004 (COM(2006)0642, COM(2006)0641), u l-karta ta" ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet dwar kwittanza ta' l-2004 (SEC(2006)1376, SEC(2006)1377),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Il-Kisbiet tal-Politika 2005" (COM(2006)0124),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2005" (COM(2006)0277),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2005 (COM(2006)0279),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2004 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2006)0184),

–   wara li kkunsidra il-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta" Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-mudell ta" "verifika waħda" (u proposta għal qafas ta" kontroll intern Komunitarju)(3),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan direzzjonali għal qafas ta" kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta" azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta" kontroll intern integrat (COM(2006)0009),

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport dwar it-tabella tal-progress ta' l-applikazzjoni tal-pjan ta" azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta" kontroll intern integrat ippubblikat fid-19 ta" Lulju 2006 (SEC(2006)1009),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta" l-Unjoni Ewropea tal-House of Lords bit-titolu "Immaniġġjar finanzjarju u l-Frodi fl-Unjoni Ewropea: Perċezzjonijiet, Fatti u Proposti", li ġie ppubblikat fit-13 ta" Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet verifikati ta' l-istituzzjonijiet,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5710/2007 – C6-0081/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 4/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0095/2007),

A.   billi skond l-Artikolu 275 tat-Trattat KE il-Kummissjoni hi responsabbli mit-tfassil tal-kontijiet,

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 60, 8.3.2005.
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p.1.
(5) ĠU C 263, 31.10.2006, p.10.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(7) ĠU C 273, 9.11.2006, p. 2.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima III – Kummissjoni (SEC(2006)0916 – C6-0263/2006 – 2006/2070(DEC)) (SEC(2006)0915 – C6-0262/2006 – 2006/2070(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (SEC(2006)0916 – C6-0263/2006, SEC(2006)0915 – C6-0262/2006)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-awtorità ta" kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta" kwittanza ta" l-2004 (COM(2006)0642, COM(2006)0641), u l-karta ta" ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet dwar kwittanza ta' l-2004 (SEC(2006)1376, SEC(2006)1377),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Il-Kisbiet tal-Politika 2005" (COM(2006)0124),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2005" (COM(2006)0277),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2005 (COM(2006)0279),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2004 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2006)0184),

–   wara li kkunsidra il-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta" Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-mudell ta" "verifika waħda" (u proposta għal qafas ta" kontroll intern Komunitarju)(3),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan direzzjonali għal qafas ta" kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta" azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta" kontroll intern integrat (COM(2006)0009),

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport dwar it-tabella tal-progress ta' l-applikazzjoni tal-pjan ta" azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta" kontroll intern integrat ippubblikat fid-19 ta" Lulju 2006 (SEC(2006)1009),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta" l-Unjoni Ewropea tal-House of Lords bit-titolu "Immaniġġjar finanzjarju u l-Frodi fl-Unjoni Ewropea: Perċezzjonijiet, Fatti u Proposti", li ġie ppubblikat fit-13 ta" Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet verifikati ta' l-istituzzjonijiet,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5710/2007 – C6-0081/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 4/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0095/2007),

A.   billi l-Artikolu 274 tat-Trattat KE jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità u din għandha timplimentah skond il-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri,

B.   billi l-aktar mod effettiv għall-Kummissjoni li turi l-impenn reali tagħha favur it-trasparenza u l-amministrazzjoni finanzjarja soda huwa billi tagħmel kull ma hu possibbli sabiex tappoġġja miżuri li l-għan tagħhom hu li jtejjbu l-kwalita' ta' amministrazzjoni finanzjarja sabiex tikseb dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva (DAS - Taqsira tal-frażi bil-Franċiż "Déclaration d'assurance") mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea,

C.   billi t-titjib ta' l-amministrazzjoni finanzjarja fl-Unjoni jrid ikun appoġġjat u jingħata spinta minn monitoraġġ mill-qrib tal-progress fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri,

D.   billi l-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-UE huma kkaratterizzati minn "tmexxija maqsuma" tal-baġit tal-Komunità bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jfisser li 80% ta' l-ispejjeż tal-Komunità huma mmaniġġjati mill-Istati Membri,

E.   billi l-Istati Membri ħadu f'idejhom il-kontroll tar-responsabbiltajiet marbuta mal-produzzjoni ta" informazzjoni finanzjarja u mar-rekwiżit, b'mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(8) (IIA), rigward sommarju tal-verifiki u tad-dikjarazzjonijiet disponibbli, għandhom jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għat-tmexxija mtejjba tal-baġit tal-Komunità, filwaqt li jiżguraw it-tlestija ta" qafas integrat ta" kontroll intern ta" l-UE u l-kisba ta' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva;

F.   billi, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2005(9) u tas-27 ta' April 2006(10) dwar il-kwittanzi 2003 u 2004 rispettivament, il-Parlament ippropona li kull Stat Membru jipprovdi dikjarazzjoni ex ante u dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni annwali ex post dwar l-użu tiegħu tal-finanzjament ta' l-UE,

G.   billi, l-prinċipju ġenerali stabbilit mill-Parlament huwa li, skond it-Trattat KE, kemm ir-responsabbiltà finali għat-tmexxija tal-baġit tal-Komunità kif ukoll is-setgħat ta' l-Istati Membri biex jamministraw il-fondi disponibbli għalihom, ikunu osservati b'mod sħiħ,

H.   billi l-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 2005, irrifjuta l-proposta tal-Parlament dwar id-dikjarazzjonijiet fuq livell nazzjonali(11),

I.   billi fil-punt 44 ta" l-IIA tas-17 ta" Mejju 2006 jistqarr li l-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-kontijiet fl-Istati Membri se jipproduċu evalwazzjoni dwar il-konformita' tas-sistemi tat-tmexxija u tal-kontroll mar-regolamenti tal-Komunità u li l-Istati Membri għalekk jimpenjaw ruħhom li jfasslu sommarju kull sena fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki tal-kontijiet u tad-dikjarazzjonijiet disponibbli,

J.   billi l-prinċipju ta' kontroll intern effikaċi jidher fost il-prinċipji baġitarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju minn meta ġie emendat mir-Regolament (KE, Euratom) nru 1995/2006, kif propost mill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni tagħha msemmi hawn fuq,

K.   billi fil-punt 2.10 tar-rapport annwali tagħha għall-2005, il-Qorti ta' l-Awdituri enfasizzat, rigward l-istabbiliment ta' qafas ta' kontroll intern integrat, li, "wieħed mill-aktar objettivi importanti approvati mill-Kummissjoni huwa dak rapprezentat mill-proporzjonalità u l-effettivita' fl-infiq tal-kontrolli", u stqarret li f'dan il-kuntest, il-proċess tas-simplifikazzjoni (eż. użu ikbar tar-rata fissa u ta" pagamenti f'salt, regoli ssimplifikati dwar l-akkwist u l-għotjiet) u l-użu taċ-ċertifikati tal-verifika u tad-dikjarazzjonijiet ta" assigurazzjoni minn terzi responsabbli mill-ħidmiet għal-implimentazzjoni tal-baġit jistgħu jkollhom sehem sinifikanti,

L.   billi l-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tat-8 ta' Novembru 2005 msemmi hawn fuq ikkunsidra fil-konklużjonijiet tiegħu hawn fuq imsemmija kien ta l-opinjoni li l-introduzzjoni ta' kontroll intern integrat kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal kontrolli kienet ta' importanza fundamentali wkoll u talab sabiex "il-Kummissjoni tevalwa l-ispejjeż tal-kontrolli għal kull kategorija ta' spejjeż" (paragrafu 5),

M.   billi l-ħidma tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit inġenerali u l-proċedura ta' kwittanza, b'mod partikolari, jiffurmaw il-proċess maħsub biex: (1) jistabbilixxi r-responsabbiltà sħiħa mill-Kummissjoni kollha kemm hi, mill-Kummissarji individwali kif ukoll mill-parteċipanti ewlenin importanti għat-tmexxija finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea skond it-Trattat, (2) jimplimenta proċedura annwali xierqa għal dan il-għan li tippermetti lill-Parlament ikollu relazzjoni diretta mal-partijiet interessati responsabbli minn din it-tmexxija; u (3) itejjeb it-tmexxija finanzjarja fl-UE skond ir-riżultati ta' verifika mill-Qorti ta' l-Awdituri u b'hekk toħloq bażi aktar soda għat-teħid tad-deċiżjonijiet,

N.   billi il-Kumitat tal-Baġits tiegħu għandu jqis ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza ta" l-2005 waqt il-proċedura baġitarja li jmiss,

O.   billi b'sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili tat-13 ta" Diċembru 2006 fil-Każ F- 17/05 Carvalho, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta" Settembru 2004 biex ittawwal l-invalidità ġiet annullata,

KWISTJONIJIET ORIZZONTALI
Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni
Affidabilità tal-kontijiet

1.  Jinnota li, b'xi eċċezzjonijiet li ssir riferenza għalihom fl-osservazzjonijiet tagħha, il-Qorti hi tal-fehma li l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet fil-31 ta' Diċembru 2005, kif ukoll ir-riżultati ta' l-operat u l-flussi ta' likwidita' għas-sena finanzjarja li ntemmet (Kapitolu 1, Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, paragrafi V sa VIII); jitlob lill-Qorti għal rimarki ulterjuri, fir-rapporti annwali futuri, dwar l-oqsma tal-politika u l-Istati Membri li jkunu affettwati b'mod partikolari;

2.  Jilqa' b'mod partikolari l-isforzi li saru mill-Kummissjoni sabiex tkun adottata l-kontabilità għas-sena finanzjarja sa l-iskadenzi fir-Regolament Finanzjarju għall-produzzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

3.  Jiddikjara, madanakollu, li hu mħasseb dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-iżbalji fl-ammonti reġistrati fis-sistema ta' kontabilità (estimi żejda tal-kontijiet pagabbli u ta' l-ammont totali tal-finanzjamenti minn qabel kemm għal tul ta' żmien twil kif ukoll għal tul ta' żmien qasir) u ta' żbalji fis-sistemi ta' kontabilità lokali ta' xi direttorati ġenerali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi urġenti sabiex tikkoreġi n-nuqqasijiet innutati mill-Qorti sabiex ikun evitat li dawn in-nuqqasijiet ma jaffetwawx l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-2006;

5.  Jilqa' l-fatt li, wara talbiet ripetuti mill-Parlament, l-Artikolu 61 ġdid tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jiffirma l-kontijiet kollha u għandu l-poter li jivverifika l-informazzjoni rċevuta u jagħmel osservazzjonijiet; jisħaq li jeħtieġ li l-Uffiċjal tal-Kontabilità b'mod ċar jingħata s-setgħa li jesegwixxi din ir-responsabbiltà, b'mod partikolari fejn jidħlu l-kontrolli; jistieden lill-Kummissjoni biex tgħarraf lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar liema tibdiliet organizzattivi tkun għamlet jew tkun qed tippjana li tagħmel sabiex tippermetti lill-uffiċjal tal-kontabilità jwettaq dmirijietu skond l-Artikolu 61 il-ġdid;

6.  Jinnota li, b'riżultat tar-riżoluzzjoni ta" kwittanza ta" l-2004, il-Kummissjoni ressqet informazzjoni dwar il-kontijiet mhux magħrufa; jiddipjaċih dwar il-fatt li l-informazzjoni imressqa għadha m'għamilx it-tranżazzjonijiet permezz ta' dawk il-kontijiet trasparenti; jinnota li jkun xieraq li l-fondi kkreditati lill-kontijiet ikunu ttrasferiti lura lejn il-baġit bħala dħul ieħor; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tispjega għaliex il-kontijiet tat-tħaddim tas-supermarkets "Economat" imħaddma barra mill-baġit għadhom ma ddaħħlux fil-baġit;

7.  Jiddispjaċih li, kif innotat il-Qorti ta" l-Awdituri fil-paragrafu 1.49 tar-rapport annwali tagħha għall-2005, l-uffiċjal ta' kontabilità ma osservax għal kollox ir-Regoli ta' Kontabilità Nri 2 u 12 f'dak li jirrigwarda l-istruttura ġdida, il-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ u t-trattament rivedut tar-responsabbiltajiet tal-Komunitajiet rigward il-pensjonijiet; jinnota li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni rreveda r-Regoli tal-Kontabilità Nri 2 u 12 f'Ottubru 2006;

8.  Juri tħassib li l-Qorti qed tinnota żbalji fl-ammonti tal-finanzjamenti minn qabel irrekordjati u jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi urġenti sabiex tirrimedja dawn in-nuqqasijiet bil-għan li l-kontijiet jirriflettu l-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunita' bl-iktar mod preċiż possibbli; ifakkar lill-Kummissjoni bl-impenn tagħha sabiex kull sitt xhur tagħti lill-awtorità baġitarja rapport dwar it-tmexxija tal-finanzjamenti minn qabel;

Amministrazzjoni baġitarja

9.  Juri tħassib għaż-żieda mġedda ta' impenji pendenti u jitlob rata ogħla ta' utilizazzjoni fit-tliet snin li ġejjin;

10.  Jindika li l-maġġoranza tal-kanċellazzjonijiet skond ir-regola sena n+2 huma marbuta mal-Fond Soċjali Ewropew (ESF); Jappella lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li talbiet għal pagamenti jitressqu lill-Kummissjoni aktar malajr peress li l-miżuri ffinanzjati mill-ESF huma maħsuba biex itejbu l-impjegabilità u jagħtu spinta lir-riżorsi umani u huma kruċjali għall-kisba ta' l-għanijiet ta' Liżbona; rata bil-mod ta' utilizzazzjoni hi ta' tħassib kbir b'mod partikolari fid-dawl ta' Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni u l-objettiv ta" dan il-Fond;

11.  Jappella lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri biex tqis kif xieraq il-benefiċjarji li japplikaw għal ammont relattivament zgħir għal proġetti jew organizzazzjonijiet, li, minħabba il-kobor tagħhom, ma jifilħux jimpjegaw esperti għall-verifika u l-evalwazzjoni neċessarja, sabiex jintlaħaq il-bilanċ ġust bejn l-ispejjeż tal-proġett u l-ispejjeż u ix-xogħol ta' verifika u rappurtar;

Legalità ta' l-operazzjonijiet sottostanti

12.  Jinnota li l-osservazzjonijiet tal-Qorti li f'oqsma li fihom il-Qorti applikat sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll xierqa, ma saru l-ebda konklużjonijiet sinifikanti rigward il-legalita' u r-regolarjeta' tat-tranżazzjonijiet sottostanti (Kapitolu 1, Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, punt IX);

13.  Jiddeplora madankollu l-fatt illi, f'oqsma importanti ħafna ta' nefqa tal-Komunita' (infiq taħt il-CAP li mhuwiex soġġett għas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), Fondi Strutturali, politiki interni, azzjonijiet esterni, Sapard), il-Qorti tinnota illi s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll għandhom jitejjbu, peress illi għad hemm nuqqasijiet li ma jippermettux li jkun hemm DAS pożittiva f'dawn l-oqsma (Kapitolu 1, Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, paragrafi IX sa XI);

14.  Jesprimi tħassib kbir minħabba n-numru kbir ta' żbalji misjuba mill-Qorti f'dak li għandu x'jaqsam mat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-benefiċjarju aħħari u jinnota li, fejn ikun hemm arranġament ta" amministrazzjoni maqsuma, ir-responsabilità għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta' l-iżbalji fil-livell tal-benefiċjarju aħħari jaqgħu fuq l-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin il-Kummissjoni hija responsabbli għall-għoti ta linji gwida ċari, effiċjenti u effettivi lill-Istati Membri dwar kif jipprevenju, jiddentifikaw u jikkoreġu dawn l-iżbalji;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb is-superviżjoni tal-kontrolli ddelegati lill-Istati Membri; jinsisti li f'każ fejn is-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri xorta waħda ma jkunux biżżejjed ikun xieraq li l-Kummissjoni timponi skadenzi ċari u tapplika sanzjonijiet fejn dawk l-iskandenzi ma jiġux rispettati;

16.  Jikkunsidra li l-kwistjoni ewlenija li għandha tiġi indirizzata fir-rigward tad-DAS hija jekk is-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll humiex qegħdin jiġu applikati sew fil-livell Komunitarju u f'dak nazzjonali, u jekk jiżgurawx il-legalità u tar-regolarità ta' l-operazzjonijiet sottostanti;

