Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2071(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0094/2007

Testi mressqa :

A6-0094/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 4
CRE 24/04/2007 - 4

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.31
CRE 24/04/2007 - 7.31
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0133

Testi adottati
DOC 296k
It-Tlieta, 24 t'April 2007 - Strasburg Verżjoni finali
Kwittanza 2005: Taqsima I - Il-Parlament Ewropew
P6_TA(2007)0133A6-0094/2007
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0465/2006 – 2006/2071(DEC))

Il-Parlament Ewropew, ,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005(1) ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (SEC(2006)0915 – C6-0465/2006)(2) ,

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima I - Parlament Ewropew(3) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-Awditur Intern għall-2005,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(4) ,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) , u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skond liema kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2007),

A.   billi mill-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri ma rriżulta l-ebda żball materjali (paragrafu 10.4),

B.   billi l-Qorti ta' l-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għal nuqqasijiet persistenti f'sistemi superviżorji u ta' kontroll (paragrafi 10.5 - 10.10),

C.   billi fit-tweġibiet tiegħu l-Parlament spjega l-miżuri meħuda biex jingħelbu n-nuqqasijiet osservati mill-Qorti ta' l-Awdituri,

D.   billi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament kienu emendati fit-23 ta' Ottubru 2002 sabiex jiġi stipulat li l-kwittanza għandha tingħata lill-President, u mhux lis-Segretarju Ġenerali,

1.  Jagħti lill-President tiegħu l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament li tifforma parti integrali minnu, lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u s-Supervisur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u sabiex jagħmel arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU L 60, 8.3.2005.
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) DV/614096EN.doc.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
(5) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 10.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(7) PE 349.540/Bur/ann/def.


2.Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0465/2006 – 2006/2071(DEC))

Il-Parlament Ewropew, ,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005(1) ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (SEC(2006)0915 – C6-0465/2006)(2) ,

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima I - Parlament Ewropew(3) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-Awditur Intern għall-2005,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(4) ,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) , u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skond liema kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2007),

A.   billi mill-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri ma rriżulta l-ebda żball materjali (paragrafu 10.4),

B.   billi l-Qorti ta' l-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għal nuqqasijiet persistenti f'sistemi superviżorji u ta' kontroll (paragrafi 10.5 - 10.10),

C.   billi fit-tweġibiet tiegħu l-Parlament spjega l-miżuri meħuda biex jingħelbu n-nuqqasijiet osservati mill-Qorti ta' l-Awdituri,

D.   billi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament kienu emendati fit-23 ta' Ottubru 2002 sabiex jiġi stipulat li l-kwittanza għandha tingħata lill-President, u mhux lis-Segretarju Ġenerali,

E.   billi r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006(8) dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004 għandha tkun segwita u għandu jiġi evalwat il-progress ta' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha,

F.   billi l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005(9) , wara l-ftehim tal-Kunsill fid-19 ta' Lulju 2005, se jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata ta' sessjoni Parlamentari li tibda fl-2009,

G.   billi l-Kodoċi għall-Assistenti Parlamentari ġie adottat mill-Bureau fil-25 ta' Settembru 2006(10)

Il-kontijiet tal-Parlament Ewropew, b'enfażi partikulari fuq il-politika dwar il-proprjetà

1.  Jinnota li fl-2005 il-Parlament irċieva dħul li jammonta għal EUR 112 393 557 (2004: EUR 117 409 824);

2.  Jieħu nota tal-figuri li għalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2005, b'mod partikolari:

(f'EUR)

Użu ta' approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2005

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja 2004

Approprjazzjonijiet 2005

Approprjazzjonijiet mid-dħul allokat

Artikolu 9(1) u 9(4) tar-Regolament Finanzjarju

Approprijazzjonijiet disponibbli

1 264 024 722 (100%)

31 412 881 (100%)

281 461 344 (100%)

Impenji meħuda

1 249 096 468 (98,82%)

-

Il-ħlas li sar

941 932 832 (75,40%)

29 679 028 (94,48%)

259 853 230 (92,32%)

Approprjazzjonijiet trasferiti għas-sena 2006

Artikolu 9(1) u 9(2) tar-Regolament Finanzjarju

307 163 636

Artikolu 9(1), 9(2)a u 9(5) tar-Regolament Finanzjarju

200 000

Approprjazzjonijiet ikkanċellati

14 728 254

-

21 608 114 (7,68%)

Il-Karta tal-bilanċ sal-31 ta' Diċembru 2005: 1 520 822 777

3.  Jinnota li fl-2005 kienu impenjati 98,82 % ta' l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit tal-Parlament, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 1,18 % u li, bħal fi snin ta' qabel, kien hemm rata għolja ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit;

4.  Ifakkar, madankollu, li dan il-livell għoli ta' implimentazzjoni jista' jkun attribwit parzjalment għall-prattika konsistenti mill-1992 li jsiru trasferimenti 'ta' kklerjar' ('mopping-up') sabiex kull approprjazzjoni disponibbli fl-aħħar tas-sena tiġu trasferita fil-linji ta' baġit għall-bini u, b'mod partikolari, għal ħlasijiet ta' kapital bil-quddiem sabiex jitnaqqsu ħlasijiet ta' imgħax fil-futur; f'dan il-kuntest saru disponibbli EUR 124 144 556 (madwar 10% ta' l-approprjazzjonijiet) permezz ta' trasferiment ta' kklerjar fl-aħħar ta' l-2005; minn dan l-ammont

   - EUR 75,7 miljun intużaw għax-xiri tal-binjiet 'Winston Churchill' (WIC) u 'Salvador de Madariaga' (SDM) fi Strasburgu,
   - EUR 46,2 miljun kienu trasferiti għal żburżar kmieni għall-ħlas tal-kera annwali għall-binjiet D4 u D5 fi Brussell,
   - u EUR 2,3 miljun twarrbu għal Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta;
barra minn hekk, permezz ta' trasferimenti normali, il-Parlament xtara - flimkien mal-Kummissjoni - Djar l-Ewropa f'Kopenħagen (EUR 10,6 miljun) u fl-Aja (EUR 7,4 miljun);

5.  Ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu fid-deċiżjoni tiegħu li "... ħlasijiet għal bini... għandhom ikunu parti mill-istrateġija baġitarja"(11) ; għalhekk jikkritika lill-korpi kompetenti tiegħu talli naqsu kontinwament milli jibbaġittjaw b'mod ċar biżżejjed il-politika dwar proprjetà tal-Parlament għal akkwist fil-futur (il-linja tal-baġit 'akkwisti ta' proprjetà immobbli' turi biss entrati għall-2005, 2006 u 2007);

6.  Jerġa' jiddikjara t-talba tiegħu li jiġi emendat l-Artikolu 16 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew sabiex proġetti ta' bini li jkollhom implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit tal-Parlament jiġu suġġetti għal ftehim tal-Kumitat għall-Baġit;

7.  Jerġa' jistieden lill-awtorità baġitarja biex tfassal tbassir għall-baġit li jiżgura li l-ammonti mdaħħla fl-abbozz ta' baġit jirriflettu ħtiġijiet reali fil-linji politiċi varji tal-Parlament; jitlob lill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni sabiex permezz ta' delega jiddikjaraw b'mod ċar fir-rapporti ta' l-attività annwali tagħhom, l-approprjazzjonijiet annwali li rċevew, l-impenji tagħhom, il-ħlasijiet li saru u l-ammonti li ma ntużawx; barra minn hekk jistieden lill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni sabiex permezz ta' delega jsiabbilixxu r-raġunijiet - kif diġà sar sa ċertu punt - għaliex approprjazzjonijiet tal-baġit ma ntużawx kollha;

8.  Huwa konxju tal-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri se tippubblika rapport speċjali dwar il-linji politiċi tal-bini ta' l-Istituzzjonijiet fil-futur qarib; jitlob lill-kumitat kompetenti tiegħu biex ifassal rapport fuq inizjattiva personali fuq il-bażi ta' dan ir-rapport speċjali; barra minn hekk huwa ta' l-opinjoni li dan il-kumitat għandu jkollu d-dritt li jfassal rapporti fuq inizjattiva personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel u barra mill-kwota stabbilta għal rapporti ta' dan it-tip, fuq kwalunkwe rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri jekk il-kumitat jiddeċiedi hekk;

