Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0134/2007

Testi mressqa :

A6-0134/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 16
CRE 24/04/2007 - 16

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 7.3
CRE 25/04/2007 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0142

Testi adottati
PDF 539kWORD 169k
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu
Regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili ***II
P6_TA(2007)0142A6-0134/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta'l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (14039/1/2006 – C6-0041/2007 – 2005/0191(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14039/1/2006 – C6-0041/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0429)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0134/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, 15.6.2006, P6_TA(2006)0267.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-25 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002
P6_TC2-COD(2005)0191

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Sabiex jiġu protetti l-persuni u l-oġġetti fl-Unjoni Ewropea, atti ta' interferenza illegali ma' inġenji ta' l-ajru ċivili li jipperikolaw is-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili għandhom jiġu pprevenuti billi jiġu stabbiliti regoli komuni għas-salvagwardja ta' l-avjazzjoni ċivili. Dan l-objettiv għandu jinkiseb permezz ta' l-istabbiliment ta' regoli u standards komuni bażiċi dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni kif ukoll mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità.

(2)  Huwa mixtieq, fl-interessi tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili in ġenerali, li tiġi provduta l-bażi għal interpretazzjoni komuni ta' l-Anness 17 għall-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta' Diċembru 1944.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili(3) ġie adottat b'riżultat ta' l-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti.

(4)  Il-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 għandu jiġi rivedut fil-kuntest ta' l-esperjenza miksuba, u r-Regolament innifsu għandu jiġi mħassar u mibdul b' dan ir-Regolament li jimmira għas-simplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-kjarifika tar-regoli eżistenti u t-titjib tal-livelli ta' sigurtà.

(5)  Minħabba l-ħtieġa għal aktar flessibilità fl-adozzjoni ta' miżuri u proċeduri ta' sigurtà sabiex il-valutazzjonijiet tar-riskju li qed jevolvu jiġu sodisfatti u sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti teknoloġiji ġodda, dan ir-Regolament għandu jistipula l-prinċipji bażiċi ta' x'għandu jsir sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi salvagwardjata minn atti ta' interferenza illegali mingħajr ma jidħol fid-dettalji tekniċi u proċedurali ta' kif għandhom jiġu implimentati.

(6)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal ajruporti li jaqdu l-avjazzjoni ċivili li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru, għal operaturi li jipprovdu servizzi f'ajruporti bħal dawn u għal entitajiet li jipprovdu oġġetti u/jew servizzi lil jew permezz ta' ajruporti bħal dawn.

(7)  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni dwar reati u ċerti atti oħra mwettqa abbord inġenji ta' l-ajru, Tokyo, 1963, il-Konvenzjoni dwar it-trażżin tal-ħtif illegali ta' l-inġenji ta' l-ajru, l-Aja, 1970 u l-Konvenzjoni għat-trażżin ta' atti illegali kontra s-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili, Montreal 1971, dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll miżuri ta' sigurtà li japplikaw abbord inġenji ta' l-ajru, jew matul titjira, ta' kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità.

(8)  Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi għalih innifsu jekk jiskjerax uffiċjali ta' sigurtà f'titjiriet fuq inġenji ta' l-ajru reġistrati f'dak l-Istat Membru u fuq inġenji ta' l-ajru ta' kumpaniji ta' l-ajru li jkollhom liċenzja minn dak l-Istat Membru.

(9)  Id-diversi tipi ta' avjazzjoni ċivili mhux bilfors jippreżentaw l-istess livell ta' theddid. Fl-istabbiliment ta' standards komuni bażiċi dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni, id-daqs ta' l-inġenju ta' l-ajru, in-natura ta' l-operazzjoni u/jew il-frekwenza ta' operazzjonijiet fl-ajruporti għandhom jitqiesu bil-ħsieb li jkunu jistgħu jiġu permessi l-għotjiet ta' derogi.

(10)  L-Istati Membri għandhom ikunu permessi wkoll, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, japplikaw miżuri aktar strinġenti minn dawk li għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, għandha ssir distinzjoni bejn standards komuni bażiċi u miżuri aktar stretti u għandu jkun hemm distinzjoni simili fil-finanzjamenti tagħhom.

(11)  Pajjiżi terzi jistgħu jirrikjedu l-applikazzjoni ta' miżuri li huma differenti minn dawk stabbiliti f' dan ir-Regolament fir-rigward ta' titjiriet minn ajruport fi Stat Membru lejn, jew minn fuq, dak il-pajjiż terz. Madankollu, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali li għalih hija parti l-Komunità, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li teżamina l-miżuri meħtieġa mill-pajjiż terz u tiddeċiedi jekk Stat Membru, operatur jew entità oħra kkonċernata jistgħux ikomplu japplikaw il-miżuri rekwiżiti.

(12)  Minkejja li, fi Stat Membru wieħed, jista' jkun hemm żewġ korpi, jew entitajiet, jew aktar involuti fis-sigurtà ta' l-avjazzjoni, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istandards ta' sigurtà.

(13)  Sabiex ikunu definiti r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni ta' l-istandards komuni bażiċi u sabiex jiġu deskritti liema miżuri huma meħtieġa mill-operaturi u entitajiet oħra għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili. Barra minn hekk, kull operatur ta' l-ajruport, kumpanija ta' l-ajru u entità li jkunu qed japplikaw standards tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni għandhom ifasslu, japplikaw u jżommu programm ta' sigurtà sabiex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u ma" kwalunkwe programm nazzjonali ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili li huwa applikabbli.

(14)  Sabiex jimmonitorja l-aderenza ma' dan ir-Regolament u mal-programm nazzjonali tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili, kull Stat Membru għandu jfassal u jiżgura l-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali sabiex jiġi kontrollat il-livell ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

(15)  Sabiex ikun hemm monitoraġġ ta' l-applikazzjoni minn Stati Membri ta' dan ir-Regolament, u sabiex isiru wkoll rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb is-sigurtà ta' l-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet għal għarrieda.

(16)  Fil-kuntest ta' l-estensjoni dalwaqt tal-kompetenzi tagħha, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni għandha tkun integrata gradwalment fil-monitoraġġ ta' l-osservanza tad-dispożizzjonijiet komuni dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

(17)  Atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni ta' l-istandards komuni bażiċi u li jkun fihom informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà, flimkien ma' rapporti ta' spezzjonijiet tal-Kummissjoni u tweġibiet ta' l-awtoritajiet xierqa għandhom jitqiesu bħala "informazzjoni klassifikata ta' l-UE" fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli interni ta' proċedura(4). Dawk il-punti m'għandhomx jiġu pubblikati; huma għandhom ikunu disponibbli biss għal dawk l-operaturi u l-entitajiet b'interess leġittimu.

