Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0238(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0081/2007

Testi mressqa :

A6-0081/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 11
CRE 24/04/2007 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0149

Testi adottati
DOC 663k
L-Erbgħa, 25 t'April 2007 - Strasburg Verżjoni finali
Kontroll mill-port ta' l-Istat ***I
P6_TA(2007)0149A6-0081/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-port mill-Istat (Verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) (COM(2005)0588 – C6-0028/2006 – 2005/0238(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0588)(1) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0028/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0081/2007),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-port mill-Istat (Tfassil mill-ġdid)
P6_TC1-COD(2005)0238

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2) ,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3) ,

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat tat-tbaħħir(4) kienet emendata sostanzjalment diversi drabi. peress li jridu jsiru aktar emendi, għandha titfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  Billi l-Komunità hija serjament konċernata dwar korrimenti fuq bastimenti u tniġġis ta' l-ibħra u l-kosti ta' l-Istati Membri.

(3)  Il-Komunità hija ugwalment konċernata fuq il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord.

(4)  Is-sigurtà, prevenzjoni ta' tniġġis u għajxien abbord bastimenti u kondizzjonjiet tax-xogħol jistgħu jkunu miżjuda b'riduzzjoni drastika minn ibħra tal-Komunità ta' bastimenti substandard , permezz ta' l-applikazzjoni b'mod strett Konvenzjonijiet Internazzjonali, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet.

(5)  Għal dan il-għan, il-Komunità tispera li jkun hemm ratifika malajr tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu 2006 ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li l-parti 5.2.1 tagħha tirreferi għall-obbligi ta' l-Istat tal-port.

(6 )  Il-monitoraġġ tat-tħaris tal-bastimenti ta' l-istandards internazzjonali għal sigurtà, prevenzjoni tat-tniġġis u kondizzjoniiet tax-xogħol għandhom ikunu primarjament ta' l-Istat tal-bandiera; madankollu, kien hemm nuqqas serju fuq numru dejjem jiżdied ta' Stati tal-bandiera biex jimplimentaw u jinforzaw standards internazzjonali; mil-lum 'il quddiem l-osservanza ta' standards internazzjonali għal sigurtà, prevenzjoni ta' tniġġis u kondizzjonijiet tax-xogħol għandhom ukoll jiġu osservati mill-Istat tal-port, fuq il-ftehim li spezzjoni ta' l-Istat tal-port mhijiex analiżi esperta, li r-rapporti ta' spezzjoni mhumiex ekwivalenti għal ċertifikat ta' adegwatezza għall-baħar, u li l-kontroll mill-Istat tal-port ma jistax jneħħi r-responsabbilta' ta' l-Istati tal-bandiera.

(7 )  Ħsieb armonizzat għal infurzar effettiv ta' dawn l-istandards internazzjonali mill-Istati Membri dwar bastimenti li jbaħħru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jużaw il-portijiet tagħhom jevitaw tagħwiġ tal-kompetittività.

(8 )  L-industrija tat-tbaħħir hija vulnerabbli għal atti ta' terroriżmu; miżuri għas-sigurtà tat-trasport għandhom ikunu implimentati effettivament u l-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw b'reqqa l-konformità mar-regoli tas-sigurtà milli jagħmlu kontrolli tas-sigurtà.

(9 )  Għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza gwadanjata waqt l-operazzjoni tal-Memorandum ta' ta' Ftehim ta' Pariġi dwar Kontroll Portwali ta' l-Istat , iffirmat f'Pariġi fis-26 Jannar 1982 (MOU ta' Pariġi) .

(10 )  L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima (EMSA) imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilltas-27 ta' Ġunju 2002(5) , għandha tagħti l-assistenza meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni konverġenti u effettiva tas-sistema tal-kontroll portwali ta' l-Istat; b'mod partikulari l-EMSA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' skema Komunitarja armonizzata għall-kwalifika u t-taħriġ ta' spetturi ta' kontroll portwali ta' l-Istat.

(11)  Sistema effiċjenti ta' kontroll portwali ta' l-Istat għandha tfittex li tiżgura li l-bastimenti kollha li jidħlu f'port fl-Unjoni Ewropea jkunu spezzjonati regolarment. L-ispezzjoni għandha tkun ikkonċentrata fuq bastimenti substandard, filwaqt li bastimenti ta' kwalità, jiġifieri dawk li għandhom rekords ta' spezzjoni sodisfaċenti jew li jtajru l-bandiera ta' Stat li huwa konformi ma' l-Iskema ta' Verifika ta' l-Istati Membri ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), għandhom ikunu ppremjati billi jsirulhom spezzjonijiet anqas spissi; dawn l-arranġamenti ta' spezzjoni ġodda għandhom ikunu inkorporati fis-sistema Komunitarja ta' kontroll portwali ta' l-Istat malli l-varji aspetti tagħha jkunu definiti u fuq il-bażi ta' skema ta' qsim ta' spezzjonijiet fejn kull Stat Membru jikkontribwixxi b'mod ġust biex jinkiseb l-objettiv Komunitarju ta' sistema ta' spezzjoni komprensiva. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jimpjegaw u jżommu n-numru meħtieġ ta' persunal, inklużi spetturi kwalifikati, filwaqt li jitqies il-volum u l-karatteristiċi tat-traffiku tal-baħar ta' kull port.

(12)  Is-sistema ta' spezzjoni stabbilit f'din id-direttiva għandha tkun koordinata mal-ħidma li saret mill-MOU ta' Pariġi. Peress li għandu jsir qbil dwar kwalunkwe żvilupp li jirriżulta mill-MOU ta' Pariġi fuq livell Komunitarju qabel ma jsiru applikabbli fi ħdan l-UE, għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Komunita? u l-MOU ta' Pariġi bil-ħsieb li tinkiseb sistema uniformi ta' spezzjoni.

(13 )  Ir-regoli u proċeduri għal spezzjonijiet ta' portijiet ta' Stat, inklużi kriterji għad-detenzjoni tal-bastimenti, għandhom ikunu armonizzati biex jassiguraw effiċjenza konsistenti fil-portijiet kollha, li tnaqqas radikalment ukoll l-użu selettiv ta' ċertu portijiet ta' destinazzjoni biex tevita ix-xibka ta' kontroll xieraq.

(14 )  Ċerti kategoriji ta' bastimenti huma periklu ewlieni ta' inċidenti jew ta' tniġġis meta jkollhom ċertu żmien u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni profonda; jeħtieġ li jiġu stipulati d-dettalji ta' din l-ispezzjoni profonda.

(15)  Fil-qafas tas-sistema ta' spezzjoni stabbilita minn din id-direttiva, l-intervalli bejn spezzjonijiet perjodiċi fuq vapuri jiddependu mill-profil ta' riskju tagħhom, li huwa stabbilit permezz ta' ċerti parametri ġeneriċi u storiċi. Għall-vapuri b'riskju għoli, dan l-intervall m'għandux jaqbeż sitt xhur.

(16 )  Xi bastimenti huma riskju ovvju għas-sigurtà marittima u għall-ambjent tal-baħar minħabba l-kundizzjoni ħażina, il-bandiera u l-istorja tagħhom; għalhekk għandhom ikunu rifjutati l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi fil- Komunitarji, sakemm ma jistax jintwera li jistgħu joperaw bla periklu fl-ibħra Komunitarji; għandhom ikunu stabbiliti linji gwida li jistipulaw il-proċeduri applikabbli fil-każ ta' impożizzjoni ta' tali projbizzjoni ta' l-aċċess u tat-tneħħija tal-projbizzjoni; fl-interess tat-trasparenza, il-lista ta' bastimenti li ġew irrifjutati l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi fil- Komunitarji għandha tkun pubblika.

(17 )  Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ċerti amministrazzjonijiet u kumpaniji minħabba spezzjonijiet ripetittivi, perizja li saret fuq laneċ tat-tip 'ro-ro' jew fuq dgħajsa tal-passiġġieri b'veloċità għolja skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' perizji obbligatorji għall-operat sikur ta' servizzi regolari ta' laneċ 'ro-ro' u ta' dgħajjes tal-passiġġieri b'veloċità għolja(6) , bl-approvazzjoni ta' l-Istat li qed jilqa' l-bastiment, għandha titqies bħala spezzjoni profonda skond is-sistema ta' kontroll portwali ta' l-Istat.

(18 )  Non-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet relevanti għandha tiġi rranġata; bastimenti li jeħtieġ li jkunu suġġetti għal azzjoni korrettorja, meta n-nuqqasijiet osservati huma kjarament perikolużi għas-sigurtà, saħħa, jew l-ambjent, għandhom jinżammu sakemm jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet.

(19 )  Għandu jkun disponibbli dritt ta' appell kontra deċiżjonijiet għal detenzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti, biex ma jħallux li jittieħdu deċiżjonijiet mhux raġjonevoli li jistgħu jikkawżaw detenzjoni u dewmien mhux dovuti.

(20 )  L-awtoritajiet u l-ispetturi involuti f'attivitajiet ta' kontroll portwali ta' l-Istat m'għandux ikollhom kunflitt ta' interess, kemm mal-port ta' spezzjoni kif ukoll mal-bastimenti spezzjonati u interessi relatati; l-ispetturi għandhom ikunu kwalifikati kif xieraq u għandu jkollhom taħriġ xieraq sabiex iżommu u jtejbu l-kompetenza tagħhom meta jagħmlu l-ispezzjonijiet; l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' skema Komunitarja armonizzata għall-kwalifika u t-taħriġ ta' l-ispetturi.

(21 )  Piloti u awtoritajiet tal-portijiet għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni utili fuq anomaliji li jinstabu abbord il-bastimenti.

(22 )  Ilmenti minn persuni li għandhom interess leġittimu konfermat, dwar kundizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord għandhom ikunu investigati. Għandha tingħata prijorita? lill-ipproċessar ta' ilmenti fuq il-vapur. Kwalunkwe persuna li tagħmel ilment għandha tkun infurmata dwar dak li sar wara l-ilment.

(23 )  Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u awtoritajiet oħra jew organizzazzjonijiet hija neċessarja biex tassigura 'follow-up' effettiv dwar bastimenti b'nuqqasijiet li ġew permessi jipproċedu u għat-tpartit ta' informazzjoni dwar bastimenti fil-port.

(24 )  Peress li l-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet hija parti essenzjali mill-kontroll portwali ta' l-Istat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun aġġornata fid-dawl tar-rekwiżiti Komunitarji.

(25 )  Pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar bastimenti u l-operaturi jew il-kumpaniji tagħhom li ma josservawx standards internazzjonali fuq sigurtà, saħħa u protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar, tista' tkun deterrent effettiv li taqta' qalb il-baħħara milli jużaw dawn il-bastimenti, u inċentiv għas-sidien biex jieħdu azzjoni korrettiva.

(26 )  L-ispejjeż kollha ta' l-ispezzjoni ta' bastimenti li ħaqqhom ikunu detenuti, u l-ispejjeż biex tkun revokata projbizzjoni għall-aċċess, għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur.

(27 )  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ║1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(7) . Peress li dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, dawn għandom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(28)  B'mod partikolari, sabiex ma jkunx impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq Stati Membri li m'għandhomx portijiet fuq il-baħar, regola de minimis għandha tippermettilhom li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Miżuri li jimplimentaw dik ir-regola għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

(29 )  Peress li l-objettivi ta' l-azzjoni li trid tittieħed, l-aktar li jitnaqqas it-tbaħħir substandard fl-ibħra Komunitarji permezz tat-titjib tas-sistema Komunitarja ta' spezzjoni għall-bastimenti li jbaħħru u li jkunu żviluppati l-mezzi biex tittieħed azzjoni preventiva fil-qasam tat-tniġġis ta' l-ibħra, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-kobor u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat; skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(30 )  L-obbligu li din id-Diretiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jgħodd biss għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva ta' qabel; l-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġej mid-Direttiva ta' qabel.

(31 )  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri marbuta mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fl-Anness XV, Parti B.

(32)  Skond il-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (8) , l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għalihom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li jindikaw il-korrelazzjoni bejn id-Direttivi u l-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, u għandhom jippubblikawhom,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tnaqqas b'mod drastiku tbaħħir substandard fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, billi:

   a) iżżid it-tħaris tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità internazzjonali relevanti fuq sikurezza marittima, sigurtà marittima, protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar, u kondizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fuq bastimenti ta' kull bandiera;
   b) twaqqaf kriterji komuni għal kontroll ta' bastimenti mill-Istat tal-port u tarmonizza l-proċeduri dwar spezzjoni u detenzjoni;
   c) jiġi assigurat li l-vapuri kollha li jidħlu f'portijiet jew f'ankraġġi fil-Komunità jiġu spezzjonati bi frekwenza li tiddependi fuq il-profil ta' riskju tagħhom, sabiex vapuri li joħolqu riskju akbar jiġu spezzjonati aktar bir-reqqa u aktar b'mod aktar frekwenti;
   d) jiġu introdotti elementi marbuta ma' sistema Komunitarja ta' kontroll mill-Istat ta' port, sabiex jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-kontroll tal-vapuri mill-Istat ta' port u ssir l-armonizzazzjoni tal-proċeduri dwar l-ispezzjoni u d-detenzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' din id-Direttiva:

  1. "Konvenzjonijiet" tfisser il-Konvenzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom u kodiċijiet relatati ta' status mandatarju, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:
   a) il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji ta' Tagħbija, 1966 (LL 66);
   b) il-Konvenzjoni Internazzjonali għal Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (Solas 74);
   c) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, u l-Protokoll ta' 1978 dwarhom (Marpol 73/78);
   d) il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għal dawk li jaħdmu fuq il-bastimenti, 1978 (STEW 78);
   e) il-Konvenzjoni fuq Regolamenti Internazzjonali biex tevita Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (Colreg 72);
   f) il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq Tkejjil ta' kemm Jiżnu l-Bastimenti, 1969 (ITC 69);
   g) il-Konvenzjoni dwar il-Bastimenti Merkantili (Standards Minimi), 1976 (ILO No 147);
   h) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt, 1992 (CLC 92).
   2. "Paris MOU" tfisser il-Memorandum ta' Ftehim fuq Kontroll Portwali ta' l-Istat, iffirmat f'Pariġi fis-26 Jannar 1982, fil-verżjoni aġġornata tiegħu.
   3. "Qafas u proċeduri għall-Iskema Volontarja ta' Verifika ta' l-Istati Membri ta' l-IMO" tfisser ir-Riżoluzzjoni A.974(24) ta' l-IMO.
   4. "Reġjun kopert bil-MOU ta' Pariġi": tfisser iz-zona ġeografika li fiha l-Istati membri ta' l-MOU ta' Pariġi jagħmlu spezzjonijiet fil-kuntest ta' l-MOU ta' Pariġi.
   5 . "Bastiment" ifisser kull bastiment li jbaħħar li għalihom tapplika waħda jew iktar mill-Konvenzjonijiet, li jtajru bandiera barra minn dik ta' l-Stat ta' dak il-port.
   6 . "Installazzjoni Off-shore" tfisser pjattaforma mwaħħla jew li żżomm f'wiċċ l-ilma li topera fuq jew 'mal-blata kontinentali ta' Stat Membru.
   7. "Port" tfisser zona ta' art u ilma b'xogħolijiet u tagħmir li tippermetti, prinċipalment, id-dħul ta' vapuri, it-tgħabbija u l-ħatt tagħhom, il-ħażna tal-merkanzija, l-aċċettazzjoni u l-kunsinna ta' din il-merkanzija, kif ukoll l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri.
   8 . "Ankraġġ" tfisser post f'port jew f'żona oħra fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' port li huwa adattat biex jankraw il-bastimenti.
   9 . "Spettur" ifisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, awtorizzata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru biex jagħmel spezzjonijiet ta' kontroll portwali ta' l-Istat, u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti.
   10 . "Awtorità kompetenti" tfisser awtorità marittima responsabbli għall-kontroll portwali ta' l-Istat skond din id-Direttiva.
   11 . "Awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima" tfisser awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima kif definita fl-Artikolu 2, punt 7 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet(9) .
   12. "Spezzjoni inizjali " tfisser żjara abbord bastiment minn spettur, sabiex jivverifika l-konformità mal-Konvenzjonijiet u r-regolamenti relevanti u li tinkludi ta' l-inqas il-kontrolli meħtieġa fl- Artikolu 12 (2).
   13 . "Spezzjoni aktar dettaljata" tfisser spezzjoni fejn il-bastiment, it-tagħmir u l-ekwipaġġ tiegħu fil-parti kbira jew, kif xieraq, parti minhom huma soġġetti, fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 12(3) , għal evalwazzjoni kbira li tkopri l-kostruzzjoni tal-bastiment, tagħmir, tħaddim, kondizzjonijiet ta' xogħol u għajxien u konformità ma' proċeduri operazzjonali abbord.
   14 . "Spezzjoni aktar intensiva" tfisser spezzjoni li l-għan tagħha jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness VIII . Spezzjoni aktar intensiva tista' tinkludi spezzjoni aktar dettaljata kull meta jkun hemm raġunijiet ġustifikati b'konformita? ma' l-Artikolu 13 .
   15 . "Ilment" tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport, barra r-rapport dwar anomaliji jew difetti evidenti mħejji mill-piloti jew mill-awtoritajiet tal-port b'konformita? ma' l-Artikolu 22, imressaq minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b'interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess fis-sikurezza jew fil-perikli għas-saħħa għall-ekwipaġġ tiegħu, fil-kundizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol fuq il-vapur u fil-prevenzjoni tat-tniġġis.
   16 . "Detenzjoni" tfisser il-projbizzjoni formali ta' bastiment biex ibaħħar minħabba ħsarat stabbiliti, li, individwalment jew flimkien, jagħmlu l-bastiment mhux tajjeb għal baħar.
   17 . "Ordni ta' rifjut għall-aċċess" tfisser deċiżjoni maħruġa lill-kaptan ta' bastiment u lill-kumpanija responsabbli għall-bastiment u lill-Istat tal-bandiera li javżahom li l-bastiment se jkun rifjutat l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi kollha tal-Komunità.
   18 . "Twaqqif ta' operazzjoni" tfisser projbizzjoni formali ta' bastiment milli jkompli b'operazzjoni minħabba ħsarat stabbiliti li, individwalment jew flimkien, jagħmlu l-kontinwazzjoni ta' l-operazzjoni perikoluża.
   19 . "Kumpanija" tfisser is-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna bħall-maniġer, jew il-kerrej ta' bastimenti li jinkrew mingħajr kaptan jew ekwipaġġ ('bareboat charterer'), li ħa r-responsabiltà għall-operat tal-bastiment minn sid il-bastiment u li, wara li ħa din ir-responsabiltà, qabel li jieħu ħsieb id-dmirijiet u r-responsabiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Immaniġġjar tas-Sigurtà ("ISM").
   20 . "Organizzazzjoni Rikonoxxuta" tfisser soċjetà ta' klassifikazzjoni jew korp privat ieħor, li jwettqu xogħlijiet statutarji f'isem l-amministrazzjoni ta' Stat tal-bandiera.
   21 . "Ċertifikat statutarju" tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skond il-Konvenzjonijiet internazzjonali.
   22 . "Ċertifikat ta' klassifikazzjoni " tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta, li jikkonferma l-konformita ma' SOLAS 74, Kapitolu II.1, Parti A.1, Regolament 3.1.
   23. 23 . "Ġabra ta' data ta' l-ispezzjoni" tfisser is-sistema ta' tagħrif għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll mill-Istat ta' port fi ħdan il-Komunità u tikkunsidra l-ispezzjonijiet magħmula fir-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tapplika għal kwalunkwe bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu li jidħlu f'port jew f'ankraġġ ta' Stat Membru:

Franza tista' tiddeċiedi li l-portijiet koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux il-portijiet li qegħdin fid-dipartimenti extra-Ewropej imsemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Fejn Stat Membru jagħmel spezzjoni fuq vapur fl-ibħra territorjali tiegħu iżda barra minn port, din il-proċedura għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet ta' din id-direttiva.

Xejn f'dan l-Artikolu ma taffettwa d-drittijiet ta' l-intervent li għandu kull Stat Membru skond il-Konvenzjonijiet internazzjonali relevanti.

L-Istati Membri li m'għandhomx portijiet fuq il-baħar jistgħu, b'ċerti kundizzjonijiet, ikollhom id-dritt għal deroga mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 30(2), il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ta' deroga.

2.  Fil-każ ta' bastimenti ta' tunnellaġġ inqas minn 500, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti ta' Konvenzjoni relevanti li huma applikabbli u safejn ma tapplikax il-Konvenzjoni, għandhom jieħdu dawk il-miżuri biex jassiguraw li l-bastimenti konċernati mhumiex kjarament perikolużi għas-sigurtà, is-saħħa u l-ambjent. Fl-applikazzjoni tagħhom ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu gwidati minn Anness 1 għall-MOU ta' Pariġi.

3.  Meta jispezzjonaw bastiment li qiegħed itajjar bandiera ta' Stat li ma rratifikax il-Konvenzjoni, Stati Membri għandhom jassiguraw li t-trattament mogħti lil dan il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu mhuwiex aktar favorevoli għal dak mogħti lil bastiment li jtajjar bandiera ta' Stat li ffirma dik il-Konvenzjoni.

4.  Bastimenti tas-sajd, bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, bastimenti ta' l-injam mibnija b'mod primittiv użati għal skopijiet mhux kummerċjali u 'yachts' tad-divertiment li mhumiex użati għan-negozju għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Setgħat ta' spezzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu intitolati legalment biex iwettqu abbord bastimenti barranin l-ispezzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva skond il-liġi internazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom iwaqqfu awtoritajiet kompetenti xierqa, għall-ispezzjoni ta' bastimenti u għandhom jieħdu kull miżura xierqa biex jassiguraw li dawn jaqdu dmirijiethom kif stabbilit f'din id-Direttiva. B'mod partikulari, għandhom jimpjegaw u jżommu n-numru ta' staff meħtieġ, inklużi spetturi kwalifikati, filwaqt li jitqiesu l-volum u l-karatteristiċi tat-traffiku tat-tbaħħir f'kull port.

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-arranġamenti xierqa biex jiżguraw li l-ispetturi jkunu disponibbli biex iwettqu spezzjonijiet inizjali u spanduti skond l-Artikoli 12 u 13 u l-Anness I, Parti II.

Artikolu 5

Sistema Komunitarju ta' spezzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet skond l-iskema ta' l-għażla deskritta fl-Artikolu 12 u fid-dispożizzjonijiet ta ' l-Anness I .

2.  Kull Stat Membru għandu jwettaq kull sena numru totali ta' spezzjonijiet ta' vapuri individwali li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu tan-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu kull sena fil-Komunita? u fiż-żona ta' l-MOU ta' Pariġi. Dan is-sehem għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' vapuri li jidħlu fil-portijiet jew fl-ankraġġi ta' l-Istat Membru konċernat b'konnessjoni mas-somma tan-numru ta' vapuri li jidħlu fil-portijiet u fl-ankraġġi ta' kull Stat Membru tal-Komunita? u ta' l-istati partijiet mill-MOU ta' Pariġi.

Artikolu 6

Konformita' mas-sistema ta" spezzjoni Komunitarja

B'konformità ma" l-Artikolu 5, kull Stat Membru għandu:

   a) jagħmel spezzjoni tal-vapuri ta' Prijorita' I, kif jingħad fl-Artikolu 11(a), li jidħlu fil-portijiet u l-ankraġġi tiegħu; u
   b) kull sena jagħmel numru totali ta" spezzjonijiet ta" vapuri ta" Prijorità I u II, skond kif stabbilit fl-Artikolu 11(a) u (b), li għall-inqas ikun jikkorrispondi għall-impenji annwali tiegħu fil-qasam ta" l-inspezzjoni.

Artikolu 7

Iċ-ċirkostanzi li fihom ċerti vapuri ma jiġux spezzjonati

1.  Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, Stat Membru jista" jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta" vapur ta" Prijorita? I:

   i) jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq fil-port li jmiss li fih jidħol il-vapur fl-istess Stat Membru, sakemm il-vapur ma jidħolx, f'port jew ankraġġ ieħor tal-Komunità jew taż-żona koperta mill-MOU ta" Pariġi u li l-posponiment ma jaqbiżx ħmistax-il ġurnata; jew
   ii) jekk l-ispezzjoni tista" ssir fi żmien ħmistax-il ġurnata f'port ieħor tal-Komunità jew taż-żona koperta mill-MOU ta" Pariġi, sakemm l-Istat fejn jinsab il-port ikun aċċetta li jwettaq l-ispezzjoni.

F'każ li spezzjoni tiġi posposta, iżda mhux skond is-subparagrafi (i) u (ii) u ma tiġiex rreġistrata fid-database ta' l-ispezzjonijiet, ser titqies bħala spezzjoni nieqsa fir-rigward ta" l-Istat Membru li jkun ipposponiha.

2.  Fil-każijiet eċċezzjonali li ġejjin, spezzjoni li ma ssirx, għal raġunijiet operattivi, fuq vapuri ta" Prijorita I ma tiġix meqjusa bħala spezzjoni nieqsa, sakemm ir-raġuni għalfejn ma saritx l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fid-database ta" l-ispezzjonijiet, jekk fuq fehma ta" l-awtorità kompetenti, it-tmexxija ta' l-ispezzjoni tkun ta' riskju għas-sikurezza ta'l-ispetturi, tal-vapur, ta" l-ekwipaġġ jew tal-port, jew ta" l-ambjent tal-baħar.

3.  Jekk spezzjoni ma titwettaqx fuq vapur ankrat, m'għandhiex titqies bħala spezzjoni nieqsa, sakemm, jekk japplika is-subparagrafu (ii), ir-raġuni li għaliha ma tkun saret l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fid-database ta" l-ispezzjonijiet, jekk:

   i) il-vapur jiġi spezzjonat f'port ieħor tal-Komunità jew taż-żona li jagħmel parti mill-MOU ta" Pariġi, skond l-Anness I, fi żmien 15-il ġurnata, jew
   ii) fil-fehma ta" l-awtorita kompetenti, it-twettiq ta' l-ispezzjoni toħloq sogru għas-sikurezza ta" l-ispetturi, tal-vapur, ta" l-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port, jew lill-ambjent tal-baħar.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 30(2), il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Notifika tal-wasla ta' bastimenti

1.  L-operatur, l-aġent jew sid il-bastiment eliġibbli għal spezzjoni intensiva skond l-Artikolu 13, u li jkun sejjer fid-direzzjoni f'port jew f'ankraġġ ta' Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu skond id-dispożizzjonijiet ta' l- Anness III.

2.  Mal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar l-implimentazzjoni ta' sistema Komunitarja ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar it-traffiku ta' bastimenti (10) , l-awtorita? portwarja relevanti għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtorita? kompetenti.

3.  Għandhom jintużaw mezzi elettroniċi għal kwalunkwe komunikazzjoni stabbilita f'dan l-artikolu. Mezzi oħra ta' komunikazzjoni għandhom jintużaw biss meta l-mezzi elettroniċi ma jkunux disponibbli.

4.  Il-proċeduri u l-formati żviluppati mill-Istati Membri għall-implimentazzjon ta" l-Anness III għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/59/KE.

Artikolu 9

Il-profil ta" riskju tal-vapuri

1.  Kull bastiment li jidħol f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru għandu jiġi attribwit profil ta' riskju li jiddetermina l-livell ta' prijorità ta' l-ispezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-ambitu tagħhom. Il-profil tar-riskju ta' kull bastiment ser jiddaħħal fid-database ta' l-ispezzjonijiet.

2.  Il-profil tar-riskju ta' bastiment huwa determinat minn għażla ta' parametri ġeneriċi u storiċi kif ġej:

(a)  Parametri ġeneriċi

Il-parametri ġeneriċi ser ikunu msejsa fuq it-tip, l-età, il-bandiera, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti u r-rendiment tal-kumpanija, kif stipulat fl-Anness I, parti I, punt 1 u l-Anness II.

(b)  Parametri storiċi

Il-parametri storiċi huma bbażati fuq ir-rata ta' l-anomaliji u d-detenzjonijiet tul perjodu determinat, kif stipulat fl-Anness I, parti I, punt 2 u l-Anness II.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(2), r-regoli ta' l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu filwaqt li tispeċifika b'mod partikolari:

   il-valuri attribwibbli għal kull parametru ta' riskju,
   taħlita ta' parametri ta' riskju li tikkorrispondi ma' kull livell tal-profil tar-riskju tal-vapur,
   il-kundizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni tal-kriterji ta' l-Istat tal-bandiera li taħtha jbaħħar imsemmija fl-Anness I, parti I, punt 1 (c) (iii) dwar id-dimostrazzjoni ta' konformità ma' l-istrumenti applikabbli.

Artikolu 10

Frekwenza ta" l-ispezzjonijiet

1.  Il-vapuri li jidħlu fil-portijiet jew l-ankraġġi tal-Komunita? huma suġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi jew spezzjonijiet supplimentari skond l-iskema li ġejja:

   a) il-vapuri huma suġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi b'intervalli stabbiliti minn qabel skond il-profil ta' riskju tagħhom, b'konformità ma" l-Anness I, part II, taqsima 1. Iż-żmien bejn spezzjonijiet perjodiċi għal vapuri b'riskju għoli ma jistax ikun ta' aktar minn sitt xhur. Iż-żmien bejn spezzjonijiet perjodiċi għal vapuri bi profil ieħor ta" riskju jikber meta r-riskju jonqos, b'konformità ma" l-Anness I, part II, taqsima 1.
  (b) Il-vapuri għandhom ikunu suġġetti għal-spezzjonijiet addizjonali b'mod indipendenti minn l-aħħar spezzjoni perjodika hekk kif ġej:
   i) l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi predominanti elenkati fl-Anness I, part II, taqsima 2.1 huma suġġetti għal spezzjoni,
   ii) vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennija elenkati fl-Anness I, part II, taqsima 2.2 jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni. Id-deċiżjoni li jsir dan it-tip ta" spezzjoni addizzjonali għandha titħalla fil-ġudizzju professjonali ta" l-awtorità kompetenti.

2.  L-ispezzjonijiet perjodiċi u supplimentari għandhom jinkludu eżami ta" sensiela ta" punti stabbilita minn qabel li jvarjaw għal kull tip ta' vapur, it-tip ta" spezzjoni u l-konklużjonijiet ta" l-ispezzjonijiet li jkunu saru qabel mill-Istat tal-port.

Id-database ta" l-ispezzjonijiet ser tindika l-elementi sabiex jiġu identifikati ż-żoni ta' riskju li għandhom jiġu kkontrollati f'kull spezzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 30(2) u filwaqt li jitqiesu l-proċeduri applikati fil-kuntest ta' l-MOU ta' Pariġi, ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari jispeċifika l-lista tal-punti li jridu jiġu verifikati skond it-tip ta' vapur.

Artikolu 11

Għażla ta" vapuri għal skopijiet ta" spezzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri jiġu magħżula għal spezzjoni skond il-profil ta" riskju tagħhom kif deskritt fl-Anness I, part I, u skond il-fatturi dominanti jew imprevisti li jinqalgħu, b'konformità ma" l-Anness I, part II, taqsima 2 .

Għal skopijiet ta" spezzjonjiet ta" vapuri, l-awtorità kompetenti:

   a) tagħżel il-bastimenti għal spezzjoni obbligatorja, jew vapuri "ta'Prijorità I", b'konformita ma" l-iskema ta" spezzjoni msemmija fl-Anness I, part II, taqsima 3.1,
   b) tista" tagħżel il-vapuri eleġibbli għal spezzjoni, jew vapuri "ta" Prijorità II", b'konformità ma" l-Anness I, part II, taqsima 3.2.

Artikolu 12

Tipi ta" spezzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vapuri li jintgħażlu għal spezzjoni b'konformità ma" l-Artikolu 11 jiġu suġġetti għal spezzjoni inizjali, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni intensiva, kif ġej:

2.  Spezzjoni inizjali

(a)  F'kull spezzjoni inizjali ta' bastiment, l-awtorità kompetenti għandha tieħu ħsieb li mill-inqas l-ispettur jiċċekkja ċ-ċertifikati u d-dokumenti msemmija f'Anness IV li għandhom jinstabu abbord b'konformità mal-liġi komunitarja applikabbli dwar is-sigurtà marittima u mal-konvenzjonijiet internazzjonali,

(b)  Meta bastiment ikun awtorizzat iħalli port bil-kundizzjonijiet li n-nuqqasijiet jitranġaw fil-port li jmiss, l-ispezzjoni fil-port li jmiss għandha tkun limitata għall-ivverifikar li dawk in-nuqqasijiet tranġaw.

Madankollu, l-ispetur jista', bħala parti mill-ġudizzju professjonali tiegħu, jiddeċiedi li l-ispezzjoni trid tkun estiża biex tkopri verifiki addizzjonali.

3.  Spezzjoni aktar dettaljata

Spezzjoni aktar dettaljata, inkluża verifika addizzjonali tal-konformità ta" l-eżiġenzi operattivi abbord il-vapur, issir kull meta hemm raġunijiet biex taħseb, wara l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 punt (b) li l-kondizzjoni tal-bastiment jew tat-tagħmir tiegħu jew l-ekwipaġġ tiegħu ma tissodisfax sostanzjalment ir-rekwiżiti relevanti tal-Konvenzjoni.

"Raġunijiet ċari" jeżistu meta l-ispettur isib evidenza li fil-ġudizzju professjonali tiegħu tinħtieġ spezzjoni aktar dettaljata tal-bastiment, it-tagħmir jew l-ekwipaġġ tiegħu.

Eżempji ta' "raġunijiet ċari" huma stabbiliti fl-Annessi V u VII, taqsima C.

Artikolu 13

Spezzjoni aktar intensiva

1.  Il-kategoriji ta' bastimenti li ġejjin ikunu eleġibbli għal spezzjonijiet intensivi kif jistipula l-Anness I, parti II, taqsima 3.1, punt 3.1 (a) u (b):

   bastimenti bi profil ta' riskju għoli,
   bastimenti tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass u prodotti kimiċi, bastimenti għall-ġarr bl-ingrossa li jkollhom aktar minn 12-il sena,
   bastimenti bi profil ta' riskju għoli jew bastimenti tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass u prodotti kimiċi, bastimenti għall-ġarr bl-ingrossa li jkollhom aktar minn 12-il sena, fil-każ ta' fatturi preponderanti jew fatturi imprevisti,
   bastimenti suġġetti għal spezzjoni oħra wara ċaħda ta' aċċess skond l-Artikolu 20.

2.  Meta tirċievi notifika minn qabel minn bastiment li jista' jkollu spezzjoni intensiva, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf immedjatament lill-bastiment jekk se ssirlux spezzjoni intensiva jew le.

Artikolu 14

Linji gwida u proċeduri skond il-liġi Komunitarja li tirregola s-sigurtà marittima

1.  Għall-iskopijiet ta" din id-Direttiva, il-proċeduri u l-linji gwida relevanti għall-kontroll ta" vapuri stipulat fl-Anness VI għandu jitqies kif jixraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiġu infurmati kif xieraq dwar il-linji gwida jew proċeduri relevanti li jkun jeħtieġ li jiġu implimentati skond il-liġi Komunitarja, u għandhom jivverifikaw l-implimentazzjoni xierqa tagħhom.

2.  F'dak li għandu x'jaqsam ma' kontrolli ta' sikurezza, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Anness VII għall-bastimenti kollha msemmija fl-Artikolu 3, paragrafi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 li jankraw fil-portijiet tagħhom, sakemm dawn ma jbaħħrux taħt il-bandiera ta' l-Istat tal-port li jagħmel l-ispezzjoni.

Huma japplikaw dawn il-proċeduri għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament ikunu ġew estiżi għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 3(3).

3.  Id-dispożizzjonijiet ta" Artikolu 13 dwar spezzjonijiet intensivi għandhom japplikaw għal vapuri ro-ro u għal vapuri tal-passiġġieri b'veloċità qawwija msemmija fl-Artikolu 2(a) u 2(b) tad-Direttiva 1999/35/KE.

Meta vapur ikun ġie spezzjonat skond l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 1999/35/KE, dan it-tip ta" spezzjoni speċifika għandha tiġi meqjusa bħala spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni estiża, kif relevanti, u rreġistrata bħala tali fil-bażi ta" dejta ta" l-ispezzjonijiet.

Bla preġudizzju għal prevenzjoni ta" l-operazzjoni ta" vapur ro-ro jew ta" bastiment tal-passiġġieri b'veloċità qawwija deċiża skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/35/KE, id-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva li jirrigwardaw il-korrezzjoni tan-nuqqasijiet, id-detensjoni, is-segwitu ta" l-ispezzjonijiet, id-detensjoni u ċ-ċaħda ta" l-aċċess, fejn huwa xieraq, għandhom japplikaw.

Artikolu 15

Miżuri ta' rifjut għall-aċċess li jikkonċernaw ċerti bastimenti

1.  Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe bastiment li jissodisfa l-kriterji speċifikati f'dan il-paragrafu, jkun irrifjutat l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi tiegħu, ħlief fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 20(6) jekk dawn il-bastimenti:

   ibaħħru taħt bandiera ta' Stat li jinsab fuq il-lista s-sewda jew il-lista griża, kif adottati mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi fuq il-bażi ta' informazzjoni rreġistrata fid-database ta' l-ispezzjonijiet u kif ippubblikati kull sena mill-Kummissjoni, u
   inżammu milli jbaħħru skond id-direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE jew ġew miċħuda l-użu tagħhom għal aktar minn darbtejn matul is-sitta u tletin xahar preċedenti f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi.

Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, il-lista definita mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju ta' kull sena.

L-ordni ta' ċaħda ta' aċċess ma titneħħiex qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data ta' l-ordni u sakemm ma jkunux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 4 sa 10 ta' l-Anness IX.

Jekk il-bastimenti jerġa' jkollhom ċaħda oħra ta' aċċess, il-perjodu jiżdied għal tnax-il xahar. Kwalunkwe żamma oħra mit-tbaħħir minn port tal-Komunità tirriżulta f'ċaħda permamenti ta' aċċess jew ta' ankraġġ għall-bastiment f'port tal-Komunità.

2.  Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu , l-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-proċeduri stipulati fl-Anness IX, punt B.

Artikolu 16

Rapport ta' spezzjoni lill-kaptan

Meta titlesta spezzjoni, spezzjoni iktar dettaljata, jew spezzjoni profonda, l-ispettur għandu jfassal rapport skond l-Anness X. Il-kaptan għandu jingħata kopja tar-rapport ta' l-ispezzjoni.

Artikolu 17

Ilmenti

L-ilmenti kollha, kif mifhuma fl-Artikolu 2(15), li jiġu minn persuni li jkollhom interess leġittimu kkonfermat dwar il-kundizzjonijiet abbord issir inkjesta inizjali dwarhom mill-awtorità kompetenti.

L-inkjesta inizjali għandha tippermetti li jiġi ddeterminat, kemm jista' jkun malajr, jekk l-ilment ikunx ammissibbli jew jekk ikun ovvju li m'għandux bażi jew li jkun abbużiv b'mod ċar.

Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-ilment m'għandux bażi soda biżżejjed, għandha tinforma lil min għamel l-ilment bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet għaliha.

L-identità tal-persuna li tressaq l-ilment m'għandhiex tkun żvelata lill-kaptan jew lis-sid konċernat. L-ispettur għandu jiżgura l-kunfidenzjalità matul kwlaunkwe intervista tal-membri ta' l-ekwipaġġ.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, b'kopja lill-ILO jekk xieraq, dwar ilmenti li m'humiex bla bażi u dwar l-azzjonijiet li ttieħdu.

Artikolu 18

Korrezzjoni u detenzjoni

1.  L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li xi defiċjenzi konfermati jew żvelati mill-ispezzjoni huma jew se jiġu korretti skond il-Konvenzjonijiet.

2.  F'każ ta' nuqqasijiet illi diġà huma perikolużi għas-sigurtà, is-saħħa jew l-ambjent, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-port fejn qiegħed jiġi spezzjonat il-bastiment għanha tassigura li l-bastiment jinżamm, jew li titwaqqaf l-operazzjoni li matulha ġew rappurtati n-nuqqasijiet. L-ordni ta' detenzjoni jew twaqqif ta' operazzjoni m'għandhiex tkun irrevokata sakemm jitneħħa l-perikolu jew sakemm din l-awtorità tista' tistabbilixxi illi l-bastiment jista' soġġett għal kondizzjonijiet neċessarji, ibaħħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lil bastimenti oħra, jew mingħajr ma hemm theddida mhux raġjonevoli lill-ambjent tal-baħar.

3.  Bla ħsara għar-restrizzjonijiet għal raġunijiet ta' sigurtà deċiżi skond ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ordni ta' detenzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti tista':

   a) tinkludi gwida li l-bastiment għandu jibqa' f'post partikulari, jew għandu jiċċaqlaq għal ankraġġ jew irmiġġ partikulari; u
   b) tispeċifika ċ-ċirkustanzi li fihom il-kaptan tal-bastiment jista' jċaqlaq il-bastiment minn post speċifikat għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' prevenzjoni tat-tniġġis.

4.  Meta jeżerċita l-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk bastiment għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness XI.

F'dan ir-rigward, jekk l-ispezzjoni tiżvela li l-bastiment m'huwiex mgħammar b'rekorder tad-dejta tal-vjaġġ li jaħdem sew, meta l-użu tiegħu jkun obbligatorju skond id-Direttiva 2002/59/KE, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-bastiment jinżamm.

Jekk in-nuqqasijiet li jiġġustifikaw id-detenzjoni ma jistgħux jitranġaw malajr fil-port ta' detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-bastiment jipproċedi għat-tarzna tat-tiswija li tkun l-eqreb għall-port ta' destinazzjoni fejn jista' jissewwa malajr jew tista' tirrikjedi li n-nuqqasijiet jitranġaw f'perjodu massimu ta' 30 jum, skond il-linji gwida mfassla mill-MOU ta' Pariġi. Għal dawn l-għanijiet, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 20.

5.  F'ċirkostanżi eċċezzjonali, fejn il-kondizzjoni tal-bastiment inġenerali hija ovvjament substandard, l-awtorità kompetenti tista' tissospendi l-ispezzjoni ta' dak il-bastiment sakemm l-entitajiet responsabbli jieħdu l-passi neċessarji biex jassiguraw li jkun konformi ma' rekwiżiti relevanti tal-Konvenzjonijiet.

6.  Fil-każ li l-ispezzjonijiet msemmija fl-Artikoli 6 u 7 jagħtu lok għal detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma immedjatament, bil-miktub, l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jew lill-Konslu, jew fl-assenza tiegħu l-iktar rappreżentant diplomatiku viċin ta' l-Istat, biċ-ċirkostanzi kollha li fihom huwa meqjus neċessarju intervent. Barra minn hekk, periti nominati jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-klassi jew għal ċertifikati statutorji skond il-Konvenzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu notifikati.

7.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Konvenzjonijiet li jikkonċernaw proċeduri ta' notifikazzjoni u rapurtaġġ dwar kontroll portwali ta' l-Istat.

8.  Meta jkun qed jiġi eżerċitat kontroll portwali ta' l-Istat skond din id-Diretttiva, għandhom isiru l-sforzi kollha possibbli biex ikun evitat li bastiment jinżamm jew jiddewwem ta' xejn. Jekk bastiment jinżamm jew jiddewwem ta' xejn, is-sid jew l-operatur ikun intitolat għal kumpens għal kull ħsara jew telf li jiġġarrab. F'xi każ ta' allegazzjoni ta' detenzjoni mhux meħtieġa jew dewmien, l-oneru tal-prova jkun tas-sid jew l-operatur tal-bastiment.

9.  Meta miżura ta' detenzjoni tiġi deċiża, l-awtorità kompetenti tinforma b'dan lill-awtorità tal-port mill-aktar fis possibbli.

10 .  Sabiex titnaqqas il-konġestjoni tal-portijiet, awtorità kompetenti tista' tħalli bastiment miżmum jitressaq għal parti oħra tal-port jekk ikun sikur. Madankollu, ir-riskju ta' konġestjoni tal-portijiet m'għandux jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar detenzjoni jew dwar rilaxx mid-detenzjoni.

L-awtoritajiet tal-port għandhom jikkoperaw ma' l-awtorità kompetenti bil-għan li jkun iffaċilitat l-ilqugħ ta' bastimenti miżmuma.

Artikolu 19

Dritt ta' appell

1.  Is-sid jew l-operatur tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu fi Stat Membru għandu jkollu dritt ta' appell kontra deċiżjoni ta' detenzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m'għandux ikun il-kawża li tiġi sospiża d-detenzjoni, iżda għandu jkun imsemmi fid-databases ta' l-ispezzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri xierqa għal dan l-iskop skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jikkoperaw sabiex jiksbu normi u proċeduri koerenti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, speċjalment bl-intenzjoni li l-appelli jistemgħu fi żmien raġjonevoli.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tinforma sewwa lill-kaptan tal-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 dwar dritt ta' appell u bl-arranġamenti prattiċi marbuta miegħu .

4.  Meta, minħabba appell jew talba mis-sid jew mill-operatur ta' bastiment jew mir-rappreżentant tiegħu, detenzjoni jew rifjut għall-aċċess ikunu revokati jew emendati:

   (a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet tkun emendata kif xieraq mingħajr dewmien,
   (b) L-Istat Membru li ħareġ l-ordni ta' detenzjoni jew l-ordni ta' rifjut għall-aċċess, fi żmien 24 siegħa minn deċiżjoni bħal din, għandu jiżgura li t-tagħrif ippubblikat skond l-Artikolu 25 jitranġa.

Artikolu 20

Stħarriġ wara l-ispezzjonijiet u d-detenzjonijiet

1.  Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 18(2) ma jistgħux jitranġaw fil-port ta' l-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tħalli l-bastiment konċernat ibaħħar direttament lejn it-tarzna l-aktar viċina u disponibbli tal-port ta' detenzjoni fejn tista' tittieħed azzjoni, kif magħżul mis-sid u l-awtoritajiet konċernati, sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Memru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jassiguraw li l-bastiment jista' jipproċedi mingħajr riskju għas-sigurtà jew is-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lil bastimenti oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar.

2.  Meta d-deċiżjoni biex bastiment jintbagħat f'tarzna tkun minħabba nuqqas ta' konformità mar-Riżoluzzjoni A. 744(18) ta' l-IMO, kemm jekk fir-rigward tad-dokumentazzjoni ta' bastiment kif ukoll fir-rigward tan-nuqqasijiet u d-defiċjenzi strutturali ta' bastiment, l-awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li l-kejl meħtieġ tal-ħxuna jsir fil-port tad-detenzjoni qabel ma l-bastiment jitħalla jbaħħar.

3.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fil-port ta' spezzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat fejn tkun qiegħda t-tarzna, lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 18(6) u kull awtorità oħra kif xieraq tal-kondizzjonijiet kollha għall-vjaġġ.

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi din in-notifika għandha tinforma lill-awtorità ta' notifika dwar l-azzjoni li ttieħdet.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jassiguraw li l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fi ħdan il-Komunità jkun irrifjutat għall-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:

   a) mingħajr ħarsien tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fil-port ta' spezzjoni; jew
   b) li jirrifjutaw li josservaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet billi ma jmorrux fit-tarzna indikata.

Tali rifjut għandu jibqa' sakemm is-sid jew l-operatur produċew evidenza għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn instab li l-bastiment kien difettuż li turi li l-bastiment jikkonforma għalkollox mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

5.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4(a), l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn instab difettuż il-bastiment għandha tinfurma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 4(b), l-awtorità kompetenti fejn tinstab it-tarzna ta' l-Istat Membru immedjatament għandha tinforma lill-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha.

Qabel ma jkun rifjutat id-dħul, l-Istat Membru jista' jitlob konsultazzjonijiet ma' l-amministrazzjoni tal-bastiment konċernat.

6.  B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, jista' jiġi permess aċċess għall-port jew għal ankraġġ speċifiku mill-awtorità relevanti ta' dak l-Istat tal-port fil-każ ta' forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet ta' sigurtà aktar importanti, jew biex tnaqqas jew timminimizza r-riskju ta' tniġġis jew ikollha ħsarat korretti, sakemm miżuri adegwati għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Stat Membru ġew implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-bastiment biex tassigura dħul sigur.

Artikolu 21

Profil professjonali ta' l-ispetturi

1.  L-ispezzjonijiet għandhom isiru biss mill-ispetturi li jaderixxu għall-kriterji ta' kwalifikazzjoni speċifikati fl-Anness XII u li huma awtorizzati biex iwettqu kontroll portwali ta' l-Istat mill-awtorità kompetenti.

2.  Meta l-ħila professjonali meħtieġa ma tistax tiġi provduta mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-port, l-ispettur ta' dik l-awtorità kompetenti jista' jkun assistit minn kull persuna bil-ħila rikjesta.

3.  L-awtorità kompetenti, l-ispetturi li jagħmlu kontroll portwali ta' l-Istat u l-persuni li jassistuhom ma għandux ikollhom interess kummerċjali jew fil-port ta' spezzjoni jew fil-bastimenti spezzjonati, u l-ispetturi lanqas ma għandhom ikunu mqabbda minn jew jagħmlu xogħol f'isem organizzazzjonijiet mhux governattivi li joħorġu ċertifikati statutarji u ta' klassifikazzjoni jew li jagħmlu spezzjonijiet neċessarji għal ħruġ ta' dawk iċ-ċertifkati għall-bastimenti.

4.  Kull spettur għandu jġorr dokument personali fil-forma ta' karta ta' l-identità maħruġ mill-awtorità kompetenti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 li tistabbilixxi mudell komuni għal karta ta' l-identità għal spetturi li jagħmlu kontroll ta' l-Istat fil-portijiet(11) .

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenza ta' l-ispetturi tkun ivverifikata, u li l-għerf tagħhom kif imsemmi fl-Anness XII ikun ittestjat, qabel ma jawtorizzawhom biex iwettqu l-ispezzjonijiet u dan għandu jsir kull ħames snin.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu taħriġ xieraq fir-rigward ta' bidliet tas-sistema Komunitarja ta' kontroll portwali ta' l-Istat kif stipulat f'din id-Direttiva u fl-emendi għall-Konvenzjonijiet.

7.  B'koperezzjoni ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tippromwovi skema Komunitarja armonizzata għall-kwalifika u t-taħriġ ta' l-ispetturi.

Artikolu 22

Rapporti minn piloti u awtoritajiet tal-port

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-piloti li jaħdmu fuq bastimenti li sejrin lejn port fl-Istat Membru jistgħu immedjatament jinfurmaw lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-port jew ta' l-Istat kostali, kif xieraq, meta jsiru jafu waqt il-qadi ta' dmirijiethom li hemm anomaliji/sejbiet jew difetti li jidhru li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tal-bastiment, jew li jistgħu jkunu ta' theddida għall-ambjent tal-baħar.

2.  Jekk awtoritajiet tal-port, meta qed jaqdu dmirijiethom, isiru jafu li bastiment fil-port tagħhom għandu anomaliji/sejbiet jew difetti li jidhru li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-bastiment jew li huma ta' theddida ta' ħsara mhux raġjonevoli għall-ambjent tal-baħar, din l-awtorità għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-port konċernat.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piloti u l-awtoritajiet tal-port jirrappurtaw l-informazzjoni sussegwenti f'forma elettronika kulmeta possibbli.

   informazzjoni dwar il-bastimenti (isem, numru IMO, sinjal ta' sejħa u bandiera);
   informazzjoni dwar it-tbaħħir (port ta' oriġini, port ta' destinazzjoni);
   deskrizzjoni ta' l-anomaliji/sejbiet jew difetti li jidhru abbord.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju mniżżla fl-Artikolu 30(2), tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż format elettroniku armonizzat u proċeduri għar-rappurtaġġ ta' anomaliji/sejbiet jew difetti li jidhru min-naħa ta' piloti u awtoritajiet tal-port u ta' azzjoni ta' tkomplija meħuda mill-Istati Membri.

Artikolu 23

Koperazzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet tal-port tiegħu u awtoritajiet jew korpi rilevanti oħra jagħtu lill-awtorità kompetenti għall-kontroll portwali ta' l-Istat it-tip ta' tagħrif li ġej li jkun fil-pusses tagħhom:

   tagħrif notifikat skond l-Annes III;
   tagħrif dwar bastimenti li naqsu li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' notifika skond din id-Direttiva u d-Direttivi 2000/59/KE tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (12) u 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll, jekk xieraq, skond ir-Regolament (KE) Nru 725/2004;
   tagħrif dwar bastimenti li baħħru mingħajr ma kienu konformi ma' l-Artikolu 7 jew 10 tad-Direttiva 2000/59/KE;
   tagħrif dwar bastimenti li ġew irrifjutati l-aċċess jew li tkeċċew mill-port għal raġunijiet ta' sigurtà.

2.  L-Istati Membri għandhom iżommu dispożizzjonijiet għat-tpartit ta' informazzjoni u ko-operazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Stati Membri kollha u jżommu r-relazzjoni eżistenti bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni u l-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw l-aġġornar tal-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet fid-dawl tar-rekwiżiti li joħorġu minn din id-Direttiva.

Sabiex isiru l-ispezzjonijiet, l-ispetturi għandhom jikkonsultaw il-bażijiet ta' dejta pubbliċi u privati dwar l-ispezzjonijiet tal-bastimenti aċċessibbli permezz tas-sistema ta' tagħrif Equasis.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li t-tagħrif dwar l-ispezzjonijiet jiġi trasferit għall-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet mingħajr dewmien.

L-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu tkun dik speċifikata fl-Annessi X u XIII .

4.  Kull Stat Membru għandu jara li l-awtorità kompetenti fil-qasam tal-kontroll mill-Istat tal-port tforni lill-awtoritajiet tal-port b'informazzjoni rilevanti li jkollha f'idejha.

Artikolu 24

Database ta' l-ispezzjoni

1.  Għandha titwaqqaf database komuni ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Memorandum ta' Ftehim ta" Pariġi. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna database ta' spezzjoni, bl-għajnuna ta' l-EAMS. Id-database għandha turi l-profili ta' riskju tal-bastimenti, billi tindika l-bastimenti kollha li jkun imisshom li jiġu spezzjonati, billi tikkalkula l-impenn ta' spezzjoni u li tkun kapaċi tirċievi dejta dwar iċ-ċaqliq tal-bastimenti.

2.  Id-database għandha wkoll tintuża sabiex tikklassifika l-bastimenti ta' l-Istati Membri fil-listi bojod, griżi u suwed bi qbil mal-metodu ta' kalkolazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(2).

3.  Il-bażi tas-sistema għandha tkun magħmula mir-rekwiżiti konġunti MoU ta' l-UE u Pariġi. Madankollu, fil-każ ta' rekwiżiti speċifiċi ta' l-UE, il-Komunità għandu jkollha d-diskrezzjoni totali li tieħu d-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp u l-adattament possibbli tas-sistema sabiex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

4.  Id-database ta' l-ispezzjoni għandu jkollha l-kapaċità li tadatta ruħha għal żviluppi futuri u li tkun konnessa ma' databases Komunitarji dwar is-sigurtà marittima oħrajn u, meta dan ikun xieraq, ma' sistemi ta' informazzjoni nazzjonali rilevanti.

5.  Id-database ta' spezzjoni, hekk kif xieraq, għandha tinkorpora rekwiżiti speċifiċi mill-MoU ta' Pariġi u tkun kapaċi li tirċievi informazzjoni rigward spezzjonijiet irreġistrata minn Stati terzi li huma firmatarji ta' l-MoU ta' Pariġi għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

6.  Id-database ta' spezzjoni għandha tkun aċċessibbli fil-mod 'read only' mill-amministrazzjonijiet tal-Membri ta' l-IMO, mill-entitajiet taħt ir-responsabiltà tagħha u mill-partijiet ikkonċernati. Dan l-aċċess għandu jkun jiddependi fuq ftehim ta' kunfidenzjalità simili għal dak meħtieġ għall-ispetturi ta' l-Istati Membri.

Artikolu 25

Pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tkun żgurata l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar spezzjonijiet, detenzjonijiet u rifjuti għall-aċċess skond l-Anness XIII .

2.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaffettwaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-responsabiltà.

Artikolu 26

'Black-list' dwar rendiment ta' operaturi u kumpaniji tal-bastimenti

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika minn ta' l-inqas darba fix-xahar, fuq sit ta' l-Internet pubbliku, l-informazzjoni relatata mal-kumpaniji li l-livell ta' prestazzjoni tagħhom, iddeterminat bil-għan li jiġi kkaratterizzat il-livell ta' riskju tal-bastimenti skond il-proċedura msemmija fl-Anness I, parti I, punt (e), ikun ġie iġġudikat bħala baxx jew baxx ħafna matul perjodu ta' tliet xhur jew iktar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija mill-Artikolu 30(2).

Artikolu 27

Rimbors ta' spejjeż

1.  Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 jikkonfermaw jew jikxfu nuqqasijiet rigward ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni li teżiġi d-detenzjoni ta' bastiment, l-ispejjeż kollha relatati ma' l-ispezzjonijiet f'perjodu normali ta' tagħrif normali għandhom jitħallsu mis-sid tal-bastiment jew mill-operatur jew mir-rappreżentant tiegħu fl-Istat tal-port tiegħu.

2.  L-ispejjeż kollha dwar l-ispezzjonijiet li saru mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 15 jkunu fuq is-sid jew operatur tal-bastiment.

 3.  Fil-każ ta' detenzjoni ta' bastiment, l-ispejjeż kollha tad-detenzjoni fil-port għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur tal-bastiment.

 4.  Id-detenzjoni m'għandhiex tkun irrevokata sakemm isir il-ħlas totali jew tingħata garanzija suffiċjenti għar-rimbors ta' l-ispejjeż.

Artikolu 28

Informazzjoni biex issegwi l-implimentazzjoni

L-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni u lill-EMSA l-informazzjoni elenkata fl-Anness XIV skond l-intervalli msemmija f'dak l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex ikun żgurat li l-Kummissjoni u lill-EMSA jkollha aċċess sħiħ u bla restrizzjoni għad-dejta kollha amministrata mill-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 29

L-immonitorjar tal-konformità u r-rendiment ta' l-Istati Membri

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva u sabiex ikun immonitorjat it-tħaddim globali tas-sisistema Komunitarja ta' kontroll portwali ta' l-Istat skond l-Artikolu 2(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, il-Kummissjoni għandha tiġbor it-tagħrif meħtieġ u żżur l-Istati Membri.

Artikolu 30

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) imwaqqaf bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-5 ta' Novembru 2002 (13) .

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, paragrafi 1 sa 4, u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

Artikolu 31

Proċedura ta' emenda

Din id-Direttiva, mingħajr ma jitwessa' l-qasam ta' applikazzjoni tagħha, tista' tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(2) , sabiex:

   a) tadatta l-Annessi għal liema jirreferu dawn l-Artikoli, fuq il-bażi ta' esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tqis l-iżviluppi fl-MOU ta' Pariġi;
   b) tadatta l-Annessi, minbarra l-Anness I, biex tqis l-emendi li daħlu fis-seħħ għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sikurezza u s-sigurtà marittima, u għall-Konvenzjonijiet, Protokolli, kodiċijiet u reżoluzzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti għall-MOU ta' Pariġi;
   c) temenda d-definizzjonijiet f' Konvenzjonijiet internazzjonali u l-listi ta' Konvenzjonijiet internazzjonali li huma rilevanti għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jkunu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 32

Pieni

L-Istati Membri għandhom ifasslu sistema ta' pieni għall-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il- pieni ikunu applikati. Il- pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pieni hekk iddefiniti jippermettu applikazzjoni uniformi ta' l-iskema ta' kontroll fil-Komunità, u ma joħolqux tagħwiġ tal-fatti bejn l-Istati Membri.

Artikolu 33

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li jiskadi l-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-reviżjoni se teżamina, inter alia, lejn it-twettiq ġenerali ta' l-isforzi fil-livell Komunitarju fil-qasam ta' l-ispezzjoni hekk kif previst fl-Artikolu 5 , in-numru ta' spetturi ta' kontroll portwali ta' l-Istat f'kull Stat Membru u n-numru ta' spezzjonijiet li jsiru, u lejn it-tħaddim kif suppost tal-mekkaniżmu ta' tqassim indaqs ta' l-ispezzjonijiet li ma sarux, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 7.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiddetermina fuq il-bażi tar-reviżjoni huwiex meħtieġ li tipproponi Direttiva ta' emenda jew aktar leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.

Artikolu 34

Implimentazzjoni u notifika

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma" l-Artikoli […] u l-punti […] ta' l-Annessi [….] [artikoli jew suddiviżjonijiet tagħhom, u punti ta' l-Annessi li tbiddlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva ta' qabel] mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data ffissata fl-Artikolu 36.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva[i] rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.Il-metodi dwar kif trid issir din ir-referenza u x'għandu jitniżżel fid-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali adottat fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

4.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi ħdan l-Istati Membri.

Artikolu 35

Revoka

Id-Direttiva 95/21/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness XV , Parti A, hija rrevokata b'effett minn ...(14) , bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-iskadenzi għat-traspożizzjoni tad-Direttivi stipulati fl-Anness XV , Parti B fil-liġi nazzjonali.

Ir-referenzi għad-Direttiva rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness XVI .

Artikolu 36

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli […] u l-punti […] ta' l-annessi […] [artikoli, jew suddiviżjonijiet tagħhom, u punti ta' l-annessi li ma nbidlux meta mqabbla mad-direttiva ta' qabel] għandhom japplikaw minn ...(15) .

Artikolu 37

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

ELEMENTI TAS-SISTEMA KOMUNITARJA TA' SPEZZJONI PORTWALI TA' L-ISTAT

(kif imsemmija fl-Artikolu 5 )

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi fis-Sistema Komunitarja ta' Spezzjoni Portwali ta' l-Istat:

I.  Profil tar-riskji ta' bastiment

Il-profil tar-riskji ta' bastiment huwa stabbilit b'kombinazzjoni tal-parametri li ġejjin:

1.  Parametri generiċi

(a)  It-tip ta' bastiment

Bastimenti tal-passiġġieri, tankers taż-żejt u tal-kimiċi, 'carriers' tal-gass u tal-merkanzija mhux ippakkjata jitqiesu li huma ta' riskju ogħla.

(b)  Kemm għandu żmien il-bastiment

Bastimenti eqdem jitqiesu li huma ta' riskju ogħla wara tnax-il sena .

(c)  Rendiment ta' l-Istat tal-Bandiera

(i)  Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat b'rata ta' detenzjoni għolja fi ħdan l-UE u r-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi jitqiesu li huma ta' riskju ogħla.

(ii)  Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat b'rata ta' detenzjoni baxxa fi ħdan l-UE u r-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi jitqiesu li huma ta' riskju iżgħar.

(iii)  Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat għal liema saret verifika indipendenti skond il-qafas u mal-proċeduri tas-sistema volontarja ta' verifika ta' l-Istati Membri l-IMO li wera konformità ma' l-istrumenti rilevanti billi kien konformi mal-miżuri previsti fl-Artikolu 9(3), tielet inċiż, jew inkella, sakemm dawn il-miżuri jkunu ttieħdu, billi tiġi fornita l-prova li jkun ressaq pjan ta' azzjoni korrettriċi, jitqiesu li huma ta' riskju iżgħar.

(d)  Organizzazzjonijiet rikonoxxuti

(i)  Bastimenti li ngħataw ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta' rendiment baxx jew baxx ħafna fir-rigward tar-rati ta' detenzjoni tagħhom fi ħdan l-UE u r-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi jitqiesu li huma ta' riskju ogħla.

(ii)  Bastimenti li ngħataw ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta' rendiment għoli fir-rigward tar-rati ta' detenzjoni tagħhom fi ħdan l-UE u r-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi jitqiesu li huma ta' riskju iżgħar.

(iii)  Bastimenti b'ċertifikati maħruġa minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond il-kundizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE ║tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjoniet marittimi (16) jitqiesu li huma ta' riskju iżgħar.

(e)  Rendiment tal-kumpaniji

(i)  Bastimenti ta' kumpanija b'rendiment baxx jew baxx ħafna skond in-nuqqasijiet u r-rati ta' detenzjoni tal-bastimenti tagħha fi ħdan l-Unjoni Ewropea u r-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi jitqiesu li huma ta' riskju ogħla.

(ii)  Bastimenti ta' kumpanija b'rendiment għoli skond in-nuqqasijiet u r-rati ta' detenzjoni tal-bastimenti tagħha fi ħdan l-Unjoni Ewropea u r-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi jitqiesu li huma ta' riskju iżgħar.

2.  Parametri storiċi

(i)  Bastimenti li nżammu aktar minn darba jitqiesu li huma ta' riskju ogħla.

(ii)  Il-vapuri li, waqt spezzjoni jew spezzjonijiet li twettqu matul l-aħħar sitta u tletin xahar, ippreżentaw inqas minn ħames anomaliji għal kull spezzjoni u li ma ġewx detenuti waqt l-aħħar sitta u tletin xahar jitqiesu li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(   iii ) Bastimenti li ma nżammux fl-aħħar 36 xahar jitqiesu li huma ta' riskju iżgħar.

Il-parametri ġeneriċi u storiċi tar-riskji msemmija fl-ewwel u t-tieni taqsima għandhom jingħaqdu biex ikunu stabbiliti l-profili tar-riskji ta' bastiment li ġejjin:

   riskju għoli,
   riskju standard,
   riskju baxx.

Meta jiġu stabbiliti dawn il-profili tar-riskju tingħata aktar importanza lill-parametri mat-tip ta' vapur, għar-rendiment ta' l-Istat tal-bandiera, organizzazjonijiet rikonoxxuti u rendiment tal-kumpaniji

II.  Spezzjoni tal-bastimenti

Bastimenti li jidħlu f'portijiet Komunitarji huma suġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi f'intervalli regolari, u għal spezzjonijiet addizzjonali meta jinqalgħu fatturi mhux mistennija.

1.  Spezzjonijiet perjodiċi

L-ispezzjonijiet perjodiċi jitwettqu b'intervalli ffissati minn qabel . Il-frekwenza tagħhom hija ddeterminata mill-profil tar-riskji tal-bastiment. L-intervall bejn spezzjonijiet perjodiċi ta' bastimenti b'riskju għoli m'għandux ikun aktar minn sitt xhur. L-intervall bejn spezzjonijiet perjodiċi ta' bastimenti bi profili ta' riskju oħra għandu jiżdied meta r-riskju jonqos.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjoni perjodika fuq:

   Kwalunkwe bastiment bi profil ta' riskju għoli li ma kienx spezzjonat f'port ta' l-Unjoni Ewropea jew tar-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi matul l-aħħar sitt xhur. Bastimenti b'riskju għoli jsiru eliġibbli għal spezzjoni mill-ħames xahar.
   Kwalunkwe bastiment bi profil ta' riskju standard li ma kienx spezzjonat f'port ta' l-Unjoni Ewropea jew tar-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi matul l-aħħar 12-il xahar. Bastimenti b'riskju standard jsiru eliġibbli għal spezzjoni mill-għaxar xahar.
   Kwalunkwe bastiment bi profil ta' riskju baxx li ma kienx spezzjonat f'port ta' l-Unjoni Ewropea jew tar-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi matul l-aħħar 30 xahar . Bastimenti b'riskju baxx isiru eliġibbli għal spezjoni mill-24 xahar.

2.  Spezzjonijiet addizzjonali

Bastimenti għal liema japplikaw il-fatturi predominanti jew mhux mistennija li ġejjin huma suġġetti għal spezzjoni jkun xi jkun il-perjodu mill-aħħar spezzjoni perjodika tagħhom.

2.1.  Elementi predominanti

Il-bastimenti li għalihom japplikaw l-elementi predominanti elenkati hawn taħt huma soġġetti għal spezzjoni jkun xi jkun iż-żmien li għadda sa mill-aħħar spezzjoni perjodika tagħhom:

–  Bastimenti li ġew sospiżi jew irtirati mill-klassi tagħhom għal raġunijiet ta' sigurtà mill-aħħar spezzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun ta' l-MOU ta' Pariġi.

–  Bastimenti li kienu s-suġġett ta' rapport jew ta' notifika minn Stat Membru ieħor.

–  Bastimenti li ma jistgħux ikunu identifikati fil-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet.

–  Bastimenti li:

   kienu involuti f'ħabta jew li inkaljaw fi triqhom lejn il-port;
   kienu akkużati bi ksur allegat tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta' sustanzi jew effluwenti li jagħmlu l-ħsara, jew
   immanuvraw ħażin jew b'mod mhux sikur għaliex ma ntużawx miżuri ta' mmanuvrar, adottati mill-IMO, jew ma segwewx prattiki u proċeduri għat-tbaħħir sikur.

  Il-bastimenti li ma jissodisfawx l-eżiġenzi relatati man-notifiki sabiex ikunu konformi ma' l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, mad-Direttivi 2000/59/KE u 2002/59/KE, u, jekk ikun il-każ, mar-Regolament (KE) Nru 725/2004.

  Il-bastimenti li ġew indikati bħala li jippreżentaw anomaliji li għad ma ġewx korretti, minbarra bastimenti li l-anomaliji tagħhom iridu jiġu kkanċellati fi żmien erbatax-il jum wara t-tluq jew li jridu jiġu kkanċellati qabel it-tluq.

2.2.  Elementi mhux mistennija

Il-bastimenti li għalihom japplikaw l-elementi mhux mistennija elenkati hawn taħt huma soġġetti għal spezzjoni jkun xi jkun iż-żmien li jkun għadda sa mill-aħħar spezzjoni perjodika. Madankollu huwa l-parir professjonali ta' l-ispettur li jiddeċiedi jekk issrix din l-ispezzjoni supplimentari jew le.

  Il-bastimenti:

   kienu operati b'tali mod li jkunu ta' periklu għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, jew
   ma kinux konformi ma' rakkomandazzjonijiet dwar navigazzjoni mid-daħliet għall-Baħar Baltiku, hekk kif jidhru fl-annessi tar-riżoluzzjoni MSC.138(76) ta' l- IMO.

–  Il-bastimenti li jkollhom ċertifikat mogħti minn entità li kienet rikonoxxuta iżda li r-rikonoxximent tagħha ġie irtirat sa mill-aħħar spezzjoni effettwata fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun kopert mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi.

–  Bastimenti li ġew rappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port li għandhom anomaliji jew difetti li jidhru li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew li jistgħu jkunu theddida ta' ħsara lill-ambjent skond l-Artikolu 22 ta' din id-Direttiva.

–  Bastimenti li sarilhom rapport jew ilment mill-kaptan, membru ta' l-ekwipaġġ, jew kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni b'interess leġittimu fl-operat sikur tal-bastiment, fil-kundizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord jew fil-prevenzjoni tat-tniġġis, sakemm l-Istat Membru konċernat ma jqsix li r-rapport jew l-ilment huwa bla bażi b'mod ċar.

–  Bastimenti li nżammu aktar minn tliet xhur ilu.

–  Bastimenti li kienu rrappurtati bi problemi fir-rigward tal-merkanzija, partikolarment merkanzija noċiva u perikoluża.

–  Bastimenti li kienu operati b'tali mod li jkunu ta' periklu għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent.

–  Il-bastimenti li, permezz ta' sors affidabbli, wieħed jaf li l-fattur ta' riskju tagħhom huwa ogħla minn dak indikat u li għalhekk il-livell ta' riskju huwa ogħla.

3.  Sistema ta' selezzjoni

3.1.  Il-bastimenti ta' prijorità I għandhom jiġu spezzjonati b'dan il-mod:

  a) għandha titwettaq ispezzjoni msaħħa:
   fuq kull bastiment b'livell ta' riskju għoli li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar sitt xhur,
   fuq kull bastiment għall-passiġġiera, kull tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew kull bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell ta' riskju normali li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar tnax -il xahar,
   fuq kull bastiment tal-passiġġieri, kull tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew kull bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell baxx ta' riskju li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar sitta u tletin xahar;
  b) għandha titwettaq ispezzjoni inizjali jew, skond il-każ, aktar dettaljata:
   fuq kull bastiment li ma jkunx bastiment tal-passiġġieria, tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell ta' riskju normali li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar tnax-il xahar,
   fuq kull bastiment li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell ta' riskju baxx li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar sitta u tletin xahar;
  c) fil-każ li jkun hemm element predominanti:
   għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljata jew imsaħħa, skond il-ġudizzju professjonali ta' l-ispettur, fuq kull bastiment b'riskju għoli u fuq kull bastiment tal-passiġġieri, kull tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew kull bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena,
   għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljtata fuq kull bastiment ta' aktar minn tnax-il sena li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata.

3.2.  Il-bastimenti ta' prijorità II għandhom jiġu spezzjonati b'dan il-mod:

  a) għandha titwettaq spezzjoni msaħħa:
   fuq kull bastiment b'livell ta' riskju għoli li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar ħames xhur,
   fuq kull bastiment tal-passiġġieri, kull tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew kull bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell ta' riskju normali li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar għaxar xhur,
   fuq kull bastiment tal-passiġġieri, kull tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew kull bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell baxx ta' riskju li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar erbgħa u għoxrin xahar;
  b) għandha titwettaq spezzjoni inizjali jew, skond il-każ, aktar dettaljata:
   fuq kull bastiment li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell ta' riskju normali li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar għaxar xhur,
   fuq kull bastiment li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena b'livell ta' riskju baxx li ma ġiex spezzjonat waqt l-aħħar erbgħa u għoxrin xahar;
  c) fil-każ li jkun hemm element imprevist:
   għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljata jew imsaħħa, skond il-ġudizzju professjonali ta' l-ispettur, fuq kull bastiment b'riskju għoli u fuq kull bastiment tal-passiġġieri, kull tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew kull bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata, ta' iktar minn 12-il sena,
   għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljtata fuq kull bastiment ta' aktar minn tnax-il sena li ma jkunx bastiment tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tal-gass jew tal-prodotti kimiċi, jew bastiment għall-ġarr ta' merkanzija mhux ippakkjata .

Anness II

LIVELL TA' RISKJU TAL-VAPURI

LIVELL TA' RISKJU

Vapuri b'livell ta' riskju għoli (HRS)

Vapuri b'livell ta' riskju normali (SRS)

Vapuri b'livell ta' riskju baxx (LRS)

Parametri ġeneriċi

Kriterji

Importanza (f'punti)

Kriterji

Kriterji

1

Tip ta' vapur

Sustanzi kimiċi

Gass

Żejt

Merkanzija mhux ippakkjata

Passiġġieri

2

La vapur b'riskju għoli u lanqas vapur b'riskju baxx

It-tipi kollha

2

Kemma għandu żmien il-vapur

It-tipi kollha

> 12-il sena

1

Ta' kull żmien

3A

Bandiera

Listi suwed, griżi u bojod

Sewda - Riskju għoli ħafna

Riskju għoli,

Riskju medju għal għoli

2

Bajda

Sewda - Riskju medju

1

3B

Verifika - IMO

-

-

Iva

4A

Entitajiet rikonoxxuti

Riżultati

Għolja

-

-

Għolja

Medji

-

-

-

Baxxi

Baxxi

1

-

Baxxi ħafna

Baxxi ħafna

-

4B

Rikonoxxuti mill-UE

-

-

Iva

5

Kumpanija

Riżultati

Għolja

-

-

Għolja

Medji

-

-

-

Baxxi

Baxxi

2

-

Baxxi ħafna

Baxxi ħafna

-

Parametri storiċi

6

Numru ta' anomaliji reġistrati waqt kull spezzjoni waqt l-aħħar 36 xahar

Anomaliji

Mhux eliġibbli

-

≤ 5 (u mill-inqas ispezzjoni mwettqa waqt l-aħħar 36 xahar)

7

Numru ta' detenzjonijiet waqt l-aħħar 36 xahar

Detenzjonijiet

≥ 2 detenzjonijiet

1

L-ebda detenzjoni

L-HRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji b'importanza totali ta' 5 punti jew aktar.

Il-LRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji kollha fil-kuntest tal-parametri applikabbli għar-riskju baxx.

L-SRS huma l-vapuri li la huma HRS u lanqas LRS.

ANNESS III

Notifika

Informazzjoni li trid tiġi provduta bi qbil ma' l-Artikolu 8(2).

L-informazzjoni elenkata hawn taħt għandha tinbagħat lill-awtorità tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp maħtura għal dak il-għan talanqas tlett ijiem qabel il-ħin li mistenni jasal fil-port jew fl-ankraġġ jew qabel ma jitlaq il-port jew l-ankraġġ preċedenti jekk huwa mistenni li l-vjaġġ idum anqas minn tlett ijiem:

   a) l-identifikazzjoni tal-bastiment (l-isem, il-kodiċi ta' komunikazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni ta' l-IMO jew in-numru MMSI);
   b) kemm hu ppjanat li jdum fil-port u lista ta' portijiet Komunitarji li suċċessivament jiġu miżjura waqt l-istess vjaġġ ;
  c) għat-tankers:
   i) l-istruttura: buq wieħed, buq wieħed bl-SBT, żewġ bwieq;
   ii) il-kundizzjoni tal-merkanzija u tat-tankijiet tas-saborra: mimlija, vojta, inerti;
   iii) il-volum u n-natura tal-merkanzija;
   d) ix-xogħol ippjanat fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni (tagħbien, ħatt, oħrajn);
   e) l-ispezzjonijiet ta' perizja statutarji ppjanati u xogħol sostanzjali ta' manutenzjoni u tiswija li jridu jsiru waqt li jkun fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni;
   f) id-data ta' l-aħħar spezzjoni dettaljata fl-MOU ta' Pariġi.

ANNESS IV

LISTA TA' ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) )

1.  Ċertifikat ta' Tunnellaġġ Internazzjonali (1969).

2. –  Ċertifikat ta' Sigurtà tal-Passiġġieri tal-Bastiment;

–  Ċertifikat ta' Kostruzzjoni Sigura ta' Bastiment tat-Tagħbija;

–  Ċertifikat ta' Tagħmir Sigur ta' Bastiment tat-Tagħbija;

–  Ċertifikat ta' Radjutelegrafija Sigura ta' Bastiment tat-Tagħbija;

–  Ċertifikat ta' Radjutelefonija Sigura ta' Bastiment tat-Tagħbija;

–  Ċertifikat ta' Radju Sigur ta' Bastiment tat-Tagħbija;

–  Ċertifkat ta' eżenzjoni, anke, meta xieraq, il-lista tat-tagħbijiet;

–  Ċertifikat ta' Sigurtà għal Bastiment tat-Tagħbija.

3.  Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà ta' Bastiment (ISSC).

4.  Rekord ta' Sinopsi Kontinwa.

5.  Ċertifikat Internazzjonali ta' Addazzjoni għall-Ġarr ta' Gassijiet Likwidi bil-Massa;

–  Ċertifikat ta' Idonjetà għall-Ġarr ta' Gassijiet Likwefatti bil-Massa.

6.  Ċertifikat Internazzjonali ta' Idonjetà għall-Ġarr ta' Kimiċi Perikolużi bil-Massa;

–  Ċertifikat ta' Idonjetà għall-Ġarr ta' Kimiċi Perikolużi bil-Massa.

7.  Ċertifikat Internazzjonali ta' Prevenzjoni mit-Tniġġis ta' Żejt.

8.  Ċertifikat Internazzjonali ta' Prevenzjoni ta' Tniġġis għall-Ġarr ta' Sustanzi Likwidi Perikolużi bil-Massa.

9.  Ċertifikat Internazzjonali Load Line (1966);

–  Ċertifikat Internazzjonali ta' eżenzjoni Load Line.

10.  Ktieb ta' tagħrif taż-żejt, partijiet I u II.

11.  Ktieb ta' rekords tat-tagħbija.

12.  Dokument ta' maniġġjar minimu sigur.

13.  Ċertifikati jew kwalunkwe dokumenti oħra maħruġa skond il-Konvenzjoni STCW.

14.  Ċertifikati mediċi, (Ara l-Konvenzjoni Nru 73 ta' l-ILO li tikkonċerna Eżami Mediku ta' Baħrin).

15.  Tabella ta' arranġamenti ta' ħidma abbord (Konvenzjoni ta' l-ILO Nru 180 u STCW 95).

16.  Rekords tas-sigħat ta' xogħol u ta' mistrieħ tal-baħrin (Konvenzjoni ta' l-ILO Nru 180).

17.  Informazzjoni ta' stabilità.

18.  Kopja tad-Dokument ta' Osservazzjoni u Ċertifikat maħruġ skond il-Kodiċi ta' Tmexxija Internazzjonali għall-Operazzjoni Sigura tal-Bastimenti u għal Prevenzjoni ta' Tniġġis (SOLAS 74, Kapitolu IX).

19.  Ċertifikati dwar il-qawwa tal-qafas tal-bastiment u stallazzjonijiet ta' makkinarju maħruġa mill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata (meħtieġa biss jekk il-bastiment iżomm il-klassi tiegħu ma' organizzazzjoni rikonoxxuta).

20.  Dokument ta' konformità mar-rekwiżiti speċjali għal bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi.

21.  Ċertifikat ta' sigurtà għal dgħajjes b'veloċità għolja u permess għall-operat ta' dgħajjes b'veloċità għolja.

22 .  Lista jew manifest speċjali ta' oġġetti perikolużi, jew pjan dettaljat ta' l-istivar.

23 .  Il-'log book' tal-bastiment fir-rigward tar-rekords ta' testijiet u provi, inklużi provi tas-sigurtà, u l-'log' għal rekords ta' spezzjoni u manutenzjoni ta' apparat u arranġamenti li jsalvaw il-ħajja u ta' apparat u arranġamenti kontra n-nar.

24 .  Ċertifikat għal skop speċjali tas-sigurtà ta' bastiment.

25 .  Ċertifikat ta' sigurtà għal unità mobbli għat-tħaffir 'offshore'.

26 .  Għal tankers taż-żejt, ir-rekord ta' monitoraġġ ta' telf ta' żejt u s-sistema ta' kontroll għall-aħħar vjaġġ bis-saborra biss.

27 .  Il-lista ta' l-ekwipaġġ, il-pjan ta' kontroll tan-nar, u għal bastimenti tal-passiġġieri, pjan ta' kontroll tal-ħsara.

28 .  Pjan ta' emerġenza għat-tniġġis miż-żejt abbord.

29 .  Fajls tar-rapporti tal-perizji (fil-każ ta' 'bulk carriers' u tankers taż-żejt).

30 .  Rapporti ta' spezzjonijiet preċedenti ta' kontroll portwali ta' l-Istat.

31 .  Għal bastimenti tal-passiġġieri tat-tip 'ro-ro', informazzjoni dwar il-proporzjon massimu A/A.

32 .  Dokument ta' awtorizzazzjoni għall-ġarr ta' qamħ.

33 .  Manwal tas-sigurtà tat-tagħbija.

34 .  Pjan ta' mmaniġġjar taż-żibel u ktieb tar-rekords taż-żibel.

35 .  Sistema ta' appoġġ tad-deċiżjonijiet għal kaptani ta' bastimenti tal-passiġġieri.

36 .  Pjan ta' koperazzjoni għal tfittxija u salvataġġ SAR għal bastimenti tal-passiġġieri li jagħmlu l-kummerċ f'rotot fissi.

37 .  Lista ta' limitazzjonijiet operazzjonali għal bastimenti tal-passiġġieri.

38 .  Ktejjeb tal-'bulk carriers'.

39 .  Pjan ta' tagħbien u ħatt għal 'bulk carriers'.

40 .  Ċertifikat ta' assikurazzjoni jew ta' kwalunkwe sigurtà finanzjarja oħra fir-rigward tar-responsabiltà ċivili għal ħsara mit-tniġġis taż-żejt (Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabiltà Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt, 1992).

41.  Ċertifikati meħtieġa skond id-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-responsabiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji ta' sidien il-bastimenti](17) .

42.  Ċertifikat meħtieġ skond ir-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-responsabiltà ta' bastimenti tal-passiġġieri bil-baħar u minn passaġġi ta' l-ilma interni fil-każ ta' inċidenti].

ANNESS V

EŻEMPJI TA' 'RAĠUNIJIET ĊARI' GĦAL SPEZZJONI IKTAR DETTALJATA

(kif imsemmija fl-Artikolu 12(3) )

1.  Bastimenti identifikati fl-Anness I, parti II, sezzjoni 2.

2.  Il-ktieb tar-rekords taż-żejt ma ġiex miżmum sewwa.

3.  Waqt l-eżami taċ-ċertifikati u dokumentazzjoni oħra, ġew żvelati ineżattezzi.

4.  Indikazzjonijiet li l-membri ta' l-ekwipaġġ ma jistgħux josservaw ir-rekwiżiti dwar komunikazzjoni abbord stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-4 ta" April 2001 dwar il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara(18) .

5.  Ċertifikat inkiseb bil-qerq jew il-possessur ta' ċertifikat m'huwiex il-persuna għal liema ċ-ċertifikat inħareġ fil-bidu.

6.  Il-bastiment għandu kaptan, uffiċjal jew gradi oħra li għandhom ċertifikat maħruġ minn pajjiż li ma rratifikax il-konvenzjoni STCW.

7.  Evidenza ta' tagħbija u operazzjonijiet oħra li mhumiex immexxija sewwa, jew skond il-gwidi ta' l-IMO, eż. il-kontenut ta' ossiġnu fil-'mains' tal-gass ta' ġewwa għat-tankijiet ta' tagħbija huwa iktar għoli mil-livell massimu preskritt.

8.  Nuqqas tal-kaptan ta' tanker taż-żejt li jipproduċi r-rekord monitorjat ta' tnixxija ta' żejt u tas-sistema tal-kontroll għall-aħħar vjaġġ bla tagħbija.

9.  Assenza ta' lista miġbura tajba, jew membri ta' l-ekwipaġġ li ma jafux l-obbligi tagħhom fil-każ ta' nar jew ordni biex iħallu l-bastiment.

10.  Il-ħruġ ta' sejħiet għall-għajnuna foloz li ma jkunux segwiti minn proċeduri ta' kanċellazzjoni xierqa.

11.  In-nuqqas ta' tagħmir ewlieni jew arranġamenti meħtieġa mill-konvenzjonijiet.

12.  Kundizzjonijiet mhux iġeniċi eċċessivi abbord il-bastiment.

13.  Evidenza mill-impressjoni u l-osservazzjonijiet ġenerali ta' l-ispettur li jeżistu nuqqasijiet jew deterjorament strutturali serji li jistgħu jkunu ta' riskju għall-integrità strutturali tal-bastiment, u kemm jiflaħ għall-ilma u l-maltemp.

14.  Informazzjoni jew evidenza li l-kaptan jew l-ekwipaġġ m'humiex familjari ma' operazzjonijiet essenzjali abbord fir-rigward tas-sigurtà tal-bastimenti jew il-prevenzjoni tat-tniġġis, jew li tali operazzjonijiet ma twettqux.

15.  In-nuqqas ta' tabella ta' arranġamenti ta' ħidma abbord jew ta' rekords tas-sigħat ta' xogħol jew ta' mistrieħ tal-baħħara.

ANNESS VI

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-BASTIMENTI

1.  Prinċipji ta' maniġġjar sigur (Riżoluzzjoni IMO A.890(21) kif emendata).

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Internazzjonali Marittimu dwar Oġġetti Perikolużi.

3.  Il-pubblikazzjoni ta' l-ILO "Spezzjoni ta' Kondizzjonijiet tax-Xogħol Abbord il-Bastimenti: Gwidi għal proċeduri".

4.  L-Anness I, "Proċeduri ta' Kontroll Portwali ta' l-Istat" għall-MOU ta' Pariġi u l-istruzzjonijiet jew il-linji gwida rilevanti maħruġa mill-MOU ta' Pariġi.

5.  Ir-Riżoluzzjoni MSC.159(78) ta' l-IMO (adottata fil-21 ta' Mejju 2004) "Gwida interim dwar miżuri ta' kontroll u ta' konformità biex tittejjeb is-sigurtà marittima".

ANNESS VII

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TA' BASTIMENTI FIR-RIGWARD TA' ASPETTI TAS-SIGURTÀ

A.  Qabel ma jitilgħu abbord.

1.  Din il-gwida tapplika biss għall-bastimenti msemmija fl-Artikoli 3(1), u 3(2) u skond il-każ, fl-Artikolu 3(3), tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, sakemm ma jtajrux il-bandiera ta' l-Istat tal-port ta' l-ispezzjoni.

2.  L-ispetturi għandhom ikunu konxji dwar il-livell ta' sigurtà tal-faċilità tal-port li fiha l-bastiment se jiġi spezzjonat.

3.  Rapporti jew ilmenti dwar is-siġurtà li jaslu lill-ispetturi qabel ma jitla' abbord il-bastiment għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima(19) li tiddeċiedi dwar il-prijorità għall-ispezzjoni ta' sigurtà permezz ta' Uffiċjal għas-Sigurtà Awtorizzat kif Xieraq.

4.  Filwaqt li s-sigurtà tal-bastiment hija d-diskrezzjoni tal-kaptan, m'huwiex intitolat li jirrifjuta l-aċċess lil spettur awtorizzat kif xieraq biex iwettaq spezzjoni. Jista' jkun hemm każijiet meta huwa obbligatorju li ssir spezzjoni ta' kontroll portwali ta' l-Istat iżda l-kaptan jipprova jillimita l-ispezzjoni għal raġunijiet ta' sigurtà. Jekk l-ispettur iqis li dan m'huwiex raġonevoli għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti għas-sigurtà.

5.  L-ispetturi għandhom ikunu konxji li fuq bastiment b'livell ta' sigurtà 3 l-miżuri protettivi mfassla jistgħu jirrestrinġu l-qasam ta' applikazzjoni ta' l-ispezzjoni ta' kontroll tas-"sigurtà" portwali ta' l-Istat.

Pereżempju taħriġ sħiħ ta' emerġenza jista' ma jkunx permess. Jista' jkun hemm ukoll ċirkustanzi meta l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tirrestrinġi l-attività ta' kontroll portwali ta' l-Istat.

B.  Spezzjoni tal-bidu

Waqt l-ispezzjoni tal-bidu l-ispettur għandu:

   1. filwaqt li jersaq lejn u jitla' abbord il-bastiment u filwaqt li jdur mal-bastiment, jinnota aspetti tas-sigurtà kif definiti fil-linji gwida rilevanti ta' l-MOU ta' Pariġi, filwaqt li jqis il-livell ta' sigurtà impost mill-port u l-bastiment. L-ispetturi m'humiex meħtieġa jittestjaw is-sistema ta' sigurtà u għandhom iqisu biss dawk l-aspetti biss li jitfaċċaw waqt xogħolhom abbord;
   2. jiċċekkja li ċ-Ċertifikat Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Bastimenti (ISSC) jew l-ISSC Interim ikun abbord, huwa validu u nħareġ mill-Amministrazzjoni tal-bastiment, minn organizzazzjoni rikonoxxuta minnha jew minn Stat ieħor fuq talba ta' l-Amministrazzjoni;
   3. isaqsi lill-kaptan il-livell ta' sigurtà ma' liema l-bastiment huwa konformi u jikkonferma li dan huwa talanqas il-livell impost mill-port;
   4. meta jiċċekkja dokumentazzjoni oħra jitlob evidenza li sar taħriġ tas-sigurtà f'intervalli xierqa - talanqas kull 3 xhur iżda wkoll wara ċerti bidliet ta' l-ekwipaġġ - (Kodiċi ISPS parti A taqsima 13 u Parti B paragrafi 13.6 u 13.7) u jfittex informazzjoni dwar kwalunkwe eżerċizzju li jinvolvi l-bastiment;
  5. jiċċekkja r-rekords ta' l-aħħar għaxar żjarat f'faċilitajiet tal-port anke kwalunkwe konnessjoni bejn bastiment u port jew bejn bastiment u ieħor li għandhom jinkludu għal kull konnessjoni:
   il-livell ta' sigurtà li bih opera l-bastiment - kwalunkwe miżuri ta' sigurtà speċjali jew addizzjonali li ttieħdu,
   li nżammu miżuri ta' sigurtà tal-bastiment xierqa matul kwalunkwe attività bejn bastiment u ieħor.
   6. jevalwa jekk membri ewlenin ta' l-istaff ta' bastiment humiex kapaċi jikkomunikaw b'mod effettiv ma' xulxin.

C.  Raġunijiet ċari

1.  L-ispettur jista' jistabbilixxi raġunijiet ċari għal aktar miżuri ta' kontroll dwar is-sigurtà matul l-ispezzjoni PSC tal-bidu kif ġej:

   1.1. L-ISSC m'huwiex validu jew skada
   1.2 Il-bastiment għandu livell ta' sigurtà aktar baxx minn dak tal-port
   1.3. Provi marbuta mas-sigurtà tal-bastiment ma twettqux
   1.4. Rekorda għall-aħħar konnessjonijiet bejn bastiment u port jew bejn bastiment u ieħor m'humiex kompleti
   1.5. Evidenza jew osservazzjoni li membri ewlenin ta' l-istaff ma jistgħux jikkomunikaw ma' xulxin
   1.6. Evidenza minn osservazzjonijiet li jeżistu nuqqasijiet serji fl-arranġamenti tas-sigurtà
   1.7. Informazzjoni minn partijiet terzi bħal rapport jew ilment dwar informazzjoni fir-rigward tas-sigurtà
   1.8. Il-bastiment ikollu ISSC Interim maħruġ wara u konsekuttivament u skond il-ġudizzju professjonali ta' l-ispettur wieħed mill-għanijiet tal-bastiment jew tal-kumpanija li jitolbu ċertifikat bħal dan huwa li jevitaw konformità sħiħa mas-SOLAS 74 Kapitolu XI-2 u ma' parti A tal-Kodiċi ISPS, sa wara l-perjodu taċ-Ċertifikat Interim tal-bidu. Parti A tal-Kodiċi ISPS tispeċifika ċ-ċirkustanzi meta jista' jinħareġ Ċertifikat Interim.

2.  Jekk jiġu stabbiliti raġunijiet ċari kif deskritti hawn fuq l-ispettur irid jinforma lill-awtorità kompetenti għas-sigurtà minnufih (sakemm l-ispettur ma jkunx ukoll Uffiċjal għas-Sigurtà Awtorizzat kif Xieraq). Imbagħad l-awtorità kompetenti għas-sigurtà trid tiddeċiedi liema miżuri oħra ta' kontroll huma meħtieġa filwaqt li jitqies il-livell ta' sigurtà skond ir-Regolament 9 tas-SOLAS 74 Kapitolu XI.

3.  Raġunijiet ċari għajr dawk hawn fuq huma kwistjoni għall-Uffiċjali għas-Sigurtà Awtorizzat kif Xieraq.

D.  Miżuri oħra ta' kontroll.

1.  Jekk ma jkunx hemm ISSC jew ISSC Interim validi abbord l-ispettur irid iżomm il-bastiment u japplika l-proċedura ta' detenzjoni fl-Anness XI ta' din id-Direttiva.

2.  Il-miżuri l-oħra kollha ta' kontroll ikunu deċiżi mill-awtorità kompetenti għas-sigurtà. Dawn huma elenkati fis-SOLAS 74 Kapitolu XI-2.

3.  Skond rekwiżiti applikabbli fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, leġiżlazzjoni u arranġamenti nazzjoanli, l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tista' titlob l-ispettur li jagħmel aktar verifiki qabel ma tieħu deċiżjoni jew sakemm Uffiċjali għas-Sigurtà Awtorizzati kif Xieraq ikunu jistgħu jitilgħu abbord il-bastiment.

Dawn il-verifiki għandhom ikunu limitati għal:

   a) verifika li hemm pjan tas-sigurtrà abbord u li hemm uffiċjali għas-sigurtà tal-bastiment (SSO) abbord;
   b) verifika li l-kaptan u l-istaff tal-bastiment, b'mod partikulari l-SSO, l-uffiċjal li jkun xogħol u l-persuni li jikkontrollaw l-aċċess, ikunu familjari ma' proċeduri essenzjali tas-sigurtà abbord;
   c) verifika li ġiet stabbilita komunikazzjoni bejn l-SSO u l-Uffiċjal għas-Sigurtà tal-Faċilità tal-Port;
  d) verifika li jeżistu rekords tal-manutenzjoni tas-sistema ta' sigurtà tal-bastiment inklużi:
   verifiki u evalwazzjonijiet interni ta' attivitajiet ta' sigurtà,
   reviżjoni perjodika ta' l-evalwazzjoni ta' sigurtà tal-bastiment,
   reviżjoni perjodika tal-pjan ta' sigurtà tal-bastiment,
   implimentazzjoni ta' kwalunkwe emendi għall-pjan ta' sigurtà tal-bastiment,
   manutenzjoni, kalibrazzjoni u ttestjar ta' kwalunkwe tagħmir tas-sigurtà abbord anke l-ittestjar tas-sistema ta' twissija tas-sigurtà tal-bastiment;
  e) l-iċċekkjar ta' rekords ta' kwalunkwe:
   theddid għas-sigurtà,
   infrazzjonijiet tas-sigurtà,
   bidliet fil-livelli tas-sigurtà,
   komunikazzjonijiet marbuta mas-sigurtà diretta tal-bastiment.

4.  Meta l-uniku mezz biex tkun ivverifikata jew irranġata n-non-konformità huwa reviżjoni tar-rekwiżiti rilevanti tal-pjan ta' sigurtà tal-bastiment, aċċess limitat għal taqsimiet speċifiċi tal-pjan dwar in-non-konformità huwa permess b'eċċezzjoni, iżda biss bil-kunsens ta' l-Istat tal-bandiera, jew tal-kaptan, tal-bastiment konċernat. Dawn it-taqsimiet speċifiċi huma elenkati fil-Parti A tal-Kodiċi ISPS.

5.  Xi dispożizzjonijiet tal-pjan dwar ċerta informazzjoni kunfidenzjali ma jistgħux ikunu suġġetti għal spezzjoni sakemm ma jkunx hemm il-qbil ta' l-Istat tal-bandiera konċernat.

Dawn it-taqsimiet speċifiċi huma elenkati fil-Parti A tal-Kodiċi ISPS.

6.  Jekk l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tieħu aktar azzjonijiet ta' kontroll li jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni jew ma jippermettux it-tlestija ta' l-ispezzjoni ta' kontoll tas-"sigurtà" portwali ta' l-Istat, l-ispettur għandu jikkomunika ma' l-awtorità kompetenti għas-sigurtà u jipprova jlesti l-ispezzjoni tas-sigurtà meta l-bastiment ikun rilaxxjat. Il-prinċipju li bastiment m'għandux jinżamm aktar milli xieraq għadu japplika. Madankollu l-fatt li nstabu infrazzjonijiet tas-sigurtà normalment jiġġustifika li l-ispettur ilesti l-ispezzjoni tas-sigurtà tal-bidu jew li jkompli meta jkunu nstabu raġunijiet ċari għal spezzjoni aktar dettaljata ta' aspetti mhux marbuta mas-sigurtà.

7.  Jekk l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tiddeċiedi li tkeċċi l-bastiment l-ispettur għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tkun konxja għalkollox mill-konsegwenzi ta' sigurtà u/jew ambjentali possibbli jekk il-bastiment jitlaq l-irmiġġ u/jew ibaħħar. Dan jista' jinkludi riskji li ġejjin mill-interruzzjoni ta' operazzjonijiet ta' tagħbija. L-awtorità kompetenti għas-sigurtà għandha tiddeċiedi dwar l-azzjoni meħtieġa filwaqt li jitqiesu r-riskji kollha.

8.  Jekk bastiment jinżamm għal raġunijiet mhux marbuta mas-sigurtà iżda mbagħad jitkeċċa qabel ma l-bastiment ikun rilaxxjat, id-detenzjoni tgħodd għal rifjut għall-aċċess skond l-Artikolu 15.

ANNESS VIII

PROĊEDURI GĦAL SPEZZJONIJIET PROFONDI TA' BASTIMENTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 13 )

PROĊEDURI MARBUTA MA' L-ISPEZZJONI PROFONDA TA' ĊERTI KATEGORIJI TA' BASTIMENTI

Skond il-fattibiltà prattika tagħhom jew kwalunkwe restrizzjonijiet marbuta mas-sigurtà tal-persuni, tal-bastiment jew tal-port, il-punti li ġejjin talanqas iridu jkunu parti minn spezzjoni profonda. L-ispetturi jridu jkunu jafu li l-eżekuzzjoni sigura ta' ċerti operazzjonijiet abbord, eż. operazzjoni ta' tagħbija, tista' tkun ipperikolata jekk testijiet li għandhom effett dirett fuqhom, jeħtieġ li jsiru waqt dawn l-operazzjonijiet.

1.   BASTIMENTI INĠENERALI

   simulazzjoni ta' nuqqas ta' enerġija ewlenija ('black-out test'),
   spezzjoni tad-dawl ta' l-emerġenza,
   tħaddim ta' pompi tan-nar ta' l-emerġenza b'żewġ pompi tat-tifi tan-nar li huma mqabbda mal-'mainline' prinċipali,
   tħaddim ta' pompi għat-tneħħija ta' l-ilma mis-sentini,
   għeluq tal-'watertight doors',
   tniżżil ta' 'lifeboat' fl-ilma,
   test ta' 'remote emergency stop' għal eż. 'boilers', ventilazzjoni u pompi tal-karburanti,
   testing ta' 'steering gear' inkluż 'steering gear' awżiljarju,
   spezzjoni ta' sors ta' emerġenza ta' enerġija għal stallazzjonijiet tar-radju,
   spezzjoni u, sal-limitu possibli, test ta' 'engine-room separator'.

2.  TANKERS TAL-GASS U KIMIĊI

Minbarra l-punti mniżżla fil-punt 1 , dawn il-punti jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala parti mill-ispezzjoni profonda għal tankers tal-gass u kimiċi:

   "monitoring' ta' tagħbija ta' tanker u tagħmir ta' sigurtà fir-rigward tattemperatura, il-pressa u t-telf ta' likwidi,
   tagħmir għall-analiżi ta' l-ossiġnu u 'explosimeter' inkluża l-kalibrazzjoni tagħhom; disponibilità ta' tagħmir ta' detenzjoni tal-kimika (minfaħ) b'numru xieraq ta' tubi xierqa li jgħarrfu l-preżenza tal-gass għal oġġett speċifiku li qiegħed jinġarr,
   "cabin escape sets' li jagħtu protezzjoni respiratorja u għall-għajnejn, għal kull persuna abbord (jekk meħtieġ mill-prodotti mniżżla fiċ-Ċertifikat Internazzjonali ta' Qagħda Tajba jew fiċ-Ċertifikati ta' Qagħda Tajba għall-Ġarr ta' Kimiċi Perikolużi bil-Massa jew Gassijiet Likwidi bil-Massa kif applikabbli),
   kontroll li l-prodott li qiegħed jinġarr huwa mniżżel fiċ-Ċertifikat Internazzjonali ta' Qagħda Tajba jew Ċertifikat ta' Qagħda Tajba għall-Ġarr ta' Kimiċi Perikolużi bil-Massa jew Gassijiet Likwidi bil-Massa kif applikabbli,
   l-installazzjonijiet imwaħħla ta' tifi li jinsabu fuq il-gverta tal-bastiment sew jekk ikunu rawa sew jekk kimiċi niexfa jew oħra kif meħtieġ mill-prodotti li qed jinġarru.
   3. "BULK CARRIERS'

Minbarra l-punti mniżżla fil-punt 1 , dawn il-punti jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala parti mill-ispezzjoni profonda għal tankers tal-gass u kimiċi:

   tmermir possibbli għal makkinarju tal-gverta tal-bastiment,
   deformazzjoni possibbli u/jew tmermir ta' 'hatch covers',
   xquq possibli jew tmermir fi 'transverse bulkheads',
   aċċess għall-istivi tat-tagħbija,
   verifika li d-dokumenti li ġejjin qegħdin abbord, evalwazzjoni tagħhom u konferma li l-Istat tal-bandiera jew is-soċjetà ta' klassifikazzjoni approvawhom:
   1) rapporti ta' perizji strutturali,
   2) rapporti ta' evalwazzjoni tal-kundizzjoni,
   3) rapporti tal-kejl tal-ħxuna,
   4) dokument deskrittiv imsemmi fir-Riżoluzzjoni A.744(18) ta' l-IMO.
   4. TANKERS TAŻ-ŻEJT

Minbarra l-punti mniżżla fil-punt 1 , dawn il-punti jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala parti minn spezzjoni profonda għal tankers taż-żejt:

   "fixed-deck foam system',
   tagħmir inġenerali għat-tifi tan-nar,
   spezzjoni ta' 'fire dampers' tal-kamra tal-magni, 'pump-room' u akkomodazzjoni,
   kontroll ta' pressjoni ta' gass minn ġewwa u l-kontenut ta' l-ossiġnu tiegħu,
   tankijiet tas-saborra: talanqas wieħed mit-tankijiet tas-saborra fiż-żona tat-tagħbija irid ikun eżaminat minn fetħa fit-tank/aċċess mill-gverta għall-ewwel u minn ġewwa jekk l-ispettur jistabbilixxi raġuni ċara għal aktar spezzjoni,
   verifika li d-dokumenti li ġejjin qegħdin abbord, evalwazzjoni tagħhom u konferma li l-Istat tal-bandiera jew is-soċjetà ta' klassifikazzjoni approvawhom:
   1) rapporti ta' perizji strutturali,
   2) rapporti ta' evalwazzjoni tal-kundizzjoni,
   3) rapporti tal-kejl tal-ħxuna,
   4) dokument deskrittiv imsemmi fir-Riżoluzzjoni A.744(18) ta' l- IMO.
   5. BASTIMENTI TAL-PASSIĠIERI MHUX KOPERTI BID-DIRETTIVA 1999/35/KE

Minbarra l-punti mniżżla fil-punt 1 , dawn il-punti jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala parti mill-ispezzjoni profonda għall-bastimenti tal-passiġġieri:

   testing tas-sistema li tagħraf in-nar u tas-sistema ta' allarm,
   testing ta' għeluq sewwa tal-bibien tal-ħruġ ta' emerġenza,
   test tas-sistema ta' indirizz pubbliku,
   "fire drill' fejn, bħala minimu, it-tibdiliet kollha tal-pompieri jirdu jintwerew u parti mill-ekwipaġġ tal-'catering' jieħu sehem,
   dimostrazzjoni li membri prinċipali ta' l-ekwipaġġ jafu l-pjan ta' kontroll tal-ħsara.

Jekk jidher xieraq l-ispezzjoni tista' titkompla waqt li l-bastiment ikun ġej jew sejjer minn port fl-Istat Membru, bil-kunsens tal-kaptan tal-bastiment jew l-operatur. L-ispetturi ma jridux ixekklu l-operazzjoni tal-bastiment, u lanqas m'għandhom joħolqu sitwazzjonjiet, fejn fid-diskrezzjoni tal-kaptan, jista' jipperikola is-sigurtà tal-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-bastiment.

ANNESS IX

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RIFJUT TA' AĊĊESS GĦALL-PORTIJIET KOMUNITARJI

(kif imsemmija fl-Artikolu 15 )

A.  KRITERJI GĦAR-RIFJUT TA' L-AĊĊESS (kif imsemmija fl-Artikolu 15(1) )

1.  Ir-rifjut ta' l-aċċess huwa applikabbli għal kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat li r-rata ta' detenzjoni tiegħu taqa' fil-'black list' jew fil-'grey list' kif definiti mill-MOU ta' Pariġi li nżamm jew ingħata ordni li ma jistax jopera skond id-Direttiva tal-Kunsill Nru 99/35/KE aktar min darbtejn matul is-36 xahar preċedenti f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju ta' l-MOU.

2.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, il-lista definita mill-MOU ta' Pariġi għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Lulju kull sena.

B.  PROĊEDURI DWAR IR-RIFJUT TA' L-AĊĊESS GĦALL-PORTIJIET KOMUNITARJI (kif imsemmija fl-Artikolu 15(2) )

1.  Jekk il-kundizzjonijiet deskritti fil-Punt A jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti tal-port jew ta' l-ankraġġ li fih il-bastiment jinżamm għat-tielet darba għandha tinforma lill-kaptan tal-bastiment bil-miktub li se tinħareġ ordni ta' rifjut għall-aċċess li ssir applikabbli minnufih wara li l-bastiment ikun ħalla l-port jew l-ankraġġ. L-ordni ta' rifjut għall-aċċess għandha ssir applikabbli minnufih wara li l-bastiment ikun telaq il-port jew l-ankraġġ wara li jkunu tranġaw in-nuqqasijiet li jwasslu għad-detenzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja ta' l-ordni ta' rifjut għall-aċċess lill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, lill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, lill-Istati Membri l-oħra, u lill-firmatarji l-oħra ta' l-MOU, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat ta' l-MOU ta' Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha taġġorna wkoll il-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet b'informazzjoni dwar ir-rifjut għall-aċċess mingħajr dewmien.

3.  L-ordni ta' rifjut għall-aċċess għandha titneħħa biss wara li għadda perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ħruġ ta' l-ordni u meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 4 sa 10.

Jekk il-bastiment ikun suġġett għat-tieni rifjut għall-aċċess, il-perjodu għandu jkun ta' tnax-il xahar.Kwalunkwe detenzjoni sussegwenti f'port tal-Komunità għandha twassal biex il-bastiment jibqa' jiġi rrifjutat l-aċċess b'mod permanenti fi kwalunkwe port jew ankraġġ fi ħdan il-Komunità.

4.  Sabiex tiġi rrevokata l-ordni ta' rifjut għall-aċċess, is-sid jew l-operatur għandu jindirizza talba formali lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li impona l-ordni ta' rifjut għall-aċċess. Ma' din it-talba irid jintbagħat dokument mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera maħruġ wara żjara abbord minn perit awtorizzat kif xieraq mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, liema dokument juri li l-bastiment huwa konformi għalkollox mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet internazzjonali. L-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

5.  Mat-talba għar-revoka ta' l-ordni ta' rifjut għall-aċċess għandu jintbagħat ukoll, meta xieraq, dokument mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni li għandha l-bastiment f'isimha wara żjara abbord minn perit mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni, liema dokument juri li l-bastiment huwa konformi ma' l-istandards tal-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

6.  L-ordni ta' rifjut ta' aċċess tista' titneħħa biss, wara li l-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 3 aktar 'il fuqikun skada u wara ispezzjoni mill-ġdid tal-vapur f'port jew ankraġġ miftiehem.

Jekk il-port jew l-ankraġġ miftiehem qiegħed fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat tista', fuq talba ta' l-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta' rifjut għall-aċċess, tawtorizza lill-bastiment jidħol fil-port miftiehem sabiex terġa' ssir l-ispezzjoni. F'każijiet bħal dawn m'għandux isir xogħol ta' tagħbija fil-port sakemm tiġi rrevokata l-ordni ta' rifjut għall-aċċess.

7.  Jekk id-detenzjoni li wasslet għall-ħruġ ta' ordni ta' rifjut għall-aċċess kienet tinkludi nuqqasijiet fl-istruttura tal-bastiment, l-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta' rifjut għall-aċċess tista' tirrikjedi li ċerti spazji, inklużi spażi tat-tagħbija u tankijiet, isiru disponibbli għall-evalwazzjoni waqt l-ispezzjoni mill-ġdid.

8.  L-ispezzjoni mill-ġdid għandha ssir mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li imponiet l-ordni ta' rifjut għall-aċċess, jew mill-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni bil-qbil ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li imponiet l-ordni ta' rifjut għall-aċċess. L-awtorità kompetenti tista' tirrikjedi sa 14-il jum ta' avviż għall-ispezzjoni mill-ġdid. Għandha tingħata evidenza għas-sodisfazzjon ta' dan l-Istat Membru li l-bastiment huwa konformi għalkollox mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali.

9.  L-ispezzjoni mill-ġdid għandha tikkonsisti minn spezzjoni profonda li trid tkopri talanqas il-punti rilevanti ta' l-Anness VIII .

10 .  L-ispejjez kollha ta' din l-ispezzjoni profonda għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur.

11.  Jekk ir-riżultati ta' l-ispezzjoni profonda jissodisfaw l-Istat Membru skond l-Anness VIII , l-ordni ta' rifjut għall-aċċess trid tiġi rrevokata u l-kumpanija tal-bastiment trid tkun infurmata b'dan bil-miktub.

12.  L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll id-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, lis-soċjetà ta' klassifikazzjoni konċernata, lill-Istati Membri l-oħra, lill-firmatarji l-oħra għall-MOU ta' Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat ta' l-MOU ta' Pariġi. L-awtorità kompetenti trid taġġorna wkoll il-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet b'informazzjoni dwar ir-revoka ta' l-aċċess mingħajr dewmien.

13.  Informazzjoni dwar bastimenti li ġew irrifjutati l-aċċess għal portijiet Komunitarji trid tkun disponibbli fil-bażi ta' dejta ta' l-ispezzjonijiet u ppubblikata b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 25 u ta' l-Anness XIII .

ANNESS X

RAPPORT TA' L-ISPEZZJONI

(kif imsemmi fl-Artikolu 16 )

Ir-rapport ta' l-ispezzjoni għandu jkun fih talanqas il-punti li ġejjin:

I.  Ġenerali

1.  L-awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport

2.  Id-data u l-post ta' l-ispezzjoni

3.  L-isem tal-bastiment spezzjonat

4.  Il-bandiera

5.  It-tip ta' bastiment (kif indikat fiċ-Ċertifikat ta' Mmaniġjar tas-Sigurtà)

6.  In-numru IMO

7.  Il-kodiċi ta' komunikazzjoni

8.  It-tunnellaġġ (gt)

9.  It-tunnellaġġ totali li jiflaħ il-bastiment (meta rilevanti)

10.  Is-sena tal-kostruzzjoni kif determinata fuq il-bażi tad-data indikata fiċ-ċertifikati ta' sigurtà tal-bastiment

11.  L-organizzazzjoni rikonoxxuta jew l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, meta rilevanti, li ħareġ/ħarġu ċ-ċertifikati tal-klassi għal dan il-bastiment, jekk inħarġu

12.  L-organizzazzjoni rikonoxxuta jew l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u/jew kwalunkwe entità oħra li ħarġet/ħarġu ċertifikati għal dan il-bastiment skond il-konvenzjonijiet applikabbli f'isem l-Istat tal-bandiera

13.  L-isem u l-indirizz tal-kumpannija jew ta' l-operatur tal-bastiment

14.  L-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip ta' kirja fil-każ ta' bastimenti li jġorru tagħbijiet likwidi jew solidi bil-massa

15.  Id-data finali biex jinkiteb ir-rapport ta' l-ispezzjoni

16.  Indikazzjoni li informazzjoni dettaljata dwar spezzjoni jew detenzjoni tista' tkun suġġetta għall-pubblikazzjoni.

II.  Informazzjoni dwar l-ispezzjoni

1.  Iċ-ċertifikati maħruġa bħala parti mill-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, l-awtorità jew l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat(i) konċernati, inkluża d-data tal-ħruġ u ta' l-iskadenza

2.  Il-partijiet jew l-elementi tal-bastiment li kienu spezzjonati (fil-każ ta' spezzjoni aktar dettaljata jew profonda)

3.  Il-port u d-data ta' l-aħħar perizja intermedja jew annwali u l-isem ta' l-organizzazzjoni li wettqet il-perizja

4.  It-tip ta' spezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni profonda)

5.  In-natura tan-nuqqasijiet

6.  Il-miżuri li ttieħdu.

III.  Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta' detenzjoni

1.  Id-data ta' l-ordni tad-detenzjoni

2.  Id-data tar-revoka ta' l-ordni tad-detenzjoni

3.  In-natura tan-nuqqasijiet li wasslu għall-ordni tad-detenzjoni (referenzi għal Konvenzjonijiet, jekk rilevanti)

4.  Indikazzjoni, meta rilevanti, ta' jekk is-soċjetà ta' klassifikazzjoni jew kwalunkwe korp privat ieħor li wettqu l-perizja għandhomx responsabiltà fir-rigward tan-nuqqasijiet li, waħedhom jew f'daqqa, wasslu għad-detenzjoni

5.  Il-miżuri li ttieħdu.

ANNESS XI

KRITERJI GĦAD-DETENZJONI TA' BASTIMENT

(kif imsemmija fl-Artikolu 18(4) )

Introduzzjoni

Qabel tistabbilixxi jekk defiċjenzi misjuba waqt spezzjoni jeżiġu detenzjoni tal-bastiment involut, l-ispettur irid japplika l-kriterji msemmija aktar 'l isfel fil-punti 1 u 2.

Il-punt 3 jinkludi eżempji ta' defiċjenzi li jistgħu minnhom infushom jeżiġu detenzjoni tal-bastiment involut (ara l-Artikolu 18(4) ).

Meta r-raġuni għad-detenzjoni tkun ir-riżultat ta' ħsara aċċidentali li seħħet waqt il-vjaġġ tal-bastiment lejn il-port, m'għandhiex tinħareġ ordni għad-detenzjoni, sakemm:

   a) (a) tqiesu kif xieraq ir-rekwiżiti inklużi fir-Regolament I/11(c) tas-SOLAS 74 dwar notifika lill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, lill-perit innominat jew lill-organizzazzjoni rikonoxxuta responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat rilevanti;
   b) (b) qabel ma jidħol fil-port, il-kaptan jew sid il-bastiment ma jkunx ippreżenta lill-awtorità ta' kontroll portwali ta' l-Istat id-dettalji dwar iċ-ċirkustanzi ta' l-inċident u l-ħsara li saret u informazzjoni dwar in-notifika meħtieġa lill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera;
   c) (c) qed tittieħed azzjoni xierqa ta' rimedju, b'liema azzjoni l-Awtorità tkun sodisfatta; u
   d) (d) l-awtorità tkun żgurat, wara li tkun ġiet notifikata bit-tlestija ta' l-azzjoni ta' rimedju, li n-nuqqasijiet li kienu ta' periklu b'mod ċar għas-sigurtà, għas-saħħa jew għall-ambjent tranġaw.

1.  Kriterji prinċipali

Meta jeżerċita diskrezzjoni professjonali tiegħu dwar jekk bastiment għandux jinżamm jew le, l-ispettur irid japplika dawn il-kriterji:

Ħin:

Bastimenti li mhumiex siguri biex jbaħħru jridu jinżammu wara l-ewwel spezzjoni irrispettivament minn kemm ser jinżamm fil-port il-bastiment.

Kriterji:

Il-bastiment jinżamm jekk il-ħsarat tiegħu huma daqshekk serji li jimmeritaw ritorn ta' spettur biex ikun ċert li dawn ġew ikkorreġuti qabel ma jsalpa l-bastiment.

Il-ħtieġa biex jirritorna l-ispettur hija miżura tas-sigurtà tan-nuqqasijiet. Iżda, ma timponix obbligazzjoni għal kull każ. Timplika li l-awtorità trid tivverifika mod jew ieħor, preferibilment bi żjara oħra, li n-nuqqasijiet ġew ikkorreġuti qabel it-tluq.

2.  Applikazzjoni tal-kriterji ewlenin

Meta jiddeċiedi jekk il-ħsarat misjuba fil-bastiment humiex daqshekk serji li jeħtieġu detenzjoni l-ispettur irid jiċċertifika jekk:

   1. il-bastiment għandux dokumentazzjoni relevanti u valida;
   2. il-bastiment għandux l-ekwipaġġ meħtieġ fid-Dokument ta' sigurtà minima ta' ekwipaġġ.

Waqt l-ispezzjoni l-ispettur irid jara jekk il-bastiment u/jew l-ekwipaġġ hux kapaċi:

   3. ibaħħar b'mod sigur fil-vjaġġ li ġej;
   4. jimmaniġġja b'mod sigur, iwassal u jiċċekkja l-kondizzjoni tat-tagħbija waqt il-vjaġġ li ġej;
   5. iħaddem il-kamra tal-magni b'mod sigur waqt il-vjaġġ li jmiss;
   6. iżomm propulsjoni tajba u 'steering' waqt il-vjaġġ li jmiss;
   7. jiġġieled nirien b'mod effettiv f'kull parti tal-bastiment jekk neċessarju waqt il-vjaġġ li jmiss;
   8. jabbandunaw il-bastiment malajr u b'sigurtà u jagħmlu salvataġġ waqt il-vjaġġ li jmiss;
   9. jipprevjenu tniġġis ta' l-ambjent waqt il-vjaġġ li jmiss;
   10. iżommu stabilità adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;
   11. iżommu integrità 'watertight' adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;
   12. jikkomunikaw f'sitwazzjoni ta' inkwiet jekk neċessarju waqt il-vjaġġ li jmiss;
   13. jipprovdu kondizzjonijiet siguri u sani abbord waqt il-vjaġġ li jmiss;
   14. jipprovdu l-aktar informazzjoni possibbli fil-każ ta' inċident.

Jekk ir-risposta għal xi waħda minn dawn il-verifiki hija negattiva, wara li jkunu kkonsidrati l-ħsarat kollha misjuba, il-bastiment għandu jiġi kunsidrat biex jinżamm. Kombinazzzjoni ta' ħsarat ta' natura inqas serja tista' wkoll teżiġi d-detenzjoni tal-bastiment.

3.  Biex tassisti l-ispettur fl-użu ta' dawn il-gwidi, hemm lista ta' defiċjenzi, imniżżla flimkien taħt konvenzjonijiet relevanti u/jew kodiċijiet, li huma kunsidrati ta' natura hekk serja li jistgħu jeżiġu d-detenzjoni tal-bastiment involut. Din il-lista mhix maħsuba biex tkun esklussiva.

3.1.  Ġenerali

In-nuqqas ta' ċertifikati u dokumenti validi kif meħtieġa mill-istrumenti relevanti. Iżda, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati li ma jadirixxux mal-konvenzjoni (strument relevanti) jew li ma implimentawx dokument ieħor relevanti, mhumiex intitolati għal ċertifikati provduti mill-Konvenzjoni jew strument ieħor relevanti. Għalhekk, assenza ta' ċertifikati meħtieġa m'għandhiex minnha nnifisha tikkostitwixxi raġuni biex jinżammu dawn il-bastimenti; iżda, meta tapplika il-klawżola ta' "mhemmx iktar trattament favorevoli", konformità sostanzjali mad-dispożizzjonijiet hija meħtieġa qabel isalpa l-bastiment.

3.2.  Oqsma taħt il-Konvenzjoni SOLAS 74

1.  Nuqqas ta' l-operazzjoni serja ta' propulsjoni u makkinarju essenzjali ieħor, kif ukoll stallazzjonijiet elettriċi.

2.  Nuqqas ta' ndafa fil-kamra tal-magni, ammont eċċessiv ta' taħlit ta' ilma biż-żejt fil-qiegħ tal-bastiment, insulazzjoni tal-katusi fil-kamra tal-magni kontaminati biż-żejt, operazzjoni ħażina ta' arranġamenti ta' pumpjar mill-qiegħ tal-bastiment.

3.  Nuqqas ta' tħaddim tajjeb tal-ġeneratur ta' l-emerġenza, dwal, batteriji u 'switches'.

4.  Nuqqas ta' tħaddim tajjeb ta' 'steering gear' prinċipali u awżiljarju.

5.  Assenza, kapaċità insuffiċjenti jew deterjorazzjoni serja ta' tagħmir ta' salvataġġ, 'survival craft' u tagħmir minn fejn wieħed jaqbeż.

6.  Assenza, nuqqas ta' osservanza jew deterjorazzjoni sostanzjali ta' sistemi ta' kxif tan-nar, 'fire-alarms' tagħmir għat-tifi tan-nar, installazzjoni mwaħħla għat-tifi tan-nar, 'valves' tal-ventilazzjoni, 'fire dampers', tagħmir li jingħalaq malajr sal-limitu li ma jistgħux iħarsu l-użu maħsub tagħhom.

7.  Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew nuqqas ta' operazzjoni tajba taż-żoni fejn hemm it-tagħbija mill-protezzjoni tan-nar fuq tankers.

8.  Assenza, non-konformità jew deterjorazzjoni serja ta' dwal, forom jew sinjali tal-ħoss.

9.  Assenza jew nuqqas ta' tħaddim serju ta' tagħmir tar-radju għall-ajjut u sigurtà u komunikazzjoni sigura.

10.  Assenza jew nuqqas ta' l-operazzjoni serja ta' tagħmir ta' navigazzjoni, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament SOLAS 74 V/16.2.

11.  Assenza ta' 'charts' ta' navigazzjoni kkorreġuti, u/jew pubblikazzjonijiet nawtiċi oħra relevanti neċessarji għal vjaġġ maħsub, filwaqt li jitqies li 'charts' elettroniċi u sistema ta' informazzjoni (ECDIS) tat-tip approvat li jaħdmu b'dejta uffiċjali jistgħu jintużaw bħala sostituzzjoni għaċ-'charts'.

12.  Assenza ta' ventilazzjoni ta' 'exhaust non-sparking' għal 'pump rooms' tat-tagħbija.

13.  Nuqqas serju fir-rekwiżiti għat-tħaddim, kif deskritt f'Taqsima 5.5 ta' l-Anness ║1 għall-MOU ta' Pariġi.

14.  In-numru, il-kompożizzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni ta' l-ekwipaġġ li m'huwiex konformi mad-dokument ta' mmaniġġjar sikur.

15.  Nuqqas li jitwettaq il-programm imtejjeb tal-perizji skond SOLAS 74, Kapitolu XI, Regolament 2.

3.3.  Oqsma taħt il-kodiċi IBC

1.  Trasport ta' sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta' Qagħda Tajba jew informazzjoni nieqsa dwar tagħbija.

2.  Tagħmir ta' sigurtà ta' pressa għolja mitluf jew bil-ħsara.

3.  Installazzjonijiet elettriċi li mhux intrinsikament siguri jew li ma jikkorispondux għar-rekwiżiti tal-kodiċi.

4.  Sorsi ta' taqbid f'postijiet perikolużi.

5.  Kontravenzjonijiet ta' rekwiżiti speċjali.

6.  Qabża ta' tagħbija ta' kwantità massima permessa għal kull tank.

7.  Protezzjoni insuffiċjenti mis-sħana għal prodotti sensittivi.

3.4.  Oqsma taħt il-kodiċi IGC

1.  Trasport ta' sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta' Qagħda Tajba jew informazzjoni nieqsa dwar tagħbija.

2.  Apparati ta' għeluq għal akkomodazzjoni jew spazji ta' servizz nieqsa.

3.  "Bulkhead' mhux 'gastight'.

4.  "Air locks' difettużi.

5.  Valvoli li jingħalqu malajr nieqsa jew difettużi.

6.  "Safety valves' mitlufa jew difettużi.

7.  Installazzjonijiet elettriċi li mhux intrinsikament siguri jew li ma jikkorispondux għar-rekwiżiti tal-kodiċi.

8.  Ventilaturi fiż-żona ta' tagħbija ma jaħdmux.

9.  "Pressure alarms' għal tankijiet ta' tagħbija li ma jistgħux jintużaw.

10.  Impjant ta' sejba tal-gass u/jew impjant ta' sejba ta' gass tossiku difettuż.

11.  Trasport ta' sustanzi li se jinżammu mingħajr ċertifkat validu ta' inibizzjoni.

3.5.  Oqsma taħt il-Konvenzjoni Load Lines

1.  Żoni sinifikanti ta' ħsara jew tmermir, jew 'pitting' tal-'plating' u ebusija assoċjata fil-gverti u fil-buq li jaffettwaw is-'seaworthiness' jew is-saħħa għat-treġija ta' tagħbija lokali, sakemm ma sarux tiswijiet temproanji xierqa għal vjaġġ ġewwa port għal tiswijiet permanenti.

2.  Każ rikonoxxut ta' stabilità insuffiċjenti.

3.  L-assenza ta' informazzjoni suffiċjenti u ta' min joqgħod fuqha, f'forma approvata, li b'mezzi rapidi u sempliċi, tħalli lill-kaptan jirranġa għat-tagħbija 'ballasting' tal-bastiment b'tali manjiera li jinżamm marġini sigur ta' stabilità f'kull stadju u kondizzjonijiet varji tal-vjaġġ, u l-kreazzjoni ta' 'stresses' mhux aċċettabli fl-istruttura tal-bastiment huma evitati.

4.  Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew 'closing devices' difettużi, 'hatch closing arrangements' u bibien 'watertight'.

5.  Tagħbija żejda.

6.  Assenza ta' 'draft mark' jew 'draft mark' li impossibbli biex taqraha.

3.6.  Oqsma taħt il-Konvenzjoni Marpol, l-Anness I

1.  Assenza, deterjorazzjoni serja jew nuqqas ta' operazzjoni proprja ta' 'oily-water filtering equipment', l-immonitorjar tat-tnixxija taż-żejt u sistema ta' kontroll jew l-arranġamenti ta' l-allarm 15ppm.

2.  Kapaċità li fadal ta' 'slop' u/jew 'sludge tank' insuffiċjenti għall-vjaġġ maħsub.

3.  Ktieb tar-rekords taż-żejt mhux disponibbli.

4.  "Discharge bypass' mhux awtorizzat imwaħħal.

5.  Fajl tar-rapporti tal-perizji mhux disponibbli jew mhux konformi mar-Regolament 13G(3)(b) tal-Konvenzjoni Marpol.

3.7.  Oqsma taħt il-Konvenzjoni Marpol, l-Anness II

1.  Assenza tal-manwali P & A.

2.  Tagħbija mhux kategorizzata.

3.  M'hemm ebda ktieb dwar tagħbija disponibbli.

4.  Trasport ta' sostanzi li qishom żejt mingħajr ma jkunu ssodisfati r-rekwiżiti jew mingħajr ċertifikat adegwatament emendat.

5.  "Discharge bypass' mhux awtorizzat imwaħħal.

3.8.  Oqsma taħt il-Konvenzjoni Marpol, l-Anness V

1.  Assenza tal-pjan ta' mmaniġġjar taż-żibel.

2.  M'hemm ebda ktieb dwar iż-żibel disponibbli.

3.  L-istaff tal-bastiment m'huwiex familjari mar-rekwiżiti tar-rimi tal-pjan ta' mmaniġġjar taż-żibel.

   3.9 Oqsma taħt il-Konvenzjoni STCW u d- Direttiva 2001/25/KE

1.  Nuqqas tal-baħħara li jkollhom ċertifikat, li jkollhom ċertifikat xieraq, li jkollhom dispensa valida jew li jagħtu prova dokumentata li tressqet applikazzjoni għal approvazzjoni lill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera.

2.  Evidenza li ċertifikat inkiseb bil-qerq jew li l-possessur ta' ċertifikat m'huwiex il-persuna għal liema ċ-ċertifikat inħareġ fil-bidu.

3 .  Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' tgħammir sikur ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera.

4.  Nuqqas ta' konformità ta' l-arranġamenti ta' sorveljanza tat-tbaħħir jew ta' l-inġinerija mar-rekwiżiti speċifikati għall-bastiment mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera.

5 .  Assenza waqt sorveljanza ta' persuna kwalifikata biex topera tagħmir essenzjali għat-tbaħħir sikur, komunikazzjonijiet bir-radju għas-sigurtà jew għall-prevenzjoni ta' tniġġis tal-baħar.

6.  Nuqqas li tingħata prova ta' ħila professjonali għad-dmirijiet assenjati lill-baħħara għas-sigurtà tal-bastiment u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

7.  Inabiltà li jkun hemm persuni għall-ewwel sorveljanza fil-bidu ta' vjaġġ u għas-sorveljanzi ta' wara li straħu biżżejjed u b'saħħithom biżżejjed biex jagħmlu dmirhom.

3.  10. Oqsma taħt il-Konvenzjonijiet ILO

1.  Ikel mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

2.  Ilma mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

3.  Kondizzjonijiet mhux sanitarji b'mod eċċessiv abbord.

4.  M'hemmx sħana fl-akkomodazzjoni ta' bastiment li jopera f'żoni fejn temperaturi jistgħu jkunu baxxi b'mod eċċessiv.

5.  Żibel eċċessiv, 'blockage' mit-tagħmir jew tagħbija jew altrimenti kondizzjonijiet perikolużi fil-passaġġi/akkomodazzjonijiet.

6.  Evidenza ċara li rekords tas-sorveljanza u staff ieħor li qed jagħmlu dmirhom għall-ewwel sorveljanza jew għas-sorveljanzi ta' wara mhux jagħmlu xogħolhom sew minħabba l-għeja.

3.11.  Oqsma li ma jirrikjedux detenzjoni, iżda fejn eż. operazzjonijiet ta' tagħbija jridu jiġu sospiżi

Nuqqas ta' tħaddim serju (jew manutenzjoni) tas-sistema ta' gass ta' ġewwa, 'cargo-related gear' jew makkinarju huwa kkunsidrat raġuni suffiċjenti biex titwaqqaf operazzjoni ta' tagħbija.

ANNESS XII

KRITERJI MINIMI GĦALL-ISPETTURI

(kif imsemmija fl-Artikolu 21(1) u (5))

1.  L-ispetturi jrid ikollhom għerf teoretiku xieraq u esperjenza prattika tal-bastimenti u t-tħaddim tagħhom. Iridu jkunu kompetenti fl-infurzar tar-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali u tal-proċeduri rilevanti ta' kontroll portwali ta' l-Istat. L-għerf u l-kompetenza fl-infurzar tar-rekwiżiti internazzjonali u Komunitarji jridu jinkisbu permezz ta' programmi dokumentati ta' taħriġ inklużi eżamijiet u validazzjoni mill-ġdid f'intervalli speċifikati fl-Artikolu 21 .

2.  L-ispetturi jridu, bħala minimu, ikollhom jew:

   a) kwalifiki xierqa minn istitut tal-baħar jew nawtiku u esperjenza ta' tbaħħir relevanti bħala uffiċjal fuq bastiment b'ċertifikat li għandu jew li kellu ċertifikat tal-kompetenza validu ta' l-STCW II/2 jew III/2; jew
   b) ikunu għaddew minn eżami rikonoxxut mill-Awtorità kompetenti bħala perit navali, inġinier mekkaniku jew inġinier li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma marittimi u li ħadem f'dik il-kapaċità għal talanqas ħames snin; jew
   c) ikollhom lawrja relevanti mill-università jew l-ekwivalenti u jkunu tħarrġu u kkwalifikaw fi skola għal spetturi għas-sigurtà tal-bastimenti.

3.  L-ispettur irid ikun serva mill-inqas għal sena bħala spettur ta' Stat tal-bandiera li għandu x'jaqsam ma' perizji u ċertifikazzjoni skond il-Konvenzjonijiet.

4.  L-ispetturi msemmija taħt 2(a) iridu jkunu servew għal perjodu ta' mhux anqas minn ħames snin fuq il-baħar bħala uffiċjali fid-dipartiment tal-gverta jew tal-magna rispettivament.

5.  L-ispetturi jrid ikollhom l-abilità li jikkomunikaw oralment u bil-miktub ma' nies li jaħdmu fuq il-bastimenti fil-lingwa l-aktar mitkellma fuq il-baħar.

6.  L-ispetturi li ma josservawx il-kriterji msemmija hawn fuq jiġu aċċettati wkoll jekk imqabbda minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru għal kontroll portwali ta' l-Istat fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva.

7.  Meta fi Stat Membru l-ispezzjonijiet isiru minn spetturi ta' kontroll portwali ta' l-Istat; dawk l-ispetturi għandu jkollhom kwalifiki xierqa, li għandhom jinkludu biżżejjed esperjenza teoretika u prattika fis-sigurtà marittima. Normalment dan għandu jinkludi:

   a) għarfien tajjeb tas-sigurtà marittima u kif hija applikata għall-operazzjonijiet li qed ikunu eżaminati;
   b) għarfien ta' ħidma tajjeb tat-teknoloġiji u t-tekniki tas-sigurtà;
   c) għarfien tal-prinċipji, il-proċeduri u t-tekniki ta' l-ispezzjoni;
   d) għarfien ta' ħidma ta' l-operazzjonijiet li qed ikunu eżaminati.

ANNESS XIII

PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI DWAR SPEZZJONIJIET, DETENZJONIJIET U RIFJUTI GĦALL-AĊĊESS F'PORTIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

(kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) )

1.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 3.1 u 3.2 hawn taħt f'websajt pibbliku fi żmien 72 siegħa wara li l-ispezzjoni tlestiet jew li d-detenzjoni ġiet revokata jew li ġie impost ir-rifjut għall-aċċess.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment f'websajt l-informazzjoni dwar bastimenti li ġew irrifjutati l-aċċess għal portijiet Komunitarji bħala parti mill-applikazzjoni ta' l-Artikoli 15 u 20 .

3.  Informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 25(1) trid tinkludi dan li ġej:

   a) (a) l-isem tal-bastiment,
   b) (b) in-numru IMO,
   c) (c) it-tip ta' bastiment,
   d) (d) it-tunnellaġġ (gt),
   e) (e) is-sena tal-kostruzzjoni kif determinata fuq il-bażi tad-data indikata fiċ-ċertifikati ta' sigurtà tal-bastiment,
   f) (f) l-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-bastiment,
   g) (g) fil-każ ta' bastimenti li jġorru tagħbijiet likwidi jew solidi bil-massa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip ta' kirja,
   h) (h) l-Istat tal-bandiera,
   i) iċ-ċertifikati tal-klassi u statutarji maħruġa skond il-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti,u l-awtorità jew l-organizzazzjoni li ħarġet kull wieħed miċ-ċertifikati konċernati, inkluża d-data tal-ħruġ u ta' l-iskadenza,
   j) il-port u d-data ta' l-aħħar perizja intermedja jew annwali għaċ-ċertifikati fil-punt (i) hawn fuq u l-isem ta' l-awtorità jew ta' l-organizzazzjoni li wettqet il-perizja,
   k) (k) id-data, il-port tal-pajjiż jew l-ankraġġ tad-detenzjoni.

4.  Għal bastimenti li ġew detenuti, l-informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 19 trid tinkludi wkoll:

   a) in-numru ta' detenzjonijiet matul is-36 xahar preċedenti,
   b) id-data meta d-detenzjoni ġiet irrevokata,
   c) in-numru ta' ġranet ta' detenzjoni,
   d) ir-raġunijiet għad-detenzjoni, f'termini ċari u espliċiti,
   e) indikazzjoni, meta rilevanti, ta' jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta li wettqet il-perizja għandhiex responsabiltà fir-rigward tan-nuqqasijiet li, waħedhom jew f'daqqa, wasslu għad-detenzjoni,
   f) deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu fil-każ ta' bastiment li tħalla jbaħħar lejn l-eqreb tarzna xierqa għat-tiswija,
   g) jekk il-bastiment ġie rrifjutat l-aċċess għal kwalunkwe port fil-Komunità, ir-raġunijet għall-miżura f'termini ċari u espliċiti.

ANNESS XIV

DATA PROVDUTA FIL-KUNTEST TAL-MONITORAĠĠ TA' L-IMPLIMENTAZZJONI

(kif imsemmija fl-Artikolu 28 )

1.  Kull sena l-Istati Membri jridu jagħtu lill-Kummissjoni d-dejta li ġejja għas-sena preċedenti sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju.

1.1.  In-numru ta' spetturi li jaġixxu f'isimhom fil-qafas tal-kontroll portwali ta' l-Istat

Din l-informazzjoni trid tkun komunikata lill-Kummissjoni permezz tat-tabella li ġejja li sservi ta' mudell (1) (2).

Port/żona

Numru ta' spetturi 'full-time'

(A)

Numru ta' spetturi 'part-time' (B)

Bidla ta' (B) għal 'full-time'

(C)

Total

(A+C)

Port X ....

Port Y ….

TOTAL

(1) Meta l-ispezzjonijiet li saru fil-kuntest tal-kontroll portwali ta' l-Istat jirrappreżentaw biss parti mix-xogħol ta' l-ispetturi, in-numru totali ta' spetturi għandu jinbidel għal numru ekwivalenti għal spetturi 'full-time'. Meta l-istess spettur jaħdem f'aktar minn port wieħed jew f'aktar minn żona ġeografika waħda l-ekwivalenti 'part-time' applikabbli jrid jingħadd f'kull port.

 (2)  Din l-informazzjoni trid tingħata f'livell nazzjonali u għal kull port ta' l-Istat Membru konċernat. Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, port jitqies li jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew minn tim ta' spetturi, li jinkludi diversi portijiet individwali meta xieraq.

1.2.  In-numru totali ta' bastimenti individwali li daħlu fil-portijiet tagħhom f'livell nazzjonali. Iċ-ċifra għandha tkun in-numru ta' bastimenti baranin koperti bid-Direttiva li daħlu fil-portijiet tagħhom f'livell nazzjonali u li jingħaddu darba.

2.  L-Istati Membri jridu:

   a) jagħtu lill-Kummissjoni kull tliet xhur, lista tal-movimenti ta' bastimenti individwali, għajr servizzi regolari ta' laneċ tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li daħlu fil-portijiet tagħhom jew li nnnotifikaw il-wasla tagħhom f'ankraġġ lil awtorità tal-port, liema lista jkun fiha għal kull moviment tal-bastiment, in-numru IMO tiegħu, id-data tal-wasla tiegħu u l-port jew l-ankraġġ. Il-lista għandha tingħata f'forma ta' programm 'spreadsheet' li jippermetti l-irkupru u l-ipproċessar awtomatiku ta' l-informazzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista għandha tingħata fi żmien 4 xhur mit-tmien tal-perjodu għal liema perjodu d-dejta kienet tapplika,
u
   b) jagħtu lill-Kummissjoni listi separati ta' servizzi regolari ta' laneċ tal-passiġġieri u ta' servizzi regolari ta' laneċ tal-merkanzija msemmija fil-punt (a), mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u wara dan kull darba li jsiru bidliet f'servizzi bħal dawn. Il-lista għandha tinkludi għal kull bastiment in-numru IMO, ismu u r-rotta koperta mill-bastiment. Il-lista għandha tingħata f'forma ta' programm 'spreadsheet' li jippermetti l-irkupru u l-ipproċessar awtomatiku ta' li l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

ANNESS XV

Parti A

DIRETTIVA MĦASSRA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(kif imsemmija fl-Artikolu 35 )

Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE

(ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1)

Direttiva tal-Kunsill 98/25/KE

(ĠU L 133, 7.5.1998, p. 19)

Direttiva tal-Kummissjoni 98/42/KE

(ĠU L 184, 27.6.1998, p. 40)

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/97/KE

(ĠU L 331, 23.12.1999, p. 67)

Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 19, 22.1.2002, p. 17)

Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53)

L-Artikolu 4 biss

Parti B

LISTA TA' SKADENZI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(kif imsemmija fl-Artikolu 35 )

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Direttiva 95/21/KE

30 ta' Ġunju 1996

Direttiva 98/25/KE

30 ta' Ġunju 1998

Direttiva 98/42/KE

30 ta' Settembru 1998

Direttiva 1999/97/KE

13 ta' Diċembru 2000

Direttiva 2001/106/KE

22 ta' Lulju 2003(20)

Direttiva 2002/84/KE

23 ta' Novembru 2003

ANNESS XVI

TABELLA TA" KORRELAZZJONI

Direttiva 95/21/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, parti introduttorja

Artikolu 1, parti introduttorja

Artikolu 1, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(a)

Artikolu 1, it-tieni inċiż

Artikolu 1(b)

Artikolu 2, parti introduttorja

Artikolu 2, parti introduttorja

Artikolu 2(1), parti introduttorja

Artikolu 2(1), parti introduttorja

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(1), ir-raba' inċiż

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1), il-ħames inċiż

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(1), is-sitt inċiż

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1), is-seba' inċiż

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(1), it-tmien inċiż

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

-

Artikolu 2(5 )

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(6 )

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(8 )

-

Artikolu 2(9 )

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(10 )

-

Artikolu 2(11 )

-

-

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(13 )

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(14 )

Artikolu 2(8)

-

-

Artikolu 2(16 )

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(17 )

-

Artikolu 2(18 )

Artikolu 2(10)

-

-

Artikolu 2(20 )

-

Artikolu 2(21 )

-

Artikolu 2(22 )

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

-

Artikolu 4(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

-

-

-

-

Artikolu 5(1)

-

-

-

Artikolu 5(2) sa 5(5)

-

-

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 12

Artikolu 7(1) u (2)

-

Artikolu 7(3)(a)

-

Artikolu 7(3)(b)

-

Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 7(5)

-

Artikolu 7(6)

-

Artikolu 7a(1)

-

Artikolu 7a(2)

-

-

-

Artikolu 7a(3) sa (5)

-

Artikolu 7b(1) u (2)

-

Artikolu 7b(3)

-

Artikolu 8

Artikolu 16

-

Artikolu 17

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 18 (1) u (2)

-

Artikolu 18 (3)

Artikolu 9(3) sa (7)

Artikolu 18 (4) sa (8)

-

Artikolu 18 (9)

Artikolu 9a

-

Artikolu 10(1) sa (3)

-

-

Artikolu 19 (4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 20 (1)

-

Artikolu 20 (2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 20 (3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 20 (3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4) sa (6)

Artikolu 20 (4) sa (6)

Artikolu 12(1) sa (3)

Artikolu 21 (1) sa (3)

Artikolu 12(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21 (4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(4) it-tieni subparagrafu

-

-

Artikolu 21 (5) sa (7)

Artikolu 13(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 22 (2)

-

Artikolu 22 (3)

Artikolu 14(1)

Artikolu 23 (1)

Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 23 (2), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 23 (2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 23 (2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(3)

Artikolu 23 (3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 25 (1)

Artikolu 15(2) sa (4)

-

Artikolu 15(5)

Artikolu 25 (2)

-

Artikolu 26

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 27 (1) u (2)

Artikolu 16(2a)

Artikolu 27 (3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 27 (4)

Artikolu 17

Artikolu 28 (1)

-

Artikolu 28 (2)

-

Artikolu 29

Artikolu 18

Artikolu 30

Artikolu 19

Artikolu 31

Artikolu 19a

Artikolu 32

Artikolu 3 Direttiva 2001/106/KE

Artikolu 33

Artikolu 20

Artikolu 34

-

Artikolu 35

Artikolu 21

Artikolu 36

Artikolu 22

Artikolu 37

Anness I

-

-

Anness I

-

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness IV

Anness VI

-

Anness VII

Anness V

Anness VIII

Anness VI

Anness XI

Anness VII

Anness XII

Anness VIII

Anness XIII

Anness IX

Anness X

Anness X

Anness XIV

Anness XI

Anness IX

Anness XII

-

-

Anness XV

-

Anness XVI

(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.
(2) ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 .
(4) ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(5) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 1891/2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).
(6) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/84/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(8) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(9) ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.
(10) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.
(11) ĠU L 196, 7.8.1996, p. 8.
(12) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(13) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Rgolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 12).
(14)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(15)* Data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
(16) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(17)+ ĠU: Jekk Jogħġbok daħħal in-numru.
(18) ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).
(19) L-Awtorità maħtura mill-Istat għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà.
(20) Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/106/KE, Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2006. L-evalwazzjoni teżamina, inter alia, in-numru ta' spetturi ta' kontroll portwali ta' l-Istat f'kull Stat Membru u n-numru ta' spezzjonijiet li jsiru, inklużi spezzjonijiet obbligatorji profondi. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiddetermina fuq il-bażi tar-reviżjoni huwiex meħtieġ li tipproponi Direttiva ta' emenda jew aktar leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2011Avviż legali