9.  Jiddispjaċih li l-linja tal-baġit għall-Uffiċji ta' Informazzjoni tal-PE baqgħet l-istess u jesprimi x-xewqa tiegħu biex ikollu evalwazzjoni ta' l-aħjar prattiċi ta' l-Uffiċji ta' l-Informazzjoni kollha li jqis ir-relazzjoni ta' l-ispejjeż u l-vantaġġi;

Kummenti tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005

10.  Jilqa' l-fatt li l-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri ma sabitx żbalji materjali (paragrafu 10.4);

11.  Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-applikazzjoni ġdida tal-kompjuter għall-kalkolu tal-pagi tal-persunal kif ukoll it-tweġiba tas-servizz kompetenti tal-Parlament li jenfasizza li kontrolli ex-post sistematiċi ilhom isiru minn Marzu 2006;

12.  Jirrikonoxxi l-kritika tal-Qorti dwar il-ħlasijiet fissi għal vjaġġi tal-persunal bejn it-tliet postijiet ta' ħidma tas-soltu; jaċċetta, madankollu, li kienet l-intenzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-Parlament li ssib bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-qafas regolatorju u l-ħtiġijiet ta' l-ambjent ta' ħidma partikulari ta' l-istituzzjoni; jitlob lill-Qorti biex timmonitorja kif qed taħdem is-sistema ta' ħlasijiet fissi u biex tavża lill-awtorità ta' kwittanza jekk issib xi evidenza li qed jintużaw ħażin;

13.  Jinnota li l-Qorti ġibdet l-attenzjoni għal nuqqasijiet f'sistemi superviżorji u ta' kontroll (paragrafu 10.9) li jikkonċernaw il-ħlas ta' 'allowances' lill-Membri tal-Parlament Ewropew; iqis li huwa inkwetanti li sa nofs l-2006 54% biss tal-fornituri ta' servizzi, u 29% biss ta' l-aġenti li jħallsu kienu ppreżentaw fatturi għall-perjodu minn Lulju 2004 sa Ġunju 2005; jinnota li l-verifika interna ta' l-'allowance' għall-assistenza parlamentari tal-Membri se tkun iffinalizzata fil-ħin għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2006;

Ir-rapport annwali ta' l-Awditur Intern

14.  Jinnota li, fl-2005, Is-Servizz tal-Verifika Interna ffinalizza 7 rapporti: ir-rapport annwali ta' l-Awditur Intern, jitkellem dwar is-segwitu għar-reviżjoni tiegħu tal-Qafas ta' Kontroll Intern tad-direttorati ġenerali, dwar il-proċess ta' l-akkwist pubbliku, u dwar tnejn mill-Uffiċċji ta' Informazzjoni tal-Parlament (adotta wkoll żewġ rapporti dwar l-Ombudsman Ewropew);

15.  Jilqa' l-fatt li l-Awditur Intern mhux biss kien lest jassisti lir-rapporteur ta' kwittanza tal-Parlament, iżda li jippreżenta wkoll uffiċjalment - għall-ewwel darba huwa stess - ir-riżultati tar-rapport annwali 2005 lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, biex b'hekk juri li r-rapport tiegħu m'huwiex biss għodda ta' mmaniġġjar intern, iżda punt ta' referenza importanti fil-kwittanza annwali;

16.  Jenfasizza li l-verifiki kkonfermaw li l-istituzzjoni għadha f'fażi ta' tranżizzjoni bejn żewġ kunċetti ta' kontroll intern fundamentalment differenti, u li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Qafas ta' Kontroll Intern (ICF) fid-dipartimenti kollha teħtieġ aktar żmien;

17.  Jilqa' l-fatt li l-Awditur Intern ikkonċentra xogħlu fl-2005 fuq il-proċess ta' l-akkwist u fuq is-segwitu għall-pjanijiet ta' azzjoni miftiehma li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta' l-ICF fl-2003 u l-2004;

18.  Jenfasizza dan li ġej fil-qasam ta' l-akkwisti:

   - trid tikiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-offerta se tissodisfa l-ħtiġijiet ewlenin, se tkun regolari, effettiva fis-sens ta' nfiq u trasparenti,
   - trid tingħata dokumentazzjoni ta' l-offerta ċara u komprensiva,
   - iridu jitfasslu kriterji xierqa ta' esklużjoni, għażla u għotja,
   - iridu jingħataw garanziji ta' skadenzi, trattament ugwali u trasparenza f'kuntratti ma' min jitfa' l-offerti,
   - iridu jkunu garantiti deċiżjonijiet trasparenti u koerenti mill-kumitat tal-ftuħ,
   - l-evalwazzjoni ta' l-offerti trid tkun ibbażata fuq il-kriterji mħabbra,
   - għandha tinżamm dokumentazzjoni tal-verifika kompleta fl-għoti ta' kuntratti,
   - dispożizzjonijiet kuntrattwali jridu jkunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta,
   - jekk jintlaħqu dawn l-objettivi jfisser li kien hemm kontrolli xierqa fl-istadju kritiku bikri tal-proċess ta' l-akkwisti,
   - trid tittejjeb l-effettività tal-verifika ex ante ta' impenji baġitarji għal akkwisti;

19.  Jitlob lill-Qorti ta' l-Awditri biex tevalwa, sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2008, sa liema punt inkisbu dawn l-għanijiet fil-qasam ta' l-akkwisti;

20.  Itenni li ICFs imwaqqfa minn uffiċjali ta' awtorizzazzjoni ddelegati biex jawtorizzaw għandhom l-objettivi ta' kontroll li ġejjin: konformità mal-leġiżlazzjoni, mar-regoli u mal-prattiċi applikabbli, l-affidabilità ta' l-informazzjoni dwar l-immaniġġjar u tar-reġistri, u l-ekonomija, l-effettività u l-effiċjenza ta' l-operat;

21.  Ifakkar ukoll li l-uffiċjali li jawtorizzaw iridu josservaw 22 standard minimu sabiex jiksbu l-objettivi ta' kontroll; dawk l-istandards jistgħu jinġabru f'ħames kategoriji ta' kontroll: l-ambjent ta' kontroll, l-imaniġġjar tar-rendiment u tar-riskji, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-attivitajiet ta' kontroll u l-monitoraġġ (verifika u evalwazzjoni);

22.  Jenfasizza dan li ġej fil-qasam ta' l-ICF (is-Servizz ta' Verifika Interna fl-2003/2004 ftehem dwar 454 azzjoni ma' dipartimenti li jawtorizzaw u wettaq proċeduri ta' segwitu biex jara jekk dawn kinux implimentati kif suppost; s'issa, kien ivvalidat l-istejtus ta' 341 azzjoni):

   - mis-37 azzjoni mir-reviżjoni tas-sistema kompjuterizzata użata biex timmaniġġja tranżazzjonijiet baġitarji, 3 biss kienu għadhom mhux implimentati sa l-aħħar ta' l-2005, u 9 oħra kienu implimentati parzjalment;
   - mit-304 azzjonijiet li kienu qed jirrevedu l-livell ta' konformità ma' standards minimi ta' kontroll intern u objettivi ta' kontroll, 150 kienu implimentati għal kollox, 86 kienu implimentati parzjalment u kienet għadha ma ttiħdet l-ebda azzjoni mid-dipartimenti dwar it-68 l-oħra;
   - għall-azzjonijiet l-oħra kollha li għadhom ma ġewx implimentati għal kollox, is-Servizz ta' Verifika Interna ftehmet dwar skeda ta' żmien rivedut mad-dipartimenti li jawtorizzaw, liema kalendarju se ssegwi fl-2007;

23.  Jiddispjaċih li l-verifika ta' l-allowances għall-assistenza parlamentari tal-Membri ma kinetx lesta fil-ħin għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005; jitlob lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħti l-attenzjoni meħtieġa lir-riżultati ta' din il-verifika fi stadju aktar 'il quddiem;

L-immaniġġjar finanzjarju tal-Parlament Ewropew

24.  Jinnota li l-analiżi ta' l-immaniġġjar finanzjarju mehmuża mal-kontijiet ta' l-2005 tipprovdi dikjarazzjoni utli ta' l-avvenimenti finanzjarji ewlenin tas-sena li qed tkun riveduta;

25.  Jirrimarka li proporzjon ta' l-attività ta' l-immaniġġjar fil-Parlament fl-2005 kien għadu immirat lejn l-aġġustament għall-ħtiġijiet ġodda tar-Regolament Finanzjarju, it-twaqqif ta' sistemi ta' kontroll ġodda, metodoloġiji u metodi ta' ħidma, it-tfassil ta' programmi ta' taħriġ u t-twaqqif ta' setturi ġodda ta' responsabbiltà;

26.  Jinnota li l-esperjenza inizjali ta' l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġdid f'istituzzjoni bħalma hu l-Parlament, li għandu baġit amministrattiv x'jimmaniġġja, tindika f'ċerti każi li twaqqfu sistemi u ċirkwiti finanzjarji li kienu kumplessi żżejjed;

27.  Jinnota li xi direttorati ġenerali għadhom tal-fehma li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu jwasslu għal burokrazija żejda fil-proċess ta' kontroll intern globali u jikkostitwixxu piż bla bżonn fuq l-immaniġġjar;

28.  Jinnota li fid-Direttorat għall-Kontroll Finanzjarju ta' qabel 18-il membru tal-persunal (minn total ta' 20 membru tal-persunal) kien involut f'xogħol ta' kontroll, filwaqt li taħt l-istruttura ġdida stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ġdid, 44 membru tal-persunal huma assenjati għal dan ix-xogħol fid-direttorati ġenerali differenti; minbarra dawn hemm 10 awdituri (minn total ta' 12-il membru tal-persunal) li qed jaħdmu fis-Servizz ta' Verifika Interna;

29.  Jafferma mill-ġdid, għal darb'oħra, il-fehma espressa fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006, tat-12 ta' April 2005(12) , tal-21 ta' April 2004(13) u tat-8 ta' April 2003(14) li "l-iskop tal-proċedura ta' kwittanza m'għandux ikopri biss l-attivitajiet ta' mmaniġġjar tas-Segretarju Ġenerali u l-Amministrazzjoni tal-Parlament, iżda wkoll id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-korpi governattivi tiegħu, jiġifieri il-President, il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti tiegħu";

30.  Jenfasizza li l-Parlament ma jagħtix il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali, imma lill-President peress li huma l-membri eletti, u mhux l-uffiċjali, li fl-aħħar mill-aħħar huma politikament responsabbli mill-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit; għalhekk jistieden lill-President u lill-Viċi Presidenti responsabbli għall-baġit sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat futuri tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju kif meħtieġ u sabiex jaqblu mal-Kumitat dwar il-forma xierqa biex ikun hemm djalogu politiku li jagħti l-frott matul il-proċedura ta' kwittanza;

31.  Jilqa' li l-Bureau beda diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet tiegħu ma' l-awtorità baġitarja u ta' kwittanza bil-għan li tkun iċċarata t-tifsira prattika preċiża tar-responsabbiltà politika li għandhom il-Membri tal-korpi governattivi tal-Parlament fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' setgħat u t-teħid ta' deċiżjonijiet b'konsegwenzi finanzjarji sinifikanti; jitlob lill-Bureau li għadu kif ġie elett biex jerġa' jibda d-diskussjonijiet li jinvolvu l-kumitati kkonċernati f'dan id-dibattitu;

32.  Jilqa' l-fatt li s-Segretarju Ġenerali fassal dokument qasir u faċli biex jinqara li jispjega l-baġit ta' l-2004 u l-2005, liema dokument huwa disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Parlament;

Ir-rapporti ta' l-attivitajiet tad-direttorati ġenerali

33.  Jirrimarka li s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament ippreżenta r-rapporti ta' attività għall-2005 tad-diretturi ġenerali lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fl-10 ta' April 2006; f'dak il-kuntest is-Segretarju Ġenerali, fil-kariga tiegħu ta' uffiċjal iddelegat biex jawtorizza, stqarr li kien ingħata assigurazzjonijiet raġonevoli li l-baġit tal-Parlament kien ġie implimentat skond il-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

34.  Jilqa' l-fatt li d-diretturi ġenerali kollha ħarġu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni assoluta għat-tranżazzjonijiet finanzjarji tad-dipartimenti tagħhom;

35.  Japprezza l-progress li sar fl-armonizzazzjoni tal-preżentazzjoni u l-istruttura tar-rapporti ta' l-attività annwali; madankollu għadu tal-fehma li għandu jkun possibbli li jsir aktar progress biex jittejbu l-leġġibbiltà u l-komparabiltà; jitlob lis-servizzi tiegħu biex jinkludu sommarju eżekuttiv ta' paġna li jiddikjara l-approprjazzjonijiet li waslu, l-impenji meħuda, il-ħlasijiet li saru u kif intużaw l-ammonti li ma ntefqux (i.e. fondi trasferiti mis-sena ta' qabel, trasferimenti, trasferimenti ta' kklerjar eċċ.), kif ukoll avvenimenti ewlenin tas-sena finanzjarja li għaddiet;

36.  Jinnota li l-konklużjonijiet fir-rapporti ta' l-attivitjiet jidentifikaw l-isfidi ġenerali li ġejjin:

   - it-tqegħid fil-prattika tal-qafas ta' kontroll intern jieħu aktar ħin milli kien maħsub fil-bidu,
   - l-implimentazzjoni ta' l-eżekuzzjoni tal-baġit skond ir-Regolament Finanzjarju ġdid,
   - l-implimentazzjoni ta' talbiet politiċi fi żmien qasir,
   - ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persunal ġdid.

Akkwisti

37.  Ifakkar li skond l-Artikoli 54 u 119 tar-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju(15) istituzzjonijiet iressqu rapporti lill-awtorità baġitarja dwar proċeduri nnegozjati u dwar kuntratti li ma jaqgħux taħt direttivi ta' akkwist pubbliku; lista ta' kuntratturi li ngħataw kuntratti li jiswew aktar minn EUR 50 000 iżda inqas mil-limitu minimu skond id-direttivi msemmija, hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, u kuntratti li jiswew bejn EUR 13 800 u EUR 50 000 jiġu ppubblikati fil-websajts ta' l-istituzzjonijiet; barra minn hekk, fl-2003 l-Parlament stieden lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jagħti rapport annwali dwar il-kuntratti konklużi(16) ;

38.  Jinnota li r-rapport annwali fih l-informazzjoni li ġejja dwar kuntratti li ngħataw fl-2005 li għandhom valur ugwali għal jew aktar minn EUR 13 800:

It-tip ta' kuntratt

Numru

[2004 f' ()]

Persentaġġ

[2004 f' ()]

Ammont f'EUR

[2004 f' ()]

Persentaġġ

[2004 f' ()]

Servizzi

199 (229)

64% (58%)

89 551 639

(180 927 304)

44% (75%)

Provvisti

53 (99)

17% (25%)

29 036 604

(26 500 867)

14% (11%)

Xogħlijiet

48 (60)

15% (15%)

13 763 856

(18 876 271)

7% (8%)

Bini

12 (4)

4% (2%)

73 149 658

(15 593 025)

35% (6%)

Total

312 (392)

100%

205 501 756

(241 897 467)

100%

Tip ta' proċedura

Numru

[2004 f' ()]

Persentaġġ

[2004 f' ()]

Ammont f'EUR

[2004 f' ()]

Persentaġġ

[2004 f' ()]

Ammont medju

[2004 f' ()]

Miftuħa

64 (95)

21% (24%)

94 187 176

(157 909 034)

71% (70%)

1 471 675

(1 662 200)

Ristretta

112 (110)

37% (28%)

26 676 276

(39 897 441)

20% (18%)

238 181

(362 704)

Innegozjata

124 (183)

42% (48%)

11 488 646

(28 497 967)

9% (12%)

92 650

(155 727)

Total

300 (388)

100%

132 352 098

(226 304 442)

100%

441 174

(585 259)

39.  Jirrimarka li mit-312-il kuntratt mogħtija, 147 kienu jiswew mill-inqas EUR 50 000 filwaqt li 165 kienu jiswew bejn EUR 13 800 u EUR 50 000; isaqsi lill-amministrazzjoni tiegħu jekk taħsibx li l-proċeduri fis-seħħ għall-għoti tat-tip ta' kuntratti msemmija l-aħħar skond ir-Regolament Finanzjarju rivedut humiex effettivi biżżejjed;

40.  Ifakkar li l-Awditur Intern ikkonkluda verifika mifruxa ma' l-istituzzjoni kollha tal-proċess ta' l-akkwisti; ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu huma mniżżlin iktar 'il fuq;

41.  Jilqa' - fir-rigward tal-valur - li 91% tal-kuntratti ngħataw skond proċeduri miftuħa (71%) u ristretti (20%);

42.  Jinnota t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali(17) li tistabbilixxi l-miżuri meħuda biex titwaqqaf id-database tal-kuntratti skond l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi fl-istess ħin li r-Regolament Finanzjarju rivedut issa jaħseb għal database ċentrali waħda għall-istituzzjonijiet kollha, immaniġġjata mill-Kummissjoni;

Gruppi politiċi (reviżjoni ta' kontijiet u proċeduri - Punt 3701 tal-baġit)

43.  Ifakkar li l-paragrafu 2.7.3 tar-Regoli dwar l-użu ta' approprjazzjonijiet mill-Punt 3701 tal-baġit(18) , jitlob li l-Bureau u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju jieħdu ħsieb il-kontijiet annwali vverifikati tal-gruppi politiċi skond is-setgħat mogħtija lilhom mir-Regoli ta' Proċedura;

44.  Itenni li l-gruppi politiċi huma responsabbli huma stess għall-immaniġġjar u l-użu tal-fondi tagħhom mill-baġit tal-Parlament, u li l-mandat tas-Servizz ta' Verifika Interna tal-Parlament ma jkoprix il-kundizzjonijiet applikabbli għall-użu ta' l-approprjazzjonijiet fil-Punt 3701 tal-baġit;

45.  Jilqa' l-fatt li l-gruppi politiċi ppubblikaw ir-regoli finanzjarji u l-kontijiet interni tagħhom għall-2005 fil-websajt tal-Parlament;

46.  Jagħmel notament tal-figuri li rriżultaw li ġejjin għal approprjazzjonijiet li ddaħħlu mal-Punt 3701 fl-2005:

(f' eluf ta' EUR)

Total disponibbli fil-baġit

61 973

Membri Indipendenti

1 329

Ammont disponibbli għall-gruppi

60 644

Grupp

Ammont allokat mill-baġit tal-Parlament

Riżorsi proprji u ammonti trasferiti tal-Gruppi nfushom

Nefqa fl-2005

Rata ta' utilizzazzjoni

Limitu massimu ta' ammont trasferit

Ammont trasferit għas-sena

2006

PPE-DE

17 282

4 510

15 066

69%

8 641

6 727

PSE

13 107

5 447

11 679

63%

6 554

6 554

ALDE

5 783

2 251

4 354

54%

2 892

2 892

Verts/ALE

2 712

777

2 448

71%

1 356

1 040

GUE/NGL

2 726

1 223

2 735

69%

1 363

1 214

UEN

1 672

284

1 525

78%

836

430

IND/DEM

2 182

688

2 044

71%

1 091

826

NI

1 110

219

986

74%

555

260

TOTAL

46 575

15 399

40 837

66%

23 287

19 942

*) Skond id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal Punt 3701 tal-baġit

47.  Jinnota li l-awdituri esterni tal-gruppi politiċi kkonfermaw li l-kontijiet kienu konformi mar-regoli preżenti u ma' l-istandards internazzjonali ta' kontabilità;

48.  Jinnota li, fit-3 ta' Lulju 2006, il-Bureau approva r-rapporti tal-gruppi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u r-rapporti ta' l-awdituri rispettivi; f'dan il-kuntest il-Grupp PSE ħallas lura EUR 322,107 u l-Grupp ALDE ħallas lura 788,845 mill-flus li ma ntużax lill-baġit tal-Parlament, billi dawn l-ammonti ma setgħux jiġu trasferiti;

49.  Jinnota li l-gruppi politiċi użaw biss medja ta' 66% ta' l-approprjazzjonijiet li kellhom disponibbli (2004: 74%);

Partiti politiċi fil-livell Ewropew

50.  Jinnota l-preżentazzjoni li ġejja tal-kontijiet għall-għeluq tas-sena baġitarja 2005:

L-eżekuzzjoni tal-baġit ta' l-2005 kif miftiehem (f'EURO)

Partit *)

riżorsi proprji

għotja totali mill-PE

dħul totali

għotja f'% tan-nefqa eleġibbli

(mass. 75%)

PPE

1 053 583.60

2 398 941.14

3 452 524.74

70,08%

PSE

848 943.72

2 489 175.00

3 338 118.72

74,76%

ELDR

358 234.17

819 562.69

1 177 796.86

70,10%

EFGP

205 699.82

568 261.00

773 960.82

73,64%

AEN

38 184.98

114 330.48

152 515.46

74,96%

PDE

85 932.25

253 933.49

339 865.74

74,86%

GE

121 956.00

365 868.00

487 824.00

69,49%

EFA

84 530.51

217 906.00

302 436.51

72,05%

Total

2 797 065.05

7 117 977.80

10 025 042.85

72,18%

PPE: Partit Popolari Ewropew PSE: Partit tas-Soċjalisti Ewropej: ELDR: Partit Ewropew tal-Liberali, Demokratiċi u Riformisti; EFPG: Alleanza Ħielsa tal-Ħodor Ewropej: AEN Unjoni għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet; PDE Partit Demokratiku Ewropew; GE Partit tax-Xellug Ewropew: EFA: Alleanza Ewropea Ħielsa

51.  Jenfasizza li l-fatt li l-awdituri esterni tal-partiti kkonfermaw li l-kontijiet kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jmexxu l-partiti politiċi fuq livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom(19) , u li l-kontijiet ippreżentaw stampa vera u fidila tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti politiċi lejn it-tmiem tas-sena finanzjarja 2005;

52.  Madankollu jinnota li,

   - il-Partit tax-Xellug Ewropew (GE) qabeż il-baġit proviżorju tiegħu u għamel telf ta' EUR 42 000, li mhux kopert għal kollox mill-kapital eżistenti; għalhekk dan il-partit għandu jtejjeb b'mod sinifikanti l-isrutturi ta' kontroll intern tiegħu u jikkapitalizza ruħu mill-ġdid sabiex jissodisfa l-passivi għall-2005 u biex jiggarantixxi riżerva suffiċjenti għall-ġejjieni,
   - l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet (AEN) u tal-Partit Demokratiku Ewropew (PDE) baqgħet taħt il-baġits proviżorji rispettivi tagħhom, li wassal għal tnaqqis fl-għotja u fl-irkupru ta' somom imħallsin iżżejjed (EUR 110 669,52 mill-AEN u EUR 113 690,51 mill- PDE);

53.  Jenfasizza l-fatt li fuq livell Ewropew il-partiti laħqu livell għoli ta' użu ta' l-approprazzjonijiet disponibbli għalihom;

54.  Jenfasizza mill-ġdid ir-rilevanza tal-proposti tiegħu għal titjib ulterjuri fir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 kif imsemmija fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006(20) ;

55.  Huwa kuntent li t-titjib li ġej jistgħa jintlaħaq fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew wara d-deċiżjoni mill-Bureau ta' l-1 ta' Frar 2006;

   - l-ispejjeż eleġibbli li jaqgħu taħt l-għotja ta' din is-sena (n ) jistgħu jitħallsu fis-sena n+1 ,
   - il-Bureau adotta baġit multi-annwali indikattivi għall-perjodu 2007-2009;

56.  Jibqa' konvint li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew iridu jitħallew jistabbilixxu riżervi sabiex f'każ li jisfaxxaw, ikunu jistgħu jaqdu l-obbligi statutorji tagħhom lejn l-impjegati u l-kuntratturi tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex ma tibqax tonqos milli tonora l-impenji tagħha msemmija fil-proċedura ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2006 sabiex tippreżenta proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru. 2004/2003 bl-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet xierqa biex teżenta r-riżorsi proprji mir-regola li ma tippermettix qligħ imwaqqfa mill-Artikolu 109 tar-regolament Finanzjarju, b'mod partikolari kontribuzzjonijiet u miżati ta' sħubija, miżjuda ma' l-operat annwali ta' partit politiku fuq livell Ewropew li jaqbżu l-25% ta' l-ispiża eliġibbli li għandha tiġġarrab mill-benefiċjarju skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2004/2003;

Il-politika dwar proprjetà tal-Parlament

57.  Jirrikonoxxi li l-politika stabbilita tal-Parlament hija li jsir is-sid tal-bini li juża; bħala riżultat ta' dan, bejn l-1992 u l-2005, il-Parlament investa total ta' EUR 1 400 miljun f'proprjetà immobbli, u b'hekk, skond il-kalkoli tiegħu stess, sa l-aħħar ta' l-2006 ffranka madwar EUR 700 miljun fi kiri u spejjeż;

58.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex lill-kumitat parlamentari rilevanti jagħtih dettalji ta' l-ispejjeż involuti biex jinżammu t-tliet postijiet ta' ħidma tal-Parlament, kemm meħudin bħala total kif ukoll għal kull post, peress li l-aħħar aġġornament li ntalab kien għas-sena 2000 meta l-Unjoni kellha biss 15-il Stat Membru, sabiex il-Parlament jista' jkollu idea aktar ċara fl-istruttura ta' l-ispejjeż tiegħu u jkun jista' jidentifika oqsma fejn jista' jsir xi ffrankar;

Strasburgu

59.  Jerġa' jtenni li l-Kumitat għall-Kontrol tal-Baġit irreveda b'mod komprensiv l-avvenimenti fir-rigward tax-xiri tal-bini Winston Churchill (WIC), Salvador de Madariaga (SDM) u l-bini ta' l-IPE III bi preparazzjoni għall-kwittanza 2004 tal-Parlament;

60.  Jenfasizza li minn dak iż-żmien 'l hawn il-Parlament sar is-sid tat-tliet binjiet, wara d-deċiżjoni unanima tal-Bureau tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2006; id-dispożizzjonijiet finanzjarji u legali tal-kuntratt tax-xiri pprevedew:

   - prezz tal-bejgħ ta' EUR 143 125 000, li jridu jitħallsu fi flus kontanti ma' l-iffirmar tal-kuntratt, biż-żewġ siti jiġu assenjati għall-prezz simboliku ta' EUR 1 kull wieħed,
   - Il-Parlament jibda jgawdi l-pussess tal-bini mid-data ta' l-iffirmar tal-kuntratt,
   - il-programm ta' xogħlijiet ta' rinnovazzjoni fuq il-bini, li kien sar qbil dwaru ma' l-SCI-Erasme, għandu jitkompla u jitlesta taħt ir-responsabilità tal-Belt ta' Strasburgu,
   - il-Belt ta' Strasburgu tagħmel l-arranġamenti għall-finanzjament u l-eżekuzzjoni tax-xogħol meħtieġ sabiex il-bini IPE III ikun jista' jiġi klassifikat bħala 'bini għall-aċċess pubbliku ta' l-ewwel kategorija', sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007;

61.  Jinnota li l-Bureau, f'dik l-okkażjoni, awtorizza wkoll il-ħlas tal-kera tat-tliet binjiet li kopra s-sena 2006 sa l-iffirmar tal-ftehim kwadru (28 ta' Settembru 2006), skond l-opinjoni mogħtija mis-Servizz Legali nhar is-26 ta' Ġunju 2006; EUR 7 352 644,14 għall-bini WIC u SDM, u EUR 4 023 329,90 għall-bini IPE III;

62.  Barra minn hekk, jinnota li l-kuntratt tal-bejgħ ippreveda li jekk il-Parlament jagħti l-kumpless tal-bini kollu - lil xi parti terza li ma tkunx istituzzjoni jew korp ta' l-Unjoni Ewropea - is-sjieda tas-sit(i) tmur lura għand il-Belt ta' Strasburgu għall-prezz simboliku ta' EUR 1; il-Parlament u l-Belt ta' Strasburgu għandhom jaqblu dwar il-prezz tal-bini t-tnejn li huma; jekk dan ma jseħħx il-prezz għandu jkun stabbilit minn evalwazzjoni ta' l-esperti,

Lussemburgu

63.  Jinnota l-elementi tal-ftehim kwadru bejn l-awtoritajiet tal-Lussemburgu u l-Parlament dwar l-estensjoni tal-Bini Konrad-Adenauer (KAD I u II) ; il-ftehim kwadru jkopri l-art, id-dritt tal-Parlament li jikri l-bini jew biċċa minnu u l-kundizzjonijiet tal-konċessjoni tad-dritt in rem lil kwalunkwe xerrej tal-bini;

64.  Jinnota, minbarra, li l-ispejjeż ta' l-immaniġġjar tal-proġett tat-twettiq ta' studji ulterjuri, ta' l-immaniġġjar tal-proġett tax-xogħlijiet ta' rinnovament tal-KAD u tal-kuntratti ta' xogħol ġew stmati EUR 345 170 900 (valur Mejju 2005);

65.  Jenfasizza li ser iffittex ċertifikazzjoni ambjentali għall-estensjoni tal-bini KAD, b'mod konformi ma' l-aderenza tiegħu ma' l-Immaniġġar Ekoloġiku u l-Iskema ta' Verifika (EMAS);

Brussell

66.  Ifakkar li nhar l-10 ta' Ottubru 2004 iffirma l-kuntratt tal-kiri għal żmien twil ma' l-iżviluppatur li jagħti d-drittijiet in rem għall-bini D4-D5 bl-għażla ta' xiri; il-baġit globali jammonta għal EUR 325,2 miljuni; saru ħlasijiet bil-quddiem ta' EUR 192,6 miljun;

67.  Jinnota li l-Bureau approva t-twaqqif ta' żona ta' servizzi kulturali u taċ-Ċentru Ewropew tal-Viżitaturi fil-bini D4 f'Lulju 2005;

68.  Jenfasizza li fit-28 ta' Settembru 2004, permezz ta' ittra mill-Prim Ministru Guy Verhofstadt, il-gvern Belġjan iggarantixxa li l-ispejjeż ta' l-art u ta' l-iżvilupp tagħha se jitħallsu lura lill-Parlament, u li din hi l-proċedura standard li tapplika wkoll għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn;

69.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-awtoritajiet Belġjani s'issa għadhom m'onorawx il-ftehim dwar il-valur ta' l-art, li hija stmata EUR 43 miljun, u li qegħdin jikkontestaw l-ammont totali li għandu jitħallas lura lill-Parlament għall-ispejjeż ta' l-iżvilupp ta' l-art għall-bini D4-D5, stmati mis-servizzi tal-Parlament għal EUR 30,8 miljun;

70.  Iqis l-offerta ta' EUR 15 miljun mill-awtoritajiet Belġjani bħala mhix aċċettabbli; huwa tal-fehma li bħala prinċipju, l-ispejjeż tal-kisi tas-soqfa ta' l-istazzjoni tal-ferrovija - li hu post pubbliku - ma jistgħux jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Parlament;

71.  Jesprimi l-appoġġ lill-President u lill-Bureau biex isolvu t-tilwim li nqala' bejn l-awtoritajiet Belġjani u l-awtoritajiet tal-Parlament filwaqt li jħarsu l-interessi finanzjarji u istituzzjonali tal-Parlament;

72.  Għaldaqstant jitlob lill-gvern Belġjan biex jonora l-ftehim imsemmi hawn fuq;

73.  Huwa ta' l-opinjoni li l-kostruzzjoni ta' binjiet ġodda tal-Parlament u l-investimenti fil-kostruzzjoni sussegwenti madwar dawn il-binjiet kellhom effett fuq il-viċinat fir-rigward ta' djar, traffiku u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta' l-għixien, u għaldaqstant jitlob lis-Segretarju Ġenerali li jfittex politika għal konsultazzjonijiet regolari ma' rappreżentanti ta' l-abitanti taz-zona u jirrapporta fuq ir-riżultati miksuba sabiex ikun limitat l-impatt negattiv tal-preżenza tal-Parlament f'kordinazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali fil-ħin għall-kwittanza li jmiss;

Skema ta' Pensjoni Volontarja

74.  Ifakkar li l-Qorti ta' l-Awdituri fir-Rapporti Annwali tagħha kienet indikat kemm-il darba, l-iżjed riċenti fl-2005 (Tabella 10.2), li għandha tinħoloq bażi legali suffiċjenti għal skema ta' pensjoni parlamentari addizzjonali; ifakkar ukoll li, skond il-Qorti, iridu jiġu stabbiliti regoli ċari biex jieħdu ħsieb l-eventwalità ta' defiċit; jinnota, iżda, li l-opinjoni tas-servizzi legali tal-Parlament hija li diġà teżisti bażi legali suffiċjenti għal skema ta' pensjoni parlamentari addizzjonali fil-qafas ta' l-awtonomija regolatorja tal-Parlament Ewropew stipulata fl-Artikolu 199 tat-Trattat KE (li qabel kien l-Artikolu 142 tat-Trattat KEE) li jagħti lill-Parlament Ewropew id-dritt li jieħu kwalunkwe miżura li għandu bżonn għall-organizzazzjoni interna tiegħu, u li, barra minn hekk, ladarba l-Istatut tal-Membri jidħol fis-seħħ, l-Artikolu 27 tiegħu se jikkostitwixxi l-bażi legali għall-Fond tal-Pensjoni;

75.  Jinnota li f'Novembru 2005 l-Iskema ta' Pensjoni Volontarja kellha 475 membru, li ħallsu kontribuzzjoni ta' kull xahar - li tnaqqset direttament mill-konċessjoni għall-ispejjeż ġenerali - ta' EUR 948, jiġifieri terz; fl-istess ħin il-Parlament ħallas kontribuzzjoni ta' xahar ta' EUR 1 896 għal kull membru;

76.  Jitlob lill-membri ta' l-Iskema ta' Pensjoni Volontarja biex sa l-aħħar ta' Novembru 2007 juru li l-kontribuzzjonijiet tagħhom li tnaqqsu mill-konċessjoni għall-ispejjeż ġenerali tassew tħallsu lura minn sors ta' dħul privat; inkella l-membri ta' l-iskema se jibqgħu esposti għall-allegazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ta' dħul ieħor moħbi;

77.  Jitlob lill-amministrazzjoni sabiex - minn Jannar 2008 - twaqqaf il-pagamenti għal dawk il-Membri li ma jkunux ipprovaw li l-kontribuzzjoni personali tagħhom għall-Fond ta' Pensjoni Volontarja ġiet imħallsa lura minn sors ta' dħul privat;

78.  Ifakkar lill-Bureau u lill-amministrazzjoni tiegħu biex qabel it-30 ta' Marzu 2007 huma kellhom jipproponu miżuri li jiżguraw li l-pagamenti personali mill-membri tal-Fond lill-iskema ta' pensjoni jsiru direttament mill-membri ta' l-iskema permezz ta' ħlas dirett minn sors ta' dħul personali(21) ;

79.  Jinnota li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja rnexxielha tnaqqas id-defiċit attwarjali tagħha, li kien ilu ħames snin, minn EUR 43 756 745 fl-2004 għal EUR 28 875 471 fl-2005, u b'hekk tejbet il-pożizzjoni attwarja tagħha minn 76.8 % fl-2004 għal 86.1 % fl-2005; jenfasizza li matul dawn l-aħħar snin is-suq ta' l-ishma kien volatili ħafna, u li għaldaqstant m'hemm l-ebda ċertezza dwar lejn liema direzzjoni se jiżviluppa d-defiċit attwarjali ta' l-Iskema;

80.  Jistieden lill-maniġer ta' l-investiment tal-Fond biex jappoġġja investimenti "ta' risku baxx" u biex josserva l-istandards ta' investimenti etiċi kif mistqarra fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;

81.  Jinnota li minn Jannar 2006 'l hawn, membru jista' jiġbed pensjoni ta' EUR 1 304 fix-xahar mill-età ta' 60 sena 'l quddiem u wara biss ħames snin ta' kontribuzzjonijiet;

82.  Jilqa' l-fatt li l-Bureau tiegħu waqqaf grupp ta' ħidma sabiex jeżamina s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Fond tal-Pensjoni Volontarja fuq il-bażi ta' studju attwarjali u indipendenti; jitlob li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu jkun mgħarraf fuq bażi regolari dwar is-sejbiet tal-grupp ta' ħidma;

83.  Huwa tal-fehma li wara li l-grupp ta' ħidma tal-Bureau jkun lesta x-xogħol tiegħu, ir-relazzjoni bejn il-Parlament u l-Fond tal-Pensjoni għandha titpoġġa fuq bażi kuntrattwali;

84.  Huwa tal-fehma li wara li jkun daħal fis-seħħ l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew l-Iskema ta' Pensjoni Volontarja għandha tillimita ruħha biex tonora d-drittijiet (miksubin sa Ġunju 2009), li jfisser li l-ebda Membru tal-Parlament Ewropew jew tal-Fond ma jkun jista' jkompli jagħmel ħlasijiet fil-Fond; jistieden lill-Bureau sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa,

Assistenti Parlamentari fil-Parlament Ewropew

85.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau tiegħu tal-25 ta' Settembru 2006 li permezz tagħha adotta Kodiċi għall-assistenti parlamentari tal-Parlament Ewropew; huwa ta' l-opinjoni li għandha tinħareġ kopja personali tal-kodiċi għal kull Membru u fil-lingwa rispettiva tiegħu jew tagħha;

86.  Jinnota, abbażi taċ-ċifri pprovduti mis-Segretarju-Ġenerali nhar l-24 ta' Jannar 2007, li bħalissa n-numru totali ta' assistenti akkreditati huwa 1 416, li minnhom 433 huma fornituri ta' servizzi (persuni naturali), madwar 583 għandhom kuntratt ta' impjieg dirett mal-Membru u l-400 l-oħrajn huma impjegati permezz ta' fornitur ta' servizz; minn dawk, madwar 138 għandhom kuntratt ta' impjieg taħt il-liġi Belġjana (14 % ta' l-assistenti akkreditatri b'kuntratti ta' impjieg); fl-2005 kien hemm 4 060 kuntratt għal assistenti parlamentari (inklużi l-1 673 impjegat u l-2 387 fornitur ta' servizzi, li minnhom 1 687 huma persuni fiżiċi u 700 persuni ġuridiċi) u 492 'trainees' tħallsu mill-konċessjoni għall-assistenza parlamentari;

87.  Jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-verifika tal-konċessjoni għall-assistenza parlamentari tal-Membri, li se tkun disponibbli biss iżjed tard din is-sena; jitlob, għalhekk, lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sabiex waqt il-kwittanza ta' l-2006 jsegwi dan ir-rapport tal-verifika flimkien ma' l-osservazzjonijiet tiegħu ta' qabel dwar il-kontribuzzjonijiet tal-Membri(22) ;

88.  Jieħu nota li l-iżvilupp ta' Statut għall-Assistenti jeħtieġ negozjati mal-Kummissjoni u mal-Kunsill u li l-Bureau jixtieq ukoll jikkonsulta mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali; jitlob għalhekk lill-Bureau li għadu kif ġie elett sabiex ikompli jaħdem fuq dan is-suġġett bil-ħsieb li jirregola l-kundizzjonijiet tar-reklutaġġ u tax-xogħol kif ukoll l-arranġamenti tas-sigurtà soċjali u tat-taxxa għall-assistenti;

89.  Huwa tal-fehma li fid-dawl tad-dibattitu li għadu għaddej dwar din il-kwistjoni, il-mandat tal-grupp ta' ħidma parlamentari għandu jiġi estiż;

Pjan Kyoto-plus għall-Parlament Ewropew

90.  Ifakkar xi ftit miċ-ċifri ewlenin li jirriflettu l-impatt enormi li l-Parlament Ewropew għandu fuq l-ambjent (ċifri għall-2004):

   - nefqa fuq l-elettriku EUR 6,2 miljuni
   - tisħin u gass 235 364 GJ/sena
   - emissjonijiet CO² 11 245 t/sena
   - karta/stampa 70 523 kaxxa ta' 2 500 folja A4 (846.3 t)
   - ilma 167 830 m³ = EUR 258 836
   - skart ordinarju 2,098 t = EUR 347,387
   - parkeġġi tal-karozzi 5156 post

91.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi lill-kumitat parlamentari rilevanti bl-analiżi ta' l-impatt ambjentali li għandhom it-tliet postijiet ta' ħidma tal-Parlament b'mod ġenerali u skond il-lokalità u dwar il-bżonnijiet għall-ivjaġġar relatati;

92.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' April 2004 li twaqqaf Sistema ta' Mmaniġġjar Ambjentali fil-Parlament Ewropew, b'konformità mar-Regolament għall-Immaniġġjar Ambjentali u l-Iskema ta' Verifika (Regolament EMAS), li sservi bħala għodda tajba ħafna biex jiġi mmaniġġjat l-impatt ambjentali ta' l-attivitajiet tal-Parlament;

93.  Jilqa' wkoll inizjattivi oħrajn sabiex jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent, bħall-organizzazzjoni mill-ġdid tal-ħanut ta' l-istampa tiegħu, l-introduzzjoni ta' kontenituri ġodda u iżjed ħfief għat-trasport tad-dokumenti, id-disponibilità ta' roti f'Brussell u fil-Lussemburgu, l-organizzazzjoni tal-vidjokonferenzi u r-riċiklaġġ tal-kontenituri tal-linka;

94.  Jilqa' r-reġistrazzjoni EMAS bħala pass tassew pożittiv; madankollu jiddispjaċih li l-pjan ta' azzjoni EMAS jistabbilixxi biss miri baxxi ħafna ta' tnaqqis (eż. 5% għat-tisħin u l-klimatizzazzjoni ta' l-arja), jipproponi skadenzi tardivi (eż. l-2011 għat-tnaqqis ta' l-konsum ta' l-enerġija għad-dawl), u jwaqqaf bosta gruppi ta' studju li jaħdmu biss fuq titjib wieħed;

95.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea tilgħab parti ewlenija fid-dibattitu dwar it-tibdil fil-klima fuq livell internazzjonali; iqis għalhekk li l-Parlament m'għandux biss jikkontribwixxi b'mod attiv biex jilħaq l-impenji li għandha l-UE fil-Protokoll ta' Kyoto, iżda wkoll biex jilħaq l-għanijiet tar-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikulari t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet CO² b'30% sa l-2020;

96.  Jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu biex telabora Pjan Kyoto-plus li jfassal pjan ta' azzjoni li jkun iżjed ambizzjuż u komprensiv mill-miżuri previsti taħt il-qafas EMAS, bil-ħsieb li juri lill-pubbliku ġenerali li tassew qed jirsisti sabiex jilħaq l-għanijiet li titlob li jilħaq ħaddieħor;

97.  Huwa ta' l-opinjoni li l-azzjonijiet tal-Pjan Kyoto-plus għandhom jinkludu dan li ġej:

   - il-garanzija li l-estensjoni tal-bini KAD fil-Lussemburgu se tagħti eżempju billi tuża l-aqwa prattika ambjentali (eż. permezz ta' l-installazzjoni ta' sistema għall-irkupru, l-ħażna u l-użu mill-ġdid ta' l-ilma tax-xita, l-użu ta' l-eko-teknoloġija sabiex jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija, l-użu ta' teknoloġija moderna bħall-iżolament tas-sħana termali avvanzat, jew sistemi ta' klimatizzazzjoni ta' l-arja li jħaffu l-irkupru tas-sħana jew il-free cooling , l-użu ta' panelli solari għall-finijiet tat-tisħin ta' ilma u l-possibilità li tiġi installata unità għall-ġenerazzjoni konġunta tas-sħana u l-elettriku),
   - it-twaqqif ta' pjan integrat ta' effiċjenza fl-enerġija fuq il-bażi ta' verifika li ssir mhux biss fuq il-konsum ta' l-enerġija iżda wkoll fuq il-bażi ta' studju dwar il-kawżi prinċipali tat-telf ta' l-enerġija; it-telf ta' l-enerġija jista' jiġi viżwalizzat permezz ta' stampi termografiċi tal-bini,
   - il-kunsiderazzjoni li jinbidel il-fornitur ta' l-elettriku jew l-innegozjar mill-ġdid tal-kuntratt ma' dak/dawk preżenti, bil-ħsieb li l-enerġija tinxtara minn kumpaniji li għandhom l-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent,
   - iżjed tnaqqis fl-użu tal-karta (fl-2004 kien ta' 846 tunnellata),
   - tnaqqis notevoli fil-konsum ta' l-ilma (li ma jidhirx li hu wieħed mill-miri tal-pjan ta' azzjoni ta' l-EMAS attwali),
   - it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet mill-karozzi ta' servizz tiegħu għal 130 gr/km CO² sa l-2012;
   - il-kunsiderazzjoni li, fejn possibbli, jintużaw vetturi ibridi bħala l-karozzi ta' servizz tiegħu,
   - l-organizzazzjoni ta' kampanja ta' informazzjoni fil-Parlament, li matulha - fuq il-bażi tal-bżonnijiet u l-preferenzi ta' trasport ta' l-uffiċjali u ta' aġenti oħrajn diġà stabbiliti f'servejs - jitressaq pjan ta' mobilità Parlamentari li jenfasizza l-vantaġġi u jħeġġeġ l-użu ta' mezzi xierqa ta' trasport (eż. il-mixi, ir-roti, il-mezzi ta' trasport pubbliku, car sharing , car pooling eċċ),
   - l-istabbiliment ta' kuntatti ma' fornituri ta' trasport pubbliku, kemm lokali kif ukoll reġjonali, bil-ħsieb li jkun hemm netwerk ta' trasport iżjed effiċjenti, biex b'hekk jiġu attirati iżjed klijenti mill-persunal tal-Parlament u minn istituzzjonijiet oħrajn;
   - it-talba lill-Bureau sabiex iwaqqaf punt ta' informazzjoni permanenti u viżibbli dwar l-immaniġġjar tal-mobilità, li jagħti lill-konsumaturi iżjed informazzjoni u għajnuna dwar il-mobilità sostenibbli,
   - it-tħeġġiġ ta' l-użu tat-tagħmir ta' l-informatika u tal-vidjokonferenzi sabiex jitnaqqas is-safar;
   - l-isforz biex titnaqqas id-distanza li jivvjaġġa l-ikel li jinbiegħ fil-canteens u r-ristoranti tal-Parlament qabel ma jasal għand il-konsumatur;

Opportunitajiet indaqs fil-Parlament Ewropew

98.  Iqis li l-għoti ta' opportunitajiet indaqs għandu jkun parti integrali mill-politika tal-persunal tal-Parlament; għalhekk jilqa' r-rapport komprensiv ippreżentat mill-Viċi President responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi, li l-Bureau adotta fid-29 ta' Novembru 2006; jistenna li l-konklużjonijiet jiġu implimentati għal kollox;

99.  Juri li l-politika ta' opportunitajiet indaqs tal-Parlament għandha tkun parti integrali minn proċeduri ta' offerti u għandha titqies kif xieraq meta jiġu konklużi kuntratti ma' kumpaniji li jipprovdu servizzi lill-Parlament;

100.  Jaqbel mal-miri mfassla mill-Bureau għall-ħatra ta' nisa f'livell ta' maniġment; jinnota b'sodisfazzjon li l-miri għall-maniġment ta' grad ogħla kważi ntlaħqu;

101.  Jiġbed l-attenzjoni għall-iżbilanċ kostanti fil-livell ta' maniġment ta' grad medju; jilqa' l-istħarriġ u l-miżuri meħuda mid-DG Personnel; madankollu jitlob evalwazzjoni tal-programm ta' taħriġ pilota għal nisa li jistgħu jinħatru kapijiet ta' l-unità;

102.  Jenfasizza li bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata jista' jippromwovi l-opportunitajiet indaqs; għalhekk jitlob miżuri konkreti biex jiddaħħlu arranġamenti għax-xogħol iktar flessibbli għall-persunal, biex jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet statutarji eżistenti;