(18)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(5).

(19)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(5) u 13(2). Billi dawk huma miżuri ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament jew sabiex jissupplimentawh permezz taż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)  Sabiex il-passiġġieri fi tranżitu u l-bagalji fi tranżitu jkunu jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar meta jaslu fuq titjira minn pajjiż terz, li huwa magħruf bħala l-kunċett ta' "one-stop security", kif ukoll sabiex passiġġieri li jaslu fuq titjiriet bħal dawn ikunu jistgħu jitħalltu ma' passiġġieri sejrin li diġà jkunu ġew skrinjati, hu xieraq li jiġu nkuraġġuti ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, li jirrikonoxxu li l-istandards ta' sigurtà applikati minn pajjiż terz huma ekwivalenti għal standards tal-Komunità.

(21)  L-għan tas-"sistema ta' kontroll tas-sigurtà unika" ("one-stop security") għat-titjiriet kollha fl-Unjoni Ewropea għandu jiġi avvanzat.

(22)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' regoli dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni, inklużi dawk relatati mat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

(23)  Għandhom jiġu previsti penali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(24)  Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà, miftiehma f'Kordoba fit-18 ta' Settembru 2006 matul l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-Forum ta' Djalogu dwar Ġibiltà, ser tissostitwixxi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà magħmula f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987, u l-konformità sħiħa magħha tiġi meqjusa li tikkostitwixxi konformità mad-Dikjarazzjoni ta' l-1987.

(25)  Għandu jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' solidarjetà li jkun jista' joffri assistenza wara atti terrortiċi li jkollhom impatt qawwi fil-qasam tat-trasport.

(26)  Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri s-salvagwardja ta' l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u li jipprovdi għal interpretazzjoni komuni ta' l-Anness 17 għall-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tar-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN ir-Regolament:

Artikolu 1

Għanijiet

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi mħarsa minn atti ta' interferenza illegali li jippreġudikaw is-sigurtà tagħha.

Huwa jipprovdi wkoll il-bażi għal interpretazzjoni komuni ta' l-Anness 17 għall-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

2.  Il-mezzi sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 għandhom ikunu:

   a) l-istabbiliment ta' regoli komuni u standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni;
   b) mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn li ġejjin:

   a) l-ajruporti kollha jew partijiet minn ajruporti li jaqdu l-avjazzjoni ċivili li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru;
   b) l-operaturi kollha, inklużi kumpaniji ta' l-ajru, li jipprovdu servizzi f'ajruporti msemmijin fil-punt (a);
   c) l-entitajiet kollha li japplikaw standards ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni li joperaw f'postijiet li jinsabu fit-territorju jew barra mit-territorju ta' ajruporti u jipprovdu oġġetti u/jew servizzi lil ajruporti msemmijin fil-punt (a) jew minn ajruporti msemmijin fil-punt (a).

2.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà hija mifhuma bħala li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

   1. "avjazzjoni ċivili' tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' trasport bl-ajru kemm kummerċjali u kemm mhux kummerċjali, kif ukoll operazzjoniet skedati u mhux skedati, imma esklużi operazzjonijiet imwettqin minn inġenji ta' l-ajru statali li huma msemmijin fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
   2. "sigurtà ta' l-avjazzjoni' tfisser taħlita ta' miżuri u riżorsi umani u materjali maħsubin għas-salvagwardja ta' l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali li jippreġudikaw is-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili;
   3. "ajruport' tfisser kwalunkwe medda ta' art [jew ilma] mħejjija speċjalment għall-inżul, it-tlugħ u l-manuvri ta' inġenji ta' l-ajru, inklużi installazzjonijiet kumplimentari li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu, għall-ħtiġijiet tat-traffiku u s-servizzi ta' l-ajru, inklużi l-installazzjonijiet meħtieġa għall-assistenza tas-servizzi ta' l-ajru kummerċjali;
   4) 4. "operatur" tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata, jew li toffri li timpenja ruħha, f'operazzjoni ta' trasport bl-ajru;
   5) 5. "kumpannija ta' l-ajru' tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja valida sabiex topera, jew l-ekwivalenti;
   6) 6. "kumpannija ta' l-ajru Komunitarja' tfisser kumpannija ta' l-ajru b'liċenzja valida li topera mogħtija minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta" air carriers(6);
   7) 7. "entità' tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża, minbarra operatur;
   8) 8. "artikoli projbiti' tfisser armi, splussivi jew tagħmir perikoluż ieħor, oġġetti jew sustanzi li jistgħu jintużaw biex isir att ta' intereferenza illegali li jippreġudika s-sigurtà;
   9) 9. "skrinjar' tfisser l-applikazzjoni ta' mezzi tekniċi jew mezzi oħra li huma maħsubin biex jidentifikaw u/jew jikxfu oġġetti projbiti;
   10) 10. "kontroll tas-sigurtà' tfisser l-applikazzjoni ta' mezzi sabiex ma jitħallewx jiġu introdotti oġġetti projbiti;
   11) 11. "kontroll fuq l-aċċess' tfisser l-applikazzjoni ta' mezzi li permezz tagħhom jista' jiġi prevenut id-dħul ta' persuni mhux awtorizzati jew vetturi mhux awtorizzati, jew it-tnejn;
   12) 12. "iż-żona ta' l-ajru' ('airside') tfisser iż-żona ta' moviment ta' ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħha jew partijiet minnhom, li l-aċċess għalihom huwa ristrett;
   13) 13. "iż-żona ta' l-art' ('landside') tfisser dawk in-naħat ta' ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħhom jew partijiet minnhom, li mhumiex fiż-żona ta' l-ajru;
   14) 14. "żona ta' sigurtà ristretta' tfisser parti miż-żona ta' l-ajru li fiha, minbarra l-fatt li l-aċċess ikun ristrett, jiġi applikat kontroll ta' l-aċċess;
   15) 15. "żona demarkata' tfisser żona li mhix aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali u li hija separata minn żoni ta' sigurtà ristretti, jew, jekk iż-żona demarkata nnifisha hija żona ta' sigurtà ristretta, minn żoni ta' sigurtà ristretti oħra ta' ajruport;
   16) 16. "kontroll tal-kondotta' tfisser kontroll verifikabbli ta' l-identità ta' persuna, inkluża kwalunkwe kondotta kriminali u data ta'intelligence;
   17) 17. "passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi trasferiment' tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq inġenju ta' l-ajru differenti minn dak li waslu fuqu;
   18) 18. "passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi transitu' tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq l-istess inġenju ta' l-ajru li waslu fuqu fuq titjira bl-istess numru tat-titjira;
   19) 19. "passiġġier potenzjalment problematiku' tfisser passiġġier li jkun qed jiġi deportat, jew persuna li titqies bħala inammissibbli għal raġunijiet ta' immigrazzjoni jew persuna f'kustodja legali;
   20) 20. "bagalji tal-kabina' tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fil-kabina ta' inġenju ta' l-ajru;
   21) 21. "bagalji ta' l-istiva' tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fl-istiva ta' inġenju ta' l-ajru;
   22) 22. "bagalji ta' l-istiva akkumpanjati' tfisser bagalji, li nġarru fl-istiva ta' inġenju ta' l-ajru, li jkunu ġew reġistrati għal titjira minn passiġġier li jkun qed jivvjaġġa fuq dik l-istess titjira;
   23) 23. "posta tal-kumpannija ta' l-ajru' tfisser posta li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħha huma t-tnejn kumpanija ta' l-ajru;
   24) 24. "materjali tal-kumpannija ta' l-ajru' tfisser materjali li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom huma t-tnejn kumpannija ta' l-ajru jew li jintużaw minn kumpannija ta' l-ajru;
   25) 25. "posta' tfisser ittri, pakketti, dispaċċi ta' korrispondenza u oġġetti oħrajn maħsubin għal kunsinna lil kumpaniji ta' servizzi postali responsabbli biex imexxuhom skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Unjoni Postali Universali (UPU);
   26) 26. "merkanzija' tfisser kwalunkwe proprjetà maħsuba għall-ġarr fuq inġenju ta' l-ajru, ħlief bagalji, posta, posta ta' kumpannija ta' l-ajru, materjali ta' kumpanniji ta' l-ajru u provvisti għal matul it-titjira;
   27) 27. "aġent regolat' tfisser kumpannija ta' l-ajru, aġent, speditur ta' merkanzija jew kwalunkwe entità oħra li tiżgura l-kontrolli ta' sigurtà fir-rigward ta' merkanzija jew posta skond dan ir-Regolament;
   28) 28. "kunsinnatarju magħruf' tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta' sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta' dik il-merkanzija jew posta fuq kwalunkwe inġenju ta' l-ajru;
   29) 29. "kunsinnatarju in konto' tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta' sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta' dik il-merkanzija fuq inġenji ta' l-ajru għall-merkanzija biss u fuq inġenji ta' l-ajru li jġorru biss posta;
   30) 30. "kontroll ta' sigurtà ta' l-inġenju ta' l-ajru' tfisser spezzjoni ta' dawk il-partijiet ta' ġewwa ta' l-inġenju ta' l-ajru li għalihom il-passiġġieri setgħa kellhom aċċess, flimkien ma' spezzjoni ta' l-istiva ta' l-inġenju ta' l-ajru sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi li jippreġudikaw is-sigurtà ta' l-inġenju ta' l-ajru;
   31) 31. "tfittxija ta' sigurtà ta' l-inġenju ta' l-ajru' tfisser spezzjoni tal-parti ta' ġewwa u l-parti ta' barra ta' l-inġenju ta' l-ajru li jkunu aċċessibbli sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali li jippreġudikaw is-sigurtà ta' l-inġenju ta' l-ajru;
   32) 32. "uffiċjal ta' sigurtà abbord titjira' tfisser persuna li hija impjegata minn Stat Membru sabiex tivvjaġġja fuq inġenju ta' l-ajru ta' kumpannija ta' l-ajru liċenzjata minnu bil-għan li jipproteġi dak l-inġenju ta' l-ajru u l-okkupanti tiegħu kontra atti ta' interferenza illegali li jippreġudikaw is-sigurtà tat-titjira.

Artikolu 4

Standards bażiċi komuni

1.  L-istandards bażiċi komuni għas-salvagwardja ta' l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali li jippreġudikaw is-sigurtà tagħha għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness.

2.  L-Istati Membri u l-utenti għandhom jaqsmu l-ispiża ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni biex jiġġieldu atti ta' interferenza illegali. Sabiex ikun evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn Stati Membri u bejn ajruporti, kumpaniji ta' l-ajru u entitajiet interessati oħrajn fil-Komunità kif ukoll bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha malajr kemm jista' jkun tippreżenta proposta sabiex tintroduċi dispożizzjonijiet uniformi għall-iffinanzjar ta' dawn il-miżuri ta' sigurtà.

3.  Miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

Dawn il-miżuri għandhom, b'mod partikolari, jirrigwardaw:

   a) metodi ta' skrinjar, kontroll fuq l-aċċess u kontrolli ta' sigurtà oħra;
   b) metodi ta' eżekuzzjoni ta' kontrolli ta' sigurtà fuq inġenji ta' l-ajru u tiftix ta' sigurtà fuq inġenji ta' l-ajru;
   c) oġġetti projbiti;
   d) kriterji ta' eżekuzzjoni u t-testijiet ta' aċċettazzjoni għat-tagħmir;
   e) ħtiġiet ta' reklutaġġ u taħriġ tal-persunal;
   f) id-definizzjoni ta' partijiet kritiċi ta' żoni ristretti ta' sigurtà;
   g) l-obbligi ta', u l-proċeduri ta' validazzjoni għal, aġenti regolati, konsenjaturi magħrufin u konsenjaturi in konto;
   h) kategoriji ta' persuni, oġġetti u inġenji ta' l-ajru li għal raġunijiet oġġettivi għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri ta' sigurtà speċjali jew għandhom ikunu eżentati minn skrinjar, kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli ta' sigurtà oħrajn;
   i) kontrolli tal-kondotta preċedenti.

4.  Il-miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni għandhom jiskadu sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-miżuri ddettaljati jistgħu jinżammu skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), iżda biss wara evalwazzjoni bir-reqqa mill-ġdid tar-riskji għas-sigurtà u evalwazzjoni bir-reqqa ta' l-ispejjeż u ta' l-impatt operazzjonali assoċjati ma' dawn il-miżuri.

5.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3), tistabbilixxi kriterji sabiex jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 u jadottaw miżuri ta' sigurtà li jipprovdu livell ta' protezzjoni adegwat fl-ajruporti, jew fiż-żoni demarkati tagħhom, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju lokali. Tali miżuri alternattivi għandhom jiġu ġustifikati b'raġunijiet marbutin mad-daqs ta' l-inġenju ta' l-ajru, in-natura ta' l-operazzjoni u/jew il-frekwenza ta' l-operazzjonijiet fl-ajruporti kkonċernati.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1.

7.  Kull waħda mill-miżuri u l-proċeduri ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita fuq bażi ta' evalwazzjoni ta' riskju u ta' l-impatt. L-evalwazzjoni għandha tinkludi l-ispejjeż li jkunu stmati.

8.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri stabbiliti skond il-paragrafu 3, li l-ispejjeż finanzjarji u spejjeż oħrajn tagħhom, fil-mument ta' l-implimentazzjoni tal-miżura, ma jkunux proporzjonati mas-sigurtà akbar, jekk din tirriżulta, li l-miżuri joħolqu. F'dawn is-sitwazzjonijiet il-Kummissjoni għandha tippermetti lill-Istati Membri sabiex jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Artikolu 5

Trasparenza fil-ħlas

Meta l-ispejjeż tas-sigurtà fl-ajruporti jew abbord ikunu inklużi fil-prezz tal-biljett ta' l-ajru, dawk l-ispejjeż għandhom jintwerew separatament fuq il-biljett jew għandhom jintwerew lill-passiġġier b'mod ieħor.

Artikolu 6

L-ipotekar tat-taxxi u l-ħlas tas-sigurtà

It-taxxi u l-ħlas tas-sigurtà, kemm jekk imposti mill-Istati Membri jew mill-kumpaniji ta' l-ajru jew minn entitajiet oħra, għandhom ikunu trasparenti, għandhom jintużaw biss sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tas-sigurta' ta' l-ajruporti jew dik abbord, u m'għandhomx ikunu aktar mill-ispejjeż sabiex iknuu applikati l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' ksur tas-sigurtà

Fejn l-Istati Membri jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-livell ta' sigurtà ġie kompromess minħabba ksur tas-sigurtà, huma għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni adegwata u f'waqtha biex dak il-ksur ikun rettifikat u li jiżguraw is-sigurtà kontinwa ta' l-avjazzjoni ċivili.

Artikolu 8

Miżuri aktar strinġenti applikati minn Stati Membri

1.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri aktar strinġenti mill-istandards bażiċi komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 4. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju u b'konformità mal-liġi Komunitarja. Miżuri aktar strinġenti għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, mhux diskriminatorji u proporzjonati mar-riskju li jkun qed jiġi indirizzat.

2.  Il-Kummissjoni tista' teżamina l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 u, wara li tikkonsulta l-Kumitat msemmi fl-Artikolu 19, tista' tiddeċiedi jekk l-Istat Membru jitħalliex ikompli japplika l-miżuri.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi d-deċiżjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Fi żmien xahar minn meta d-deċiżjoni tiġi mgħarrfa lill-Kummissjoni, Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni lill-Kunsill. Il-Kunsill jista', permezz ta' maġġoranza kwalifikata, fi żmien tliet xhur, jieħu deċiżjoni differenti.

3.  Il-Paragrafu 2 ma japplikax jekk il-miżuri aktar rigorużi jkunu limitati għal titjira partikolari f'data speċifika.

4.  L-Istati Membri għandhom ikopru l-ispejjeż ta' l-applikazzjoni tal-miżuri aktar rigorużi, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Miżuri ta' sigurtà meħtieġa minn pajjiżi terzi

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali li għalih il-Komunità hija parti, Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar miżuri meħtieġa minn pajjiż terz jekk dawn ikunu differenti mill-istandards bażiċi komuni kif stabbilit fl-Artikolu 4 fir-rigward ta' titjiriet minn ajruport fi Stat Membru għal, jew minn fuq, dak il-pajjiż terz.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkopera ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) fl-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Biex tiġi ffaċilitata din il-koperazzjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tikkonkludi ftehimiet ma' l-ICAO għall-fini ta' l-iskambju ta' informazzjoni u ta' appoġġ reċiproku fir-rigward ta' verifiki u spezzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tinnegozja dawk il-ftehimiet bl-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19.

3.  Fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 u tista', skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), u wara li tikkonsulta mal-pajjiż terz, tfassal rispons xieraq għall-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi d-deċiżjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx jekk:

   a) l-Istat Membru konċernat japplika l-miżuri konċernati skond l-Artikolu 8; jew
   b) il-ħtieġa tal-pajjiż terz hija limitata għal titjira partikolari f'data speċifika.

Artikolu 10

Awtorità nazzjonali

Fejn, fi Stat Membri wieħed, ikun hemm żewġ korpi jew aktar involuti fis-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili, dak l-Istat Membru għandu jinnomina awtorità waħda (minn hawn 'il quddiem imsejħa ''l-awtorità xierqa) li għandha tkun responsabbli mill-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni msemmijin fl-Artikolu 4.

Artikolu 11

Programmi

L-Istati Membri, l-operaturi ta' l-ajruporti, il-kumpaniji ta' l-ajru u entitajiet oħra li japplikaw standards tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni għandhom ikunu responsabbli għat-tfassil, l-applikazzjoni u ż-żamma tal-programmi tas-sigurtà rispettivi tagħhom bil-mod stabbilit fl-Artikoli 12 sa 16.

L-Istati Membri għandhom ukoll iwettqu l-funzjoni wiesa' ta' kontroll ta' kwalità definita fl-Artikolu 17.

Artikolu 12

Programm nazzjonali ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm nazzjonali ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

Dak il-programm għandu jiddefinixxi r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni msemmijin fl-Artikolu 4 u għandu jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa minn operaturi u entitajiet oħra għal din il-għan.

2.  L-awtorità adatta għandha tagħmel disponibbli bil-miktub fuq bażi ta' 'ħtieġa għall-għarfien' il-partijiet adatti tal-programm nazzjonali tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili tagħha għal operaturi u entitajiet li jkollhom interess leġittimu.

Artikolu 13

Programm nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità.

Dak il-programm għandu jippermetti lill-Istat Membru li jikkontrolla l-kwalità tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili sabiex jimmonitorja l-aderenza kemm ma' dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili tiegħu.

