Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2137(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0354/2007

Testi mressqa :

A6-0354/2007

Dibattiti :

PV 22/10/2007 - 15
CRE 22/10/2007 - 15

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2007 - 8.15
CRE 24/10/2007 - 8.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0460

Testi adottati
DOC 43k
L-Erbgħa, 24 t'Ottubru 2007 - Strasburg Verżjoni finali
Rapporti verbatim (emenda ta' l-Artikolu 173)
P6_TA(2007)0460A6-0354/2007

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-emenda għall-Artikolu 173 u ż-żjieda ta' l-Artikolu 173a tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti verbatim u r-rekord awdjoviżiv tal-proċeduri (2007/2137(REG))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-12 ta' April 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0354/2007),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura kif jidher hawn taħt;

2.  Jiġbed l-attenzjoni li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test preżenti   Emendi
Emendi 2, 7 u 8
Artikolu 173
1.  Għandu jsir rapport 'verbatim' fil-lingwi uffiċjali tal-proċeduri ta' kull seduta
1.  Għandu jsir rapport verbatim fil-lingwi uffiċjali kollha tad-diskussjonijiet ta' kull seduta
2.  Il-kelliema għandhom jirritornaw it-test tad-diskorsi tagħhom lis-Segretarjat sa mhux aktar tard mill-għada li jirċevuhom .
2.  Il-kelliema għandhom jintalbu jirritornaw il-korrezzjonijiet għat -test ittajpjat tad-diskorsi tagħhom lis-Segretarjat fi żmien ġimgħa .
3.  Ir-rapport verbatim għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3.  Ir-rapport verbatim għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
4.  Il-Membri jistgħu jitolbu traduzzjoni ta" malajr ta" siltiet mir-rapport verbatim.
Emendi 3, 6 u 9
Artikolu 173 a (ġdid)
Artikolu 173a
Rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet
Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet li jkun jinkludi s-"soundtracks" minn kull kabina ta' l-interpretazzjoni, u li għandu jkun aċċessibbli fuq l-internet.
Aġġornata l-aħħar: 15 t'Awissu 2008Avviż legali