103.  Jinnota l-isforzi tad-DG Persunal biex itejjeb il-proċeduri amministrattivi u baġitarji biex jiddaħħlu sostituti għal persunal bil-liv tal-maternità jew tal-ġenituri u persunal li qed jaħdem 'part-time'; jitlob lill-Bureau tiegħu u lill-Kumitat għall-Baġit biex iwarrbu l-mezzi baġitarji meħtieġa biex jiżguraw li dawn il-membri tal-persunal ikunu sostitwiti b'mod sistematiku;

104.  Jilqa' l-isforzi biex tittejjeb l-aċċessibiltà tal-Parlament għal persuni b'diżabilitajiet, kemm jekk huma Membri, assistenti, persunal jew ċittadini; jilqa' l-programm pilota adottat mill-Bureau għal taħriġ għal persuni b'diżabilitajiet bħala miżura ta' azzjoni pożittiva, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-objettiv għall-futur imbiegħed huwa li l-aspett tad-diżabilità jkun integrat għal kollox fil-proċessi kollha tar-riżorsi umani;

105.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex iqis għalkollox ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-integrazzjoni tas-sessi tat-13 ta' Marzu 2003(23) għall-politika tal-persunal tal-Parlament; jirrakkomanda li jiddaħħal ibaġittjar għas-sessi fil-baġit ta' l-2008;

Il-Parlament u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

106.  Jilqa' l-fatt li l-koperazzjoni bejn il-Parlament u l-OLAF ġeneralment titqies sodisfaċenti; madankollu, huwa inkwetat dwar iż-żmien twil meħtieġ biex jitlestew xi investigazzjonijiet;

107.  Jitlob lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju biex jistieden lid-Direttur ta' l-OLAF għal diskussjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni qabel l-aħħar ta' Lulju 2007;

108.  Huwa konxju li l-Parlament u l-Kunsill se jiddiskutu r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)(24) fil-futur qarib;

"Ngħollu l-Mira" - Ir-riforma ta' l-amministrazzjoni tal-Parlament

109.  Jiġbed l-attenzjoni li l-organizzazzjoni mill-ġdid tas-segretarjat tal-Parlament sabiex jinħolqu aktar professjonaliżmu, kwalità għolja u sinerġija kważi tlestiet; jinnota li ddaħħlu l-bidliet li ġejjin:

- id-Direttorat Ġenerali għall-Kumitati u d-Delegazzjonijiet inqasam fi tnejn, u nħolqu Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna u Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna, biex b'hekk tqiesu l-piż leġiżlattiv li qed jiżdied u l-livell ta' speċjalizzazzjoni,

- titjib tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali,

- tneħħija tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka ta' qabel biex jerġa' jitwaqqaf bħala dipartimenti ta' politika li jaħdmu mill-qrib ma' kumitati parlamentari,

- il-kumitati parlamentari jingħataw baġit għall-istudji esterni u kontributi minn esperti indipendenti,

- żvilupp ta' l-użu tal-librerija tiegħu,

- twaqqif ta' timijiet ta' proġett orizzontali dwar kwistjonijiet ta' prijorità, u

- titjib tal-kwalità tat-testi parlamentari;


   110. Jilqa' l-progress li sar bl-implimentazzjoni tar-riforma;
   111. Jenfasizza, fl-istess ħin, li fir-rigward l-istudji esterni l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-istudji għandhom ikunu ċari, il-pakkett finanzjarju biżżejjed u l-iskadenzi realistiċi sabiex istituti ta' riċerka jagħtu pariri ta' kwalità;

Segwitu tar-riżoluzzjoni ta" kwittanza tas-sena l-oħra

112.  Jinnota li fit-30 ta" Novembru 2005 il-Bureau tiegħu ħatar żewġ Viċi Presidenti u żewġ Kwesturi bil-ħsieb li jitħejjew regoli ġodda li jirregolaw il-ħlas ta" spejjeż u għotjiet finanzjarji lill-Membri skond l-Istatut tal-Membri li se jidħol fis-seħħ f'Lulju 2009; Jitlob li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jingħata kopja tar-rapport intermedjarju, adottat fit-13 ta' Diċembru 2006, u ta' position papers oħra li jista' jabbozza l-grupp ta" ħidma; jenfasizza li l-verifika fuq l-għotja parlamentari tal-Membri se jkollha valur għoli għall-grupp ta" ħidma;

113.  Jinnota li l-Bureau tiegħu bħalissa m'għandu l-ebda ħsieb li jimmodifika r-regoli tar-rimborż għall-ivvjaġġar għall-Membri bil-ħsieb li l-Membri li jkunu jixtiequ hekk jiġu rimborżati biss għall-ispejjeż ta" l-ivvjaġġar li jkunu saru; 27 Membru ħallsu lura lill-Parlament għal partijiet mill-għotja tagħhom għall-ivvjaġġar (EUR 148 963,57) fl-2005;

114.  Jinnota li l-uffiċjali ta" l-awtorizzazzjoni ddelegati sistematikament irrevedew il-kuntratti tal-Parlament li ilhom ħafna u li dan l-eżerċizzju ma kixef l-ebda sitwazzjoni preġudizzjali għall-interessi finanzjarji tal-Parlament; Jilqa" l-fatt li fil-ġejjieni dan l-eżerċizzju se jibda jsir kull sena u li r-riżultati tiegħu se jkunu inklużi fir-rapporti annwali dwar l-attivitajiet;

115.  Jinnota li fil-kuntest tat-tkabbir ta' l-2004 inħolqu 984 post għal uffiċjali: 489 fl-2003, 355 fl-2004 u 150 fl-2005; sa tmiem Novembru 2006 kienu ġew reklutati 518-l uffiċjal u 336 aġent temporanju; Barra minn hekk, 65 aġent kuntrattwali Bulgaru u 79 Rumeni wkoll kienu ġew reklutati sa tmiem Novembru 2006;

116.  Jinnota l-problemi legali u organizzattivi marbuta ma" l-introduzzjoni ta" sistema ta" firem elettroniċi: minn aspett legali se jkun hemm bżonn ta" kjarifika dwar kif wieħed jirrikonċilja l-proġett mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta" Proċedura li jirregolaw it-tressiq ta" emendi fis-seduta plenarja; minn aspett organizzattiv ikunu jridu jiġu definiti mill-ġdid l-arranġamenti għat-tressiq ta" emendi u mistoqsijiet parlamentari;

117.  Jistaqsi kif is-Segretarju Ġenerali għandu l-ħsieb li jimplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

118.  Ifakkar li l-Bord tad-Dixxiplina temm ix-xogħol tiegħu fuq l-allokazzjoni tar-responsabbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-diskrepanzi ta' BEF 4 136 125 fis-sitwazzjoni finanzjarja dwar flus kontanti u l-ammonti korrispondenti fl-1982; Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jgħarraf lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar ir-riżultat tal-proċedimenti ta" dixxiplina u wkoll dwar jekk l-ammont, inklużi l-interessi, ikunx ġie rkuprat.

(1) ĠU L 60, 8.3.2005.
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) DV/614096EN.doc.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
(5) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 10.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(7) PE 349.540/Bur/ann/def.
(8) ĠU L 177, 6.7.2007, p. 3.
(9) ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.
(10) PE 377.686/BUR.
(11) Ara paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni tas-26 ta' Settembru 2006, hawn fuq imsemmija.
(12) ĠU L 196, 27.7.2005, p. 28.
(13) ĠU L 330, 4.11.2004, p. 160.
(14) ĠU L 148, 16.6.2003, p. 62.
(15) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).
(16) Paragrafu 90 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu ta' l-2001 (ĠU L 148, 16.6.2003, p. 62).
(17) Ittra liċ-'Chairman' tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tal-11 ta' Jannar 2007 (300319).
(18) Deċiżjoni tal-Bureau tat-30 ta' Ġunju 2003.
(19) ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.
(20) ĠU C 292E, 1.12.2006, p.127 .
(21) Ara paragrafu 88 tar-Riżoluzzjoni tas-26 ta' Settembru 2006, hawn fuq imsemmija.
(22) Ara paragrafi 73 sa 79 tar-Riżoluzzjoni tas-26 ta' Settembru 2006, hawn fuq imsemmija.
(23) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 384.
(24) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 22 t'April 2008Avviż legali