2.  L-ispeċifikazzjonijiet għall-programm nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Il-programm għandu jippermetti l-iskoperta u t-tiswija mgħaġġla tan-nuqqasijiet. Huwa għandu jipprovdi wkoll li l-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet kollha responsabbli mill-implimentazzjoni ta' standards ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni li jinsabu fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat għandhom ikunu monitorjati direttament u regolarment minn, jew taħt is-superviżjoni ta' l-awtorità adatta.

Artikolu 14

Programm ta' sigurtà ta' l-ajruporti

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm ta' sigurtà ta' l-ajruporti.

Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li għandu jsegwi operatur ta' ajruport sabiex jaderixxi kemm ma' dan ir-Regolament kemm mal-programm nazzjonali ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili ta' l-Istat Membru li fih jinsab l-ajruport.

Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif l-aderenza ma' dawn il-metodi u l-proċeduri hija mmonitorjata mill-operatur ta' l-ajruport.

2.  Il-programm tas-sigurtà ta' l-ajruport għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità adatta.

Artikolu 15

Programm ta' sigurtà ta' kumpannija ta' l-ajru

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kumpaniji ta' l-ajru li jipprovdu servizzi mit-territorju tiegħu jimplimentaw u jżommu programm ta' sigurtà ta' kumpanniji ta' l-ajru li jkun xieraq sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-programmi nazzjonali tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li għandha ssegwi kumpanija ta' l-ajru sabiex taderixxi kemm ma' dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili ta' l-Istat Membru li minnu tipprovdi s-servizzi.

Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif l-aderenza ma' dawn il-metodi u l-proċeduri hija mmonitorjata mill-kumpanija ta' l-ajru.

2.  Fuq talba, il-programm tas-sigurtà ta' kumpanija ta' l-ajru għandu jiġi sottomess lill-awtorità adatta.

3.  Fejn programm tas-sigurtà ta' kumpanija ta' l-ajru tal-Komunità jkun ingħata validità mill-awtorità adatta ta' l-Istat Membru li jagħti l-liċenzja biex topera, din għandha tiġi rikonoxxuta mill-Istati Membri l-oħra kollha. Il-validazzjoni u r-rikonoxximent ma japplikawx għal dawk il-partijiet tal-programm li jikkonċernaw kwalunkwe miżuri aktar rigorużi li jiġu applikati fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li jagħti l-liċenzja biex il-kumpanija topera.

Artikolu 16

Programm tas-sigurtà ta' aġent regolat li japplika standards għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni

1.  Kull aġent regolat li taħt il-programm nazzjonali tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili imsemmi fl-Artikolu 12 huwa meħtieġ li japplika standards tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni għandu jfassal, japplika u jżomm programm ta' sigurtà.

Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-aġent regolat sabiex ikun konformi primarjament mal-programm nazzjonali tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili ta' l-Istat Membru relevanti fir-rigward ta' l-operazzjonijiet tiegħu f'dak l-Istat Membru u ma' dan il-Regolament.

Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif l-aderenza ma' dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorata mill-aġent regolat nnifisu.

2.  Malli jintalab, il-programm tas-sigurtà ta' l-aġent regolat li japplika standards tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità adatta.

Artikolu 17

Spezzjonijiet mill-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħti istruzzjonijiet lill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, filwaqt li taġixxi f'kooperazzjoni ma' l-awtorità adatta ta' l-Istat Membru konċernat, sabiex twettaq spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet ta' ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni, sabiex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Istati Membri, sabiex tidentifika punti dgħajfa fis-sigurtà ta' l-avjazzjoni u, kif xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet biex titjieb is-sigurtà ta' l-avjazzjoni. Għal dan il-fini, l-awtorità adatta għandha tinforma bil-miktub lill-Kummissjoni dwar l-ajruporti kollha fit-territorju tagħha li jservu l-avjazzjoni ċivili minbarra dawk koperti bit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5).

Il-proċeduri biex isiru l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

2.  Spezzjonijiet mill-Kummissjoni ta' ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni m'għandhomx jiġu mħabbrin.

3.  Kull rapport ta' spezzjoni mill-Kummissjoni għandu jiġi kkomunikat lill-awtorità adatta ta' l-Istat Membru konċernat, li għandu, fit-tweġiba tiegħu, jindika l-miżuri meħuda għar-rimedju ta' kwalunkwe defiċjenza identifikata.

Ir-rapport, flimkien mat-tweġiba ta' l-awtorità adatta, sussegwentement għandu jiġi komunikat lill-awtoritajiet adatti ta' l-Istati Membri l-oħra kollha.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull ajruport Ewropew li jidħol fil-kamp t'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi spezzjonat mill-inqas darba qabel ...(7).

Artikolu 18

Tixrid ta' informazzjoni

Id-dokumenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala "dokumenti klassifikati ta' l-UE" għall-finijiet tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom, u m'għandhomx jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-pubbliku:

   a) miżuri u proċeduri kif imsemmijin fl-Artikolu 4(3) u 4(5), jekk ikun fihom informazzjoni ta' sigurtà sensittiva;
   b) rapporti ta' spezzjoni mill-Kummissjoni u risposti ta' l-awtoritajiet nazzjonali, kif jissemma fl-Artikolu 17(3).

Artikolu 19

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 20

Rapport

Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-parlamenti nazzjonali, u tinfurmahom bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u bl-impatt tiegħu fuq it-titjib tas-sigurtà mtejba ta' l-ajru, kif ukoll bi kwalunkwe dgħjufija jew nuqqasijiet li jinkixfu mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni.

Article 21

Grupp ta' Konsulenza tal-Partijiet Interessati

Mingħajr ħsara għall-irwol tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp ta' Konsulenza tal-Partijiet Interessati dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, magħmul minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi Ewropej li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni jew li huma direttament affettwati minnha. L-irwol ta' dan il-grupp għandu jkun biss dak ta' l-għoti ta' pariri lill-Kummissjoni. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 għandu jżomm infurmat lill-Grupp ta' Konsulenza tal-Partijiet Interessati matul il-proċess regolatorju kollu.

Artikolu 22

Pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni

Kull sena l-Kummissjoni għandha tagħmel il-konklużjonijiet tagħha mir-rapporti ta' spezzjonijiet u tippubblika, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(8), rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni fil-Komunità f'dak li tikkonċerna s-siġurtà ta' l-avjazzjoni.

Artikolu 23

Pajjiżi terzi

Fil-ftehimiet globali dwar l-avjazzjoni bejn il-Komunità u pajjiż terz b'konformità ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat għandhom jiġu inklużi l-ftehimiet li jirrikonoxxu li l-istandards tas-sigurtà applikati f'pajjiż terz ikunu ekwivalenti ma' l-istandards tal-Komunità sabiex jiġi promoss l-objettiv ta' "one-stop security" għat-titjiriet kollha bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.

Artikolu 24

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad- disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali jridu jkunu effettivi, propozjonati u disswasivi.

Artikolu 25

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru. 2320/2002 huwa b' dan imħassar.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... (9), ħlief għall-Artikoli 4(3), 4(5), 13(2), 17(1) u 19, li għandhom japplikaw minn ...(10)*.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

STANDARDS BAŻIĊI KOMUNI GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AVJAZZJONI ĊIVILI KONTRA ATTI TA' INTERFERENZA ILLEGALI (ARTIKOLU 4)

1.  SIGURTÀ TA' L-AJRUPORT

1.1  Ħtiġiet ta' l-ippjanar ta' ajruport

1.  Meta jiġu ddisinjati u mibnija faċilitajiet ġodda ta' ajruport jew isir tibdil fil-faċilitajiet eżistenti ta' ajruport, għandu jittieħed kont sħiħ tal-ħtiġiet għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni stabbiliti f'dan l-Anness u ta' l-atti implimentattivi tiegħu.

2.  Fl-ajruporti, għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni li ġejjin:

   a) iż-żona ta' l-art (landside);
   b) iż-żona ta' l-ajru (airside);
   c) żoni ta' sigurtà ristretta; u
   d) partijiet kritiċi ta' żoni ta' sigurtà ristretta.

1.2  Kontroll fuq l-Aċċess

1.  Aċċess għaż-żona ta' l-ajru għandu jkun ristrett sabiex id-dħul minn persuni u vetturi mhux awtorizzati f'dawn l-inħawi jiġi prevenut.

2.  L-aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà għandu jkun kontrollat sabiex persuni u vetturi mhux awtorizzati ma jidħlux f'dawn iż-żoni.

3.  Persuni u vetturi jistgħu biss jingħataw aċċess għan-naħa ta' l-ajru u żoni ristretti ta' sigurtà jekk ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' sigurtà meħtieġa.

4.  Il-persunal kollu, inklużi membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, għandhom ikunu temmew kontroll tal-kondotta qabel ma tinħarġilhom karta ta' identifikazzjoni ta' l-ajruport jew ta' l-ekwipaġġ li tawtorizza aċċess bla skorta għal żoni ta' sigurtà ristretta. Il-karti ta' identifikazzjoni jistgħu jkunu rikonoxxuti minn awtorità kompetenti differenti minn dik li ħarġithom.

1.3  Skrinjar ta' persuni minbarra passiġġieri u oġġetti

1.  Persuni minbarra passiġġieri, flimkien ma' l-oġġetti li jġorru, għandhom jiġu skrinjati fuq bażi kontinwa aleatorja meta jidħlu fiż-żoni ristretti ta' sigurtà sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f'dawn iż-żoni.

2.  Il-persuni kollha minbarra passiġġieri, flimkien ma' l-oġġetti li jġorru, għandhom jiġu skrinjati meta jidħlu fil-partijiet kritiċi taż-żoni ristretti ta' sigurtà sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f'dawn iż-żoni.

1.4  Eżami tal-vetturi

Vetturi li jidħlu f'żona ristretta ta' sigurtà għandhom jiġu eżaminati sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f'dawn iż-żoni.

1.5  Sorveljanza, ronda u kontrolli fiżiċi oħra

Għandu jkun hemm sorveljanza, rondi u kontrolli fiżiċi oħrajn fiż-żoni ta' sigurtà ristretta u fiż-żoni kollha biswit b'aċċess pubbliku, sabiex tiġi identifikata mġieba suspettuża ta' persuni, jiġu identifikati vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati biex jitwettaq att ta' interferenza illegali u sabiex jinżammu lura persuni minn tali atti.

2.  ŻONI DEMARKATI TA' L-AJRUPORTI

Inġenji ta' l-ajru pparkjati f'żoni demarkati ta' ajruporti li għalihom japplikaw il-miżuri alternattivi msemmijin fl-Artikolu 4(5), għandhom ikunu separati minn inġenji ta' l-ajru li għalihom japplikaw bis-sħiħ dawn l-istandards bażiċi komuni, sabiex jiġi żgurat li l-istandards ta' sigurtà applikati għal inġenji ta' l-ajru, passiġġieri, bagalji u merkanzija ta' dawn ta' l-aħħar ma jiġux kompromessi.

3.  SIGURTÀ TA' L-INĠENJI TA' L-AJRU

1.  Jekk passiġġieri jiżbarkaw minn inġenju ta' l-ajru, l-inġenju ta' l-ajru għandu jiġi soġġett għal kontroll ta' sigurtà qabel it-tluq sabiex jiġi żgurat li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun preżenti abbord. Inġenju ta' l-ajru jista' jkun eżentat mill-kontroll jekk jasal minn Stat Membru, ħlief jekk il-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda informazzjoni li tindika li l-passiġġieri u l-bagalji tagħhom tal-kabina ma jistgħux jitqiesu li ġew skrinjati skond l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4.

2.  Passiġġieri li minħabba kwistjonijiet tekniċi jiġu żbarkati minn inġenju ta' l-ajru f'ajruport rikonoxxut u, wara dan, jinżammu f'żona sikura f'dak l-ajruport, m'għandhomx ikunu soġġetti għall-skrinjar mill-ġdid.

3.  Kull inġenju ta' l-ajru għandu jiġi protett minn interferenza mhux awtorizzata. Il-preżenza ta' inġenju ta' l-ajru fil-partijiet kritiċi taż-żona ristretta ta' sigurtà għandha titqies bħala protezzjoni suffiċjenti.

4.  Kull inġenju ta' l-ajru li ma kienx protett minn interferenza mhux awtorizzata għandu jkun suġġett għat-tfittxija.

4.  PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINI

4.1  Skrinjar ta' passiġġieri u bagalji tal-kabina

1.  Il-passiġġieri kollha ta' oriġini, ta' trasferiment u ta' transitu u l-bagalji tal-kabina tagħhom għandhom jiġu skrinjati sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jiddaħħlu f'żoni ristretti ta' sigurtà u abbord inġenji ta' l-ajru.

2.  Passiġġieri ta' trasferiment u l-bagalji tal-kabina tagħhom jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:

   a) jaslu minn Stat Membru, dment li l-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma jkunux ipprovdew informazzjoni li dawk il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala li jkunu ġew skrinjati skond l-istandards komuni bażiċi; jew
   b) jaslu minn pajjiż terz li miegħu l-Komunità għandha ftehima li tirrikonoxxi li dawk il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ġew skrinjati skond standards ta' sigurtà ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità.

3.  Passiġġieri fi transitu u l-bagalji tal-kabina tagħhom jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:

   a) jibqgħu abbord l-inġenju ta' l-ajru; jew
   b) ma jitħalltux ma" passiġġieri li se jitilqu li jkunu diġà ġew skrinjati minbarra dawk li jitilgħu fuq l-istess inġenju ta' l-ajru; jew
   c) jaslu minn Stat Membru, sakemm il-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma jkunux ipprovdew informazzjoni li dawk il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala li jkunu ġew skrinjati skond l-istandards bażiċi komuni; jew
   d) jaslu minn pajjiż terz li miegħu l-Komunità għandha ftehima li tirrikonoxxi li dawk il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ġew skrinjati skond standards ta' sigurtà ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità.

4.2  Protezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina

1.  Il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom għandhom jiġu protetti minn interferenzi mhux awtorizzati mill-punt li fih jiġu skrinjati sat-tluq ta' l-inġenju ta' l-ajru li fuqu jinġarru.

2.  Passiġġieri għat-tluq li jkunu ġew skrinjati m'għandhomx jitħalltu ma" passiġġieri li jkunu qed jaslu, dment li:

   a) il-passiġġieri ma jaslux minn Stat Membru, dment li l-Kummissjoni, jew dak l-Istat Membru, ma jkunux ipprovdew informazzjoni li dawk il-passiġġieri li qed jaslu u l-bagalji tal-kabina tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala li ġew skrinjati skond l-istandards bażiċi komuni; jew
   b) il-passiġġieri jaslu minn pajjiż terz li miegħu l-Komunità għandha ftehima li tirrikonoxxi li dawn il-passiġġieri ġew skrinjati skond standards ta' sigurtà ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità.

4.3  Passiġġieri potenzjalment problematiċi

Qabel it-tluq passiġġieri potenzjalment problematiċi għandhom jiġu soġġetti għal miżuri ta' sigurtà adatti.

5.  BAGALJI TA' L-ISTIVA

5.1  Skrinjar tal-bagalji ta' l-istiva

1.  Il-bagalji kollha ta' l-istiva għandhom jiġu skrinjati qabel ma jiġu mgħobbija fuq inġenju ta' l-ajru.

2.  Bagali ta' l-istiva fi trasferiment jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:

   a) jaslu minn Stat Membru, sakemm il-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma provdewx informazzjoni li dawk il-bagalji ta' l-istiva ma jistgħux jitqiesu bħala mgħoddija mill-kontrolli tekniċi ta' sigurtà bl-istandards komuni; jew
   b) jaslu minn pajjiż terz li miegħu l-Komunità għandha ftehima li tirrikonoxxi li dawn il-bagalji ta' l-istiva ġew skrinjati skond standards ta' sigurtà ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità.

3.  Bagalji ta' l-istiva fi transitu jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar jekk jibqgħu abbord l-inġenju ta' l-ajru.

5.2  Protezzjoni tal-bagalji ta' l-istiva

Bagalji ta' l-istiva li għandhom jinġarru fuq inġenju ta' l-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li fih jiġu skrinjati jew li ġew aċċettati fil-kura tal-kumpannija ta' l-ajru, skond liema jiġi l-ewwel, sat-tluq ta' l-inġenju ta' l-ajru li fuqu għandhom jinġarru.

5.3  Tqabbil tal-bagalji

1.  Kull biċċa tal-bagalja fl-istiva għandha tiġi identifikata bħala akkumpanjata jew mhux akkumpanjata. Il-bagalja ta' l-istiva ta' passiġġier li jkun għamel check in għal titjira iżda li ma jkunx abbord fl-inġenju ta' l-ajru għandha tiġi identifikata bħala mhux akkompanjata.

2.  Bagalji ta' l-istiva mhux akkumpanjati m'għandhomx jinġarru, sakemm dawk il-bagalji jew ikunu ġew separati minħabba fatturi li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-passiġġier, jew ikunu ġew suġġetti għal kontrolli xierqa ta' sigurtà.

6.  MERKANZIJA U POSTA

6.1  Kontrolli ta' sigurtà għal merkanzija

1.  Il-merkanzija kollha għandha tiġi soġġetta għal kontrolli ta' sigurtà qabel ma jiġu mgħobbijin fuq inġenju ta' l-ajru. Kumpannija ta' l-ajru ma għandhiex taċċetta merkanzija għall-ġarr fuq inġenju ta' l-ajru ħlief jekk l-applikazzjoni ta' kontrolli ta' sigurtà tkun ġiet ikkonfermata u jingħata kont tagħha minn aġent regolat, kunsinnatarju magħruf jew kunsinnatarju in konto.

2.  Merkanzija fi trasferiment għandha tiġi soġġetta għal kontrolli ta' sigurtà kif iddettaljat f'att implimentattiv. Tista' tiġi eżentata minn kontrolli ta' sigurtà:

   a) jekk tasal minn Stat Membru, ħlief jekk il-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru jkunu ipprovdew informazzjoni li tindika li l-merkanzija ma tistax titqies li ġiet skrinjata skond l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4, jew
   b) jekk tasal minn pajjiż terz li miegħu l-Komunità għandha ftehima li tirrikonoxxi li l-merkanzija kienet ġiet skrinjata skond standards ta' sigurtà ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità, jew
   c) f'każijiet ddettaljati f'att implimentattiv.

3.  Merkanzija fi transitu u posta fi transitu jistgħu jiġu eżenti minn kontrolli ta' sigurtà jekk jibqgħu abbord l-inġenju ta' l-ajru.

6.2  Protezzjoni ta' merkanzija

1.  Merkanzija li għandha tinġarr fuq inġenju ta' l-ajru għandha tiġi protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt minn fejn jiġu applikati kontrolli ta' sigurtà sat-tluq ta' l-inġenju ta' l-ajru li tinġarr fuqu.

2.  Merkanzija li mhix protetta adegwatament minn interferenza mhux awtorizzata wara li jkunu ġew applikati kontrolli ta' sigurtà għandhom jiġu skrinjati.

6.3  Kontrolli ta' sigurtà għal posta

1.  Il-posta kollha għandha tiġi soġġetta għal kontrolli ta' sigurtà qabel ma tiġi mgħobbija fuq inġenju ta' l-ajru. Kumpanija ta' l-ajru ma għandhiex taċċetta posta għal ġarr fuq inġenju ta' l-ajru ħlief jekk jiġi ikkonfermat li kontrolli xierqa ta' sigurtà għall-posta ġew applikati kif speċifikat f'att implimentattiv.

2.  Posta fi trasferiment għandha tiġi soġġetta għal kontrolli ta' sigurtà kif iddettaljat f'att implimentattiv. Tista' tiġi eżentata minn kontrolli ta' sigurtà fuq il-bażi tal-kriterji ta' eżenzjoni stipulati fit-taqsima 5.1, paragrafu 2.

3.  Posta fi tranżitu tista' tiġi eżentata mill-kontrolli tas-sigurtà, jekk tibqa' abbord inġenju ta' l-ajru

7.  POSTA U MATERJALI TAL-KUMPANNIJI TA' L-AJRU

Posta u materjali tal-kumpanniji ta' l-ajru għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta' sigurtà u wara dan protetti sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju ta' l-ajru sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jittellgħu fuq inġenju ta' l-ajru.

8.  PROVVISTI GĦAT-TITJIRA

Provvisti għat-titjira, inkluż l-ikel u x-xorb, maħsubin għall-ġarr jew l-użu abbord inġenju ta' l-ajru għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta' sigurtà u wara dan protetti sakemm jittellgħu fuq l-inġenju ta' l-ajru sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jittellgħu fuq inġenju ta' l-ajru.

9.  PROVVISTI TA' L-AJRUPORT

Provvisti maħsubin għall-bejgħ jew l-użu f'żoni ristretti ta' sigurtà ta' l-ajruporti, inklużi l-provvisti għall-ħwienet tal-bejgħ mingħajr dazju u r-ristoranti, għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta' sigurtà sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f'dawn iż-żoni.

10.  MIŻURI TA' SIGURTÀ MATUL TITJIRA

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni applikabbli:

   a) persuni mhux awtorizzati ma għandhomx jitħallew jidħlu fil-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira matul titjira;
   b) passiġġiera potenzjalment problematiċi għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' sigurtà adatti matul titjira.

2.  Jekk, waqt titjira, passiġġier jipprova jikkommetti att ta' interferenza illegali, miżuri adegwati ta' sigurtà għandhom jittieħdu biex jiġu prevenuti atti bħal dawn.

3.  Ma għandhomx jinġarru armamenti abbord inġenju ta' l-ajru, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jinġarru bħala merkanzija ddikjarata, ħlief jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet rekwiżiti ta' sigurtà, u

   a) tkun ingħatat awtorizzazzjoni mill-Istat li jkun ta l-liċenzja tat-tħaddim lill-kumpanija ta' l-ajru kkonċernata, u
   b) tkun ingħatat approvazzjoni minn qabel mill-Istati tat-tluq u tal-wasla, u, fejn huwa applikabbli, minn kwalunkwe Stat li fuqu għaddiet it-titjira jew li fih saru waqfiet intermedji.

4.  Uffiċjali ta' sigurtà ta' matul it-titjira jistgħu jitqiegħdu abbord inġenju ta' l-ajru biss jekk il-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tat-taħriġ rikjesti jkunu ġew sodisfatti. L-Istati Membri jżommu d-dritt li ma jawtorizzawx l-użu ta' uffiċjali ta' sigurtà ta' matul it-titjira fuq titjiriet ta' kumpaniji ta' l-ajru liċenzjati minnhom.

5.  Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għal uffiċjali ta' sigurtà ta' matul it-titjira jekk dawn iġorru armamenti.

6.  Ir-responsabbiltà għat-teħid ta' azzjoni adegwata fil-każ ta' xi att ta' interferenza illegali mwettqa abbord inġenju ta' l-ajru ċivili jew matul titjira għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar, mingħajr ħsara għall-prinċipju ta' l-awtorità tal-kaptan ta' l-inġenju ta' l-ajru.

11.  REKLUTAĠĠ U TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL

1.  Persuni li jimplimentaw, jew li huma responsabbli għall-implimentazzjoni, l-iskrinjar, il-kontroll fuq l-aċċess jew għal kontrolli ta' sigurtà oħra għandhom jiġi reklutati, imħarrġin u, fejn xieraq, iċċertifikati sabiex jiġi żgurat li huma adegwati għall-impjieg u kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet li jiġu assenjati għalihom.

2.  Persuni minbarra passiġġieri u persuni skortati b'pass ta' l-ajruport għal perjodu qasir li jeħtieġu aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà għandhom jingħataw taħriġ fil-qasam tas-sigurtà, qabel tinħarġilhom jew karta ta' l-identifikazzjoni ta' l-ajruport jew karta ta' l-identifikazzjoni ta' l-ekwipaġġ, ħlief jekk ikunu kontinwament skortati minn persuna jew aktar li jkollhom karta ta' l-identità ta' l-ajruport jew karta ta' l-identità ta' l-ekwipaġġ.

3.  It-taħriġ kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jsir fuq bażi inizjali u rikorrenti.

4.  L-istrutturi li jieħdu ħsieb it-taħriġ tal-persuni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikollom il-kwalifiki meħtieġa.

12.  TAGĦMIR TA' SIGURTÀ

Tagħmir użat għall-iskrinjar, il-kontroll ta' l-aċċess u kontrolli ta' sigurtà oħra għandu jkun konformi mal-karatteristiċi approvati u jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli ta' sigurtà konċernati.

13.  KONTROLLI TAL-KONDOTTA

Il-piloti kollha u dawk kollha li japplikaw għal-liċenzji ta' piloti għal inġenju ta' l-ajru bil-mutur għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli tal-kondotta uniformi li jiġu rripetuti f'intervalli regolari. Id-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti rigward kontrolli tal-kondotta għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' l-istess kriterji.

(1) ĠU C 185, 8.8.2006, p. 17.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006 (ĠU C 70 E, 27.3.2007, p. 21) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007.
(3) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1.)
(4) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(6) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.
(7)* Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(8) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(9)* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(10)** Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza