Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0362/2007

Dibattiti :

PV 26/09/2007 - 11
CRE 26/09/2007 - 11

Votazzjonijiet :

PV 27/09/2007 - 9.4
CRE 27/09/2007 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


Testi adottati
PDF 219kWORD 53k
Il-Ħamis, 27 ta' Settembru 2007 - Strasburgu
Operazzjoni ta' l-ESDP fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentrali Afrikana
P6_TA(2007)0419RC-B6-0362/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-operazzjoni ta' l-ESDP fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kunflitt fid-Darfur u l-impatt reġjonali usa' tiegħu, b'mod partikulari fuq in-naħa tal-Lvant taċ-Ċad u n-naħa tat-Tramuntana tar-Repubblika Ċentrali Afrikana,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1706(2006) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU tal-31 ta' Awissu 2006, li saħaq li għandhom ikunu indirizzati aspetti ta' sigurtà regjonali sabiex tissawwar paċi dejjiema fid-Darfur,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-23 sa l-24 ta" Lulju 2007, li jitolbu "lill-korpi kompetenti tiegħu jkomplu l-ippjanar bil-għan li tittieħed deċiżjoni dwar operazzjoni ta' tqarrib, fil-qafas tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (ESDP), bħala appoġġ għal preżenza multidimensjonali tan-NU fil-Lvant taċ-Ċad u fil-Grigal tar-Repubblika Ċentrali Afrikana bil-għan li tittejjeb is-sigurtà f'dawk iż-żoni",

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1769(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta" Lulju 2007 li tistabbilixxi, għal perjodu inizjali ta" 12-il xahar, operazzjoni mħallta bejn l-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uuniti (AU/UN) fid-Darfur (UNAMID),

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar iċ-Ċad u r-Repubblika Ċentrali Afrikana ta' l-10 ta' Awissu 2007, li jirrakkomanda li għandu jkun hemm preżenza internazzjonali fil-lvant taċ-Ċad u fil-grigal tar-Repubblika Ċentrali Afrikana sabiex tkun imtejba is-sigurtà tar-refuġjati u l-popolazzjonijiet imċaqilqa, sabiex ikun faċilitat il-provvista ta' għajnuna umanitarja u sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-ħidma għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp f'dawn iż-żoni,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa ta" Arusha dwar il-paċi fid-Darfur, li saret mit-3 sas-6 ta' Awissu 2007,

–   wara li kkunsidra l-iffirmar f'N"Djamena fit-13 ta" Awissu 2007, fil-preżenza tal-komunità internazzjonali u tal-President taċ-Ċad Idriss Deby Itno, tal-ftehima politika bil-għan tat-tisħiħ tal-proċess demokratiku fiċ-Ċad mill-partiti politiċi kollha taċ-Ċad kemm dawk fis-setgħa u kif ukoll dawk fl-oppożizzjoni,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni presidenzjali tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU tas-27 ta" Awissu 2007 li tikkonferma li l-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU huwa lest li jistabbilixxi missjoni tan-NU fiċ-Ċad u li jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni ta" l-Unjoni Ewropea li tagħti appoġġ permezz ta" missjoni militari ta' l-ESDP,

–   wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill fl-10 ta' Settembru 2007 dwar "il-kunċett ta' l-immaniġġjar tal-kriżi" permezz tal-proċedura bil-miktub,

–   wara li kkunsidra is-sejbiet tad-delegazzjoni għad Darfur tal-Kumitat ta' Żvilupp tiegħu, li żaret is-Sudan u ċ-Ċad mit-30 ta' Ġunju sas-6 ta' Lulju 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Lulju 2007 dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni umanitarja dejjem tikber fiċ-Ċad fejn, minħabba l-konsegwenzi transkonfinali tal-kunflitt fid-Darfur, madwar 238 000 refuġjat mis-Sudan, 44 600 refuġjat mir-Repubblika Ċentrali Afrikana u 170 000 persuna li kellhom jitilqu minn djarhom f'pajjiżhom stess (IDPs) huma ospitati fi tnax-il kamp mal-fruntiera tal-Lvant taċ-Ċad mas-Sudan,

B.   preokkupat minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-lvant taċ-Ċad li marret għall-agħar mill-2006 minħabba ġlied bejn forzi tas-sigurtà taċ-Ċad u ribelli taċ-Ċad, u l-inkursjonijiet ta' milizji Janjaweed u ta' gruppi armati mis-Sudan, kif ukoll minħabba l-brigantaġġ u l-attakki fuq organizzazzjonijiet umanitarji,

C.   filwaqt li popolazzjonijiet ta' ċivili fil-grigal tar-Repubblika Ċentrali Afrikana wkoll esperjenzaw attakki mill-forzi tar-ribelli mis-Sudan,

D.   filwaqt li għandu jsir kontribut sabiex ir-reġjun, li huwa affettwat mil-kunflitt tad-Darfur, jiġi stabilizzat, bħala parti mill-approċ globali u reġjunali,

E.   filwaqt li l-istabbilita fuq medda twila ta' żmien fis-Sudan, fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentrali Afrikana teżiġi rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u tmexxija tajba,

F.   jilqa" b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni 1769(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tawtorizza forza UA/NU ta" 26 000 suldat fid-Darfur, li tikkontribwixxi għall-paċi fir-reġjun kollu flimkien ma" forza tal-pulizija tan-NU u l-operazzjoni ppjanata ta" l-ESDP fil-parti tal-lvant taċ-Ċad u fit-tramuntana tar-Repubblika Ċentrali Afrikana,

G.   filwaqt li l-awtoritajiet taċ-Ċad u tar-Repubblika Ċentrali Afrikana taw konferma lis-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-qbil tagħhom li għandu jkun hemm preżenza multi-dimensjonali ta' l-UE,

H.   jappoġġja l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-Moon biex tinstab soluzzjoni permezz ta" negozjati għall-kunflitt fid-Darfur billi jitħeġġew il-kuntatti bejn l-awtoritajiet Sudaniżi u l-gruppi ta' ribelli differenti,

I.   jilqa" b'sodisfazzjon l-iffirmar f'N"Djamena fit-13 ta" Awissu 2007 mill-partiti politiċi kollha taċ-Ċad tal-ftehima bil-għan li jissaħħaħ il-proċess demokratiku fiċ-Ċad,

J.   jinnota l-isforzi li saru mill-atturi fir-reġjun biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt intern fiċ-Ċad mal-gruppi li ma ffirmawx l-ftehima preċedenti,

K.   jilqa' b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta' Settembru 2007 li tawtorizza lill-UE sabiex tibgħat forza għaż-żamma tal-paċi b'mandat b'saħħtu fiċ-Ċad u fil-CAR;

1.  Ifakkar li l-ebda missjoni taż-żamma tal-paċi fil-lvant taċ-Ċad u fit-tramuntana tar-Repubblika Ċentrali Afrikana ma jista' jkollha suċċess mingħajr proċess ta' rikonċiljazzjoni politiku;

2.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-Nazzjonijiet Uniti sabiex jikkordinaw l-isforzi tagħhom biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li bihom il-partijiet differenti fil-kunflitt fir-reġjun usa" tad-Darfur, Ċad tal-Lvant, Repubblika Ċentrali Afrikana tat-Tramuntana jkunu jistgħu jsibu soluzzjoni politika li ttemm in-nuqqas ta" sigurtà u d-diżastru naturali fiż-żona, u għaldaqstant ikun iktar faċli li r-refuġjati u l-persuni mċaqalqa minn arthom internament jirritornaw fil-postijiet ta' l-oriġini tagħhom;

3.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tnedija ta" operazzjoni ESDP fil-parti tal-lvant taċ-Ċad u fil-parti tat-Tramuntana tal-CAR, li ser iddum sena, iżda l-approvazzjoni finali tiegħu jagħtiha bil-kundizzjoni li jitwettaq dan li ġej:<0}

   a) {0><}0{>il-missjoni tal-forza Ewropea (EUFOR) għandha toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għal ambjent sikur għax-xogħol tal-forza tal-pulizija tan-NU, għar-ritorn ta" persuni mċaqalqa minn arthom internament, għall-forniment ta" għajnuna umanitarja, għall-moviment ħieles ta" staff umanitarju u għall-issoktar tad-djalogu bejn il-forzi politiċi fir-reġjun,<0}
   b) {0><}0{>hhhuwa estremament importanti li l-EUFOR tidher li hija imparzjali;<0} g{0><}0{>ħalhekk, il-kompożizzjoni tal-EURFOR għandha tkun varjata u l-Istati Membri jeħtieġ li jikkontribwixxu t-truppi kemm jista" jkun malajr;<0}
   c) {0><}0{>fl-istess waqt, sabiex jiġi evitat li ssir mira, il-EUFOR għandha tibqa' newtrali fir-rigward tas-sitwazzjoni politika kumplessa fir-reġjun billi tevita li tiġi involuta fi ġlidiet bejn l-awtoritajiet tal-gvern u gruppi ribelli,<0}
   d) {0><}0{>b'rispett sħiħ mal-prinċipji tal-liġi umanitarja internazzjonali, il-EUFOR m'għandhiex tinvolvi ruħha jew tinterferixxi fil-xogħol mwettqa mill-NGOs preżenti fiċ-Ċad u fil-CAR, sabiex ma tpoġġihomx fil-periklu,<0}
   e) {0><}0{>EUFOR għandha tistabbilixxi koordinazzjoni effettiva mal-UNAMID sabiex tiżgura z-zona taħt ir-responsabilità tagħha bl-aktar mod effikaċji,<0}
   (f) EUFOR għandha topera bħala forza ta' deterrent, li jfisser li għandu jkollha mandat skond il-Kapitlu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u regoli ċari ta' impenn li jippermettu li tintuża l-użu tal-forza fejn meħtieġ, speċjalment sabiex ikunu mwaqqfa attakki fuq ċivili, kampijiet u villaġġi, ħaddiema umanitarji u uffiċjali tal-pulizija tan-NU, kif ukoll fid-difiża proprja,
   g) {0><}0{>sabiex tiskoraġġixxi lil kull agressur potenzjali, il-EUFOR għandu jkollha n-numru meħtieġ ta' truppi u għandha tkun mgħammra kif jixraq. <0} {0><}0{>Hija għandha tkun f'pużizzjoni li tiżgura r-rotot ta'forniment u twettaq pattulji fuq distanzi twal permezz ta" vetturi armati, ħelikopetrs (inklużi ħelikopters tat-trasport u dawk ta" l-attakk) u ajruplani ta'tkixxif;<0}
   h) {0><}0{>EUFOR għandha tiġi kkunsidrata bħala "forza temporanja" b'mandat temporanju; <0} {0><}0{>għalhekk qabel ma" l-forza tintbagħat fil-post għandha tiġi ddefinita strateġija ċara ta" tluq li għandha tipprevedi s-sostituzzjoni tal-EURFOR minn operazzjoni suċċessiva (AU, NU jew forza mħallta) sabiex ikun hemm konklużjoni b'suċċess tal-mandat tagħha u ritorn f'waqtu tat-truppi kommessi;<0}

4.  Jiddispjaċih li din l-operazzjoni ta' l-ESDP ma tistax titmexxa, għal diversi raġunijiet, miċ-ċentru ġdid ta' l-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussell;

5.  Jenfasizza li l-approvazzjoni finali ta' l-operazzjoni ta' l-ESDP tkun suġġetta għal kundizzjoni li hu jinżamm infurmat bis-sħiħ dwar il-fażijiet differenti tal-preparazzjoni ta" l-operazzjoni fir-rigward, inter alia, tal-kunċett ta" mmaniġġjar ta" kriżi, azzjoni konġunta, il-kunċett ta" operazzjonijiet, pjan t'operazzjoni, proċess ta" ġenerazzjoni tal-forzi;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Presidenti, gvernijiet u parlamenti taċ-Ċad, tar-Repubblika Ċentrali Afrikana u tas-Sudan.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2007)0342.

Avviż legali - Politika tal-privatezza