Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/2246(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0084/2007

Testi mressqa :

A6-0084/2007

Dibattiti :

PV 22/05/2007 - 8
CRE 22/05/2007 - 8

Votazzjonijiet :

PV 23/05/2007 - 5.9
CRE 23/05/2007 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0204

Testi adottati
DOC 107k
L-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2007 - Strasburg Verżjoni finali
Ftehim dwar Sħubija Ekonomika
P6_TA(2007)0204A6-0084/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar Ftehim dwar Sħubija Ekonomika (2005/2246(INI))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Diċembru 2001 dwar il-laqgħa ta'l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) f'Qatar(1) , ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Cancún(2) , ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tad-Doha Round wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO ta" l-1 ta" Awissu 2004(3) , ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta" Lulju 2005 dwar is-Sejħa Globali għal Azzjoni: L-Eliminazzjoni tal-Faqar(4) , ta" l-1 ta" Diċembru 2005 dwar il-tħejjijiet għas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong(5) , tat-23 ta" Marzu 2006 dwar l-impatt ta" l-iżvilupp ta" Ftehim ta" Sħubija Ekonomika (EPAs)(6) , ir-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-4 ta" April 2006 dwar l-evalwazzjoni tad-Doha Round wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong(7) , ir-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tfassil ta" politiki tal-kummerċ biex jingħata l-ikbar kontribut tal-kummerċ biex jitnaqqas il-faqar(8) , u ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta" Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta" Żvilupp ta" Doha(9) (DDA),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta" l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta" l-ACP-UE tat-23 ta" Novembru 2006 adottata f'Barbados dwar ir-reviżjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim ta" Sħubija Ekonomika (EPAs),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Cape Town adottata unanimament fil-21 ta' Marzu 2002 mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE li talbet għall-istabbiliment ta' 'benchmarks' għall-iżvilupp li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitkejlu l-kondotta u r-riżultat tan-negozjati tal-kummerċ ta' l-ACP-UE,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Sessjoni Annwali 2006 tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO adottata fit-2 ta" Diċembru 2006 f'Ġinevra,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta" Marzu 2005 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li japplika skema ta" preferenzi ta" tariffi ġeneralizzati(10) ,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta" Ġunju 2005 li japplika skema ta" preferenzi ta" tariffi ġeneralizzati(11) ,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta" Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta" Stati ta" l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, ffirmata f'Kotonou fit-23 ta" Ġunju 2000 (il-Ftehim ta" Kotonou),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni ta" l-10 u tal-11 ta" April 2006 u tas-16 u s-17 ta" Ottubru 2006 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 u tas-16 ta" Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: 'Il-Konsensus Ewropew' iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005(12) ,

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta" Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat "L-Aspetti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp tan-Negozjati EPA"(SEC(2005)1459),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikolari l-Artikolu XXIV tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba" Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta" Novembru 2001 f'Doha,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-1 ta" Awissu 2004,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta" Diċembru 2005 f'Hong Kong,

–   wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Esperti dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta" Ottubru 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Sutherland dwar il-futur tad-WTO,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta" Settembru 2000, li tistabbilixxi l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp bħala kriterji stabbiliti kollettivament mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

–   wara li kkunsidra r-Riżultat tal-Laqgħa Għolja Dinjija ta'l-2005 tan-Nazzjonijiet Uniti,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Proġett tal-Millenju tal-Grupp ta" Esperti tan-NU mmexxija mill-Professur Jeffrey Sachs intitolat "Investiment fl-Iżvilupp: pjan prattiku biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp",

–   wara li kkunsidra l-Gleneagles Communiqué, maħruġ fit-8 ta" Lulju 2005 mill-Grupp ta" Tmienja fi Gleneagles,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) - Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati 2006: L-Iżvilupp ta" Kapaċitajiet Produttivi,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Ekonomiku dwar l-Afrika 2004 intitolat "Il-Ftuħ tal-Potenzjal Kummerċjali ta" l-Afrika" tal-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Afrika,

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta" l-ACP dwar in-Negozjati għal Ftehim ta" Sħubija -Ekonomika, adottati mill-Kunsill tal-Ministri ta" l-ACP fis-27 ta" Ġunju 2002 f'Punta Cana (Ir-Repubblika Dominikana), u d-deċiżjoni dwar in-negozjati ta" l-EPAs u l-parteċipazzjoni fil-kummerċ internazzjonali adottata mit-Tielet Laqgħa Għolja tal-Kapijiet ta" l-Istat u l-Gvern ta" l-ACP fid-19 ta" Lulju 2002, f'Nadi (Fiji),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Raba' Laqgħa Għolja tal-Kapijiet ta" l-Istat u l-Gvern ta" l-ACP li saret fit-23 u fl-24 ta" Ġunju 2004 f'Maputo, Mozambique, rigward id-dimensjoni ta" l-iżvilupp ekonomiku,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-81 Sessjoni tal-Kunsill tal-Ministri ta" l-ACP li saret fi Brussell fil-21-22 ta" Ġunju 2005,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/LXXXIII/06 tat-83 Sessjoni tal-Kunsill tal-Ministri ta" l-ACP li saret f'Port Moresby (Papua New Guinea) mit-28 sal-31 ta" Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ħames Laqgħa Għolja tal-Kapijiet ta" l-Istat u l-Gvern ta'l-ACP f'Khartoum (is-Sudan) tat-8 ta" Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0084/2007),

A.   billi r-relazzjoni kummerċjali eżistenti ta" l-UE mal-pajjiżi ta" l-ACP – li tagħtihom aċċess preferenzjali għas-swieq ta" l-UE fuq bażi mhix reċiproka – mhix konformi mar-regoli ta" l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO),

B.   billi l-Ftehim ta" Cotonou tistabbilixxi l-ftehim tal-Partijiet li jikkonkludu arranġamenti dwar il-kummerċ li jkunu kompatibbli mad-WTO, filwaqt li kull ma jmur jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ bejniethom u tissaħħaħ il-koperazzjoni fl-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ u l-iżvilupp,

C.   billi n-negozjati mhumiex qed jimxu bl-istess pass fis-sitt reġjuni u dan qed joħloq tħassib li huma m'humiex se jkunu lesti fir-reġjuni kollha qabel l-aħħar ta" l-2007,

D.   billi hemm tħassib ġenerali li n-negozjati ma mxewx biżżejjed sa fejn kellhom jaslu f'dan l-istadju tal-proċess tan-negozjati,

E.   billi ż-żewġ partijiet naqsu milli jressqu u jwieġbu għal proposti fil-ħin u dan il-fatt kien raġuni ewlenija għad-dewmien,

F.   billi deroga formali oħra għar-regoli tad-WTO tkun tiswa politikament u tkun diffiċli biex tintlaħaq,

G.   billi f'ħafna pajjiżi ta" l-ACP, informazzjoni dwar u l-involviment fil-proċess EPA fil-livell tal-pajjiż kienu baxxi b'tali mod li joħolqu tħassib,

H.   billi n-nuqqas ta' progress magħmul fin-negozjati tad-DDA fid-WTO jagħmlu n-negozjati ta' l-EPA aktar diffiċli,

I.   billi ż-żewġ partijiet jaqblu dwar iċ-ċentralità tad-"dimensjoni ta" l-iżvilupp" għall-EPAs, iżda n-negozjaturi s'issa ma rnexxilhomx jilħqu ftehim dwar definizzjoni komuni tal-kunċett,

J.   billi hu essenzjali li l-EPAs jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli u għall-eliminazzjoni tal-faqar fil-pajjiżi ACP,

K.   billi f'dinja dejjem iktar globalizzata, it-tneħħija tal-preferenzi hija inevitabbli,

L.   billi Kollox barra Armi (EBA) s'issa ma rnexxielux iżid b'mod sinifikattiv l-esportazzjoni minn Pajjiżi Inqas Żviluppati (LDCs) lejn l-UE; billi dan jissuġerixxi li l-liberalizzazzjoni tat-tariffi u tal-kwota waħidha ma tagħmilx il-pajjiżi l-fqar iktar kompetittivi,

M.   billi żieda fir-reċiproċità bejn il-pajjiżi ta' l-UE u ta' l-ACP għandha tħeġġeġ il-kompetittività tal-pajjiżi ACP iżda huwa probabbli tagħmel ħsara lill-industriji mhux kompetittivi, lis-settur agrikolu, li bilkemm ġie modernizzat jew diversifikat, u lill-ekonomiji fraġli,

N.   billi l-konfigurazzjonijiet EPA mhumiex dejjem konformi ma' l-arranġamenti ta" integrazzjoni ekonomika reġjonali eżistenti, u għalhekk imorru kontra ta" l-objettiv ta' prijorità li tkun konsolidata l-integrazzjoni reġjonali fil-pajjiżi ACP,

O.   billi l-agrikoltura hija l-mutur ta" l-iżvilupp fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ACP u biex l-EPAs isiru għodda għall-żvilupp, huma jridu jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċja s-settur agrikolu ACP,

P.   billi t-twaqqif ta' suq reġjonali ġenwin jirrapreżenta bażi essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' l-EPAs; billi l-integrazzjoni reġjonali ġenwina tirrapreżenta bażi importanti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiżi ACP, kif stipulat fil-Ftehim ta' Kotonou,

Q.   billi żieda fil-kummerċ intrareġjonali kif maħsuba mill-EPAs hija mxekkla minn infrastruttura intrareġjonali dgħajfa u minn firxa wiesgħa ta" ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ,

R.   billi n-nuqqas tal-Gruppi ta" Esperti ta" Tħejjija Reġjonali li jwettqu l-funzjoni maħsuba tagħhom kien ta" xkiel għan-negozjati u qajjem dubji dwar l-effikaċja futura tal-mekkaniżmi ta" monitoraġġ relatati ma" l-EPA,

S.   billi nuqqas ta" data fl-analiżi ta" l-ekonomiji ACP għamilha diffiċli ħafna li ssir evalwazzjoni ta" impatt sħiħa ta" l-EPA,

T.   billi regoli mtejba dwar il-kummerċ iridu jkunu akkumpanjati b'żieda ta' appoġġ għal għajnuna relatata mal-kummerċ,

U.   billi l-għan ta' l-Għajnuna għall-Kummerċ huwa li tappoġġja l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ġodda ta" kummerċ,

V.   billi trid tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta" l-ispejjeż ta" aġġustament relatati mat-tħejjijiet u ma' l-implimentazzjoni tal-liberalizzazzjoni meħtieġa bħala parti mill-EPAs,

W.   billi skond l-Artikolu 37(4) tal-Ftehim ta" Kotonou għandu jkun hemm reviżjoni formali u komprensiva ta" l-arranġamenti ppjanati għall-pajjiżi kollha sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm bżonn ta' iktar ħin għat-tħejjijiet jew għan-negozjati, billi dik ir-reviżjoni għandha twassal għal evalwazzjoni kritika tan-negozjati ta' l-EPA li huma għaddejjin,

1.  Jemmen li l-EPAs għandhom jitfasslu bħala strumenti għal żvilupp u li għandhom jikkontribwixxu għal żieda fit-tkabbir ekonomiku, fl-integrazzjoni reġjonali u fit-tnaqqis tal-faqar;

2.  Jafferma mill-ġdid il-ħsieb tiegħu li, jekk jitfasslu b'mod xieraq, l-EPAs jirrappreżentaw opportunità biex ir-relazzjonijiet kummerċjali ACP-UE jerġgħu jingħataw il-ħajja, ikunu promossi d-diversifikazzjoni ekonomika u l-integrazzjoni reġjonali ta" l-ACP, u sabiex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiżi ACP;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw koerenza politika għall-iżvilupp; jenfasizza li l-'Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp' (Dikjarazzjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp, DSP), b'mod partikolari paragrafu 36, jipprovdi gwida għan-negozjaturi ta' l-EPA; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timxi mal-prinċipji ta' l-assimetrija u l-flessibilità;

4.  Jirrikonoxxi li hu importanti għall-pajjiżi ta' l-ACP u għall-UE li jassumu bi sħiħ ir-responsabbilità meħtieġa biex jiżguraw id-dritt għall-iżvilupp u l-benesseri tal-pajjiżi ta' l-ACP; iħeġġeġ lill-gvernijiet ACP biex jimplimentaw regoli ta' governanza tajba, u japprofitaw, fost l-oħrajn, mill-assistenza teknika provduta bl-istrument għall-Għajnuna għall-Kummerċ;

5.  Ifakkar li meta jintemmu n-negozjati EPA l-ebda pajjiż ACP m'għandu jsib ruħu f'sitwazzjoni iktar żvantaġġjata fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu wara l-2007 milli taħt l-arranġamenti preżenti;

6.  Jesprimi tħassib bil-pass bil-mod tan-negozjati u n-nuqqas ta" progress tanġibbli bħala konsegwenza, b'ħafna kwistjonijiet kruċjali li għad iridu jiġu diskussi jew li għad irid jintlaħaq ftehim dwarhom;

7.  Iħeġġeġ lin-negozjaturi biex ma jaħdmux taħt pressjoni żejda jew bil-għaġla fuq negozjati daqshekk ikkumplikati u daqstant importanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex turi iktar flessibilità fir-rigward tal-problemi ta' l-ACP;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx pressjoni żejda u - fil-każ li n-negozjati ma jkunux tlestew sa l-1 ta" Jannar 2008 - tagħmel sforzi fil-livell tad-WTO biex tipprova tiżgura li jkun evitat l-isfaxxar ta" l-esportazzjonieżistenti mill-ACP lejn l-UE sakemm ikun hemm ftehim finali;

9.  Jitlob għal iktar trasparenza dwar il-progress u s-sustanza tan-negozjati; jitlob lill-partijiet kollha biex jiżguraw li l-membri parlamentari u l-parteċipanti l-oħra fil-pajjiżi ACP u l-UE jiġu kkonsultati dwar in-negozjati EPA sabiex tintlaħaq implimentazzjoni xierqa ta' l-EPAs;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel mill-aħjar sabiex tikkonkludi in-negozjati dwar id-DDA u sabiex ikun żgurat li l-Ftehim ta" liberalizzazzjoni jippromwovu l-iżvilupp fil-pajjiżi l-fqar;

11.  Huwa konvint li l-EPAs għandhom ikunu komplementari għal Ftehim dwar id-DDA u mhux alternattiva u li konklużjoni favur l-iżvilupp għall-EPAs tista" tkun l-ewwel pass fi Ftehim multilaterali ffukata fuq l-iżvilupp;

12.  Jirrikonoxxi li l-aċċess għal suq preferenzjali ma kienx strument suffiċjenti biżżejjed biex irrawwem l-iżvilupp tal-pajjiżi ACP u jsostni li, sabiex jintlaħaq dak il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta' sostenn biex jgħinu l-kompetittività tagħhom;

13.  Jitlob li jkun hemm aċċess għas-suq kompletament ħieles mid-dazju u ħieles mill-kwoti għall-ACP kif ukoll regoli ta" oriġini simplifikati, liberalizzati u iktar flessibbli fl-EPAs milli huwa l-każ fl-EBA, u jiġu kkunsidrati d-differenzi fil-livell ta' l-iżvilupp industrijali bejn l-UE u l-pajjiżi ACP kif ukoll bejn il-pajjiżi ACP;

14.  Jitlob li r-ritmu, il-ħin u l-iskop tal-liberalizzazzjoni jkunu gradwali u flessibbli sabiex jitjiebu l-integrazzjoni reġjonali u l-kompetittività ACP, u sabiex ikun żgurat li l-objettivi ta' żvilupp, bħall-evitar ta' impatti soċjaliavversi, b'mod partikolari lejn in-nisa, jingħataw prijorità;

15.  Jitlob li fin-negozjati għal ftehimiet ta' sħubija ekonomika tiġi meqjusa bis-sħiħ is-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni u territorji barranin ta' l-Istati Membri tal-UE, b'mod partikulari dawk tar-reġjuni ultraperiferiċi, hekk kif imsemmija fl-Artikolu 299, paragarfu 2, tat-Trattat tal-KE;

16.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi ACP sabiex isolvu l-problema li tirrigwarda s-sħubija ta" gruppi reġjonali li għandhom in parti l-istess skop;

17.  Jitlob lin-negozjaturi biex jiżviluppaw strateġija li tiddiversifika, timmodernizza u ssaħħaħ il-kompetittività ACP - partikolarment fis-settur agrikolu - li għalhekk tmur lilhinn mill-aċċess għas-suq;

18.  Jirrikonoxxi li mekkaniżmi ta" salvagwardja prattiċi, li jippermettu lir-reġjuni ACP jirreaġixxu għal żidiet f'daqqa fl-importazzjoni mill-UE, huma essenzjali, partikolarment għal prodotti agrikoli;

19.  Jistieden lill-UE biex tippromwovi l-Kummerċ Ġust u mezzi oħra biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-produtturi żgħar u emarġinati u għal ħaddiema foqra;

20.  Ifakkar lin-negozjaturi li filwaqt li jittejbu l-istrateġiji tal-kompetittività agrikola fil-pajjiżi ACP għandha tingħata attenzjoni xierqa għas-sigurtà ta" l-ikel;

21.  Jenfasizza li hu essenzjali li jiġi assigurat li pajjiżi ACP jippreservaw id-dritt tagħhom li jipproteġu prodotti sensittivi;

22.  Jirrikonoxxi li l-Evalwazzjonijiet ta" Impatt Sostenibbli (SIAs) naqsu milli jkollhom impatt sinifikanti fuq in-negozjati u jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara u tirrevedi r-rabta bejn l-SIAs u l-pożizzjonijiet tan-negozjati sabiex dawk kollha interessati jkollhom l-opportunità li jinstemgħu;

23.  Jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta" monitoraġġ xieraq u trasparenti - bi rwol u influwenza ċari - li għandu jitwaqqaf kemm fuq livell reġjonali u kemm nazzjonali biex isegwi l-impatt ta" l-EPAs b'żieda fl-isjieda ta'l-ACP u konsultazzjoni wiesgħa ma" dawk interessati;

24.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiċċaraw sa liema punt l-iffinanzjar tad-"dimensjoni ta" l-iżvilupp" ta" l-EPAs se jkun disponibbli lilhinn mill-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF);

25.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-16 ta" Ottubru 2006 li "sehem sostanzjali ta" l-impenn tal-Komunità u ta" l-Istati Membri li jżidu l-għajnuna tagħhom relatata mal-kummerċ għal EUR 2 biljuni sa l-2010 trid tkun allokata għall-pajjiżi ACP", għalkemm jiddispjaċih li mhux dawn il-flus kollha huma "addizzjonali għar-riżorsi EDF" u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiċċaraw it-termini preċiżi ta" dawn l-impenji, biex jiggarantixxu li din l-għajnuna ma tiddependix fuq ir-riżultat tan-negozjati EPA, u biex jaħdmu għal żieda sinifikanti fl-ammont ta' Għajnuna għall-Kummerċ disponibbli hekk kif it-talba mill-pajjiżi ACP tiżdied;

26.  Japprova l-invit tal-Kunsill lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw "bħala prijorità immedjata l-implimentazzjoni ta" l-impenji ta" riforma relatati ma" l-EPA" u jitlob li jkun hemm impenji konkreti magħmula qabel il-konklużjoni tan-negozjati EPA, li jkunu dettaljati, kwantifikati u relatati speċifikament ma" l-EPA, li jindirizzaw kemm l-għajnuna relatata mal-kummerċ kif ukoll l-ispejjeż ta' aġġustament assoċjati ma' l-EPAs;

27.  Jitlob li l-appoġġ EPA ikun koordinat u marbut mal-qafas integrat u msaħħaħ ta" l-Għajnuna Multilaterali għall-Kummerċ;

28.  Jinsisti li, sabiex tkun konformi mal-Prinċipji ta' Pariġi dwar l-Effettività ta' l-Għajnuna, l-għajnuna għandha tkun, fost l-oħrajn, immexxija skond it-talba, u jistieden lill-ACP għalhekk, biex iressaq bl-assistenza xierqa ta" l-UE fejn meħtieġa, proposti dettaljati u bl-ispejjeż, , ta" kif u għal-liema skop fondi addizzjonali relatati ma" l-EPA huma meħtieġa, partikolarment fir-rigward ta'oqfsa regolatorji, miżuri ta" salvagwardja, tħaffif tal-kummerċ, appoġġ fl-ilħuq ta" standards internazzjonali Sanitarji u Fitosanitarji u ta" Proprjetà Intellettwali, il-kompożizzjoni tal-mekkaniżmu ta" monitoraġġ ta" l-EPA;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta mitluba, tipprovdi għajnuna teknika addizzjonali lill-pajjiżi ACP għan-negozjati kummerċjali;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta mitluba, tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi ACP li jiddeċiedu li jagħmlu programmi ta" riforma fiskali;

31.  Jinnota l-livell baxx tal-ġbir tat-taxxi f'ħafna pajjiżi ACP u jitlob li jingħata iktar appoġġ għar- riformi tat-taxxa u għal miżuri għall-prevenzjoni ta' l-evażjoni tat-taxxa, bħala parti minn strateġija biex jitnaqqas l-effett tad-dħul mitluf mit-tariffi; huwa mħasseb ukoll dwar l-impatt tat-tnaqqis mid-dħul doganali għall-baġits ta" l-ACP, li jistgħu jinkludu tnaqqis fl-infiq pubbliku f'setturi ewlenin bħal ma huma l-edukazzjoni jew is-saħħa; jistieden lill-UE biex tgħin fit-twaqqif ta' mekkaniżmi ta" kumpens neċessarji biex jevitaw tali konsegwenzi;

32.  Ifakkar li l-pajjiżi ACP bosta drabi jkunu jiddependu ħafna fuq prodotti primarji, u jistieden lill-UE biex tiżviluppa strumenti iktar effettivi ta" appoġġ għall-aġġustament tal-produzzjoni u d-diversifikazzjoni, kif ukoll l-iżvilupp ta" industriji ta" l-ipproċessar u ta" SMEs fil-pajjiżi ACP;

33.  Jifhem ir-riluttanza ta" l-ACP li jinnegozjaw b'mod bilaterali fuq l-hekk imsejħa kwistjonijiet ta" Singapore li tneħħew minn negozjati multilaterali u jirrikonoxxi li hija f'idejn il-gruppi reġjonali ACP li jiġġudikaw il-benefiċċji ta" l-iżvilupp ta" kwalunkwe ftehim fuq dawn il-kwistjonijiet; jerġa' jfakkar il-fatt li 77 pajjiż fqir opponew l-inklużjoni ta' negozjati fuq il-kwistjonijiet ta' Singapor fl-aġenda DDA;

34.  Jemmen li, f'qafas xieraq, ftehim dwar investiment, kompetizzjoni u akkwisti pubbliċi, akkumpanjati minn ambjent regolatorju kredibbli, jistgħu jikkontribwixxu għal għanijiet komuni ta" governanza tajba u trasparenza, b'hekk joħolqu ambjent li għandu jwassal għal iktar sħubija bejn il-privat u l-gvern, b'mod partikolari fir-rigward ta' żvilupp infrastrutturali ewlieni;

35.  Jesprimi diżappunt li s'issa ma ġietx sfruttata biżżejjed l-opportunità pprovduta mir-reviżjoni biex ikunu involuti l-membri parlamentari u persuni oħra interessati; jemmen li l-inklużjoni ta' persuni interessati ewlenin u ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili żżid dimensjoni prattika u pragmatika kruċjali lil dan il-proċess;

36.  Jirrikonoxxi r-responsabilitajiet soċjali u ambjentali ta' negozji u investituri barranin lejn il-komunitajiet u s-soċjetajiet li fihom jinvestu; jemmen li negozju bejn bnedmin u bnedmin u kuntatti ta' investiment għandhom jiġu inkorraġiti u ffaċilitati sabiex ikabbru kemm jistgħu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi ta' iktar liberalizzazzjoni;

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi ACP sabiex jużaw ir-reviżjoni ta" l-EPA bħala opportunità biex jiddiskutu apertament l-ostakli għat-tmiem tan-negozjati u biex iressqu proposti dettaljati ħalli jgħelbuhom;

38.  Ifakkar it-talbiet ta" l-ACP f'numru ta" fora għal alternattivi għall-EPAs, iżda jinnota n-nuqqas ta" talbiet uffiċjali ta" l-ACP skond l-Artikolu 37(6) tal-Ftehim ta" Kotonou;

39.  Jitlob lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 37(6) tal-Ftehim ta" Kotonou, sabiex fejn pajjiżi li mhumiex l-inqas żviluppati m'humiex f'pożizzjoni li jidħlu fl-EPAs, biex teżamina metodi possibli biex toffri qafas alternattiv għall-kummerċ lil dawk il-pajjiżi, li hu ekwivalenti għas-sitwazzjoni eżistenti tagħhom u li jkun konformi mar-regoli tad-WTO;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti għal alternattivi orjentati favur l-iżvilupp li joffru iktar minn sempliċament aċċess għas-suq, kif inhu l-każ għall-EBA u l-arranġamenti ta' inċentivi speċjali għaż-żvilupp sostennibli u għall-governanza ġdida (GSP+);

41.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi standards soċjali u xogħol deċenti fin-negozjati tal-kummerċ ta'l-EPA;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-implikazzjonijiet f'termini ta" Għajnuna għall-Kummerċ u appoġġ relatat ma" l-EPA għal pajjiżi li jagħżlu li ma jiffirmawx l-EPAs;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jissimplifikaw u jnaqqsu l-piż burokratiku tar-rekwiżiti ta" l-EDF u biex itejbu t-taħriġ fl-ACP fir-rigward tal-proċeduri EDF sabiex isir użu sħiħ tar-riżorsi eżistenti;

44.  Ifakkar li n-negozjati bilaterali dwar il-kummerċ fis-servizzi jridu jastjenu milli jpoġġu pressjoni fuq il-pajjiżi ta' l-ACP biex joffru kwalunkwe liberalizzazzjoni ta' servizzi pubbliċi bażiċi, jirrispettaw id-dritt tal-pajjiżi li jirregolaw b'mod ħieles is-servizzi pubbliċi u jitlob liż-żewġ partijiet sabiex jirrikonoxxu li oqfsa regolatorji tajba huma parti essenzjali ta' kwalunkwe proċess ta' liberalizzazzjoni;

45.  Jistieden lill-UE biex ma tinkludix fl-EPAs dispożizzjonijiet dwar drittijiet ta' proprjetà intellettwali, peress li dawn joħolqu ostaklu addizzjonali għal aċċess għal mediċini essenzjali u biex tuża s-sistema EPA biex tgħin lill-pajjiżi ACP jimplimentaw il-forom ta' flessiblità stipulati fid-Dikjarazzjoni ta' Doha; ifakkar li, permezz tad-Dikjarazzjoni ta" Doha ta" l-2001 dwar il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet ta' Propjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (TRIPS) u s-Saħħa Pubblika, l-UE impenjat ruħha li tpoġġi s-saħħa pubblika qabel l-interessi kummerċjali tagħha;

46.  Jenfasizza li l-aspett reġjonali ta' l-EPAs huwa essenzjali għat-tkabbir mhux biss tal-kummerċ bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana u dawk tan-Nofsinhar, iżda wkoll għall-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar; jikkunsidra li n-naħa Ewropea ma tatx biżżejjed attenzjoni lil din il-kwistjoni u li l-ilħuq ta' integrazzjoni intra-reġjonali adegwata tista' tkun iktar importanti milli t-tnedija ta' programm għall-integrazzjoni inter-reġjonali;

47.  Jitlob li jkun hemm sistema ta" riżoluzzjoni tat-tilwim għall-EPAs li tkun biżżejjed sempliċi u effiċjenti f'sens ta" nfiq, sabiex tintervjeni malajr meta l-partijiet jonqsu milli jilħqu l-impenji tagħhom;

48.  Jitlob li jkun hemm proposti xierqa magħmula biex jindirizzaw it-tħassib ta" l-ACP dwar Mode IV tal-GATS;

49.  Jirrakomanda li l-Kummissjoni tassigura li l-programm internazzjonali dwar Xogħol Deċenti u l-implimentazzjoni ta" standards fundamentali tax-xogħol isiru elementi permanenti fin-negozjati kummerċjali u fl-isħubiji strateġiċi; jistieden lill-Kummisjoni sabiex tassigura l-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 50 tal-Ftehim ta" Cotonou, li tinkludi dispożizzjoni speċifika dwar l-istandards tal-kummerċ u tax-xogħol u li tikkonferma l-impenji tal-partijiet għall-istandards fundamentali tax-xogħol;

50.  Jirrikonoxxi li standards għolja fitosanitarji u ta" saħħa u ambjentali oħra ta" l-UE jistgħu jxekklu l-esportazzjonijiet ACP, partikolarment ta" prodotti agrikoli, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jgħinu lill-pajjiżi ACP jfasslu programmi adegwati ħalli jilħqu dawn l-istandards f'ħinpropozju;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-inizjattiva u biex torganizza appoġġ internazzjonali għar-reviżjoni jew il-kjarifika ta' l-Artikolu XXIV tal-Ftehim GATT rigward l-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles bejn partijiet b'livelli differenti ta" żvilupp;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, waqt in-negozjati u wara li jiġu konklużi, twettaq analiżi sistematika ta" l-impatt soċjali ta" l-EPAs fuq il-gruppi l-iktar bir-riskju, inklużi ż-żgħażagħ u n-nisa fil-pajjiżi ACP;

53.  Jirrikonoxxi l-importanza ta" sorveljanza parlamentari fil-kontribut" għal governanza tajba, għar-responsabilità u għat-trasparenza;

54.  Jitlob li jinħoloq Kumitat Parlamentari għall-Kummerċ u l-Iżvilupp konġunt fi ħdan kull Ftehima ta' Sħubija Ekonomika li taħdem mal-JPA UE-ACP sabiex jagħmel monitoraġġ pubbliku u jevalwa l-impatt kummerċjali u ta" żvilupp ta" l-implimentazzjoni ta" l-EPA, jfassal mekkaniżmi biex jassiguraw responsabbilità u biex jindirizza tħassib relatat ma' l-EPA mill-perspettivi kollha reġjonali u ta' l-ACP;

55.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkonsulta fuq bażi regolari mal-parlamenti nazzjonali fil-pajjiżi ACP sabiex tiffaċilita l-iskrutinju tagħhom tal-proċess u, barra minn hekk, jirrakkomanda li għandu jkun hemm segwitu regolari mill-Kumitat rilevanti tal-JPA u mill-membri parlamentari Ewropej u tal-pajjiżi ACP fis-sessjonijiet plenari;

56.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri u tal-pajjiżi ACP, lill-Kunsill ACP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE.

(1) ĠU C 177 E, 25.7.2002, p. 290.
(2) ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.
(3) ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.
(4) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 397.
(5) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p.126
(6) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.
(7) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.
(8) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p.261.
(9) ĠU C 305 E,14.12.2006, p.244.
(10) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 145.
(11) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.
(12) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2008Avviż legali