17.  Jaħseb illi, min dan l-aspett, il-verifika tal-Qorti ser tippermetti li jiġi identifikat is-sors tan-nuqqasijiet li nstabu u ser tikkontribwixxi sabiex il-limiti jiġu korretti b'mod iktar effikaċi milli sempliċement permezz ta' l-indikazzjoni ta' l-iżbalji fit-tranżazzjonijiet;

18.  Jilqa' l-approċċ tad-DAS rivedut li l-Qorti bdiet tintroduċi fl-2002, u partikularment l-aħħar bidla approvata fi Frar 2006(12), li se tiġi implimentata għall-ewwel darba fir-rapport annwali tagħha għall-2006;

Dikjarazzjonijiet ta' amministrazzjoni nazzjonali

19.  Ifakkar illi, bi qbil ma' l-Artikolu 274 tat-Trattat KE, kull Stat Membru għandu jerfa' kompletament ir-responsabbiltajiet tiegħu fil-qasam ta' l-amministrazzjoni, u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi minimizzat kemm jista' jkun ir-riskju ta' żbalji fit-tranżazzjonijiet sottostanti;

20.  Jilqa" bħala l-ewwel pass lejn id-dikjarazzjonijiet ta" amministrazzjoni nazzjonali, il-ftehim li ntlaħaq fl-IIA li l-Istati Membri jridu jipprovdu sommarju annwali tal-verifiki u tad-dikjarazzjonijiet disponibbli;

21.  Jindika l-ħtieġa urġenti li tiġi introdotta dikjarazzjoni nazzjonali fil-livell politiku xieraq, illi tkopri l-fondi Komunitarji kollha fl-arranġament ta' amministrazzjoni mqassma, hekk kif ippropona l-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu għall-2003 u l-2004;

22.  Jenfasizza l-importanza ta' pjan ta' azzjoni għal qafas ta' verifika interna integrata u jappoġġja bis-sħiħ il-proposta fformulata mill-Kummissjoni fl-azzjoni 5 tal-pjan ta' azzjoni msemmi, li jgħid illi "l-Istati Membri għandhom jaħtru korp ta' koordinazzjoni nazzjonali" għal kull politika Komunitarja, li għandha tagħti ħarsa ġenerali lejn l-assigurazzjoni disponibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-azzjonijiet Komunitarji amministrati minn kull Stat Membru;

23.  Ifakkar illi huma l-Istati u mhux ir-reġjuni li huma membri ta' l-UE, u li għalhekk ma jqisx bħala aċċettabbli illi Stat Membru jirrifjuta d-dikjarazzjonijiet nazzjonali minħabba l-organizzazzjoni territorjali tiegħu, u jqis li kull Stat Membru għandu jkun jista' jerfa' r-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-fondi ta' l-UE li jkun irċieva, jew permezz ta' dikjarazzjoni ta' amministrazzjoni nazzjonali waħda jew fis-sura ta' diversi dikjarazzjonijiet fi ħdan qafas nazzjonali;

24.  Hu ta' l-opinjoni li d-dikjarazzjonijiet ta' amministrazzjoni nazzjonali, li jistgħu jieħdu l-forma li jinkludu diversi dikjarazzjonijiet f'qafas nazzjonali, aktar milli waħda waħedha, sabiex jiġu rikonoxxuti s-sistemi politiċi federali u deċentralizzati li jeżistu f'xi Stati Membri, kif irrimarkat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2006 dwar dikjarazzjonijiet ta' amministrazzjoni nazzjonali(13), żgur itejjbu l-kwalità tas-sistemi nazzjonali ta' superviżjoni u ta' kontroll korrispondenti, u, mingħajr ma jkunu ta' detriment għall-indipendenza tal-Qorti ta' l-Awdituri, jistgħu jagħmluha aktar faċli li tinkiseb DAS pożittiva minnha, peress li dikjarazzjonijiet ta' dan it-tip jiffurmaw element vitali biex jinkiseb qafas ta' verifika interna integrata għall-UE, u fihom infushom ikunu fattur importanti biex tinkiseb DAS pożittiva;

25.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-inizjattiva ta' l-Olanda, li l-gvern tagħha approva l-adozzjoni ta' dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-amministrazzjoni tal-fondi Komunitarji bażata fuq sottodikjarazzjonijiet li jkopru d-diversi oqsma ta' nfiq u li se tiġi ffirmata f'isem il-gvern Olandiż mill-Ministru tal-Finanzi bħala l-awtorità finali;

26.  Jilqa' wkoll id-deċiżjoni tar-Renju Unit u ta" l-Iżvezja illi jieħdu miżuri bil-ħsieb li jintroduċu dikjarazzjonijiet nazzjonali dwar l-amministrazzjoni tal-fondi Komunitarji, li fil-każ tar-Renju Unit b'dispożizzjoni li saret sabiex id-dikjarazzjoni tiġi ffirmata minn uffiċjal anzjan bl-awtorità xierqa fil-qasam rilevanti; jagħmel osservazzjoni wkoll li l-korp nazzjonali tal-verifika Daniża għandha tagħti opinjoni ta" verifika dwar il-ġestjoni tal-fondi Komunitarji taħt amministrazzjoni mqassma;

27.  Juri t-tħassib tiegħu li, minkejja dawn l-inizjattivi favur id-dikjarazzjonijiet nazzjonali, il-maġġoranza ta' l-Istati Membri qed jirreżistu l-introduzzjoni tagħhom;

28.  Jistieden madankollu lill-Kummissjoni sabiex qabel tmiem l-2007 tippreżenta proposta ta' dikjarazzjoni (ta' l-amministrazzjoni) nazzjonali lill-Kunsill, li tkopri t-totalità tal-fondi Komunitarji fl-amministrazzjoni mqassma, u li għandha tkun ibbażata fuq sottodikjarazzjonijiet tad-diversi korpi nazzjonali ta' immaniġġjar ta' l-infiq; huwa tal-fehma li hemm bżonn li jkun hemm approċċ komuni biex jiġu implimentati u jinbnew id-dikjarazzjonijiet nazzjonali, biex jitwettqu skond l-istess prinċipji, u jekk ikun possibbli li jiggarantixxi l-parteċipazzjoni ta" korpi nazzjonali tal-verifika, sabiex wieħed jiggarantixxi li d-dikjarazzjoni nazzjonali tkun ta" valur għall-Kummissjoni u għall-Qorti ta" l-Awdituri;

29.  Jistieden lill-Kunsill sabiex bla telf ta" żmien jiftaħ mill-ġdid id-dibattitu dwar il-kwistjoni;

30.  Jistieden lill-parlamenti nazzjonali (partikularment lill-kumitati nazzjonali inkarigati mill-kontroll tal-finanzi pubbliċi u lill-kumitati tal-Konferenza tal-Kumitati Speċjalizzati fl-Affarijiet Komunitarji u Ewropej tal-Parlamenti ta' l-Unjoni Ewropea (COSAC)) sabiex jiddiskutu l-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali u sabiex jgħarrfu lill-kamra dwar ir-riżultat ta" din id-diskussjoni;

Punt 44 ta' l-IIA

31.  Jenfasizza li l-punt 44 ta" l-IIA jirrikjedi li l-awtoritajiet rilevanti inkarigati mill-verifika tal-kontijiet fl-Istati Membri jipproduċu evalwazzjoni dwar il-konformità tas-sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll mar-regolamenti tal-Komunità, u li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li kull sena, fil-livell nazzjonali xieraq, jipproduċu sommarju annwali tal-verifiki u tad-dikjarazzjonijiet disponibbli;

32.  Huwa ta' l-opinjoni li l-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-kontijiet imsemmija fil-punt 44 ta' l-IIA għandhom jerfgħu din ir-responsabiltà ġdida għall-użu lokali tal-fondi ta' l-UE u li dan il-kontroll fuq skala nazzjonali għandha tifrex il-bażi għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet ta' amministrazzjoni nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali;

33.  Jenfasizza li dan hu l-unika mod sabiex id-dikjarazzjonijiet ta' amministrazzjoni nazzjonali se jkollhom verament valur, u li fil-fehma tal-Parlament, għandhom jikkostitwixxu garanzija reali li s-sistemi nazzjonali ta' superviżjoni u ta' kontroll qed jaħdmu kif suppost;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex titlob lill-Istati Membri għall-informazzjoni msemmija fil-punt 44 ta' l-IIA u sabiex, fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, tfassal dokument li, għal kull Stat Membru, janalizza n-nuqqasijiet u l-setgħat tas-sistemi nazzjonali ta' tmexxija u ta' kontroll tal-fondi Komunitarji kif ukoll ir-riżultati tal-verifiki tal-kontijiet li jitwettqu, u sabiex tgħaddi dan id-dokument lill-Parlament u lill-Kunsill;

35.  Jaħseb illi jkun utli ħafna li, fuq il-bażi ta' dan id-dokument finali elaborat mill-Kummissjoni, il-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji iwettaq analiżi komparattiva u jorganizza dibattitu dwar kemm is-sistemi użati mill-Istati Membri huma xierqa sabiex jiżguraw il-kontroll tal-fondi li jirċievu mill-baġit Komunitarju;

Sospensjoni tal-pagamenti u korrezzjonijiet finanzjarji

36.  Ifakkar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 rigward pjan ta' ħidma għal qafas ta' verifika interna integrata (COM(2005)0252), li l-punt B tagħha jgħid illi "meta Stat Membru jonqos milli jindirizza b'mod adegwat ir-riskji ta' żball, il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-baġit tal-KE billi tapplika d-dispożizzjonijiet eżistenti għas-sospensjoni tal-pagamenti u l-korrezzjonijiet finanzjarji";

Sospensjoni tal-pagamenti

37.  Jappoġġja bis-sħiħ lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni b'mod rigoruż tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sospensjoni tal-pagamenti u jilqa' bi pjaċir l-azzjonijiet li ttieħdu diġà sabiex ma jiġux trasferiti fondi meta l-Kummissjoni ma jkollhiex garanzija assoluta rigward l-affidabilità tas-sistemi ta' tmexxija u ta' verifika ta' l-Istat Membru benefiċjarju tal-fondi kkonċernati;

38.  Jemmen li, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżervi rikorrenti relatati ma' programmi ta' nfiq ta' Stat Membru partikolari, is-sospensjoni tal-pagamenti bħala mezz ta' pressjoni se tikkontribwixxi għaż-żieda ta' l-involviment ta' l-Istati Membri fl-użu korrett tal-fondi Komunitarji miksuba;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissemplifika r-regoli u sabiex tapplika l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tas-sospensjoni tal-pagamenti meta dan ikun neċessarju u sabiex tinforma lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Qorti ta' l-Awdituri fi żmien utli dwar dawn is-sospensjonijiet ta' pagamenti u dwar ir-riżultati tagħhom;

40.  Jinsisti li jkun xieraq li l-ħlasijiet ikunu sospiżi għal kollox jew parzjalment f'każ fejn Stati Membri ma jkunux qed jikkonformaw mar-rekwiżiti bażiċi, bħal fil-każ tas-sistema IACS fil-Greċja, fejn l-awtoritajiet Griegi ma jirrimedjawx il-problemi eżistenti fil-limiti taż-żmien stipulati, kif skedat mill-pjan ta' ħidma adottat b'mod konġunt li l-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Griegi għal sistema IACS li tiffunzjona b'mod sħiħ;

41.  Iqis li jekk l-Istati Membri individwali jkunu jistgħu japplikaw standards ta" kontroll differenti dan ikun ta" ħsara għad-dehra ta" l-UE;

Korrezzjonijiet finanzjarji fil-programmi plurijennali

42.  Iqis li, f'dak li għand x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni mqassma jew deċentralizzata, il-Kummissjoni għandha tapplika bis-sħiħ l-Artikolu 53(5) tar-Regolament Finanzjarju li jgħid li għandha tieħu r-responsabbiltà aħħarija fl-eżekuzzjoni tal-baġit bi qbil ma' l-Artikolu 274 tat-Trattat permezz ta' ''proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet jew ta' mekkaniżmi ta' korrezzjonijiet finanzjarji'';

43.  Jenfasizza illi, ladarba titqies in-natura plurijennali ta' l-infiq fil-programmi Komunitarji, huwa biss fi tmiem iċ-ċiklu plurijennali li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq l-applikazzjoni ta' dawk il-"proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet jew ta' mekkaniżmi ta' korrezzjonijiet finanzjarji", li l-għan tagħhom huwa li jiġu kkorreġuti a posteriori l-iżbalji li jinstabu, jekk tkun disponibbli dokumentazzjoni komprensiva b'mod ċar dwar l-implimentazzjoni tal-programmi; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jsiru korrezjonijiet finanzjarji hekk kif l-Istati Membri jsibu irregolaritajiet mhux korretti, mingħajr ma wieħed jistenna li jasal it-tmiem taċ-ċiklu plurijennali;

44.  Jinnota bi tħassib il-fatt li l-Qorti hija kritika ħafna dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni, li ma ''tiżgurax il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija ta' l-iżbalji'', ma jqisux b'mod xieraq in-nuqqasijiet li jinstabu fl-operazzjonijiet ta' bażi, jiġifieri fil-livell tal-benefiċjarju aħħari, u ''ma jħajrux lill-Istati Membri sabiex jieħħdu azzjonijiet għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet jew għat-titjib tas-sistemi tagħhom ta' tmexxija u ta' kontroll'' (paragrafi 1.64 u 6.35 tar-rapport annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri);

45.  Jindika illi l-objettiv tad-deċiżjonijiet u l-miżuri korrettivi finali(14) u li jeskludu l-finanzjament Komunitarju mill-infiq li ma twettaqx b'konformità mar-regoli Komunitarja u li dawn id-deċiżjonijiet, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni, għandhom jikkostitwixxu strument importanti tas-sistemi ta' kontroll u ta' monitoraġġ;

46.  Jinnota illi l-effett tal-miżuri korrettivi finali, f'każ li ma jiġux applikati direttament għall-operazzjonijiet fil-livell tal-benefiċjarju aħħari, għandhom effett fil-prattika, hekk kif tikkonstata l-Qorti, li titrasferixxi l-piż ta' l-operazzjonijiet illegali u irregolari tal-baġit Komunitarju fuq il-kontribwenti nazzjonali kollha u mhux fuq il-benefiċjarju aħħari li jkun għamel l-iżball (punt 1.65 tar-rapport annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri); jinnota li dawn il-korezzjonijiet, b'hekk, għandhom biss effett preventiv u deterrent limitat fuq il-benefiċjarji u fuq l-amministraturi;

47.  Jenfasizza għalhekk l-importanza li l-Istati Membri jkollhom sistemi adegwati sabiex tittejjeb il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' l-iżbalji fil-livell tal-benefiċjarju aħħari, u b'hekk titnaqqas il-ħtieġa sabiex il-Kummissjoni tapplika miżuri korettivi finali;

48.  Jinnota li, b'riżultat tal-prinċipju ta" l-użu effiċjenti u effettiv ta" l-approprjazzjonijiet, għandu jkun hemm irkupru effettiv; huwa tal-fehma li rkupru mtejjeb jagħti prova ta' l-effettività tal-pieni ta' l-UE u jkompli jagħti spinta lill-kredibilità ta' l-istituzzjonijiet Ewropej;

49.  Jinnota li rkupru effettiv jista" jseħħ biss permezz ta" l-aġenziji ta" infurzar ta' l-Istati Membri li huma responsabbli mill-infurzar; għaldaqstant jitlob, fir-rigward ta" l-irkupru, biex jitqiesu l-ispejjeż ta' l-Istati Membri għall-aġenziji ta" infurzar tagħhom;

50.  Jinsab konvint li titjib fir-rata ta" l-irkupru jista' jinkiseb billi jinkixfu l-identitajiet ta' debituri li jkunu nstabu responsabbli mill-qrati, u li ma jistgħux jappellaw aktar, iżda ma jridux iħallsu;

51.  Jikkonkludi illi, quddiem il-kritiki serji tal-Qorti, il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, għandha tieħu l-miżuri kollha adegwati sabiex l-ewwel nett ma jsirux żbalji u irregolaritajiet u jiddipjaċih li mid-dehra l-Kummissjoni għamlet iktar enfasi fuq il-mekkaniżmi ta" korrezjoni finanzjarja finali li, kif tinnota l-Qorti, għandhom dgħjufijiet serji u "ma jistgħux jitqiesu bħala mekkaniżmi li permezz tagħhom jiġu żgurati l-prevenzjoni u l-iskoperta bikrija u l-korrezjoni ta' l-iżbalji" (paragrafu 1.64 tar-rapport annwali tal-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri);

52.  Jiddispjaċih dwar il-kritika tal-Kummissjoni kontra l-Qorti ta" l-Awdituri f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri ta" korrezzjoni finanzjarji mwettqa mill-Kummissjoni fl-2005, li ġie evidenzjat b'mod partikolari matul il-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-Qorti lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fit-23 ta' Ottubru 2006, minħabba li l-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità ta" l-Istituzzjonijiet Ewropej li jiffunzjonaw hija msejsa, inter alia, fuq l-indipendenza garantita tal-Qorti ta" l-Awdituri bħala korp ta' verifika esterna;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament, kif ukoll lill-Qorti, ta' l-Awdituri definizzjoni espliċita tan-nozzjonijiet differenti koperti mill-espressjoni ''mekkaniżmi ta' korrezzjoni finanzjarja'' u l-ammonti tal-korrezzjonijiet li twettqu realment fl-2005;

54.  Jitlob illi fil-ġejjieni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali li jagħti f'dettall l-ammont li hu involut effettivament fil-korrezzjonijiet finanzjarji;

Sistema ta' verifika interna tal-Kummissjoni
Il-pjan ta' azzjoni għal qafas ta' verifika interna integrata

55.  Jilqa' l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, fis-17 ta' Jannar 2006, ta' komunikazzjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri bl-isem ta' "Pjan ta" Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta" Kontroll Intern Integrat'' (COM(2006)0009 u SEC(2006)0049), li tistabbilixxi 16-il azzjoni konkreta li għandhom jitwettqu bil-għan li jitwaqqaf qafas ta' kontroll intern iktar effikaċi għall-fondi ta' l-UE;

56.  Jilqa' l-ewwel tabella tal-progress ta' kull sitt xhur ippreżentata mill-Kummissjoni fid-19 ta' Lulju 2006 (SEC(2006)1001) dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq, bi qbil mat-talba fformulata mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza 2004; jistenna li t-tieni tabella tal-progress ta' kull sitt xhur se tasal għand il-Parlament qabel l-1 ta' Jannar 2008;

57.  Jiddeplora madankollu l-fatt illi, skond ir-rapport imsemmi, ċerti azzjonijiet lanqas biss inbdew u diġà hemm ammont ta' dewmien fuq il-kalendarju previst, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Azzjonijiet 7, 9 u 10(15);

Rapport bejn l-ispejjeż u l-effikaċja - Analiżi ta' l-ekwilibriju eżistenti bejn l-ispejjeż operazzjonali u l-ispejjeż tas-sistemi ta' kontroll - Rata ta' żbalji jew riskju ta' żbalji aċċettabbli

58.  Jenfasizza illi, fir-rapport annwali tagħha għall-2005, il-Qorti ta' l-Awdituri qalet, rigward ta' l-istabbiliment tal-qafas ta' verifika interna integrata, li, "wieħed mill-objettivi l-aktar importanti approvat mill-Kummissjoni huwa rappreżentat mill-proporzjonalità u l-effettivita' fl0infiq tal-kontrolli" (paragrafi 2.9 u 2.10);

59.  Ifakkar ukoll li l-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tat-8 ta' Novembru 2005, kif imsemmi hawn fuq, għamel enfasi kbira fuq il-ħtieġa li tiġi implimentata prattika ta' verifika interna integrata u ddikjara: "Il-Kunsill jemmen, bi qbil ma' l-opinjoni tal-Qorti nru. 2/2004, li għandu jasal għal fehim mal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-riskji li jistgħu jiġu ttollerati fl-operazzjonijiet ta' bażi, ladarba wieħed iqis l-ispejjeż u tal-vantaġġi tal-kontrolli fil-qafas tad-diversi politiki u ta' l-ammont ta' spejjeż ikkonċernati'; jistenna li l-Kunsill jaġixxi mill-ewwel dwar id-deċiżjoni tiegħu stess;

60.  Ifakkar l-Azzjoni 4 tal-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq li, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, jipproponi li ''jingħata bidu għal djalogu interistituzzjonali dwar ir-riskji li jistgħu jiġu ttollerati fit-tranżazzjonijiet ta' bażi'';

61.  Ifakkar ukoll l-Azzjoni 10, li għandha l-għan li twettaq ''analiżi ta' l-ispejjeż tal-kontrolli'', - peress li ''huwa neċessarju li jintlaħaq ekwilibriju xieraq bejn l-ispejjeż u l-vantaġġi tal-kontrolli'' - u li jiddikjara li r-riżultati tagħha għandhom ikunu ppreżentati fil-bidu tas-sena 2007, iżda jinnota li din l-azzjoni għandha bilkemm inbdiet;

62.  Jisħaq, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri rigward il-Mudell Uniku tal-Verifika, b'mod speċifiku fir-rigward tal-ħtieġa li wieħed jiżgura l-koinċidenza bejn il-livell ta' l-awtorità li tilleġiżla, tiffinanzja u tibbenefika mill-kontrolli (punt 24) fir-rigward tal-proporzjonalità bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli (punt 25) u t-trasparenza tal-kontrolli (punt 26);

63.  Jiftiehem flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, fl-Opinjoni Nru 4/2006 tagħha, jiddispjaċih li r-relazzjoni bejn il-livell ta' riskju tollerabbli u l-ekwilibriju bejn l-ispejjeż u l-vantaġġi tal-kontrolli ma ġietx stabbilita u li, għalkemm jikkostitwixxi nozzjoni fundamentali f'qafas ta' kontroll interna integrata, għadu ma ġiex iċċarat kif għandu jiġi stabbilit każ ta' "livell ta' riskju tollerabbli";

64.  Iqis għalhekk illi l-Kummissjoni, fir-rispett tal-prinċipji tal-proporzjonalità u ta' l-ispejjeż/effikaċja tas-sistemi ta' kontroll, għandha tevalwa r-relazzjoni eżistenti, minn banda, bejn ir-riżorsi li hija għandha għal kull politika partikolari, u mill-banda l-oħra, il-parti tar-riżorsi li hija timpjega fis-sistemi ta' kontroll skond il-qasam ta' nfiq u r-riżorsi eventwalment mitlufa minħabba żbalji hekk mikxufa;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel pubbliċi għal kollox il-metodi li tuża biex tiddetermina r-rati ta' l-iżbalji, u jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex taħdem għal djalogu interistituzzjonali dwar il-metodoloġija tal-verifika;

66.  Huwa tal-fehma li huwa essenzjali għall-Kummissjoni li jkollha pjan direzzjonali kredibbli sabiex tikseb dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni pożittiva;

67.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq b'mod effettiv din l-analiżi kumparattiva, li hija l-unika bażi li tippermetti li jiġi stabbilit ''livell ta' riskju aċċettabli'', u li tgħaddi din l-analiżi lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil mat-talba tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

68.  Jemmen illi l-proporzjon eżistenti ta' l-ispejjeż meta mqabbla mal-vantaġġi bejn ir-riżorsi użati fl-attivitajiet ta' kontroll u r-riżultat ta' dawn il-kontrolli għandha tkun element fundamentali li għandu jitqies meta l-Qorti ta' l-Awdituri tkun qed telabora d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni;

Responsabbiltà politika u responsabbiltà amministrattiva tal-Kummissjoni

69.  Jisħaq illi l-kontenut ta' informazzjon fir-rapporti annwali ta' attività tas-servizzi huwa ta" xkiel għal din il-proċedura; jinsab imħasseb meta jibqa' jaqra d-dikjarazzjonijiet tal-Qorti illi jgħidu li xi wħud minn dawn ir-rapporti għadhom ma jipprovdux elementi ta' prova biżżejjed għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha (paragrafi 2.15, 2.18 u 2.19 tar-rapport annwali 2005);

70.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tara li dawn ir-rapporti annwali ta' attività u d-dikjarazzjonijiet annessi magħhom jittrattaw iktar fil-fond - fejn ikun possibbli fil-livell ta" l-Istati Membri individwali - l-evalwazzjoni tas-sistemi eżistenti, in-nuqqasijiet misjuba u l-impatti finanzjarji tagħhom;

71.  Jitlob mill-ġdid lill-Kummissjoni illi, waqt li jkun qed telabora r-rapporti ta' sinteżi, tiżgura li s-Segretarju Ġenerali tagħha jfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li tinkludi referenza rigward id-dikjarazzjonijiet ta' kull wieħed mid-Diretturi Ġenerali, sabiex juri biċ-ċar l-għajnuna li huma jagħtu lill-Kummissarji fl-adozzjoni ta' dak ir-rapport;

Il-parteċipazzjoni tal-membri tal-Kummissjoni

72.  Jenfasizza l-importanza ta' l-opinjoni espressa mill-awditur intern tal-Kummissjoni fir-rapport annwali tiegħu dwar il-verifiki interni skond liema rapport "il-parteċipazzjoni sħiħa tal-Kummissarji fl-evalwazzjoni tar-riskji politiċi tippermetti trattament globali aħjar tar-riskji u bħala konsegwenza ttejjeb it-tfassil, l-allokazzjoni tar-riżorsi u t-twettiq ta' l-objettivi politiċi"(16);

73.  Jinnota l-kritika li l-Kummissarji m'humiex involuti għal kollox; jitlob lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-azzjonijiet li se jkunu meħtieġa sabiex tkun garantita din il-parteċipazzjoni sħiħa tal-Kummissarji, kif jixtieq l-awditur, u sabiex tikkjarifika, fl-istess ħin, ir-relazzjoni bejn id-diretturi ġenerali u l-Kummissarji, u jitlobha wkoll sabiex tagħti informazzjoni kompluta lill-Parlament;

74.  Huwa ddispjaċut dwar id-differenza fil-kwalità tal-preżentazzjoni mill-Kummissarji fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu u jesprimi t-tama tiegħu li dan ma jirriflettix l-importanza li l-Kummissarji individwali jagħtu lill-ġestjoni finanzjarja tajba fil-qasam ta' kompetenza tagħhom; jinsisti li, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, il-Kummissarji huma meħtieġa li jkunu ppreparati aħjar għal seduti ta' smiegħ rigward il-proċedura ta" kwittanza ta" l-2006;

Etika

75.  Jilqa' bil-qalb l-Inizjattiva Ewropea tal-Kummissjonii fil-qasam ta' Trasparenza, imsemmija hawn fuq, fejn qed tipproponi li tvara "dibattitu ma' l-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra dwar ir-regoli u l-istandards ta' professjonalita? etika ta' min ikollu kariga pubblika fl-istituzzjonijiet Ewropej"; jitlob li d-dibattitu jiġi varat malajr sabiex kwalunkwe miżura meħtieġa ssir effettiva fil-bidu tal-mandat il-ġdid tal-Parlament f'Ġunju 2009 u tal-mandat il-ġdid tal-Kummissjoni f'Novembru 2009;

76.  Jappoġġja l-idea ta' diskussjoni ta' dan it-tip u jitlob lill-Kummissjoni biex timla l-vojt li hemm bħalissa u biex tiżgura li l-kodiċi ta' kondotta li jorbot tal-Kummissarji jinkorpora r-regoli etiċi meħtieġa u l-linji gwida prinċipali li l-Kummissarji huma mistennija li josservaw fil-qadi ta' dmirijiethom, b'mod partikolari meta jaħtru l-kollegi, speċjalment fi ħdan il-"kabinetti" tagħhom;

77.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-qafas ta" l-inizjattiva għat-Trasparenza, tagħti l-attenzjoni xierqa, u tipproponi soluzzjonijiet, rigward il-fatt li għadd sostanzjali ta" individwi li kienu jew huma membri ta' l-istaff f'karigi għolja u b'pożizzjonijiet sensittivi telqu mill-Kummissjoni, xi drabi fuq lif mingħajr ħlas, biex ingħaqdu ma' lobbisti u ma' uffiċċji ta' avukati li, ngħidu aħna, jirrappreżentaw klijenti li jkunu jew taħt investigazzjoni mid-DĠ Kompetizzjoni jew qed jappellaw mill-multi li jkunu ġew imposti fuqhom;

Trasparenza

78.  Jilqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni għat-trasparenza u jistenna li din twassal għal azzjoni prattika u għal inizjattivi leġiżlattivi li, imbagħad, jirriżultaw fi trasparenza fl-użu u fil-ġestjoni tal-fondi ta" l-UE; jistenna lill-Istati Membri li jappoġġjaw din l-inizjattiva importanti billi jiżguraw li min-naħa tagħhom huma jkunu trasparenti għal kollox fl-użu tagħhom tal-fondi ta' l-UE;

79.  Jistenna li l-Amministrazzjoni tiegħu – b'kollaborazzjoni mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit – ikun involut fid-deliberazzjonijiet ulterjuri għat-tfassil ta' l-inizjattivi leġiżlattivi speċifiċi;

80.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jippermettu l-aċċess pubbliku għal informazzjoni rigward il-proġetti u r-riċevituri tal-fondi kollha ta' l-UE li huma suġġetti għal ġestjoni konġunta;

81.  Jistenna li tinħoloq sistema sempliċi u trasparenti biex wieħed jikseb aċċess għal din l-informazzjoni kollha permezz ta' sit fuq l-internet li jkun ċentrali u aċċessibbli faċilment;

82.  Jilqa" l-inizjattivi tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-fondi mħallsa taħt l-iskemi Komunitarji għall-għajnuna għall-biedja issa jsiru pubbliċi;

83.  Jistenna li l-Kummissjoni, kemm jista" jkun malajr, tagħti istruzzjonijiet lill-Istati Membri biex jistandardizzaw it-tagħrif li għandu x'jaqsam mal-finanzjament għall-biedja u li jitqiegħed fuq l-internet, sabiex ikun jista" jitqabbel bejn l-Istati Membri;

84.  Jilqa" l-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li tippermetti l-aċċess għat-tagħrif dwar id-diversi forom ta' gruppi ta" esperti li tuża f'xogħlha;

85.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tikkompleta l-proċess tal-kisba ta' trasparenza ikbar billi tippermetti aċċess faċli għat-tagħrif dwar min ikun rappreżentat f'dawn il-gruppi u xi jkunu l-biċċiet ta" xogħol li jkollhom f'idejhom;

86.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-ismijiet ta" dawk il-persuni li jieħdu sehem f'dawn il-gruppi, u l-ismijiet tal-konsulenti speċjali li l-Kummissarji individwali u/jew id-Direttorati Ġenerali u/jew "il-kabinetti" jkunu qabbdu;

KWISTJONIJIET SETTORJALI
Dħul

87.  Jilqa' l-fatt li fil-monitoraġġ tal-Qorti ma nstabux irregolaritajiet sinifkanti rigward il-ħlasijiet li jikkorrespondu mar-riżorsi proprji tal-VAT u tal-GNI.

VAT

88.  Jiddispjaċih dwar ir-referenza tal-Qorti għaż-żieda fin-numru ta' riżervi pendenti li jikkonċernaw id-dikjarazzjonijiet tal-VAT ta' l-Istati Membri fl-2005 u n-nuqqas ta' strumenti effikaċi li jippermettu li jkun żgurat li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni adegwata sabiex il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar it-tneħħija jew le tar-riżervi (minn paragrafi 4.13 sa 4.15 tar-rapport annwali);

89.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra din il-kwistjoni ma' l-Istati Membri fil-qafas tal-laqgħat perjodiċi tal-kumitat ta' konsulenza dwar ir-riżorsi proprji sabiex tinforma l-kumitat parlamentari kompetenti dwar il-miżuri adottati jew li jridu jiġu adottati bil-għan ewlieni li jiġu eliminati r-riżervi;

GNI

90.  Jiddispjaċih li, fir-rapport annwali tal-Qorti ta' l-2005, il-Kummissjoni għadha mhijiex qed timmonitorja l-kontijiet nazzjonali ta' bażi sew, u li l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni, bħala parti mis-sistema ta' monitoraġġ u kontroll, ġew limitati għall-kontroll ta' dokumenti (paragrafu 4.16);

91.  Barra minn hekk jinnota li skond il-Qorti, mill-2005 daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar l-allokazzjoni ta" Servizzi ta' Intermedjazzjoni Finanzjarja Mkejla b'Mod Indirett, adottati lura fl-2002 li, skond l-Eurostat, se jwasslu għal żieda sinifikanti fil-GNI; jiddispjaċih dwar il-fatt li s'issa l-Kummissjoni għadha ma resqitx proposta lill-Kunsill biex tapplika dawn il-modifiki fil-kalkolu tar-riżorsi proprji (paragrafi 4.20 u 4.21);

92.  Jiddiżapprova l-fatt li, fil-każ tas-Servizzi ta' Intermedjazzjoni Finanzjarja Mkejla b'Mod Indirett, evidentement il-Kummissjoni qed timxi b'mod differenti minn kif imxiet biex iddaħħlu l-attivitajiet illegali fil-GNI (paragrafu 4.19), li huma inklużi fil-kalkolu tar-riżorsi proprji għalkemm mhix żgurata l-applikazzjoni uniformi min-naħa ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni għaldaqstant innotifikat riservi li jagħmluha possibbli li wieħed jaġġusta l-figuri b'mod retrospettiv;

93.  Jassumi li s-Servizzi ta' Intermedjazzjoni Finanzjarja Mkejla b'Mod Indirett allokati se jkunu awtomatikament inklużi fid-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji, għall-finijiet tar-riżorsi proprji tal-GNI ġaladarba, fil-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2006) 0099), il-Kummissjoni ma daħħlet l-ebda riserva li tillimita f'dak ir-rigward;

94.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni, bħala kwistjoni urġenti, sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet li ġew identifikati mill-Qorti;

Il-politika agrikola komuni

95.  Jilqa" bil-qalb il-fatt li l-Qorti rrikonoxxiet li l-IACS, jekk tiġi applikata sew, hija sistema effettiva ta' monitoraġġ sabiex tillimita r-riskju ta' żbalji u ta' nfiq irregolari;

96.  Huwa mħasseb, madankollu, dwar il-kritika kontinwa mill-Qorti dwar il-proċeduri kurrenti fl-għeluq ta' kontijiet tas-CAP (rapporti minn korpi ta' ċertifikazzjoni u deċiżjonijiet ta' konformita), proċeduri li, skond il-Qorti, mhumiex imfassla biex jiżguraw li l-ħidmiet f'forma ta' ħlasijiet lil benefiċjarji aħħara (bdiewa u operaturi) huma legali u regolari;

97.  Jerġa jtenni li l-koperazzjoni ta' l-Istati Membri mal-Kummissjoni biex tingħata l-assigurazzjoni tal-legalità u tar-regolarità ta' l-operazzjonijiet fil-livell tal-benefiċjarji finali hija indispensabbli u jħeġġeġ bi ħġaru lill-Kummissjoni biex tintensifika l-kontrolli ta' wara għall-pagamenti u biex tgħasses li tirkupra l-pagamenti irregolari;

98.  Jiddispjaċih li l-Qorti kompliet issib problemi fl-implimentazzjoni ta' l-IACS fil-Greċja, jappoġġja bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni li l-Kummissjoni qed titlob mill-awtoritajiet Griegi (li jinvolvi skadenzi speċifiċi u objettivi mfassla biex jikkoreġu l-iżbalji), u jappoġġja wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni (kif ġie spjegat lill-kumitat kompetenti) li tiżgura li l-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sospensjoni ta' ħlasijiet tiġi strettament rinfurzata jekk il-Gvern Grieg ma jirranġax il-problemi eżistenti fil-perjodu ta' żmien stipulat;

99.  Jieħu nota tal-problemi attwali li nstabu fl-implimentazzjoni ta' l-IACS fl-Istati Membri l-ġodda li ġew verifikati mill-Qorti (pajjiżi illi għad għandhom sistemi li wieħed ma jistax joqgħod fuqhom), u jitlob lill-Kummissjoni u lil dawk l-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jirrimedjaw id-dgħjufijiet li nstabu;

100.  Jinnota wkoll in-nuqqasijiet serji li ġew rapportati mill-Qorti fil-kontrolli relatati ma' l-iżvilupp rurali, mar-rimborsi esterni u speċjalment fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa fi Spanja, fil-Greċja u fl-Italja, u jitlob lill-Kummissjoni biex, qabel tmiem l-2007, teffettwa kontrolli aktar stretti f'dawk l-oqsma u biex qabel il-proċedura tal-kwittanza ta" l-2006 tgħarraf lill-Parlament dwar ir-riżultati ta" dawn il-kontrolli; jinnota li l-għażliet rigward l-implimentazzjoni tar-riformi ta" dan l-aħħar tal-qasam taż-żejt taż-żebbuġa, flimkien ma' l-iżvilupp u t-tħaddim sħaħ tas-sistemi agrikoli tat-tagħrif disponibbli għall-Istati Membri produtturi, jimminimizzaw kwalunkwe riskju ta" irregularitajiet fejn tidħol l-għajnuna fornuta skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq;

101.  Japprova l-korrezzjonijiet finanzjarji adottati mill-Kummissjoni fis-settur relatat ma' l-għajnuna fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa bil-ħsieb li jitnaqqas id-dannu lill-baġit tal-Kummissjoni, u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar is-simplifikazzjoni ta' l-iskema;

Miżuri strutturali, Impjiegi u Affarijiet Soċjali

102.  Huwa partikolarment sodisfatt li, b'konnessjoni ma' l-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza, u konformi mar-regoli l-ġodda dwar il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013, l-Istati Membri se jkunu mitluba jipprovdu informazzjoni rigward il-benefiċjarji tal-fondi tal-Komunita u l-Kummissjoni se tkun mitluba tippubblika din l-informazzjoni; Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika din l-informazzjoni kollha dwar il-benefiċjarji mill-politiki l-oħra kollha ta' l-Unjoni b'tali mod li tkun faċilment aċċessibbli, inkluż għall-pubbliku in ġenerali, u biex tiżgura li din l-informazzjoni minn Stati Membri differenti tkun tista' tiġi mqabbla;

103.  Jinnota u jilqa' l-fatt li, skond ir-regoli l-ġodda hawn fuq imsemmija li jirregolaw il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni mhux se tirrimborsa nfiq sakemm ma kinetx irċeviet minn qabel dikjarazzjoni bil-miktub minn korp indipendenti li tiċċertifika li jeżistu amministrazzjoni nazzjonali u sistemi ta' kontroll f'konformità mar-regoli Komunitarji(17);

104.  Jiddispjaċih għall-fatt li għal sena oħra l-Qorti sabet nuqqasijiet fis-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri u numru sinifikattiv ta' żbalji li jirrendu d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq finali ta' l-Istati Membri anqas affidabbli (paragrafi 6.26 u 6.29 tar-rapport annwali); jiddispjaċih ukoll għall-fatt li, skond il-Qorti, il-Kummissjoni ma tissorveljax b'mod effettiv il-verifiki li jiġu delegati lill-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrimedja dan in-nuqqas bħala kwistjoni ta' urġenza;

105.  Ifakkar li, għal skopijiet ta' tmexxija finanzjarja tajba u d-DAS, il-kwistjoni prinċipali mhijiex l-iżbalji li nstabu iżda l-eżistenza ta' sistemi ta' sorveljanza adegwati li jippermettu lill-Kummissjoni sabiex twettaq kontroll xieraq tar-riskji għall-baġit Komunitarju u sabiex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji;

106.  Jiddispjaċih li f'numru żgħir ta' Stati Membri għadhom jeżistu problemi li jwasslu għal riżervi rikorrenti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja mill-viċin l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, sabiex tiżgura li din l-azzjoni hija adegwata u sabiex żżomm infurmat b'mod preċiż lill-kumitat kompetenti tal-Parlament rigward il-progress li jkun sar;

107.  Jiddispjaċih ukoll li, skond il-Qorti, l-Istati Membri ma kkonformawx b'mod korrett mar-rekwiżit li jipprovdu informazzjoni fuq bażi sistematika li huma mitluba jressqu perjodikament lill-Kummissjoni rigward kanċellazzjonijiet u ammonti rkuprati (paragrafu 6.36 tar-Rapport Annwali);

108.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel dak kollu li huwa fis-setgħa tagħha sabiex tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw b'mod korrett mar-rekwiżit hawn fuq imsemmi li jipprovdu informazzjoni, u biex ma jsir l-ebda ħlas sakemm l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni mitluba;

109.  Jinnota li bejn l-2004 u l-2006, il-Kummissjoni ħadet azzjoni sabiex tissospendi, fuq bażi temporanja, il-ħlasijiet ta' l-ERDF u l-ESF lil ċerti Stati Membri fejn kien hemm żbalji li wasslu għal riżervi rikorrenti, u jappoġġja din l-azzjoni;

110.  Jitlob lill-Kummissjoni - b'konformita ma' dak li huwa stipulat fil-paragrafi 38 u l-paragrafi l-oħra ta' warajh ta' din ir-Riżoluzzjoni u minħabba n-nuqqas ta' garanziji minn Stat Membru wieħed - sabiex tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sospensjoni ta' ħlasijiet(18) fil-kapaċita tagħha bħala korp illi huwa finalment responsabbli mit-tmexxija finanzjarja soda tal-fondi Komunitarji;

Politiki interni

111.  Jiddispjaċih li, skond il-Qorti, fil-qasam ta' tmexxija diretta mill-Kummissjoni għad hemm l-istess problemi li kien hemm fi snin ta' qabel (żbalji fir-rimbors ta' spejjeż, kumplessita? tar-regoli applikabbli u nuqqas ta' sistema penali effettiva), u jitlob lill-Kummissjoni biex tissokta bl-isforzi tagħha biex tissimplifika u tkompli tiċċara r-regoli għal programmi bl-ispejjeż maqsuma, bmod partikolari fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-ħinijiet li tkun proporzjonata ma l-isforz li jsir għad-dokumentazzjoni (ir-rapport annwali tal-Qorti ta l-Awdituri għall-2005, paragrafu 7.29), biex tagħmel l-aħjar li tista', fi djalogu adattat mar-riċevituri ta" l-assistenza finanzjarja, sabiex tikkjarifika r-regoli, il-manwali u l-forom applikabbli u sabiex tiżgura li s-sistema penali eżistenti tiġi applikata b'mod effettiv u xieraq kull meta jkun meħtieġ (fejn hu xieraq, billi tipproponi l-bidliet neċessarji sabiex tagħmel din is-sistema aktar effettiva), u, minbarra dan, biex ittejjeb l-ambitu u l-kwalità, kif ukoll is-segwitu tal-verifiki tas-sistemi ta" l-aġenziji nazzjonali permezz ta" tagħrif imtejjeb u ta" tpartit reċiproku (ir-rapport annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri għall-2005, paragrafu 7.29, u l-emenda tal-Parlament għall-Artikolu 35a (ġdid) tar-regoli riformati għal-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju(19); jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega lill-awtorità baġitarja, f'sensiela ta" miżuri speċifiċi, kif hi għandha l-ħsieb li fil-mandat kurrenti tagħha tikseb dikjarazzjoni ta assigurazzjoni mingħajr kundizzjonijiet fil-qasam ta l-amministrazzjoni diretta;

Trasport u Turiżmu

112.  Jinnota li fil-baġit 2005 kif ġie finalment adottat u emendat matul is-sena, ġie inkluż għall-politika tat-trasport total ta' EUR 917,200,000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kien hemm disponibbli EUR 931,800,000 f'approprjazzjonijiet ta' ħlas; jinnota wkoll li minn dawn it-totali:

   - EUR 671,400,000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet ta' impenn għan-Netwerks Transewropej tat-Trasport (TEN-T) u EUR 749,900,000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament,
   - EUR 15,900,000 kienu disponibbli f'impenji u EUR 18,100,000 fi ħlas għas-sikurezza tat-trasport,
   - EUR 30,500,000 kienu disponibbli għall-programm Marco Polo u EUR 8,200,000 fi ħlas,
   - EUR 69,000,000 kienu disponibbli f'impenji u EUR 62,000,000 fi ħlas għall-aġenziji tat-trasport,

113.  Jilqa' r-rati kontinwament għoljin ta' utilizzazzjoni kemm ta' approprjazzjonijiet ta' impenji u kemm ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti għall-proġetti tat-TEN, li t-tnejn laħqu kważi 100% iżda jesprimi dispjaċir li, minkejja dan, l-implimentazzjoni ta' proġetti għadha qed tkun bil-mod u mhix sodisfaċenti għalkemm it-tlestija ta' l-infrastuttura ta' tat-trasport normalment tieħu diversi snin;

114.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li għall-proġetti kollha l-limitu ta' kontribuzzjoni ta' l-UE ma kienx ċar għaliex ir-Regolament Finanzjarju ma jispeċifikax jekk il-limitu ta' 10% ta' l-iffinanzjar ta' l-UE tapplikax għall-ispiża s'issa jew għat-total antiċipat ta' l-ispiża tal-proġett; jinnota li dan wassal għar-rimarka tal-Qorti ta' l-Awdituri li kien hemm infieq żejjed ta' EUR146 miljun; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni issa adottat pożizzjoni ċara u jaqbel li limiti ta' persentaġġi għandhom jiġu kkalkulati bħala persentaġġi ta' l-ispejjeż finali tal-proġett;

115.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ TREN issa qed jivverifika 49% tan-nefqa totali tal-proġetti TEN-T, iżda jitlob li dan il-progress jiġi appoġġjat minn verifika ta' 20% tal-proġetti kollha;

116.  Jesprimi tħassib dwar ir-rata ta' żball misjuba għall-kuntratti ta' riċerka fil-qasam tat-trasport, li hija 'l fuq mill-medja tar-rata ta' żball, u jitlob għal azzjoni ta' rimedju f'dan il-qasam; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex terġa' teżamina dan fir-Rapport Annwali ta' l-2006;

117.  Jinnota bi tħassib li r-rata ta' utilizzazzjoni ta' pagamenti għas-sikurezza tat-trasport kienet ta' 74% ta' l-approprjazzjonijiet disponibbli; jinsab ukoll imħasseb li r-rata ta' utilizzazzjoni ta' l-approporjazzjonijiet tal-pagamenti Marco Polo kienet ta' 53%; huwa tal-fehma li dawn ir-rati ta' utilizzazzjoni għal objettiv prinċipali identifikat fil-White Paper dwar it-Trasport, huma kompletament inaċċettabbli, partikolarment it-tnaqqis qawwi fl-utilizzazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament;

118.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill kull sena deskrizzjoni aktar dettaljata tan-nefqa għal kull linja baġitarja kkomparata mall-kummenti magħmula fir-rigward ta' fik il-linja;

Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel

119.  Jikkunsidra r-rati komplessivi ta' implimentazzjoni ta' l-intestaturi tal-baġit għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza ta' l-ikel bħala sodisfaċenti.

120.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu passi biex tippromwovi iżjed għajnuna għall-applikanti ta' programmi plurijennali; jilqa' l-isforzi biex is-sejħiet għall-offerti jiġu ffukkati aħjar u biex tingħata iżjed għajnuna lill-applikanti sabiex tiġi evitata l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal proġetti li jidhru ċar li mhumiex eliġibbli għall-iffinanzjar jew li huma ta' kwalità fqira; jinnota li hu meħtieġ aktar xogħol sabiex tintlaħaq sitwazzjoni sodisfaċenti; jistieden lill-Kummissjoni teżamina stadji differenti ta' implimentazzjoni sabiex tressaq 'il quddiem fis-sena ċ-ċiklu ta' implimentazzjoni;

121.  Jinnota li r-rati ta' pagamenti għall-politika ta' l-ambjent, tas-saħħa u tas-sikurezza ta' l-ikel kienu taħt it-80%; jagħraf id-diffikultajiet fl-ippjanar tal-ħlas ta' ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet, peress li l-Kummissjoni tiddependi parzjalment fuq il-preżentazzjoni bla dewmien ta' kontijiet minn benefiċjarji u kuntratturi; jitlob lill-Kummissjoni, madankollu, biex tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-proċeduri tagħha li għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet ta' pagamenti;

122.  Jittama illi l-mudell introdott fil-Prospettivi Finanzjarji ġodda, jiġifieri, li jiġbor l-attivitajiet kollha fi ħdan qasam tal-politika wieħed, taħt programm u linja tal-baġit waħda, iżid l-użu effiċjenti ta' l-approprjazzjonijiet disponibbli;

Kultura u edukazzjoni

123.  Iqis aktar simplifikazzjoni tar-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn applikant taħt il-programmi plurijennali ġodda bħall-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, Ewropa għaċ-Ċittadini u l-Kultura 2007 bħala pass neċessarju lejn Unjoni aktar favur iċ-ċittadini u jistenna li l-Kummissjoni tkompli tesplora possibilitajiet bħal dawn fi ħdan il-qafas tar-regolament finanzjarju rivedut;

124.  Jemmen li, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tqis jekk għandhiex tistandardizza l-proċeduri ta' għoti tal-kuntratti skond arranġamenti ta' ħlasijiet fissi, u tuża deċiżjonijiet tal-Kummissjoni biex tiffinanzja l-programmi;

125.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel aktar sforzi biex timmonitorja l-ħidma ta' kull waħda mid-99 aġenzija nazzjonali involuti fl-immaniġġjar tal-programm u li, f'għadd ta' każijiet, urew nuqqasijiet konsiderevoli fil-proċeduri ta' verifika applikati;

126.  Jistenna li l-ħidma ta' l-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, Awdjoviżiv u l-Kultura twassal għal proċeduri operattivi mtejba; jisħaq li, b'mod speċjali, l-organizzazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha jiddependu fuq informazzjoni f'waqtha u ta' min jorbot fuqha rigward appoġġ għall-proġett; jinnota, f'dan il-kuntest, li dawn l-applikanti spiss huma organizzazzjonijiet żgħar ħafna jew persuni fiżiċi li m'għandhomx il-mezzi jew l-għarfien speċjalizzat biex iwettqu verifika professjonali;

127.  Jinnota li l-ispejjeż għall-verifika ta' proġett fil-post huma għoljin ferm; jemmen, madankollu, ladarba l-għan hu li r-riskju ta' l-iżbalji jitnaqqas kemm jista' jkun, li l-ispejjeż tal-kontrolli mwettqa għandhom ikunu proporzjonali ma' l-effettività tagħhom sabiex tiwaqqaf l-aħjar relazzjoni possibbli bejn ir-riżorsi investiti fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità u dawk immirati għat-twettiq tal-kontrolli;

128.  Jixtieq jiżgura li fil-qasam ta' l-appoġġ għall-komunikazzjoni għal kampanji ta' informazzjoni mwaqqfa b'koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinżamm il-prinċipju ta' addizzjonalità u jitlob lill-Kummissjoni sabiex titlob ċertifikazzjoni mill-Istati Membri li jagħtu prova li l-appoġġ finanzjarju ma jservix sempliċiment biex jieħu post l-appoġġ finanzjarju ta' l-Istati Membri stess għal miżuri nazzjonali dwar il-politika ta' l-informazzjoni ta' l-UE.

129.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li, meta talloka l-fondi, l-aġenziji nazzjonali ma jitbegħdux mill-kriterji ġenerali, bħalma ġara fil-Polonja fil-każ ta' proġett li kien jinvolvi omosesswali żgħażagħ, li jiġi rispettat b'mod xieraq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE u li, jekk ikunu nkisru l-kriterji tal-programmi, l-irkupru tal-fondi ta' l-UE ikun possibilità li tista' tiġi meqjusa;

Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi

130.  Jirrimarka li bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(2) tat-Trattat KE, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali ta' l-UE u hija objettiv li għandu rilevenza tul il-firxa sħiħa ta' l-attivitajiet u l-politiki Komunitarji kollha; itenni t-talba tiegħu sabiex l-integrazzjoni (mainstreaming) ta' kwistjonijiet dwar is-sessi tingħata l-kunsiderazzjoni meħtieġa fl-ippjanar baġitarju, bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġittjar għall-kwistjonijiet dwar is-sessi, u jistieden lill-Kummisjoni sabiex tipprovdi dejta għall-evalwazzjoni;

131.  Jirrepeti t-talba tiegħu sabiex fir-rapporti ta' kwittanza baġitarja tiġi inkluża informazzjoni dwar politiki ta' integrazzjoni ta' kwistjonijiet dwar is-sessi u data li tkun speċifika għas-sessi; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma' pprovditx din l-informazzjoni;

132.  Jinnota bi tħassib ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni ta' ħlas tal-programm 'Daphne' (58%); filwaqt li jinsab konxju dwar l-argumenti tal-Kummissjoni dwar iż-żamma ta' standards ta' kwalità għall-proġetti, jinnota li ħafna proġetti ta' kwalità għolja ċċaħdu mill-appoġġ finanzjajru, u għalhekk jilqa' bi pjaċir iż-żieda fil-fondi allokati għat-tielet stadju tal-programm Daphne iżda jinsab imħasseb li l-kapaċità amministrattiva baqgħet l-istess; jitlob, għalhekk, li titwettaq investigazzjoni biex jiġi spjegat f'dettall akbar x'jistgħu jkunu r-raġunijiet għal din ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni ta' ħlas;

133.  Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' data relatata ma' l-attivitajiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi li rċevew appoġġ mill-Fond Strutturali u jistieden lill-Kummisjoni sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni;

134.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni akbar lill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà ta' l-għerf u, b'konsegwenza, għat-taħriġ ta' kwalita għolja u għall-impjieg tan-nisa fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni;

135.  Jilqa' l-progress notevoli li kisbet il-Kummisjoni fir-rigward ta' l-objettivi għall-impjegar u l-ħatra ta' nisa fil-postijiet ta' maniġment u postijiet oħra fil-livell A*/AD fl-amministrazzjoni tal-Kummisjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-isforzi f'dan il-qasam;

Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Affarjiet Interni

136.  Jilqa' l-fatt li twettaq xi progress fil-livell ta' implimentazzjoni ta' impenji tal-baġit fir-rigward taz-zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; jiddeplora l-livell dejjem aktar baxx ta' implimentazzjoni ta' pagamenti (79.8% skond il-Qorti ta' l-Awdituri mqabbla ma' 83.800000% fl-2004); jinnota li dan il-livell huwa wieħed mill-aktar baxxi fil-Kummissjoni; jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit fil-futur;

Riċerka u żvilupp

137.  Jiddispjaċih li, skond il-Qorti, il-Kummissjoni għadha ma rnexxilhiex tintroduċi sistema soda għar-reġistrar ta' l-ispejjeż ta' l-istaff fil-qasam tar-riċerka; jikkunsidra li 'huwa essenzjali li jkun hemm rekwiżit ċar fil-ftehimiet ta' għoti biex jissostanzjaw il-ħin tax-xogħol ta' l-istaff involut fl-azzjoni' (paragrafu 7.7 tar-Rapport Annwali)(20);

138.  Jinnota bi tħassib li, minkejja l-ispiża għolja tagħha, is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' verifika fl-2005 għadha ma pprovdietx il-garanziji tant mixtieqa, peress li l-Qorti sabet stqarrijiet żbaljati relatati ma' l-ispejjeż ta' l-istaff u n-nefqa ġenerali, li minħabba fihom inħarġu ċertifikati ta' verifika mingħajr riżerva; Jinnota, madanakollu, li l-kwalità taċ-ċertifikat tal-verifika tjieb wara li ġew ippubblikati r-rekwiżiti għal dawn iċ-ċertifikati; Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa kriterji adattati għaċ-ċertifikati tal-verifika sabiex titjieb l-utilità tagħhom;

139.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq għal Qafas ta' Kontroll Intern Integrat, b'mod speċifika l-Azzjoni 7 (il-promozzjoni ta' l-aħjar prassi biex jitjieb ir-rapport bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż tal-verifiki fil-livell tal-proġetti);

140.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tissodisfa r-rekwiżit tar-regoli ta" l-FP7 għall-parteċipazzjoni li tiġi introdotta proċedura ta" pagamenti b'rata fissa, inter alia, u biex tgħarraf lill-Kumitat kompetenti tagħha fil-qafas tar-reviżjoni ta" nofs it-terminu.

141.  Jiddispjaċih li, skond il-Qorti, jeżistu xi inċertezzi minħabba dispożizzjonijiet kuntrattwali ġenerali wisq u mhux ċari, b'mod speċifiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji ta' eliġibilità u l-indipendenza ta' awdituri mqabbda biċ-ċertifikazzjoni, u jinnota l-impebb meħud(21) mill-Kummissjoni li jiġi simplifikat il-qafas Komunitarju u li jiġi adattat l-użu taċ-ċertifikati ta' verifika;

142.  Jinnota wkoll li l-awditur intern (IAS) tal-Kummissjoni iqis li jeżisti riskju li l-ħlasijiet mhux dovuti ma jiġux identifikati minħabba li m'hemm l-ebda sistema ta' kontroll effikaċi fil-mument tat-twettiq ta' l-impenji baġitarji, u jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri ta' monitoraġġ xierqa;

Azzjonijiet esterni

143.  Jinnota li l-Qorti ma sabet l-ebda żball fil-kontroll ta' kampjun tal-ħlasijiet imwettqa fil-livell tad-delegazzjonijiet imma li sabet żbalji fil-kontroll tal-kampjun tas-sejħiet għall-offerti u kif ukoll l-operazzjonijiet imqettqa fil-livell ta' l-entitajiet għall-implimentazzjoni;

144.  Iqis li hija prijorità li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki Komunitarji li għandhom effett fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'hekk iqis li hemm bżonn li jiġi ċċarat it-tqassim tax-xogħol bejn id-Direttorati Ġenerali differenti li jimmaniġġjaw l-azzjonijiet esterni;

145.  Josserva bi tħassib li, skond il-Qorti, l-analiżijiet tar-riskji mmexxija minn EuropeAid ma qisux ir-riskji li jirrapreżentaw it-tipi differenti ta' entitajiet għall-implimentazzjoni tal-proġetti (NGO, organizzazzjoni internazzjonali, istituzzjoni tal-gvern, eċċ.) jew il-metodi ta' finanzjar użati (sussidju, appoġġ baġitarju, fondi fiduċjarji, eċċ.); jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi aktar ċarezza, permezz ta" rappurtaġġ aktar għaqli, fir-rigward ta" l-effettività ta" strumenti ta" assistenza individwali; fir-rigward tal-kwistjoni ta" l-għajnuna għal pajjiżi li qed jiżviluppaw jipproponi li tiġi studjata l-introduzzjoni ta" sistema ta" stadji, bil-għan li fl-ewwel stadju, billi jiġu megħjuna proġetti individwali, jiġu stabbiliti wkoll il-kundizzjonijiet bażiċi minn qabel biex tingħata l-għajnuna baġitarja, i.e. forma ta" kontroll baġitarju demokratiku kif ukoll strutturi indipendenti tal-verifika;

146.  Jiddispjaċih b'mod partikolari li, peress li l-kontrolli ta' EuropeAid ma koprewx kif xieraq l-operazzjonijiet imwettqa fil-livell ta' l-entitajiet għall-implimentazzjoni tal-proġetti, setgħu jikkontribwixxu biss b'mod limitat għall-assigurazzjoni globali f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-legalità u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet li fuqhom huma bażati (punt 8.12 tar-Rapport Annwali);

147.  Jitlob lil EuropeAid biex timplimenta programm ta' kontroll fil-livell ta' l-entitajiet għall-implimentazzjoni tal-proġetti u biex tiddedika l-isforzi kollha tagħha fil-verifiki ex post ta' l-NGOs differenti li magħhom tikkopera;

148.  Iqis li huwa preokkupanti li, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effikaċja ta' l-fondi allokati għall-programm TACIS, il-Kummissjoni, skond il-Qorti, ma setgħetx tistabbilixxi, fl-aħħar ta' l-2005, sa fejn il-programm ikkontribwixxa għat-titjib tas-sikurezza fl-impjanti nukleari (punt 8.36 tar-Rapport Annwali); iqis li din il-kritika hija estremament gravi peress li tiżvela n-nuqqas ta' garanzija fir-rigward ta' l-aspett fundamentali u prijoritarju ta' l-azzjoni Komunitarja, i.e. l-effikaċja tagħha;

149.  Jieħu nota tal-kritiki tal-Qorti dwar is-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS), minn fejn mhux qed tiġi estratta biżżejjed informazzjoni finanzjarja jew li jonqsu mill-koerenza biex wieħed ikun jista' jibbaża analiżi tar-riskji dettaljata (punt 8.6 tar-Rapport Annwali); jitlob lill-Kummissjoni biex bla dewmien issewwi n-nuqqasijiet tas-sistema CRIS, u biex tutilizza l-potenzjal kollu ta' dan l-istrument biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għas-sistemi ta' kontroll;

150.  Jinnota l-informazzjoni mill-Kummissjoni (tweġiba għal Mistoqsija bil-Miktub E-4481/06) li, fir-rigward ta' l-affari ta' frodi u tixħim li tikkonċerna l-Proġett ta' l-Ilma għar-Reġjuni Muntanjużi tal-Lesotho (l-LHWP), tliet ditti li rċevew assistenza mill-UE ġew immultati mill-Qorti Suprema tal-Lesotho: Schneider Electric SA (Franza), Impregilo Spa (l-Italja) and Lahmeyer International GmbH (il-Ġermanja);

151.  Jikkritika l-fatt li, fil-każ tal-Proġett ta" l-Ilma għar-Reġjuni Muntanjużi tal-Lesotho, evidentement il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni skond l-Artikolu 93(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju (bl-esklużjoni ta' l-għoti ta' kuntratti); jistenna li l-Kummissjoni issa tieħu u tħabbar id-deċiżjonijiet xierqa sa mhux aktar tard minn Ġunju 2007 u li tressaq rapport komprensiv dwar l-affari lill-Parlament, flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment (li huwa wkoll imdaħħal), mhux aktar tard minn Settembru 2007, li jiċċara wkoll xi sforzi saru biex jiġu rkuprati l-għajnuniet;

Żvilupp

152.  Jilqa' l-fatt li s-sehem tal-fondi ta' l-UE minfuqa fuq is-setturi tas-saħħa bażika u ta' l-edukazzjoni bażika tela' minn 4.98% għal 6.83%; madanakollu, jesprimi dispjaċir li dan is-sehem għadu 'l bogħod ħafna mill-mira ta' 20% li ġiet iffissata fil-baġit ta' l-2005; ma jistax jaċċetta l-fatt li l-Kummissjoni qed tuża l-objettiv leġittimu u meħtieġ ta' koordinazzjoni aħjar tad-donaturi u l-kondiviżjoni tax-xogħol fosthom bħala skuża għal-livell wisq baxx ta' investiment fis-setturi tas-saħħa bażika u ta' l-edukazzjoni bażika u jħeġġiġha sabiex minn issa 'l quddiem taddotta miżuri sabiex tikseb il-mira ta' ta' 20% u sabiex tinforma lill-Parlament bil-miktub ta' l-anqas darbtejn fis-sena dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni u dwar il-fatturi meqjusa fil-kalkoli;

153.  Jiddipjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni għadha ma żviluppatx strateġija komprensiva flimkiem mal-pajjiżi benefiċjarji sabiex is-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni jkunu prijorità fl-istrateġiji ġodda tal-pajjiżi;

154.  Jesprimi dispjaċir ukoll li, minkejja li l-kummissjoni tat l-assigurazzjonijiet tagħha, id-dokumenti ta' strateġiji nazzjonali li bħalissa qed jiġu ppreparati huma nieqsa minn profil ċar ta' Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (Millenium Development Goals - MDG), biex ma nsemmux in-nuqqas ta' miri u skedi speċifiċi għall-kisba ta' kull MDG u jonqsu milli jitrattaw b'mod xieraq il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-kisba tagħhom;

155.  Jilqa' d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni mhux kompluta ta' ċerti intestaturi tal-baġit, b'mod partikolari dawk għall-kontribuzzjoni tal-Komunità lejn skemi li jikkonċernaw pajjiżi li qed jiżviluppaw imwettqa minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (Artikolu 21 02 03), għall-ambjent fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (Artikolu 21 02 05), għall-għajnuna kontra mard marbut mal-faqar f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (punt 21 02 07 02), għall-għajnuna għall-kura tal-popolazzjoni u s-saħħa riproduttiva (Punt 21 02 07 03) u għall-kooperazzjoni deċentralizzata (Artikolu 21 02 13); jitlob, madankollu, għal aktar żieda fl-isforzi biex il-baġit jiġi implimentat bis-sħiħ;

156.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkontrolla aktar mill-qrib l-emigrazzjoni ta' xogħol tas-snajja mill-pajjiż li qed jiżviluppaw lejn l-UE u sabiex tipproponi miżuri xierqa li jippermettu lill-persuni mħarrġa li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jibqgħu jew jerġgħu jirritornaw lejn pajjiżhom sabiex azzjoni mid-donaturi, pereżempju fis-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni, tista' tkun fit-tul u effettiva fil-ġlieda kontra l-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

157.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ta' l-awdituri rreġistrat titjib fis-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll tal-Kummissjoni; madankollu jiddispjaċih mill-fatt li dan it-titjib ma jestendix għas-superviżjoni, l-kontroll u l-verifika ta' l-istituzzjonijiet ta' implimentazzjoni; jikkunsidra mhux aċċettabbli li, bħala riżultat, jibqa' jsir numru kbir ta' żbalji materjali f'punt ċentrali fil-katina bejn l-Ewropew li jħallas it-taxxa u l-benefiċjarju finali fil-pajjiż li qed jiżviluppa; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li, b'mod partikolari, proċeduri ta' sejħiet ta' l-offerti għall-pubbliku li huma meħtieġa, jiġu mwettqa u li ma ssirx reġistrazzjoni doppja;

158.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni sabiex tagħmilha possibbli lill-Qorti ta' l-Awdituri biex twettaq verifiki effettivi fuq ir-riżorsi finanzjarji ta' l-UE, imwarrba għall-miżuri implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari, l-aġenziji tan-NU;

159.  Jistenna li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi benefiċċjarji bħala regola ġenerali biex fir-rapporti tagħhom jiddefinixxu r-riżultati prattiċi tat-tqassim tal-fondi ta' l-UE sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tikkalkula u tippubblika r-riżultati tal-koperazzjoni ta' l-UE fl-iżvilupp;

160.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika b'mod regolari l-użu li jsir mill-approprjazzjonijiet operattivi tad-delegazzjonijiet tagħha u l-kompatibilità ta' l-oqsma ta' azzjoni tagħhom mal-prijoritajiet ta' l-Unjoni Ewropea;

161.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex timplimenta l-istrateġija sabiex l-ambjent jiġi inkorporat fil-koperazzjoni għall-iżvilupp, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli miexja 'l quddiem bid-dimensjoni ambjentali fil-politika għall-iżvilupp, inklużi mizuri li jippromwovu l-forniment ta' enerġija li tirrispetta l-ambjent;

162.  Jilqa' l-għoti ġenerali ta' l-għajnuna umanitarja mill-Kummissjoni b'konnessjoni mad-diżastru tat-tsunami; madakollu, jiddispjaċih minħabba l-fatt li l-miżuri ta' għajnuna ta' emerġenza ma kinux koordinati biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi b'mod aktar ċar l-irwoli tad-DG ECHO u DG Ambjent (proċeduri tal-Komunità għall-immaniġġjar tad-diżastri) u biex tiżviluppa approċċi li jiżguraw l-għajnuna għar-reġjuni kkonċernati meta tikkoordina d-donaturi differenti, u jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni li tinforma lill-Parlament regolarment bil-kitba dwar il-progress li jsir;

163.  Jikkonkludi għal darba oħra li l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit ta' l-UE isaħħaħ il-konsistenza globali tal-koperazzjoni Ewropea fl-iżvilupp, tiżgura aktar trasparenza u effettività u tiffaċilità l-iskrutinju demokratiku;

Is-Sħubija Ewro-Mediterranja

164.  Jinsab kuntent bl-evalwazzjoni tal-Qorti li sar titjib konsiderevoli mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-programm MEDA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli żżid l-effettività u l-effiċjenza tagħha u tassigura tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-istrumenti finanzjarji l-ġodda; jinsisti li l-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament infurmat dwar it-traduzzjoni fil-prattika ta' l-objettivi stipulati fid-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi skond l-istrumenti l-ġodda;

165.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta sistema ta' evalwazzjoni aktar sostanzjali li tikkonċerna n-nefqa ta' l-għajnuna esterna fejn tirriżulta r-rabta bejn in-nefqa u r-riżultati politiċi jew in-nuqqas tagħha huwa aktar trasparenti, sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jeżerċita b'mod effettiv il-prerogattivi u l-obbligi tiegħu bħala awtorità baġitarja;

Il-ġirien tal-Lvant

166.  Jinsab kuntent bl-isforzi tal-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb il-ġestjoni ta' proġetti fi ħdan it-TACIS fir-Russja u pajjiżi oħra benefikanti; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni indirizzat ħafna mid-difetti msemmija fir-rapport speċjali tal-Qorti Nru 2/2006;

167.  Jistenna b'interess l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni magħmula għat-titjib fis-sikurezza fid-diversi impjanti ta' l-enerġija nukleari fi ħdan il-programm TACIS, li l-Kummissjoni bdiet fl-2006;

168.  Jerġa' jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkjarifika ma' l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti d-dritt ta' aċċess tal-Qorti ta' l-Awdituri għal proġetti mmexxija minn dawk l-aġenziji;

169.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinsisti dwar it-traċċabilità tal-fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji u t-trasparenza fil-mod li dawn il-fondi jiġu amministratti u biex tgħaddi din l-informazzjoni lill-Parlament;

170.  Huwa tal-fehma li r-reputazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkollha profil ogħla; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu bir-riflessjonijiet tagħhom fil-metodu ta' komunikazzjoni biex jiżguraw li l-politika esterna ta' l-Unjoni Ewropea tkun aktar trasparenti u aktar viżibbli;

Strateġija għal qabel l-adeżjoni

171.  Jinnota li skond il-Qorti, xi żbalji sinifikanti affetwaw it-tranzazzjonijiet Sapard li vverifikat u li minkejja li kien titjib fis-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Kummissjoni, instabu nuqqasijiet sinifikanti fi ħdan l-Istati Membri (paragrafi 9.10 u 9.19);

172.  B'konsegwenza jirrakkomanda lill-Kummissjoni li ttejjeb il-monitoraġġ tas-sistemi ta' l-Istati Membri u, b'mod ġenerali, tagħti attenzjoni partikolari għad-dikjarazzjonijiet finali ta' l-ispejjeż relattivi għall-programmi u, b'mod aktar partikolari, biex tissorvellja mill-qrib l-entitajiet li jħallsu fil-qafas tal-Programm SAPARD;

173.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-akkreditazzjoni ta' l-EDIS għall-Phare u ISPA fil-Bulgarija, li jwassal għat-tlestija parzjali biss ta' dak il-proċess qabel it-tkabbir; jinnota l-fażi preparatorja estiża fuq in-naħa tal-Bulgarija, li għamlet progress iżda għadha trid ittejjeb is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll kif ukoll il-kapaċitajiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u f'waqtha tal-proġetti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tikkopera ma' l-awtoritajiet Bulgari u Rumeni sabiex tappoġġjahom biex jadattaw aktar mar-rekwiżiti ta' l-EDIS;

174.  Jinsab kuntent bl-evalwazzjoni tal-Qorti li l-ġestjoni deċentralizzata introdotta għall-proġetti CARDS fil-Kroazja wriet li kienet mingħajr problemi; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem ma' l-aġenziji ta' implimentazzjoni nazzjonali biex iżżid il-kapaċitajiet ta' immaniġġjar tagħhom;

175.  Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tal-koperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jinsisti li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tipparteċipa fi proġetti konġunti biss jekk ikun żgurat l-użu effettiv tal-fondi; jinsisti dwar il-bżonn li l-għajnuna ta' l-UE tipprovdi valur miżjud ċar u jitlob li r-rendiment ta' proġetti konġunti jkun sorveljat mill-qrib mill-Kummissjoni;

176.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-klawżola ta' verifika nkluża fil-Ftehima ta' Qafas Finanzjarju u Amministrativ kif ukoll fuq il-linjigwida dwar livell miftiehem ta' dettall meħtieġ meta l-aġenziji tan-NU jirraportaw dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti, b'hekk jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji ta' l-UE u l-prerogattivi tal-Qorti ta' l-Awdituri;

Nefqa amministrattiva

177.  Jinnota b'sodisfazzjoni li mill-verifika tal-Qorti ma ħareġ l-ebda żball sinifikattiv li jaffettwa l-legalità ta' l-ispejjeż amministrattivi;

178.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħarraf lill-Parlament qabel tmiem l-2007 dwar il-progress li jkun sar mill-Istati Membri l-ġodda, b'mod partikolari r-Rumanija u l-Bulgarija, fl-introduzzjoni ta" leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni; jiddispjaċih li leġiżlazzjoni proposta kontra l-korruzzjoni mill-gvern Rumen, speċifikament mill-Ministru tal-Ġustizzja, ġiet imblukkata mill-Parlament Rumen; jappoġġja bis-sħiħ lill-Gvern fl-isforzi tiegħu biex din il-leġiżlazzjoni tiġi approvata u mdaħħla;

179.  Jesprimi, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar l-ispiża li qed tikber tal-pensjonijiet ta' l-invalidità u jqis bħala inaċċettabbli l-użu tal-pensjonijiet ta" l-invalidità mandatarji msejsa fuq diżordnijiet psikoloġiċi biex wieħed isolvi relazzjoni ta" kunflitt ma" l-impjegati tal-Kummissjoni;

Aġenziji

180.  Jikkunsidra li n-numru li dejjem jiżdied ta' Aġenziji mhux dejjem jirrifletti l-ħtiġijiet veri ta' l-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tippreżenta studju dwar in-nefqa u l-benefiċċji miksuba minnha qabel ma tinħoloq kwalunkwe aġenzija ġdida u jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-istudju dwar in-nefqa u l-benefiċċji miksuba minnha qabel ma l-Parlament jieħu d-deċiżjoni tiegħu;

181.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' l-Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;

182.  Jiddispjaċih li, kif enfasizzat mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha, din is-sena reġgħu ġew innutati dgħjufijiet f'dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ tal-persunal u mal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti u li l-immaniġġjar skond l-attività ma ġiex implimentat mill-aġenziji;

183.  Jinnota li l-awditur intern, fir-Rapport Annwali ta' attività tiegħu għall-2005, ħareġ riżerva dwar il-fatt li m' għandux biżżejjed persunal biex ikun jista' jwettaq sew l-obbligu impost fuqu mir-Regolament Finanzjarju li jwettaq verifika annwali ta' dawn l-aġenziji; jistieden lill-Awditur Intern biex kemm jista" jkun malajr jispjega lill-awtorità baġitarja xi staff addizzjonali huwa meħtieġ għal dan;

184.  Iqis li meta wieħed iqis in-numru dejjem jikber ta' aġenziji regolatorji, qed isir iktar u iktar neċessarju li jiġu ċċarati r-responsabilitajiet ta' l-atturi istituzzjonali differenti tal-Komunità fi-rigward tagħhom u li jinħarġu regoli ċari fil-qasam, b'mod speċifiku f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fil-qasam ta' kontroll;

185.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel progress fin-negozjati dwar l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali għal qafas għall-aġenziji regolatorji Ewropej, preżentat fi Frar 2005 (COM(2005)0059);

186.  Jinnota li, bl-għajnuna ta' l-IAS, l-aġenziji bdew jimplimentaw is-servizzi ta' verifika interna tagħhom stess u li fil-ġejjieni l-IAS se jwettaq reviżjonijiet perjodiċi ta' dawn is-servizzi; barra minn hekk iqis li l-IAS għandu jikkontrolla li s-sistemi ta' verifika interna ta' l-aġenziji qed jaħdmu sew u għandu jinforma lill-Parlament dwar dan il-kontroll u l-progress li jkun sar;

187.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-idea li torganizza verifika għal kull waħda mill-aġenziji ta" l-UE bil-għan li teżamina l-mod kif jaħdmu, notevolment fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, tal-baġit u jekk ikunux wettqu jew le x-xogħol mitlub minnhom;

188.  Jieħu nota tal-ħolqien ta' Servizz ta' Appoġġ Komuni minn diversi aġenziji bl-intenzjoni li jiġu adattati s-sistemi informatiċi għall-immaniġġjar finanzjarju sabiex isiru kompatibbli ma' dawk li tuża l-Kummissjoni; jinnota li l-fondi tas-Servizz ġew immaniġġjati barra mis-sistemi baġitarji ta' l-aġenziji (punt 10.27 tar-Rapport Annwali 2005); iqis, flimkien mal-Qorti, li din il-koperazzjoni m'għandhiex tinjora l-prinċipji baġitarji ta' unità u trasparenza u li l-kontributi ta' l-aġenziji għas-Servizz ta' Appoġġ Komuni għandhom jiġu trattati bħala dħul assenjat, inkluż fis-sistemi baġitarji ta' l-aġenziji;

189.  Jistieden lill-Qorti ta" l-Awdituri biex toħloq kapitlu addizzjonali fir-Rapport Annwali tagħha li jkun iddedikat għall-Aġenziji sabiex ikun hemm stampa ħafna iktar ċara ta" l-użu ta" fondi ta" l-UE mill-Aġenziji;

L-iskejjel Ewropej

190.  Jinnota r-rapport favorevoli tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali ta' l-Iskejjel Ewropej; jinnota, madankollu, li skond il-Qorti, is-sistema ta' kontroll interna ta' l-Iskejjel ma tobdix il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn l-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni u l-accountant u li l-funzjonijiet ta' l-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni huma mwettqa b'delega miż-żewġ kapijiet ta' unità għall-intestaturi kollha u bla limitu finanzjarju; jittama li r-regolament finanzjarju l-ġdid ta' l-Iskejjel Ewropej, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, se jsewwi dawn in-nuqqasijiet indikati mill-Qorti; jittama li, fil-ġejjieni, il-Kummissjoni tieħu aktar fuq spallejha r-responsabilità tagħha għal politika sostenibbli dwar l-iskejjel, li tkun proporzjonata ma" kemm tagħti fondi għall-Iskejjel Ewropej u mhux mad-drittijiet formali tal-vot tagħha fl-ogħla korpi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, u li taħdem biex ikun hemm politika għal perjodu twil ta' żmien li tiggarantixxi ċ-ċertezza fir-rigward ta" l-ippjanar u li dawk li għandhom interessi f'dan il-qasam ikunu jistgħu joqogħdu fuqha; jistieden biex, fuq perjodu medju ta" żmien, id-drittijiet tal-vot jinġiebu f'konformità mal-proporzjon ta" finanzjament li tagħti;

Kwistjonijiet marbuta mal-binjiet tal-Komunità

191.  Jinnota l-osservazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali ta' l-Uffiċċju "Infrastruttura u Loġistika" fi Brussell (OIB), li, fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, iddenunċja d-defiċit strutturali maħluq mill-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-Berlaymont wara l-arranġament mill-ġdid tiegħu(22), u kif ukoll sensiela ta' problemi fil-kontijiet u l-immaniġġjar; iqis li l-problemi ta' defiċit strutturali indikati għandhom jissolvew b'urġenza u jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri xierqa u biex tinforma lill-Parlament dwarhom;

192.  Se jerġa" lura wkoll għal mistoqsijiet oħra rigward il-Binja Berlaymont hekk kif ikun disponibbli r-rapport speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-politika dwar il-binjiet, li ngħata avviż dwaru;

193.  Jinnota li r-rapporti tal-21 ta" Frar 2007 tal-Kummissjoni dwar kartell tal-lifts u ta" l-iskalaturi, li l-membri tiegħu ġew immultati aktar minn EUR 990,000,000; sa Settembru 2007 jistenna mill-Kummissjoni rapport li juri sa liema punt anki l-istituzzjonijiet Komunitarji sfaw vittma ta" dak il-kartell, fir-rigward tad-diversi proġetti ta" binjiet tagħhom, u x'passi ttieħdu biex isiru talbiet għad-danni;

KONKLUŻJONIJIET DWAR IR-RAPPORTI SPEĊJALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI
Rapport Speċjali Nru 6/2005 dwar in-Netwerk Trans-Ewropew għat-Trasport

194.  Jenfasizza l-fatt li l-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013 il-ġodda se jkollhom impatt konsiderevoli fuq it-TEN-T, peress li l-ammont adottat hu bejn wieħed u ieħor 40% inqas mill-proposta inizjali tal-Kummissjoni; hu tal-fehma li l-għażla u l-prijoritizzazzjoni tal-proġġetti, b'konsegwenza ta' dan, se jsiru aktar importanti;

195.  Hu tal-fehma li, fil-kuntest finanzjarju attwali, jeħtieġ li tingħata importanza lit-taqsimiet transkonfinali tal-proġetti prijoritarji li jinvolvu diversi Stati Membri;

196.  Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw approċċ li jqiegħed l-enfasi fuq il-valur miżjud li ġġib magħha l-Ewropa minflok ma jiġġieldu għall-prinċipju ta' "sehem ġust";

197.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tkompli ttejjeb il-koperazzjoni ma' l-Istati Membri meta jintgħażlu proġetti prijoritarji fil-livelli nazzjonali u Komunitarji;

198.  F'dan il-kuntest, jinsab imħasseb sew b'kemm qed jitwettqu bil-mod il-proġetti prijoritarji tat-TEN-T u jitlob b'ħeġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni tal-finanzjament ta' l-infrastrutturi tat-trasport ta' l-UE fil-kuntest tal-programmi annwali u plurijennali;

199.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha sabiex jiġu stabbiliti oqfsa legali u proċeduri ċari, kif ukoll biex tiggarantixxi kontroll rigoruż u evalwazzjoni fil-fond tal-proġetti u l-programmi u biex tfassal lista kompluta tal-kriterji preċiżi li jippemettu li l-proġetti jiġu prijoritizzati b'mod trasparenti;

200.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara l-proċeduri tal-ħatra tal-koordinatur waqt li tkun qiegħda tistabbilixxi qafas regolamentari applikabbli għall-kontenut tar-rapporti tagħhom;

201.  Jirrakkomanda b'ħeġġa lill-Kummissjoni biex tqassam ir-responsabbiltajiet istituzzjonali b'mod ċar u trasparenti u biex tiddefinixxi qafas ta' koordinazzjoni ta' l-attivitajiet bejn id-DĠ REGIO u d-DĠ TREN sabiex jiġi evitat finanzjament doppju ta' proġetti identiċi;

202.  Jinnota li l-Qorti warrbet l-ewwel analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla ma' l-ispejjeż fir-rigward tal-ħolqien ta' Aġenzija Eżekuttiva; jitlob lill-Qorti biex tevalwa t-tieni waħda, iffinalizzata f'Lulju 2005, fi żmien utli għar-rapport ta' inizjattiva tal-kumitat parlamentari kompetenti;

203.  Jenfasizza li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut biex l-aġenziji eżekuttivi jkunu fdati b'ċerti xogħlijiet fil-ġestjoni tal-programmi Komunitarji(23) jeħtieġ, fl-Artikolu 3(1) tiegħu, analiżi tal-benefiċċji mqabbla ma' l-ispejjeż, li tqis għadd ta' fatturi, qabel tkun tista' ssir talba biex tiġi stabbilita aġenzija eżekuttiva; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tippreżenta sa mill-bidunett analiżi sodisfaċenti tal-benefiċċji mqabbla ma' l-ispejjeż lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tkun stabbilita aġenzija eżekuttiva; jibqagħlu d-dubju, flimkien mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, rigward il-kwalità tal-verżjoni riveduta ta' l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla ma' l-ispejjeż dwar l-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għan-netwerks tat-TEN-T; għall-ġejjieni, jistieden lill-Kummissjoni biex iġġib opinjoni pożittiva mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla ma' l-ispejjeż qabel tagħmel talba lill-awtoritajiet baġitarji biex tkun stabbilita aġenzija eżekuttiva;

204.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkonsidra li tipproponi li l-kontribuzzjoni tal-Komunità għal-linja baġitarja tat-TEN-T tiżdied għall-proġetti transkonfinali; jilqa', f'dan il-kuntest, il-ftehima ta' koperazzjoni mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment;

Rapport Speċjali Nru 1/2006 dwar il-kontribuzzjoni tal-Fondi Soċjali Ewropej għall-ġlieda kontra l-waqfien bikri mill-iskola

205.  Iqiegħed importanza kbira fuq l-użu effiċjenti u responsabbli tal-baġit ta' l-UE u fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju li inizjattiva li mhijiex verifikabbli b'mod suffiċjenti m'għandhiex tiġi finanzjata mill-flus pubbliċi u għalhekk jiddispjaċih li ma nstabitx korrelazzjoni ċara bejn it-tnaqqis tal-waqfien bikri mill-iskola u l-finanzjament mill-UE;

206.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni għandha mekkaniżmu adegwat ta' monitoraġġ u ta' kontroll sabiex tiżgura konformita? mal-prinċipji ta' l-immaniġġar finanzjarju sod, iżda jenfasizza li dan il-mekkaniżmu għandu jitjieb b'konformita? ma' dak li qalet il-Kummissjoni stess; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi kif għandha tippjana dan;

207.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex taħdem flimkien ma' l-Istati Membri u ma' l-uffiċċji nazzjonali tagħhom ta' l-istatistika sabiex jiddefinixxu u jidentifikaw sew l-inċidenza ta' waqfien bikri mill-iskola u jħeġġeġ l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattika bejn l-organizzazzjonijiet lokali u nazzjonali kollha responsabbli minn din il-kwistjoni;

208.  Jitlob li jkun hemm ftehim komuni bejn is-27 Stat Membru dwar il-kejl ta' standards u definizzjonijiet relatati mal-problema ta' dawk li jieqfu mill-iskola kmieni sabiex ikun żgurat li d-dejta nazzjonali hija komparabbli u ta' kwalita? suffiċjenti biex ikun stabbilit jekk il-prijoritajiet ta' l-Istrateġija ta' Liżbona humiex fil-fatt qed jintlaħqu jew le f'dan ir-rigward;

209.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li tiġi mwettqa evalwazzjoni fil-fond fl-Istati Membri l-ġodda kemm jista' jkun malajr u fil-ħin sabiex jekk ikun meħtieġ, tiġi mwettqa azzjoni ta' rimedju; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkonduċi verifika simili b'mod parallel ma' dik li ġiet kondotta fil-passat fil-15-il Stat Membru, dwar l-impatt ta' fondi ta' waqfien bikri mill-iskola fl-Istati Membri l-ġodda nnifishom;

Rapport Speċjali Nru 2/2006 relatat mal-prestazzjoni tal-proġetti ffinanzjati fil-qafas ta' TACIS fil-Federazzjoni tar-Russja

210.  Jenfasizza li minkejja r-riżultati pożittivi miksuba f'bosta oqsma, l-impatt globali tal-programm TACIS ma kienx dejjem effikaċi u sostenibbli daqs kemm previst; jinnota li n-natura ta" l-irregolaritajiet identifikati mill-Qorti kienet prinċipalment l-amministrazzjoni ħażina fil-proċess tal-programmazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni;

211.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tintensifika d-djalogu mal-gvern Russu ħalli jiġu identifikati b'mod preċiż il-ħtiġijiet tal-pajjiż u d-direzzjoni li dan għandu jieħu, u sabiex tagħmel sforz ħalli tiddefinixxi jew tidentifika l-prijoritajiet u l-objettivi ta' l-azzjonijiet implimentati; ikun xieraq li l-Kummissjoni żżomm quddiem għajnejha l-prinċipji tal-"valur għall-flus", u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timmonitorja u tevalwa l-programm b'mod aktar prudenti u b'aktar reqqa minn qabel;

212.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiffoka l-għażla tal-prijoritajiet tagħha fuq għadd limitat ta' setturi u ta' programmi; Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tgħaddi minn approċċ ibbażat fuq il-proġetti għal approċċ ibbażat fuq il-programmi, billi dan ta' l-ewwel wisq drabi llimita d-djalogu, l-approprijazzjoni u l-flessibilità u wassal għal proġetti indipendenti, li diffiċli jwasslu għall-għanijiet vasti fuq medda twila ta' żmien imħabbra fil-ftehima attwali ta' sħubija u ta' koperazzjoni;

213.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-dispożizzjonijiet utli ħalli tipproponi bażi legali li tippermetti li jintużaw il-fondi TACIS fil-qafas ta' kofinanzjament mal-Federazzjoni tar-Russja, u sabiex tqis l-importanza estrema li għandha l-parteċipazzjoni finanzjarja ta' l-operaturi lokali u reġjonali u ta' l-imsieħba soċjali, kif ukoll il-parteċipazzjoni msaħħa tas-settur privat;

214.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħmel mezz li l-proġetti jkunu evalwati ta' spiss, anke wara li jkunu ntemmu, sabiex jinħarġu l-lezzjonijiet mill-esperjenzi li seħħew, u sabiex tiżgura d-disponibilità ta' informazzjoni ċara dwar proġetti fis-seħħ u tad-diversi programmi sabiex tiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni u tiftaħ u żżid it-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tal-fondi u t-teħid tad-deċiżjonijiet;

Rapport Speċjali Nru 3/2006 relatat ma' l-Għajnuna Umanitarja Mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea bħala Rispons għat-Tsunami

215.  Jilqa' sew l-apprezzament ġenerali pożittiv espress mill-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-għajnuna umanitarja mogħtija mid-DĠ ECHO b'rispons għat-tsunami;

216.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkjarifika l-irwol tad-DĠ ECHO u tad-DĠ Ambjent (permezz tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili) biex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet umanitarji, bil-għan li tiġi żgurata azzjoni koerenti;

217.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ l-irwol tad-DĠ ECHO u sabiex tissokta bit-titjib tal-koordinazzjoni tagħha u tal-kapaċità tagħha li tirreaġixxi għall-ħtiġijiet tal-vittmi ta' diżastri umanitarji li għad jiġu, kif ukoll sabiex tapprezza kemm jixraq l-importanza li l-għajnuna umanitarja fuq medda qasira ta' żmien u r-rijabilitazzjoni jitkomplew b'rikostruzzjoni fuq medda itwal ta' żmien; jinnota li, għalissa, dawn iż-żewġ fażijiet jinsabu taħt Direttorati Ġenerali, proċeduri u mandati differenti;

218.  Jinsisti fuq l-importanza tat-tmexxija finanzjarja tajba u jikkunsidra li l-komunikazzjoni ta' informazzjoni finanzjarja ddettaljata hija indispensabbli sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ effikaċi ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti;

219.  Jenfasizza r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li d-DĠ ECHO għandu jsaħħaħ is-sistemi ta' monitoraġġ tiegħu;

220.  Jifhem li ż-żieda fil-prezzijiet ta' oġġetti u servizzi tista' tkun inevitabbli f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali; jistieden madanakollu lill-Kummissjoni biex tħejji miżuri maħsuba biex, sa fejn jistgħu, jikkontrollaw u jimmonitorjaw l-ispejjeż;

221.  Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-promozzjoni ta' ditti u l-kompetizzjoni għal viżibilità fost id-donaturi umanitarji waqt diżastri umanitarji, li jattiraw ħafna attenzjoni mill-midja minħabba li din il-prattika għandha impatt negattiv fuq il-koordinazzjoni ta' l-għajnuna umanitarja u fuq il-perspettiva ta' l-għajnuna mill-vittmi ta' katastrofi bħal dawn;

222.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi b'mod ċar x'inhi NGO;

Rapport Speċjali Nru 4/2006 dwar il-proġetti ta' investiment fil-qafas tal-Phare fil-Bulgarija u r-Rumanija

223.  Ma jilqax il-prattika tal-Kummissjoni fejn il-ħtieġa ta' ċerti proġetti ffinanzjati bl-għajnuna tal-Phare ma kinitx stabbilita minn qabel u b'hekk inkisru l-prinċipji tal-legalità u tar-regolarità;

224.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassoċja ruħha ma' l-awtoritajiet Bulgari u Rumeni f'koperazzjoni mutwali sabiex jiġu definiti bl-aktar mod preċiż il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet taż-żewġ pajjiżi u sabiex ikun hemm sforz ħalli jiġu ddeterminati u identifikati l-prijoritajiet u l-objettivi li jridu jintlaħqu;

225.  Jinnota li għalkemm ittieħdu ċerti passi sabiex tinħall il-problema ta" kapaċità amministrattiva insuffiċjenti u ta" żbalji fl-opportunità tar-regola ta" natura kuntrattwali, u biex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-kofinanzjament, għad iridu jsiru aktar sforzi;

226.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-ħolqien, fir-Rumanija u l-Bulgarija, ta' strutturi amministrattivi u ta' sistemi ta' informazzjoni adattati sabiex imexxu u jikkontrollaw il-fondi ta" l-UE u biex jissorveljaw l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-amministrazzjonijiet inkarigati mill-investiment ta' dawn il-fondi;

227.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni ċara dwar il-proġetti u l-programmi li jkunu għaddejjin, kif ukoll dwar il-kapaċità globali tat-tmexxija u l-kontroll amministrattiv awtonomu ta' l-amministrazzjonijiet Rumeni u Bulgari u li jkun hemm ftuħ akbar u trasparenti fl-użu ta' fondi u fit-teħid ta' deċiżjonijiet f'dan ir-rigward;

228.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikseb opinjoni indipendenti dwar il-kapaċità ta' l-amministrazzjonijiet Rumeni u Bulgari għat-tmexxija finanzjarja ppjanata u soda tal-fondi tal-Komunità;

Rapport Speċjali Nru 6/2006 dwar l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Kummissjoni

229.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-politika l-ġdida għall-iżvilupp iffirmata f'Diċembru 2005, sabiex tistabbilixxi strateġija ambjentali globali għall-koperazzjoni dwar l-iżvilupp tagħha;

230.  Iqis li strateġija bħal din għandha tirrikonoxxi li huwa importanti mhux biss li l-ambjent ikun integrat fil-programmi u l-proġetti kollha għall-iżvilupp, iżda wkoll li l-ambjent ikun qasam li jingħata prijorità fin-nefqa;

231.  Jemmen li t-taħriġ fil-qasam ta' l-integrazzjoni ta' l-ambjent għandu jkun obbligatorju għall-uffiċjali tas-setturi ewlenin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tlesti malajr kemm jista' jkun il-preparazzjoni ta' manwal dwar l-integrazzjoni ambjentali;

232.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li internament għandha nies esperti fil-qasam ambjentali u proċeduri ċari ta' integrazzjoni ta' l-ambjent li huma definiti u rrispettati;

233.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu ikbar mill-opinjoni ta' l-esperti magħrufa fl-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tat-tmexxija ta' proġetti ta' koperazzjoni għall-iżvilupp nazzjonali u ta' intrapriżi privati li għandhom esperjenza ppruvata bħala sħab ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tat-tmexxija ta' proġetti ambjentali;

234.  Jinsisti li l-proġetti għandhom ikunu pjanati fuq il-bażi ta' dokument ta' speċifikazzjonijiet iddettaljati, bl-objettivi spjegati b'mod ċar u li għandhom ikunu inkarigati kontrolluri esterni li għandhom jevalwaw ir-rata ta' suċċess ta' kull proġett u jidentifikaw b'mod ċar kwalunkwe nuqqas jew difett;

Rapport Speċjali Nru 7/2006 dwar l-Investimenti fil-qasam ta' l-Iżvilupp Rurali: Dawn jittrattaw b'mod effettiv il-problemi taz-zoni rurali?

235.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tar-rapport u jħeġġeġ b'insistenza lill-Kummissjoni biex tikkunsidra n-nuqqasijiet identifikati fih li m'humiex koperti bir-regolament il-ġdid dwar l-iżvilupp rurali, jew bil-modalitajiet dettaljati ta' l-implimentazzjoni, b' mod partikolari fil-kuntest ta' l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali;

236.  Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi xi strateġiji iktar ċari marbutin ma' objettivi preċiżi u taħdem, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, sabiex ittejjeb id-definizzjoni ta' l-objettivi, tal-benefiċarji u taz-zoni, tiżgura l-għażla ta' proġetti l-iktar opportuni u tinkorpora dawn l-aspetti fid-dokumenti ta' pjanifikazzjoni għall-perijodu 2007-2013;

237.  Jemmen li l-iskadenza stabbilita lill-Kummissjoni biex tapprova l-programmi nazzjonali tista' tiġi estiża ftit sabiex tippermetti analiżi dettaljata minħabba li l-kwalità tal-programmi nazzjonali jiddeterminaw ħafna kemm l-approprjazzjonijiet mogħtija lir-reġjuni u lill-benefiċarji li l-iktar għandhom bżonn huma ġustifikati tajjeb u jekk ikun possibbli sabiex titqies aħjar l-effettività ta' l-investimenti tal-futur;

238.  Jafferma l-importanza mogħtija għal użu effettiv u responsabbli tal-baġit ta' l-UE kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju li permezz tiegħu inizjattiva li ma tkunx possibbli li tiġi evalwata adegwatament m'għandhiex tiġi ffinanzjata bil-fondi pubbliċi; iqis li l-ħolqien ta' objettivi preċiżi u d-definizzjoni ta' strateġiji ċari fil-programmi nazzjonali huma indispensabbli f'dan il-kuntest;

239.  Jemmen li l-twettiq ta' l-objettiv doppju - strutturali u agrikolu - ta' l-investimenti għandu jkun assigurat permezz ta' approċċ kemm settorjali (għall-agrikoltura) kif ukoll territorjali (għall-koeżjoni ekonomika u soċjali) ibbilanċjat b'mod xieraq;

240.  Jikkunsidra li t-tieni pilastru tal-PAK huwa element indispensabbli ta' l-iżvilupp taz-zoni rurali ta' l-UE u jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri janalizzaw il-fatturi ewlenin tas-suċċess tal-proġetti ta' investiment u jxerrdu prattiki tajba;

241.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, bil-kollaborazzjoni sħiħa ta' l-Istati Membri, biex ittejjeb is-sistemi tal-kontroll u ta' l-evalwazzjoni, pereżempju billi jintużaw indikaturi kwalitattivi li jippermettu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li jiddeterminaw jekk il-miżuri kinux effettivi u jekk l-objettivi ntlaħqux;

242.  Jilqa" bi pjaċir il-fatt li d-diskussjoni dwar dan ir-rapport speċjali saret fl-istess ħin ta" l-ewwel preżentazzjoni introduttorja tal-proposta tal-Kummissjoni għar-riforma tal-qasam tal-frott u l-ħaxix li għandha tidħol fis-seħħ mill-2008;

Rapport Speċjali Nru 8/2006 dwar: Il-Kultivazzjoni tas-Suċċess? L-effettività ta' l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropea favur il-produtturi tal-frott u l-ħxejjex

243.  Jafferma l-impenn tiegħu favur l-għajnuna komunitarja lis-settur tal-frott u l-ħxejjex fl-UE, għajnuna meħtieġa biex ittejjeb il-kompetittività u l-vijabilità ta' dan is-settur;

244.  Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-pedament ta" l-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni (CMO) għall-prodotti tal-frott u l-ħxejjex, u għalhekk jappoġġa lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tappoġġa lil dawk li jkabbru l-uċuħ biex jiffurmaw organizzazzjonijiet tal-produtturi;

245.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu talli qegħdin nitbiegħdu mill-miżuri ta' ndħil, bħall-irtirar mis-suq jew is-sostenn lill-prodotti pproċessati, li huma meqjusa kontro-produttivi fir-rigward ta' l-objettivi fissi għas-settur tal-frott u l-ħxejjex;

246.  Jemmen li s-sistemi ta' appoġġ għall-programmi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex, kuntrarjament għall-miżuri ta' l-indħil, jikkostitwixxu strument ħafna iktar promettenti;

247.  Jinnota u jilqa' b'sodisfazzjon l-evalwazzjoni mbassra għall-2009 u jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu adegwat ta' monitoraġġ u kontroll għas-settur tal-frott u l-ħxejjex bil-għan li jkunu osservati l-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba;

248.  Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha qed tippjana li ttejjeb il-kapaċità tagħha li tiġbor informazzjoni u tiżviluppa indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jippermettu d-definizzjoni ta' l-effettività u tar-rendiment; jemmen li l-indikaturi għandu jkollhom skala usa' ta' vantaġġi ppreżentati fil-programmi, li għandhom ikunu segwiti f'livell ogħla ta' aggregazzjoni; jipproponi, barra minn hekk, li l-Kummissjoni terġa' teżamina mingħajr dewmien il-pertinenza u l-eżattezza ta' l-indikaturi u ta' l-istatistika eżistenti;

249.  Jaqbel mal-Qorti li s-sistema preżenti teħtieġ reviżjoni b'reqqa akbar bil-għan li ttejjeb l-effettività u r-rendiment; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkontrollaw b'mod rigoruż u jżidu l-effettività u r-rendiment tas-sistema tal-programmi operazzjonali għall-produtturi, jeżaminaw il-fatturi tas-suċċess ta' l-aħjar riżultati miksuba u fl-aħħar nett jiġbdu konklużjonijiet minnhom bil-għan li jiddefinixxu aħjar is-sistemi fil-livell komunitarju u jassiguraw implimentazzjoni aħjar fil-livell ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-reġjuni li huma organizzati l-inqas;

250.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tipproponi li jkunu ppreċiżati u simplifikati l-kriterji ta' l-eliġibilità bil-għan li tiżdied it-trasparenza u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi ġġenerati mis-sistemi ta' pagamenti;

251.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tqiegħed il-proċeduri u r-regoli ta" l-iskema ta" għajnuna fuq l-istess linja ta" dawk tal-Fondi għall-Iżvilupp Rurali sabiex tikkjarifika meta jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin u meta jeskludu lil xulxin;

252.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja u tikkontrolla b'attenzjoni l-implimentazzjoni tas-sistema fl-Istati Membri ġodda;

Rapport Speċjali Nru 9/2006 dwar in-nefqa għat-traduzzjoni mill-Kummissjoni, l-Parlament u l-Kunsill

253.  Jenfasizza li l-ispiża totali tas-servizzi lingwistiċi ta' l-istituzzjonijiet Ewropej, għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, tirrappreżenta 1% biss tal-baġit totali ta' l-UE;

254.  Huwa sorpriż li l-istituzzjonijiet għadhom sa issa ma kkalkulawx la l-ispiża totali tat-traduzzjoni(24) u lanqas l-ispiża għal kull paġna; jinnota li fl-2005, il-volum ta' traduzzjonijiet kien ta' 1,324,000 paġna fil-Kummissjoni (1,450 traduttur), 1,080,000 paġna fil-Parlament (550 traduttur) u 475,000 paġna fil-Kunsill (660 traduttur); jinnota barra minn hekk li l-Qorti kkalkulat li l-ispiża totali tat-traduzzjoni fl-2003 kienet ta' EUR 414.2 miljun; ta' EUR 214.8 miljun għall-Kummissjoni, ta' EUR 99 miljun għall-Parlament u ta' EUR 100.4 miljun għall-Kunsill; jinnota li għall-istess sena l-ispiża medja għal kull paġna kienet ta' EUR 166.37: ta' EUR 150.2 fil-Kummissjoni, ta' EUR 149.7 fil-Parlament u ta' EUR 251.8 fil-Kunsill;

255.  Iqis li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itejbu l-produzzjoni tas-servizzi tat-traduzzjoni ta' l-UE meta mqabbla mas-settur privat;

256.  Iqis li jeħtieġ li tkun iċċarata r-raġuni għaliex il-prezzijiet li l-Parlament iħallas lit-tradutturi freelance huma ta' l-inqas 12% ogħla milli tħallas il-Kummissjoni;

257.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill qablu li jillimitaw iż-żieda fil-volum tat-traduzzjoni wara t-tkabbir b'10 Stati Membri ġodda, biex b'hekk jikkontrollaw iż-żieda fl-ispejjeż;

258.  Iqis li t-tliet istituzzjoniet għandhom jistabbilixxu l-ispejjeż tat-traduzzjoni fuq bażi annwali billi jużaw l-istess kriterji u metodi ta' kalkolu; hu tal-fehma li ċ-ċifri miksuba m'għandhomx jiġu użati biss għal skopijiet baġitarji, iżda wkoll biex l-utenti jiġu sensibilizzati dwar l-ispiża;

259.  Jilqa' d-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tistudja l-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni u ta' l-għażla tat-talbiet ta' traduzzjoni fl-2006; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li fl-2004, il-Kunsill stabbilixxa lista ta' dokumenti essenzjali, u b'hekk illimita t-traduzzjoni ta' testi oħra;

260.  Jirrakkomanda li jiġu estiżi l-limitazzjonijiet li jikkonċernaw it-tul tad-dokumenti u tas-sommarji miktuba;

261.  Iħeġġeġ lill-kumitati u lid-delegazzjonijiet parlamentari biex ma jipprovdux testi ħlief fil-lingwi tal-membri tal-kumitati u tas-sostituti tagħhom; jissuġġerixxi li l-verżjonijiet addizzjonali tal-lingwi jistgħu jingħataw wara talba speċifika;

262.   huwa ġeneralment ta' l-opinjoni li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxu livell għoli fil-kwalità tat-traduzzjoni; jitlob għalhekk lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex jagħtu rendikont lill-Qorti u lill-Kummissjoni għall-Kontroll Baġitarju tal-miżuri adottati għall-kontroll u t-titjib fil-kwalità tat-traduzzjonijiet sal-ħin tal-proċedura ta' kwittanza 2006;

263.  Jistieden lill-istituzzjonijiet biex itejbu l-informazzjoni disponibbli għall-amministrazzjoni biex issir sorveljanza tal-proċessi tat-traduzzjoni, filwaqt li jqisu l-indikaturi tar-rendiment proposti mill-Qorti(25);

264.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Kummissjoni sabiex jużaw b'mod effettiv u effiċjenti r-riżorsi interni u esterni kif ukoll il-bażijiet tad-dejta, it-traduzzjoni assistita bil-kompjuter, it-teleworking u l-esternalizzazzjoni;

265.  Jistieden kull istituzzjoni biex tivverifika l-kapaċitajiet tat-traduzzjoni tar-riżerva fiż-żewġ istituzzjonijiet l-oħra qabel ma jagħtu b'sottokuntratt xi traduzzjonijiet;

Rapport speċjali Nru 10/2006 dwar l-evalwazzjonijiet ex post tal-programmi għall-Objettivi 1 u 3 għall-1994-1999 (Fondi Strutturali)

266.  Jistieden lill-Kummissjoni biex turi f'liema miżura l-metodoloġija għall-evalwazzjoni ex ante, matul u ex post ġiet konsolidata bil-għan li jiġu evitati, fejn dan ikun possibbli, għall-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni ex post 2000-2006, xi żbalji ta' interpretazzjoni bħal dawk imsemmija fir-rapport speċjali tal-Qorti;

267.  Jissuġġerixxi li l-koperazzjoni bejn id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL tkun amplifikata fuq dak li jirrigwarda l-punti komuni tal-metodi ta' l-evalwazzjoni;

268.  Jinnota li l-metodoloġija preżenti, ibbażata fuq il-mudell HERMIN, tqajjem xi problemi kbar; hu mħasseb li l-metodoloġija preżenti ma tħallix li tiġi kkunsidrata biżżejjed l-importanza tas-settur terzjarju għal ċerti ekonomiji, pereżempju t-turiżmu; jemmen li m'hemmx diffikultajiet gravi fl-evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali fil-pajjiżi li saru membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' l-ekonomiji tas-swieq żgħar tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex turi, qabel tibda l-evalwazzjoni ta' l-eżerċizzju 2000-2006 - x'modifiki għamlet għall-metodoloġija biex tikkunsidra din il-kritika;

269.  Jitlob ukoll li xi elementi ġodda jiġu integrati fil-metodoloġija biex jitqiesu l-effetti mikro-ekonomiċi; jikkunsidra li l-investimenti privati huma importanti għall-impatt fuq perjodu twil tal-Fondi Strutturali u għall-ħolqien ta' l-impjiegi; jesiġi li dan għandu jitqies fl-eżerċizzju ex post 2000-2006;

270.  Jitlob, sabiex jiġi assigrat approċċ koerenti fl-evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali b'mod ġenerali, li l-konklużjonijiet tar-rapport speċjali tal-Qorti jiġu kkunsidrati għall-evalwazzjonijiet ex ante, matul u ex post li jmiss għall-perjodi ta' programmazzjoni 2000-2006, 2007-2012 u l-perjodi ta' wara;

271.  Jappoġġja l-idea li l-evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali għandha tkun perċepita bħala proċess kontinwu, fornuta b'mod permanenti bil-konklużjonijiet ta' l-eżerċizzji differenti ta' l-evalwazzjoni ex ante, matul u ex post; jitlob li l-Istati Membri jkunu involuti f'dan il-proċess u jistieden lill-Kummissjoni turi kif se timplimenta dawn l-ideat mingħajr dewmien;

272.  Hu tal-fehma li, biex il-pubbliku jintwera l-valur miżjud Ewropew tal-Fondi Strutturali, l-evalwazzjonijiet futuri għandhom juru wkoll l-effetti indiretti ta' dawn il-Fondi;

273.  Jitlob lill-Kummissjoni biex il-grupp ta' tmexxija għall-evalwazzjoni ex post 2000-2006 jesplora l-possibilitajiet ta' koperazzjoni msaħħa mad-dinja akkademika, inklużi l-esperti esterni, taħt il-forma ta' sħubijiet ma' istituti speċjalizzati u studji dwar suġġetti speċifiċi;

274.  Huwa ta' l-opinjoni li koperazzjoni bħal din tippermetti l-irfinar ta' l-evalwazzjoni u li tpoġġi enfasi fuq il-valur potenzjali tal-Fondi Strutturali; jistieden lill-Kummissjoni biex tissokta f'din ir-rotta biex toħloq mudell 'fanal' ta' evalwazzjoni tal-miżuri ta' koeżjoni ekonomiċi, soċjali u territorjali, li jkunu mudell proprju Ewropew iżda li jistgħu jservu ta' eżempju f'livell dinji.

(1) ĠU L 60, 8.3.2005.
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p.1.
(5) ĠU C 263, 31.10.2006, p.10.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(7) ĠU C 273, 9.11.2006, p. 2.
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 196, 27.7.2005, p. 1.
(10) ĠU L 340, 6.12.2006, p. 5.
(11) Ara d-dokument tal-Kunsill 14138/05.
(12) Paragrafu 1.59 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għall-2005.
(13) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 83..
(14) Likwidazzjoni tal-kontijiet għall-EAGGF (Garanzija), għeluq tal-programmi operazzjonali tal-Fondi Strutturali u tlestija tal-verifiki relatati mat-tmexxija deċentralizzata ta' l-azzjonijiet esterni;
(15) Azzjoni 7: Promozzjoni ta' l-aħjar prattiki għat-titjib tar-rapport tal-vantaġġi meta mqabbla ma' l-ispejjeż tal-verifiki fil-livell tal-proġetti; Azzjoni 9: Promozzjoni ta' l-approċċ ta' verifika waħda; Azzjoni 10: Twettiq ta' stima inizjali u ta' analiżi ta' l-ispejjeż tal-kontrolli.
(16) Rapport annwali għall-2005 ta' l-awdituri interni lill-awtorita' ta' kwittanza (Artikolu 86.4 tar-Regolament Finanzjarju) (COM(2006)0279), punt 2.1, p. 4.
(17) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Artikolu 71 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
(18) L-Artikolu 106(4), tar-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli settorjali speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 38(5) u l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) 1260/1999.
(19) Ara Testi Adottati tat-13.2.2007, P6_TA(2007)0027, emenda 10.
(20) Ara wkoll l-Opinjoni Nru 1/2006 relatata mas-Seba' programm għar-Riċerka u l-Iżvilupp .
(21) Fil-Komunikazzjoni tagħha "Sinteżi tar-riżultati tal-Kummissjoni fil-qasam ta' l-immaniġġjar għas-sena 2005".
(22) Paragrafu 2.2.1.2. tar-Rapport ta' Attività annwali ta' l-OIB, "Immaniġġjar tar-riskji", paġna 23.
(23)1 ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(24) Skond il-Qorti dawn il-figuri jkopru l-ispejjez għat-tradutturi, segretarji, amministrazzjoni, persunal tas-servizz, ippjanar, bini, IT u ġestjoni tar-riżorsi umani (iġifieri taħriġ).
(25) Ara l-paragrafi 53 u 88 tar-rapport tal-Qorti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza